Source | Target | Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jestendu l-perijodu transizzjonali msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal 15-il sena f’każijiet debitament ġustifikati fejn jintwera li: | Komisija lahko brez poseganja v člen 14 sprejme izvedbene akte, s katerimi podaljša prehodno obdobje iz odstavka 1 tega člena na 15 let, in sicer v ustrezno utemeljenih primerih, v katerih je dokazano, da: |
id-denominazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tkun ilha tintuża legalment b’mod konsistenti u ġust għal mill-inqas 25 sena qabel ma l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni; | se je označba iz odstavka 1 tega člena zakonito uporabljala na podlagi stalne in poštene rabe že najmanj 25 let, preden je bil pri Komisiji vložen zahtevek za registracijo; |
l-iskop tal-użu tad-denominazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma kien, fl-ebda waqt, għal profitt mir-reputazzjoni tal-isem reġistrat u jintwera li l-konsumatur ma ġiex jew ma setax jiġi żgwidat fir-rigward tal-oriġini vera tal-prodott. | uporaba označbe iz odstavka 1 tega člena v nobenem trenutku ni imela namena izkoriščati slovesa registriranega imena in da potrošniki niso mogli biti zavedeni glede pravega porekla proizvoda. |
Meta tintuża denominazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini għandha tidherfuq it-tikketta b’mod ċar u viżibbli. | Kadar se uporablja označba iz odstavkov 1 in 2, je država porekla na označevanju jasno in vidno označena. |
Biex jingħelbu d-diffikultajiet temporanji bil-għan li, fuq perijodu fit-tul, ikun żgurat li l-produtturi kollha fiż-żona kkonċernata jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni, Stat Membru jista’ jagħti perijodu transizzjonalita’ mhux aktar minn 10 snin, b’effett mid-data li fiha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni lill-Kummissjoni, bil-kondizzjoni li l-operaturi kkonċernati jkunu kkumerċjalizzaw legalment il-prodotti kkonċernati u jkunu użaw l-ismijiet ikkonċernati b’mod kontinwu għal mill-inqas ħames snin qabel ma tiġi ppreżentata l-applikazzjoni lill-awtoritajiet tal-Istat Membru u jkunu għamlu dak il-punt fil-proċedura ta’ oppożizzjoni nazzjonali msemmija fl-Artikolu 49(3). | Za premagovanje začasnih težav pri doseganju dolgoročnega cilja, v skladu s katerim se zagotovi upoštevanje specifikacij s strani vseh proizvajalcev na zadevnem območju, lahko država članica odobri prehodno obdobje do 10 let, z učinkom od dneva vložitve zahtevka pri Komisiji, pod pogojem, da so zadevni gospodarski subjekti zakonito tržili zadevne proizvode z neprekinjeno uporabo zadevnih imen vsaj pet let pred vložitvijo zahtevka pri organih zadevne države članice in če so na to opozorili v nacionalnem postopku ugovora iz člena 49(3). |
L-ewwel subparagrafu għandu japplika mutatis mutandis għal indikazzjoni ġeografika protetta jew għal denominazzjoni protetta tal-oriġini li tirriferi għal żona ġeografika li tinsab f’pajjiż terz, bl-eċċezzjoni tal-proċedura ta’ oppożizzjoni. | Prvi pododstavek se smiselno uporablja za zaščiteno geografsko označbo ali zaščiteno označbo porekla, ki zadeva geografsko območje v tretji državi, razen pri postopku ugovora. |
Dawn il-perijodi transizzjonali għandhom ikunu indikati fid-dossier tal-applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 8(2). | Taka prehodna obdobja se navedejo v dokumentaciji zahtevka iz člena 8(2). |
Dispożizzjonijiet transizzjonali | Prehodne določbe |
L-ismijiet imdaħħlin fir-reġistru previst fl-Artikolu 7(6) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 għandhom jiddaħħlu b’mod awtomatiku fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament. | Imena, vpisana v register iz člena 7(6) Uredbe (ES) št. 510/2006, se samodejno prenesejo v register iz člena 11 te uredbe. |
L-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti għandhom jitqiesu li huma l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament. | Kot ustrezne specifikacije se obravnavajo specifikacije iz člena 7 te uredbe. |
Kwalunkwe dispożizzjoni transizzjonali speċifika assoċjata ma’ reġistrazzjonijiet bħal dawn għandha tkompli tapplika. | Kakršne koli posebne prehodne določbe v zvezi s takšnimi registracijami se uporabljajo še naprej. |
Sabiex ikunu protetti d-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-produtturi jew tal-partijiet interessati kkonċernati, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, dwar regoli transizzjonali addizzjonali. | Za zaščito pravic in pravnih interesov zadevnih proizvajalcev ali zainteresiranih strani se na Komisijo v skladu s členom 56 prenese pooblastilo za sprejemanje delegiranih aktov v zvezi z dodatnimi prehodnimi pravili. |
Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt ta’ koeżistenza rikonoxxut taħt ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 fir-rigward ta’ denominazzjonijiet tal-oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi minn naħa waħda, u ta’ trademarks, min-naħa l-oħra. | Ta uredba se uporablja brez poseganja v kakršno koli pravico do soobstoja, ki velja v skladu z Uredbo (ES) št. 510/2006, glede označb porekla in geografskih označb na eni strani ter blagovnih znamk na drugi strani. |
TITOLU III | NASLOV III |
SPEĊJALITAJIET TRADIZZJONALI GARANTITI | ZAJAMČENE TRADICIONALNE POSEBNOSTI |
B’dan hija stabbilita skema għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti biex jiġu salvagwardati l-metodi ta’ produzzjoni u riċetti tradizzjonali billi produtturi ta’ prodott tradizzjonali jiġu megħjuna jikkummerċjalizzaw u jikkomunikaw l-attributi li jżidu l-valur tar-riċetti u l-prodotti tradizzjonali tagħhom lill-konsumaturi. | Vzpostavi se shema za zajamčene tradicionalne posebnosti za zaščito tradicionalnih metod proizvodnje in receptov, tako da proizvajalcem tradicionalnih proizvodov pomaga pri trženju njihovih proizvodov ter pri obveščanju potrošnikov o lastnostih dodane vrednosti njihovih tradicionalnih receptov in proizvodov. |
Kriterji | Merila |
Isem għandu jkun eliġibbli għar-reġistrazzjoni bħala speċjalità tradizzjonali garantita fejn dan jiddeskrivi prodott speċifiku jew oġġett tal-ikel li: | Ime izpolnjuje pogoje za registracijo kot zajamčena tradicionalna posebnost, kadar opisuje specifičen proizvod ali živilo: |
ikun ġej minn tip ta’ produzzjoni, ipproċessar jew minn kompożizzjoni li jikkorrispondu għal prattika tradizzjonali fir-rigward ta’ dak il-prodott jew oġġett tal-ikel; jew | katerega način proizvodnje, predelava ali sestava ustreza tradicionalni praksi za zadevni proizvod ali živilo, ali |
ikun magħmul minn materja prima jew minn ingredjenti li huma dawk użati tradizzjonalment. | ki je proizveden(-o) iz surovin ali sestavin, ki se tradicionalno uporabljajo. |
Sabiex isem jiġi rreġistrat bħala speċjalità tradizzjonali garantita, huwa għandu: | Da se ime registrira kot zajamčena tradicionalna posebnost: |
ikun intuża tradizzjonalment biex jirriferi għall-prodott speċifiku; jew | se mora ime tradicionalno uporabljati za označevanje specifičnega proizvoda ali |
jidentifika l-karattru tradizzjonali jew il-karattru speċifiku tal-prodott. | mora opredeljevati tradicionalne ali posebne lastnosti proizvoda. |
Jekk jintwera fil-proċedura ta’ oppożizzjoni taħt l-Artikolu 51 li l-isem jintuża wkoll fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz, sabiex issir distinzjoni bejn prodotti komparabli jew prodotti li għandhom isem identiku jew simili, id-deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni meħuda skont l-Artikolu 52(3) tista’ tipprevedi li l-isem tal-ispeċjalità tradizzjonali garantita jkun akkumpanjat mill-istqarrija “magħmul skont it-tradizzjoni ta’” immedjatament segwita mill-isem ta’ pajjiż jew reġjun tiegħu. | Če se v postopku ugovora v skladu s členom 51 izkaže, da se ime uporablja tudi v drugi državi članici ali v tretji državi, se lahko – da bi se primerljivi proizvodi ali proizvodi, ki imajo identično ali podobno ime, razlikovali – z odločitvijo o registraciji, sprejeto v skladu s členom 52(3), zagotovi, da je ime zajamčene tradicionalne posebnosti dopolnjeno s trditvijo „izdelano po tradiciji“, čemur neposredno sledi ime države ali regije zadevnega proizvoda. |
Isem ma jistax jiġi rreġistrat jekk ikun jirriferi biss għal stqarrijiet ta’ natura ġenerali użati għal ġabra ta’ prodotti, jew għal stqarrijiet previsti f’leġislazzjoni partikolari tal-Unjoni. | Imena ni mogoče registrirati, če se nanaša le na splošne trditve, uporabljene za skupino proizvodov, ali na trditve, ki jih določa posebna zakonodaja Unije. |
Biex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-iskema, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, li jikkonċernaw aktar dettalji dwar il-kriterji tal-eliġibbiltà stipulati f’dan l-Artikolu. | Da se zagotovi nemoteno delovanje sheme, se na Komisijo v skladu s členom 56 prenese pooblastilo za sprejemanje delegiranih aktov glede dodatnih podrobnosti o merilih o izpolnjevanju pogojev, določenih v tem členu. |
Speċjalità tradizzjonali garantita għandha tkun konformi ma’ speċifikazzjoni li għandha tinkludi: | Zajamčena tradicionalna posebnost je v skladu s specifikacijo, ki vključuje: |
l-isem propost għar-reġistrazzjoni, bil-verżjonijiet lingwistiċi xierqa; | predlagano ime za registracijo v ustreznih jezikovnih različicah; |
