Source | Target | għandhom jiżguraw li miżuri ta’ kontroll tar-riskju li ġew implimentati mill-kuntratturi tagħhom huma mmonitorjati wkoll f’konformità ma’ dan ir-Regolament. | zagotovi, da so ukrepi za nadzor tveganja, ki jih izvajajo njegovi pogodbeni izvajalci, prav tako spremljani v skladu s to uredbo. |
Għal dan il-għan, għandhom japplikaw il-proċess ta’ monitoraġġ stipulat fl-Anness jew jesiġu li l-kuntratturi tagħhom japplikaw dan il-proċess permezz ta’ arranġamenti kuntrattwali. | V ta namen uporabi postopek spremljanja, določen v Prilogi, ali zahteva, da njegovi pogodbeni izvajalci uporabljajo ta postopek pri pogodbenih dogovorih. |
Il-proċess ta’ monitoraġġ għandu jinkludi l-attivitajiet li ġejjin: | Postopek spremljanja vsebuje naslednje dejavnosti: |
id-definizzjoni ta’ strateġija, prijoritajiet u pjan(ijiet) għall-monitoraġġ; | določitev strategije, prednostnih nalog in načrta(-ov) za spremljanje; |
il-ġabra u l-analiżi tal-informazzjoni; | zbiranje in analiziranje informacij; |
it-tfassil ta’ pjan ta’ azzjoni għal istanzi ta’ nuqqas ta’ konformità inaċċettabbli mar-rekwiżiti stabbiliti fis-sistema ta’ ġestjoni; | pripravo akcijskega načrta za primere nesprejemljive neskladnosti z zahtevami, določenimi s sistemom za upravljanje; |
l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni, jekk pjan bħal dan jitfassal; | izvajanje akcijskega načrta, če je bil pripravljen; |
l-evalwazzjoni tal-effettività ta’ miżuri tal-pjan ta’ azzjoni, jekk pjan bħal dan jitfassal. | ocenjevanje učinkovitosti ukrepov akcijskega načrta, če je bil pripravljen. |
Skambju ta’ informazzjoni bejn l-atturi involuti | Izmenjava informacij med udeleženci |
L-impriżi ferrovjarji, il-maniġers tal-infrastruttura u l-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni, inklużi l-kuntratturi tagħhom, għandhom jiżguraw permezz ta’ arranġamenti kuntrattwali li kwalunkwe informazzjoni rilevanti relatata mas-sikurezza li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-proċess ta’ monitoraġġ stipulat fl-Anness tiġi skambjata bejniethom, sabiex il-parti l-oħra tkun tista’ tieħu kwalunkwe azzjoni korrettiva neċessarja biex tiżgura l-kisba kontinwa tal-prestazzjoni tas-sikurezza tas-sistema ferrovjarja. | Prevozniki v železniškem prometu, upravljavci infrastrukture in subjekti, zadolženi za vzdrževanje, vključno z njihovimi pogodbenimi izvajalci, s pogodbenimi dogovori zagotovijo izmenjavo vseh informacij, povezanih z varnostjo, ki so bile pridobljene z uporabo postopka spremljanja, določenega v Prilogi, z namenom, da lahko druga stranka izvede vse potrebne korektivne ukrepe, s katerimi bi zagotovila neprekinjeno varnost železniškega sistema. |
Jekk, permezz tal-applikazzjoni tal-proċess ta’ monitoraġġ, l-impriżi ferrovjarji, il-maniġers tal-infrastruttura u l-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni jidentifikaw kwalunkwe riskju rilevanti tas-sikurezza fir-rigward ta’ difetti u nuqqas ta’ konformità fil-kostruzzjoni jew malfunzjonijiet ta’ tagħmir tekniku, inklużi dawk ta’ sottosistemi strutturali, dawn għandhom jirrapportaw dawk ir-riskji lill-partijiet l-oħra involuti biex ikunu jistgħu jieħdu kwalunkwe azzjoni korrettiva neċessarja biex jiżguraw il-kisba kontinwa tal-prestazzjoni tas-sikurezza tas-sistema ferrovjarja. | Če prevozniki v železniškem prometu, upravljavci infrastrukture in subjekti, zadolženi za vzdrževanje, pri uporabi postopka spremljanja ugotovijo kakršna koli varnostna tveganja, povezana z okvarami in konstrukcijskimi neskladnostmi ali napakami tehnične opreme, vključno z napakami strukturnih podsistemov, o teh tveganjih obvestijo druge sodelujoče stranke in jim s tem omogočijo, da izvedejo vse potrebne korektivne ukrepe, s katerimi zagotovijo neprekinjeno varnost železniškega sistema. |
