Source | Target | Jeħtiġilhom ukoll ikunu jistgħu jidentifikaw tajjeb il-prodotti tagħhom fis-suq. | Poleg tega morajo pravilno opredeliti svoje proizvode na tržišču. |
It-tħaddim ta’ skemi tal-kwalità għall-produtturi li jippremjawhom għall-isforzi tagħhom biex jipproduċu firxa wiesgħa ta’ prodotti ta’ kwalità jista’ jkun ta’ ġid għall-ekonomija rurali. | Izvajanje shem kakovosti za proizvajalce, ki jih nagrajujejo za njihova prizadevanja za proizvodnjo vrste različnih kakovostnih proizvodov, lahko koristi podeželskemu gospodarstvu. |
Dan huwa l-każ b’mod partikulari f’żoni anqas vantaġġati, f’żoni muntanjużi u fir-reġjuni l-aktar remoti, fejn is-settur tal-biedja jammonta għal parti sinifikanti mill-ekonomija u l-ispejjeż tal-produzzjoni huma għoljin. | To velja zlasti za območja z omejenimi možnostmi, gorska območja in najbolj oddaljene regije, v katerih predstavlja kmetijski sektor znaten del gospodarstva in so proizvodni stroški visoki. |
B’dan il-mod, l-iskemi tal-kwalità jistgħu jikkontribwixxu u jkunu komplementari għall-politika tal-iżvilupp rurali kif ukoll għal-linji politiċi tas-suq u ta’ appoġġ għad-dħul tal-politika agrikola komuni (il-PAK). | Na ta način lahko sheme kakovosti prispevajo k politiki razvoja podeželja ter politikam tržne in dohodkovne podpore skupne kmetijske politike (SKP) ter jih dopolnjujejo. |
B’mod partikolari, jistgħu jikkontribwixxu għal żoni fejn is-settur tal-biedja hu ta’ importanza ekonomika ikbar u, speċjalment, għal żoni żvantaġġati. | K temu lahko zlasti prispevajo na območjih, kjer je kmetijski sektor pomembnejši del gospodarske dejavnosti, in predvsem na območjih z neugodnim položajem. |
Il-prijoritajiet tal-politika ta’ Ewropa 2020 kif stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv”, jinkludu l-għanijiet tal-kisba ta’ ekonomija kompetittiva bbażata fuq il-konoxxenza u l-innovazzjoni u tat-trawwim ta’ ekonomija b’rata għolja ta’ impjiegi li tipprovdi koeżjoni soċjali u territorjali. | Prednostne naloge politike Evropa 2020, kot so določene v sporočilu Komisije z naslovom „Evropa 2020: Strategija za pametno, trajnostno in vključujočo rast“, vključujejo cilje v zvezi z doseganjem konkurenčnega gospodarstva, temelječega na znanju in inovacijah, ter spodbujanjem gospodarstva z visoko stopnjo zaposlenosti, ki bi zagotovilo socialno in ozemeljsko kohezijo. |
Għalhekk, il-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli għandha tagħti lill-produtturi l-għodod adatti biex jidentifikaw aħjar u jippromwovu dawk il-prodotti tagħhom li jkollhom karatteristiċi speċifiċi, filwaqt li tħares lil dawk il-produtturi minn prattiċi żleali. | Zato bi morala politika kakovosti kmetijskih proizvodov proizvajalcem zagotoviti ustrezna orodja za lažjo prepoznavnost in promocijo tistih njihovih proizvodov, ki imajo posebne značilnosti, ter hkrati zaščititi te proizvajalce pred nepoštenimi praksami. |
Is-sett ta’ miżuri komplementari previst għandu jirrispetta l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. | Sklop dopolnilnih ukrepov, ki so predvideni, bi moral upoštevati načeli subsidiarnosti in sorazmernosti. |
Hemm stabbiliti miżuri ta’ politika għall-kwalità tal-prodotti agrikoli fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 tal-10 ta’ Ġunju 1991 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid [4]; fid-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel [5]u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha; fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta’ Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar ’il bogħod tal-Unjoni [6]u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu; fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti [7]; fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ud-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel [8]; fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [9]u b’mod partikulari t-Taqsima I tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tiegħu u fis-Sottotaqsima I tat-Taqsima Ia tiegħu; ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi [10]; kif ukoll fir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż [11]. | Ukrepi politike kakovosti kmetijskih proizvodov so določeni v Uredbi Sveta (EGS) št. 1601/91 z dne 10. junija 1991 o določitvi splošnih pravil za opredelitev, opis in predstavitev aromatiziranih vin, aromatiziranih pijač na osnovi vina in aromatiziranih mešanih pijač iz vinskih proizvodov [4]; Direktivi Sveta 2001/110/ES z dne 20. decembra 2001 o medu [5]in zlasti v členu 2 navedene direktive; Uredbi Sveta (ES) št. 247/2006 z dne 30. januarja 2006 o posebnih ukrepih za kmetijstvo v najbolj oddaljenih regijah Unije [6]in zlasti v členu 14 navedene uredbe; Uredbi Sveta (ES) št. 509/2006 z dne 20. marca 2006 o zajamčenih tradicionalnih posebnostih kmetijskih proizvodov in živil [7]; Uredbi Sveta (ES) št. 510/2006 z dne 20. marca 2006 o zaščiti geografskih označb in označb porekla za kmetijske proizvode in živila [8]; Uredbi Sveta (ES) št. 1234/2007 z dne 22. oktobra 2007 o vzpostavitvi skupne ureditve kmetijskih trgovin o posebnih določbah za nekatere kmetijske proizvode („Uredba o enotni SUT“) [9]ter zlasti v delu II, naslovu II, poglavju I, oddelku I in pododdelku I oddelka Ia navedene uredbe; Uredbi Sveta (ES) št. 834/2007 z dne 28. junija 2007 o ekološki pridelavi in označevanju ekoloških proizvodov [10]in Uredbi (ES) št. 110/2008 Evropskega parlamenta in Sveta z dne 15. januarja 2008 o opredelitvi, opisu, predstavitvi, označevanju in zaščiti geografskih označb žganih pijač [11]. |
It-tikkettar tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel għandu jkun soġġett għar-regoli ġenerali stabbiliti fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel [12]; u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li għandhom l-għan li jimpedixxu t-tikkettar li jista’ joħloq konfużjoni jew iqarraq fir-rigward tal-konsumaturi. | Za označevanje kmetijskih proizvodov in živil bi morala veljati splošna pravila iz Direktive 2000/13/ES Evropskega parlamenta in Sveta z dne 20. marca 2000 o približevanju zakonodaje držav članic o označevanju, predstavljanju in oglaševanju živil [12]in zlasti določbe, namenjene preprečevanju označevanja, ki bi lahko zmedlo ali zavajalo potrošnike. |
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni fir-rigward tal-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli identifikat bħala prijorità l-kisba ta’ aktar koerenza u konsistenza b’mod ġenerali fil-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli. | V sporočilu Komisije Evropskemu parlamentu, Svetu, Evropskemu ekonomsko-socialnemu odboru in Odboru regij o politiki kakovosti kmetijskih proizvodov je zapisano, da je doseganje večje splošne skladnosti in doslednosti politike kakovosti kmetijskih proizvodov prednostna naloga. |
L-iskema tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel u l-iskema tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti għandhom ċerti objettivi u dispożizzjonijiet komuni. | Shema geografskih označb za kmetijske proizvode in živila ter shema zajamčenih tradicionalnih posebnosti imata nekatere skupne cilje in določbe. |
L-Unjoni ilha xi żmien issegwi approċċ li għandu l-għan li jissimplifika l-qafas regolatorju tal-PAK. | Unija si že nekaj časa prizadeva za pristop glede poenostavitve regulativnega okvira SKP. |
Dan l-approċċ għandu jiġi applikat ukoll għar-regolamenti fil-qasam tal-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli, mingħajr, waqt li jsir dan, ma jqiegħed fid-dubbju l-karatteristiċi speċifiċi ta’ dawk il-prodotti. | Ta pristop bi bilo treba uporabiti tudi za predpise s področja politike kakovosti kmetijskih proizvodov, ne da bi pri tem postavili pod vprašaj posebne značilnosti teh proizvodov. |
Xi regolamenti li jiffurmaw parti mill-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli ġew riveduti reċentement iżda għadhom ma ġewx implimentati għal kollox. | Nekateri predpisi, ki so del politike kakovosti kmetijskih proizvodov, so bili nedavno pregledani, a se še ne izvajajo v celoti. |
B’riżultat ta’ dan, huma ma għandhomx ikunu inklużi f’dan ir-Regolament. | Na tej podlagi torej ne bi smeli biti vključeni v to uredbo. |
Madankollu, huma jistgħu jiġu inkorporati fi stadju aktar tard, ladarba l-leġislazzjoni tkun ġiet implimentata b’mod sħiħ. | Kljub temu se jih lahko vključi v poznejši fazi, ko se bo zakonodaja v celoti izvajala. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmijin aktar ’il fuq, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu amalgamati f’qafas legali uniku li jikkonsisti mid-dispożizzjonijiet ġodda jew aġġornati tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 u (KE) Nru 510/2006 u dawk id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 509/2006 u (KE) Nru 510/2006 li qed jinżammu. | Ob upoštevanju navedenih ugotovitev bi bilo treba naslednje določbe združiti v enotni pravni okvir, ki bi gasestavljale nove ali posodobljene določbe uredb (ES) št. 509/2006 in (ES) št. 510/2006 ter tiste določbe uredb (ES) št. 509/2006 in (ES) št. 510/2006, ki se ohranijo. |
Fl-interess taċ-ċarezza u tat-trasparenza, ir-Regolamenti (KE) Nru 509/2006 u (KE) Nru 510/2006 għandhom għalhekk jitħassru u jinbidlu b’dan ir-Regolament. | Zaradi jasnosti in preglednosti bi bilo treba torej uredbi (ES) št. 509/2006 in (ES) št. 510/2006 razveljaviti ter ju nadomestiti s to uredbo. |
Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jkun limitat għall-prodotti agrikoli li huma maħsubin għall-konsum mill-bniedem u li huma elenkati fl-Anness I mat-Trattat u għal lista ta’ prodotti li ma jaqgħux fl-ambitu ta’ dak l-Anness li huma marbutin mill-qrib mal-produzzjoni agrikola jew mal-ekonomija rurali. | Področje uporabe te uredbe bi bilo treba omejiti na kmetijske proizvode, namenjene za prehrano ljudi, iz Priloge I k Pogodbi in na seznam proizvodov zunaj področja uporabe navedene priloge, ki so tesno povezani s kmetijsko proizvodnjo ali podeželskim gospodarstvom. |
Ir-regoli previsti f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw mingħajr ma jaffettwaw il-leġislazzjoni eżistenti tal-Unjoni dwar l-inbejjed, l-inbejjed aromatizzati, l-ispirti, il-prodotti tal-biedja organika, jew ir-reġjuni ultra-periferiċi. | Pravila iz te uredbe bi se morala uporabljati brez poseganja v obstoječo zakonodajo Unije o vinih, aromatiziranih vinih, žganih pijačah, ekološko pridelanih proizvodih ali najbolj oddaljenih regijah. |
L-ambitu tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għandu jkun limitat għal prodotti li għalihom teżisti rabta intrinsika bejn il-karatteristiċi tal-prodott jew tal-oġġetttal-ikel u l-oriġini ġeografika. | Področje uporabe označb porekla in geografskih označb bi bilo treba omejiti na proizvode, pri katerih obstaja resnična povezava med značilnostmi proizvoda ali živila in geografskim poreklom. |
L-inklużjoni fl-iskema preżenti ta’ ċerti tipi ta’ ċikkulata biss bħala prodotti tal-ħelu hija anomalija li għandha tiġi kkoreġuta. | Vključitev le nekaterih vrst čokolade med slaščice v sedanji shemi je anomalija, ki bi jo bilo treba odpraviti. |