Rappurtar | Poročanje |
Il-maniġers tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji għandhom jirrappurtaw lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament permezz tar-rapporti tas-sikurezza annwali tagħhom skont l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 2004/49/KE. | Upravljavci infrastrukture in prevozniki v železniškem prometu poročajo nacionalnemu varnostnemu organu o uporabi te uredbe v letnih varnostnih poročilih v skladu s členom 9(4) Direktive 2004/49/ES. |
L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tirrapporta dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mill-impriżi ferrovjarji, il-maniġers tal-infrastruttura, u safejn taf hija, mill-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2004/49/KE. | Nacionalni varnostni organ poroča o uporabi te uredbe s strani prevoznikov v železniškem prometu, upravljavcev infrastrukture in, če so o tem seznanjeni, s strani subjektov, zadolženih za vzdrževanje, v skladu s členom 18 Direktive 2004/49/ES. |
Ir-rapport annwali tal-manutenzjoni ta’ entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni tal-vaguni tal-merkanzija skont il-punt I.7.4(k) tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 445/2011, għandu jinkludi informazzjoni dwar l-esperjenza ta’ entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. | Letno poročilo o vzdrževanju subjektov, zadolženih za vzdrževanje tovornih vagonov, iz točke I.7.4(k) Priloge III k Uredbi (EU) št. 445/2011 vključuje informacije o izkušnjah subjektov, zadolženih za vzdrževanje, pri uporabi te uredbe. |
L-Aġenzija għandha tiġbor din l-informazzjoni f’koordinazzjoni mal-korpi taċ-ċertifikazzjoni rispettivi. | Agencija zbere te informacije v sodelovanju z zadevnimi certifikacijskimi organi. |
L-entitajiet l-oħra responsabbli mill-manutenzjoni li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 445/2011 għandhom ukoll jaqsmu l-esperjenza tagħhom mal-Aġenzija dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. | Drugi subjekti, zadolženi za vzdrževanje, ki jih Uredba (EU) št. 445/2011 ne zajema, prav tako delijo svoje izkušnje pri uporabi te uredbe z Agencijo. |
L-Aġenzija għandha tikkoordina l-iskambju tal-esperjenzi ma’ dawn l-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni. | Agencija usklajuje deljenje izkušenj s temi subjekti, zadolženimi za vzdrževanje. |
L-Aġenzija għandha tiġbor l-informazzjoni kollha dwar l-esperjenza tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u, meta meħtieġ, għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni bil-ħsieb li ttejjeb dan ir-Regolament. | Agencija zbira vse informacije o izkušnjah pri uporabi te uredbe in po potrebi pripravi priporočila za Komisijo o tem, kako to uredbo izboljšati. |
L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jappoġġaw lill-Aġenzija fil-ġabra ta’ informazzjoni bħal din minn impriżi ferrovjarji u maniġers tal-infrastruttura. | Nacionalni varnostni organi podpirajo Agencijo pri pridobivanju teh informacij od prevoznikov v železniškem prometu in upravljavcev infrastrukture. |
L-Aġenzija għandha tissottometti lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn tlett snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, rapport li janalizza l-effettività tal-metodu u l-esperjenza tal-impriżi ferrovjarji, il-maniġers tal-infrastruttura u l-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. | Agencija najpozneje tri leta po začetku veljavnosti te uredbe Komisiji predloži poročilo z analizo učinkovitosti metode in izkušenj prevoznikov v železniškem prometu, upravljavcev infrastrukture in subjektov, zadolženih za vzdrževanje, pri uporabi te uredbe. |
Dan ir-Regolament għandu japplika mis-7 ta' Ġunju 2013. | Ta uredba se uporablja od 7. junija 2013. |
ĠU L 122, 11.5.2011, p. 22. | UL L 122, 11.5.2011, str. 22. |
ĠU L 108, 29.4.2009, p. 4. | UL L 108, 29.4.2009, str. 4. |
IL-PROĊESS TAL-MONITORAĠĠ | POSTOPEK SPREMLJANJA |
L-inputs fil-proċess ta’ monitoraġġ għandhom ikunu l-proċessi u l-proċeduri kollha li jinsabu fis-sistema ta’ ġestjoni, inkluż il-miżuri ta’ kontroll tar-riskju tekniċi, operattivi u organizzattivi. | Osnove postopka spremljanja so vsi procesi in postopki iz sistema za upravljanje, vključno s tehničnimi, operativnimi in organizacijskimi ukrepi za nadzor tveganja. |
L-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(2) tal-proċess ta’ monitoraġġ huma deskritti fit-Taqsimiet 2 sa 6. | Dejavnosti postopka spremljanja iz člena 3(2) so opisane v točkah 2 do 6. |
Dan il-proċess ta’ monitoraġġ huwa ripetittiv u iterattiv, kif muri fid-dijagramma hawn taħt fl-Appendiċi. | Ta postopek spremljanjase ponavlja, kot je prikazano na diagramu v Dodatku. |
Definizzjoni ta’ strateġija, prijoritajiet u pjan(ijiet) għall-monitoraġġ | Določitev strategije, prednostnih nalog in načrta(-ov) za spremljanje |
Abbażi tas-sistema ta’ ġestjoni tagħhom, kull impriża ferrovjarja, maniġer tal-infrastruttura u entità responsabbli mill-manutenzjoni għandhom ikunu responsabbli mid-definizzjoni tal-istrateġija, il-prijoritajiet u l-pjan(ijiet) tagħhom għall-monitoraġġ. | Vsak prevoznik v železniškem prometu, upravljavec infrastrukture in subjekt, zadolžen za vzdrževanje, je na osnovi svojega sistema za upravljanje odgovoren za določitev strategije, prednostnih nalog in načrta(-ov) za spremljanje. |
Id-deċiżjoni dwar x’għandu jiġi prijoritizzat għandha tikkunsidra informazzjoni minn oqsma li jagħtu lok għall-akbar riskji u, jekk mhux immonitorjati effettivament, jistgħu jwasslu għal konsegwenzi avversi tas-sikurezza. | Pri odločitvi, kaj so prednostne naloge, se upoštevajo informacije s področij z najvišjo stopnjo tveganja, ki bi pri neučinkovitem spremljanju lahko resno ogrozile varnost. |
Għandha tiġi ssettjata ordni ta’ prijorità għall-attivitajiet ta’ monitoraġġ, u għandhom ikunu indikati ż-żmien, l-isforz u r-riżorsi meħtieġa. | Določijo se prednostni vrstni red za dejavnosti spremljanja ter potrebni čas, prizadevanja in sredstva. |
Il-prijoritizzazzjoni għandha wkoll tqis ir-riżultati minn applikazzjonijiet preċedenti tal-proċess ta’ monitoraġġ. | Pri določanju prednostnih nalog se upoštevajo tudi rezultati prejšnjih izvedenih postopkov spremljanja. |
Il-proċess ta’ monitoraġġ għandu jidentifika mill-aktar fis possibbli istanzi ta’ nuqqas ta’ konformità fl-applikazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni li jistgħu jirriżultaw f’aċċidenti, inċidenti, kważi aċċidenti/inċidenti jew okkorrenzi perikolużi oħra. | Postopek spremljanja naj čim prej ugotovi primere neskladnosti pri uporabi sistema za upravljanje, ki bi lahko vodile do nesreč, incidentov, preprečenih nesreč ali drugih nevarnih dogodkov. |
Dan għandu jwassal għall-implimentazzjoni ta’ miżuri biex jirrimedjaw istanzi bħal dawn ta’ nuqqas ta’ konformità. | Postopek je usmerjen k izvajanju ukrepov, sprejetih za odpravo takih primerov neskladnosti. |
L-istrateġija u l-pjan(ijiet) tal-monitoraġġ għandhom jiddefinixxu l-indikaturi kwantitattivi jew kwalitattivi jew taħlita tat-tnejn li jistgħu: | Strategija spremljanja in načrti določajo bodisi kvalitativne ali kvantitativne kazalnike bodisi splet obeh, ki lahko: |
jagħtu twissijiet bikrija ta’ kwalunkwe devjazzjoni mir-riżultat mistenni, jew assigurazzjoni li r-riżultat mistenni jintlaħaq kif ippjanat; | pravočasno opozorijo na vsa odstopanja od pričakovanega rezultata ali potrdijo, da je bil pričakovani rezultat dosežen, kot je bilo načrtovano; |
jagħtu informazzjoni dwar riżultati mhux mixtieqa; | dajejo informacije o neželenih rezultatih; |