L-objettivi speċifiċi tal-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi huma li jinkiseb dħul ġust għall-bdiewa u l-produtturi għall-kwalitajiet u l-karatteristiċi ta’ prodott partikolari, jew tal-mod ta’ produzzjoni tiegħu, u li jipprovdu informazzjoni ċara dwar il-prodotti li jkollhom karatteristiċi speċifiċi marbutin mal-oriġini ġeografika, u b’hekk il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet aktar infurmati ta’ xiri. | Posebni cilji v zvezi z zaščito označb porekla in geografskih označb so namenjeni zagotavljanju pravičnega plačila kmetom in proizvajalcem za kakovost in značilnosti določenega proizvoda ali njegovega načina proizvodnje ter zagotavljanju jasnih informacij o proizvodih s posebnimi značilnostmi, povezanimi z geografskim poreklom, da bi lahko potrošniki sprejemali bolj ozaveščene odločitve o nakupu. |
Li fl-Unjoni kollha jiġi żgurat rispett uniformi għad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali marbutin ma’ ismijiet li huma protetti fl-Unjoni huwa prijorità li tista’ tintlaħaq b’mod aktar effettiv fil-livell tal-Unjoni. | Zagotavljanje enotnega spoštovanja v celotni Uniji pravic intelektualne lastnine, povezanih z imeni, ki so zaščitena v Uniji, je prednostna naloga, ki jo je mogoče učinkoviteje izpolniti na ravni Unije. |
Qafas tal-Unjoni li jipproteġi d-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi billi jipprevedi l-inklużjoni tagħhom f’reġistru jiffaċilita l-iżvilupp ta’ dawk l-istrumenti, għaliex l-approċċ aktar uniformi li jirriżulta jkun jiżgura kompetizzjoni ġusta bejn il-produtturi tal-prodotti li fuqhom ikollhom dawk l-indikazzjonijiet u jsaħħaħ il-kredibbiltà tal-prodotti f’għajnejn il-konsumatur. | Okvir Unije, ki ščiti označbe porekla in geografske označbe, tako da zagotavlja njihovo vključitev v register, omogoča razvoj teh instrumentov, saj posledično enotnejši pristop zagotavlja pošteno konkurenco med proizvajalci proizvodov, ki imajo takšne označbe, in izboljšuje verodostojnost teh proizvodov med potrošniki. |
Għandu jkun hemm provvediment għall-iżvilupp tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fil-livell tal-Unjoni u għall-promozzjoni tal-ħolqien ta’ mekkaniżmi għall-protezzjoni tagħhom f’pajjiżi terzi fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (WTO) jew ta’ ftehimiet multilaterali u bilaterali, sabiex b’hekk isir kontribut għar-rikonoxximent tal-kwalità tal-prodotti u tal-mudell ta’ produzzjoni tagħhom bħala fattur li jżid il-valur. | Zagotoviti bi bilo treba razvoj označb porekla in geografskih označb na ravni Unije ter spodbuditi vzpostavitev mehanizmov za njihovo zaščito v tretjih državah v okviru Svetovne trgovinske organizacije (STO) ali večstranskih in dvostranskih sporazumov ter tako prispevati k priznavanju kakovosti proizvodov in njihovega načina proizvodnje kot dejavnika dodane vrednosti. |
Fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 tal-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel [13]u tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, jeħtieġ li jiġu indirizzati ċerti kwistjonijiet, biex xi regoli jiġu ċċarati u ssimplifikati u biex il-proċeduri ta’ din l-iskema jiġu razzjonalizzati. | Glede na izkušnje, pridobljene pri izvajanju Uredbe Sveta (EGS) št. 2081/92 z dne 14. julija 1992 o zaščiti geografskih označb in označb porekla za kmetijske proizvode in živila [13]ter Uredbe (ES) št. 510/2006, obstaja potreba po obravnavi nekaterih vprašanj, da bi se pojasnila in poenostavila nekatera pravila ter racionalizirali postopki te sheme. |
Fid-dawl tal-prattika eżistenti, iż-żewġ strumenti differenti għall-identifikazzjoni tar-rabta bejn il-prodott u l-oriġini ġeografika tiegħu, jiġifieri d-denominazzjoni protetta tal-oriġini u l-indikazzjoni ġeografika protetta, għandhom jiġu ddefiniti aktar u jinżammu. | Ob upoštevanju obstoječe prakse bi bilo treba dodatno določiti in ohraniti dva različna instrumenta za opredelitev povezave med proizvodom in njegovim geografskim poreklom, torej zaščiteno označbo porekla in zaščiteno geografsko označbo. |
Mingħajr ma jinbidel il-kunċett ta’ dawk l-istrumenti, għandhom jiġu adottati ċerti emendi għad-definizzjonijiet biex jittieħed kont b’mod aħjar tad-definizzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi stabbilita fil-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ u biex isiru aktar sempliċi u ċari biex jinftiehmu mill-operaturi. | Brez spreminjanja koncepta teh instrumentov bi bilo treba sprejeti nekatere spremembe opredelitev pojmov, da bi se bolje upoštevala opredelitev geografskih označb iz Sporazuma o trgovinskih vidikih pravic intelektualne lastnine ter da bi jih gospodarski subjekti lažje in bolje razumeli. |
Prodott agrikolu jew oġġett tal-ikel li jkollu tali deskrizzjoni ġeografika għandu jissodisfa ċerti kondizzjonijiet stabbiliti fi speċifikazzjoni, bħal rekwiżiti speċifiċi maħsuba biex jiġu protetti r-riżorsi naturali jew il-pajsaġġ taż-żona ta’ produzzjoni jew biex isir aktar xieraq it-trattament tal-annimali fl-impjanti agrikoli. | Kmetijski proizvod ali živilo s takšnim geografskim opisom bi moralo izpolnjevati nekatere pogoje, določene v specifikaciji, kot so posebne zahteve za varovanje naravnih virov ali krajine proizvodnega območja ali izboljšanje dobrega počutja živine. |
Biex jikkwalifikaw għall-protezzjoni fit-territorji ta’ Stati Membri, id-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom jiġu rreġistrati biss fil-livell tal-Unjoni. | Označbe porekla in geografske označbe bi morale biti registrirane le na ravni Unije, da bi bile upravičene do zaščite na ozemljih držav članic. |
B’effett mid-data tal-applikazzjoni għal tali reġistrazzjoni fil-livell tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħtu protezzjoni transizzjonali fil-livell nazzjonali mingħajr ma jaffettwaw il-kummerċ fl-Unjoni jew dak internazzjonali. | Z učinkom od datuma vložitve zahtevka za takšno registracijo na ravni Unije bi moralo biti državam članicam omogočeno, da zagotovijo prehodno zaščito na nacionalni ravni, ne da bi to vplivalona trgovino znotraj Unije ali mednarodno trgovino. |
Il-protezzjoni mogħtija b’dan ir-Regolament mar-reġistrazzjoni għandha tkun ugwalment disponibbli għad-denominazzjonijiet tal-oriġini u għall-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kriterji korrispondenti u li huma protetti fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom. | Zaščita po registraciji, ki jo določa ta uredba, bi morala biti prav tako na voljo za označbe porekla in geografske označbe tretjih držav, ki izpolnjujejo ustrezna merila in so zaščitene v njihovi državi porekla. |
Il-proċedura ta’ reġistrazzjoni fil-livell tal-Unjoni għandha tippermetti lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika b’interess leġittimu minn Stat Membru, għajr l-Istat Membru tal-applikazzjoni, jew minn pajjiż terz, li teżerċita d-drittijiet tagħha billi tinnotifika l-oppożizzjoni tagħha. | Postopek registracije na ravni Unije bi moral omogočiti vsaki fizični ali pravni osebi s pravnim interesom iz države članice, ki ni država članica vložnica, ali iz tretje države, da uveljavlja svoje pravice z vložitvijo ugovora. |
Id-dħul fir-reġistru ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għandu jipprovdi wkoll informazzjoni lil konsumaturi u lil dawk li huma involuti fil-kummerċ. | Vpis v register zaščitenih označb porekla in zaščitenih geografskih označb bi moral omogočati tudi obveščanje potrošnikov in tistih, ki so vključeni v trgovanje. |