jappoġġaw it-teħid tad-deċiżjonijiet. | podpirajo odločanje. |
Ġabra u analiżi tal-informazzjoni | Zbiranje in analiziranje informacij |
Il-ġabra u l-analiżi tal-informazzjoni għandha titwettaq skont l-istrateġija, il-prijoritajiet u l-pjan(ijiet) iddefiniti għall-monitoraġġ. | Zbiranje in analiziranje informacij se izvede v skladu s strategijo, prednostnimi nalogami in načrtom(-i), določenim(-i) za spremljanje. |
Għal kull indikatur iddefinit imsemmi fil-punt 2.4, għandhom jitwettqu dawn li ġejjin: | Za vsak določen kazalnik iz točke 2.4 se izvede naslednje: |
ġabra tal-informazzjoni neċessarja; | zbiranje potrebnih informacij; |
evalwazzjoni dwar jekk il-proċessi, proċeduri, u l-miżuri tekniċi, operattivi u organizzattivi ta’ kontroll tar-riskju ġewx implimentati b’mod korrett; | ocena, ali se procesi, postopki ter tehnični, operativni in organizacijski ukrepi za nadzor tveganja pravilno izvajajo; |
verifika dwar jekk il-proċessi, proċeduri, u l-miżuri ta’ kontrolltar-riskju tekniċi, operattivi u organizzattivi humiex effettivi u jekk jiksbux ir-riżultati mistennija; | pregled, ali so procesi, postopki ter tehnični, operativni in organizacijski ukrepi za nadzor tveganja učinkovitiin ali dosegajo pričakovane rezultate; |
evalwazzjoni dwar jekk is-sistema ta’ ġestjoni intiera hijiex applikata b’mod korrett u jekk din tiksibx ir-riżultati mistennija; | ocena, ali se celotni sistem za upravljanje pravilno uporablja in ali dosega pričakovane rezultate; |
analiżi u evalwazzjoni ta’ istanzi ta’ nuqqas ta’ konformità identifikati mal-punti (b), (c) u (d), kif ukoll l-identifikazzjoni tal-kawżi tagħhom. | analiza in ocena primerov ugotovljenih neskladnosti s točkami (b), (c) in (d) ter ugotavljanje vzrokov zanje. |
Tfassil ta’ pjan ta’ azzjoni | Priprava akcijskega načrta |
Għal istanzi ta’ nuqqas ta’ konformità identifikati li huma kkunsidrati inaċċettabbli, għandu jitfassal pjan ta’ azzjoni. | Za prepoznavanje primerov neskladnosti, ki so ocenjeni za nesprejemljive, se pripravi akcijski načrt. |
Dan għandu: | S tem se: |
iwassal għall-infurzar tal-proċessi, proċeduri, u miżuri tekniċi, operattivi u organizzattivi ta’ kontroll tar-riskju implimentati b’mod korrett kif speċifikat, jew; | krepi pravilno izvajanje procesov, postopkov ter tehničnih, operativnih in organizacijskih ukrepov za nadzor tveganja, kot so določeni, ali |
itejjeb il-proċessi, proċeduri, u miżuri tekniċi, operattivi u organizzattivi ta’ kontroll tar-riskju eżistenti, jew; | izboljšuje obstoječe procese, postopke ter tehnične, operativne in organizacijske ukrepe za nadzor tveganja, ali |
jidentifika u jimplimenta miżuri addizzjonali ta’ kontroll tar-riskju. | določa in izvaja dodatne ukrepe za nadzor tveganja. |
Il-pjan ta’ azzjoni għandu b’mod partikolari jinkludi l-informazzjoni li ġejja: | Akcijski načrti vključujejo zlasti naslednje informacije: |
l-għanijiet u r-riżultati mistennija; | cilje in pričakovane rezultate; |
miżuri korrettivi, preventivi jew iż-żewġ tipi meħtieġa; | potrebne korektivne ali preventivne ukrepe oziroma obe vrsti ukrepov hkrati; |
persuna responsabbli għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet; | osebe, odgovorne za izvajanje ukrepov; |
dati sa meta għandhom jiġu implimentati l-azzjonijiet; | datume, do katerih morajo biti ukrepi izvedeni; |
persuna responsabbli għall-evalwazzjoni tal-effettività tal-miżuri tal-pjan ta’ azzjoni skont it-Taqsima 6; | osebe, odgovorne za ocenjevanje učinkovitosti ukrepov akcijskega načrta v skladu s točko 6; |
analiżi tal-impatt tal-pjan ta’ azzjoni dwar l-istrateġija tal-monitoraġġ, il-prijoritajiet u l-pjan(ijiet). | pregled vpliva akcijskega načrta na strategijo spremljanja, prednostne naloge in načrt(-e). |