L-Unjoni tinnegozja ftehimiet internazzjonali, inklużi dawk li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, mas-sħab kummerċjali tagħha. | Unija se o mednarodnih sporazumih, vključno s tistimi o zaščiti označb porekla in geografskih označb, pogaja s svojimi trgovinskimi partnerji. |
Sabiex tiffaċilita l-għoti lill-pubbliku ta’ informazzjoni dwar l-ismijiet protetti b’dan il-mod, u b’mod partikulari biex tiżgura l-protezzjoni u l-kontroll tal-użu li jsir minn dawk l-ismijiet, l-ismijiet jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti. | Zaradi lažjega obveščanja javnosti o tako zaščitenih imenih ter zlasti za zagotovitev zaščite uporabe teh imen in nadzora nad njihovo uporabo, se lahko ta imena vpišejo v register zaščitenih označb porekla in zaščitenih geografskih označb. |
Sakemm ma jkunux identifikati b’mod speċifiku bħala denominazzjonijiet tal-oriġini f’dawk il-ftehimiet internazzjonali, l-ismijiet għandhom jiddaħħlu fir-reġistru bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti. | Ta imena bi bilo treba v register vpisati kot zaščitene geografske označbe, razen če so v takšnih mednarodnih sporazumih posebej opredeljena kot označbe porekla. |
Minħabba n-natura speċifika tagħhom, għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet speċjali dwar it-tikkettar fir-rigward tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti li jirrikjedu li l-produtturi jużaw is-simboli jew indikazzjonijiet tal-Unjoni li jkunu xierqa fuq il-pakkett. | Zaradi njihovih posebnosti bi bilo treba za zaščitene označbe porekla in zaščitene geografske označbe sprejeti posebne določbe v zvezi z označevanjem, ki bi določale, da morajo proizvajalci na embalaži uporabljati ustrezne označbe ali simbole Unije. |
Fil-każ tal-ismijiet tal-Unjoni, l-użu ta’ dawn is-simboli jew indikazzjonijiet għandu jsir obbligatorju sabiex din il-kategorija ta’ prodotti, u l-garanziji marbutin magħhom, isiru aktar magħrufin mill-konsumaturi u sabiex tkun permessa identifikazzjoni aktar faċli ta’ dawn il-prodotti fis-suq, u b’hekk ikunu ffaċilitati l-verifiki. | V primeru imen Unije bi morala uporaba takih simbolov ali označb postati obvezna, da bi lahko potrošnike bolje seznanili s to kategorijo proizvodov in z njimi povezanimi jamstvi ter omogočili lažjo prepoznavnost teh proizvodov na trgu, s čimer bi olajšali preverjanje. |
Filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-WTO, l-użu ta’ simboli jew indikazzjonijiet bħal dawn għandu jkun volontarju għall-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini ta’ pajjiżi terzi. | Ob upoštevanju zahtev STO bi morala biti uporaba takih simbolov ali označb za geografske označbe in označbe porekla iz tretjih držav prostovoljna. |
Għandha tingħata protezzjoni lill-ismijiet inklużi fir-reġistru bl-għan li jkun żgurat li dawn jintużaw b’mod ġust u sabiex jitrażżnu prattiċi li jistgħu jqarrqu bil-konsumaturi. | Imenav registru bi bilo treba zaščititi, da bi zagotovili njihovo pošteno uporabo in preprečili prakse, ki bi lahko zavajale potrošnike. |
Barra minn hekk, għandhom jiġu ċċarati l-mezzi biex jiġi żgurat li l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini jkunu protetti, b’mod partikulari fir-rigward tar-rwol ta’ gruppi ta’ produtturi u awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. | Poleg tega bi bilo treba pojasniti načine zagotavljanja zaščite geografskih označb in označb porekla, zlasti kar zadeva vlogo skupin proizvajalcev in pristojnih organov držav članic. |
F’ċerti każijiet, sabiex jingħelbu diffikultajiet temporanji u bil-għan fit-tul li jkun żgurat li l-produtturi kollha jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet, dawk id-derogi jistgħu jingħataw għal perijodu ta’mhux iżjed minn 10 snin. | V nekaterih primerih se lahko za premagovanje začasnih težav, pri čemer je dolgoročni cilj zagotoviti, da vsi proizvajalci izpolnjujejo specifikacije, navedena odstopanja odobrijo za obdobje do 10 let. |
L-ambitu tal-protezzjoni mogħtija taħt dan ir-Regolament għandu jiġi ċċarat, b’mod partikolari relattivament għal dawk il-limitazzjonijiet fuq ir-reġistrazzjoni ta’ trademarks ġodda stipulati fid-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trademarks [14]li jkunu f’konflitt mar-reġistrazzjoni ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, kif huwa diġà l-każ għar-reġistrazzjoni ta’ trademarks ġodda fil-livell tal-Unjoni. | Pojasniti bi bilo treba obseg zaščite, dodeljene v skladu s to uredbo, zlasti v zvezi s temi omejitvami pri registraciji novih blagovnih znamk iz Direktive 2008/95/ES Evropskega parlamenta in Sveta z dne 22. oktobra 2008 o približevanju zakonodaje držav članic v zvezi z blagovnimi znamkami [14], ki so v nasprotju z registracijo zaščitenih označb porekla in zaščitenih geografskih označb, kot že velja za registracijo novih blagovnih znamk na ravni Unije. |
Tali kjarifika hija wkoll meħtieġa relattivament għas-sidien tad-drittijiet preċedenti ta’ proprjetà intellettwali, b’mod partikolari dawk fir-rigward ta’ trademarks u ta’ ismijiet omonimi rreġistrati bħala denominazzjonijiet protetti tal-oriġini jew bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti. | Tako pojasnilo je potrebno tudi v zvezi z imetniki prednostnih pravic intelektualne lastnine, zlasti tistih, ki se nanašajo na blagovne znamke in homonimna imena, registrirana kot zaščitene označbe porekla ali zaščitene geografske označbe. |
Il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għandha tiġi estiża għall-abbuż, l-imitazzjoni u l-evokazzjoni ta’ ismijiet irreġistrati kemm fuq prodotti kif ukoll fuq servizzi, sabiex ikun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni u sabiex dik il-protezzjoni tkun allinjata ma’ dik li tapplika fis-settur tal-inbid. | Zaščito označb porekla in geografskih označb bi bilo treba razširiti na zlorabo, posnemanje in navajanje registriranih imen blaga ter storitev, da bi se zagotovila visoka raven zaščite in ta zaščita uskladila s tisto, ki velja za vinski sektor. |
Meta d-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini jew l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jintużaw bħala ingredjenti għandu jittieħed kont tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Linji gwida dwar it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li jużaw denominazzjonijiet protetti ta’ oriġini (DPO) u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) bħala ingredjenti”. | Kadar se zaščitene označbe porekla ali zaščitene geografske označbe uporabljajo kot sestavine, bi bilo treba upoštevati sporočilo Komisije z naslovom Smernice za označevanje živil, ki vsebujejo sestavine z zaščiteno označbo porekla (ZOP) in zaščiteno geografsko označbo (ZGO). |
L-ismijiet li jkunu diġà ġew irreġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 fit-3 ta' Jannar 2013 għandhom ikomplu jiġu protetti taħt dan ir-Regolament u għandhom jiddaħħlu b’mod awtomatiku fir-reġistru. | Imena, ki so 3. januarja 2013 že registrirana v skladu z Uredbo (ES) št. 510/2006, bi morala biti še naprej upravičena do zaščite v skladu s to uredbo in bi morala biti samodejno vključena v register. |
Għalhekk, id-dispożizzjonijiet attwali għandhom jittejbu u jiġu ċċarati u rfinuti sabiex l-iskema tkun tiftiehem iktar, issir iktar operattiva u tkun iktar attraenti għall-applikanti potenzjali. | Sedanje določbe bi bilo torej treba izboljšati, pojasniti in povečati njihovo ostrino, da bi bila shema razumljivejša, bolj uporabna in privlačnejša za morebitne uporabnike. |
L-iskema preżenti tipprovdi l-għażla li isem jiġi rreġistrat għall-għanijiet tal-identifikazzjoni mingħajr ma l-isem jiġi rriżervat fl-Unjoni. | Sedanja shema zagotavlja možnost registracije imena z namenom opredelitve brez pridržanja imena v Uniji. |
Minħabba li din l-għażla ma ġietx miftiehma sew mill-partijiet interessati, u minħabba li l-funzjoni tal-identifikazzjoni tal-prodotti tradizzjonali tista’ tinkiseb aħjar fil-livell tal-Istati Membri jew fil-livell reġjonali bl-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, din l-għażla m’għandhiex tinżamm. | Ker ta možnost zainteresiranim stranem ni bila popolnoma razumljiva in ker se lahko tradicionalni proizvodi ob upoštevanju načela subsidiarnosti bolje opredelijo na ravni držav članic ali regionalni ravni, bi bilo treba to možnost ukiniti. |
Fid-dawl tal-esperjenza miskuba, l-iskema għandha tittratta biss ir-riżervar ta’ ismijiet fl-Unjoni kollha. | Na podlagi izkušenj bi se morala shema nanašati le na pridržanje imen v Uniji. |
Biex ikun żgurat li ismijiet ta’ prodotti tradizzjonali ġenwini jiġu rreġistrati taħt l-iskema, għandhom jiġu adattati kriterji u kondizzjonijiet oħra għar-reġistrazzjoni ta’ isem, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw id-definizzjoni tal-kelma “tradizzjonali”, li għandha tkopri prodotti li jkunu ilhom jiġu prodotti għal perijodu sinifikanti ta’ żmien. | Da bi zagotovili registracijo imen pristnih tradicionalnih proizvodov v okviru sheme, bi bilo treba merila in pogoje za registracijo imena prilagoditi, zlasti glede opredelitve pojma „tradicionalen“, ki bi moral zajeti proizvode, ki se proizvajajo že daljše časovno obdobje. |
Biex jiżguraw li l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni tagħhom u jkunu konsistenti, produtturi organizzati fi gruppi għandhom huma stess jiddefinixxu l-prodott fi speċifikazzjoni. | Proizvajalci, ki so organizirani v skupine, bi morali proizvod v specifikaciji opredeliti sami, da bi zagotovili skladnost zajamčenih tradicionalnih posebnosti z njihovimi specifikacijami ter njihovo doslednost. |
L-għażla li wieħed jirreġistra isem bħala speċjalità tradizzjonali garantita għandha tkun miftuħa għall-produtturi ta’ pajjiżi terzi. | Proizvajalcem iz tretjih držav bi morala biti na voljo možnost registracije imena kot zajamčene tradicionalne posebnosti. |
Sabiex jikkwalifikaw għar-riżervar, l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti għandhom jiġu rreġistrati fil-livell tal-Unjoni. | Da bi zajamčene tradicionalne posebnosti izpolnjevale pogoje za pridržanje, bi morale biti registrirane na ravni Unije. |
Id-dħul fir-reġistru għandu jipprovdi wkoll informazzjoni lill-konsumaturi u lil dawk li huma involuti fil-kummerċ. | Vpis v register bi moral omogočati tudi obveščanje potrošnikov in tistih, ki so vključeni v trgovanje. |
Sabiex jiġi evitat li jinħolqu kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni li mhumiex ġusti, kwalunkwe produttur, inkluż produttur ta’ pajjiż terz, għandu jkun jista’ juża isem irreġistrat ta’ speċjalità tradizzjonali garantita, dejjem jekk il-prodott konċernat ikun konformi mar-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni rilevanti u l-produttur ikun kopert minn sistema ta’ kontrolli. | Zaradi preprečevanja ustvarjanja pogojev nepoštene konkurence bi bilo treba vsakemu proizvajalcu, vključno s proizvajalcem iz tretje države, omogočiti uporabo registriranega imena zajamčene tradicionalne posebnosti, pod pogojem, da zadevni proizvod ustreza zahtevam zadevne specifikacije in bi bil proizvajalec vključen v nadzorni sistem. |