deskrizzjoni tal-prodott li tinkludi l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi ewlenin tiegħu, li turi l-karattru speċifiku tal-prodott; | opis proizvoda, vključno z njegovimi glavnimi fizikalnimi, kemijskimi, mikrobiološkimi ali organoleptičnimi značilnostmi, ki dokazujejo posebne lastnosti proizvoda; |
deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni li l-produtturi għandhom isegwu, inklużi, fejn ikun il-każ, in-natura u l-karatteristiċi tal-materja prima jew tal-ingredjenti użati, u l-metodu ta’ preparazzjoni tal-prodott; u | opis metode proizvodnje, ki jo morajo proizvajalci upoštevati, po potrebi vključno z vrsto in značilnostmi uporabljenih surovin ali sestavin, in metode, po kateri je proizvod pripravljen, ter |
l-elementi ewlenin li jistabbilixxu n-natura tradizzjonali tal-prodott. | ključne elemente, ki opredeljujejo tradicionalne lastnosti proizvoda. |
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem bħala speċjalità tradizzjonali garantita msemmija fl-Artikolu 49(2) jew (5) għandha tinkludi: | Zahtevek za registracijo imena kot zajamčene tradicionalne posebnosti iz člena 49(2) ali (5) vključuje: |
l-ispeċifikazzjoni tal-prodott kif previst fl-Artikolu 19. | specifikacijo proizvoda iz člena 19. |
l-elementi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u | elemente iz odstavka 1 tega člena in |
dikjarazzjoni mill-Istat Membru li huwa jqis li l-applikazzjoni ppreżentata mill-grupp u li tikkwalifika għal deċiżjoni favorevoli tissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet adottati b’mod konformi miegħu. | izjavo države članice, da po njenem mnenju zahtevek, ki ga je vložila skupina in se mu lahko ugodi, izpolnjuje pogoje iz te uredbe in določbe, sprejete v skladu z njo. |
Dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 51(2) għandha tkun ammissibbli biss jekk tasal għand il-Kummissjoni qabel ma jiskadi l-limitu taż-żmien u jekk hija: | Utemeljen ugovor iz člena 51(2) je dopusten le, če ga Komisija prejme pred iztekom določenega roka in če: |
tagħti raġunijiet debitament sostanzjati għaliex ir-reġistrazzjoni proposta mhijiex kompatibbli mat-termini ta’ dan ir-Regolament; jew | navaja ustrezno utemeljene razloge, zakaj je predlagana registracija nezdružljiva z določbami te uredbe, ali |
turi li l-użu tal-isem huwa legali, magħruf u ekonomikament sinifikattiv għal prodotti agrikoli jew oġġetti tal-ikel simili. | dokazuje, da je raba imena za podobne kmetijske proizvode ali živila zakonita, splošno znana in gospodarsko pomembna. |
Il-kriterji msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu vvalutati relattivament għat-territorju tal-Unjoni. | Merila iz točke (b) odstavka 1 se ocenijo glede na ozemlje Unije. |
Reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti | Register zajamčenih tradicionalnih posebnosti |
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni, mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 57(2), li jistabbilixxu u jipprovdu għaż-żamma ta’ reġistru aġġornat aċċessibbli għall-pubbliku tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti, rikonoxxuti taħt din l-iskema. | Komisija brez uporabe postopka iz člena 57(2) sprejme izvedbene akte, s katerimi vzpostavi in posodablja javno dostopen posodobljen register zajamčenih tradicionalnih posebnosti, priznanih v okviru te sheme. |
Ismijiet, simbolu u indikazzjoni | Imena, simbol in označba |
Isem irreġistrat bħala speċjalità tradizzjonali garantita jista’ jintuża minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza prodott li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni korrispondenti. | Ime, registrirano kot zajamčena tradicionalna posebnost, lahko uporablja vsak gospodarski subjekt, ki trži proizvod, ki je v skladu z ustrezno specifikacijo. |
Għandu jiġi stabbilit simbolu tal-Unjoni maħsub biex jippubbliċizza l-iskema tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti. | Določi se simbol Unije, ki je namenjen obveščanju javnostio zajamčenih tradicionalnih posebnostih. |
Fil-każ ta’ prodotti li joriġinaw fl-Unjoni li huma kkummerċjalizzati taħt speċjalità tradizzjonali garantita li hija rreġistrata f’konformità ma’ dan ir-Regolament, is-simbolu msemmi fil-paragrafu 2 għandu, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, jidher fuq it-tikketta. | V primeru proizvodov s poreklom iz Unije, ki se tržijo kot zajamčena tradicionalna posebnost, registrirana v skladu s to uredbo, je na označevanju brez poseganja v odstavek 4 naveden simbol iz odstavka 2. |
Barra minn hekk, l-isem tal-prodott għandu jidher fl-istess żona ta’ viżjoni. | Poleg tega bi moralo biti v istem vidnem polju navedeno tudi ime proizvoda. |
L-indikazzjoni “speċjalità tradizzjonali garantita” jew l-abbrevjazzjoni korrispondenti “TSG” jistgħu jidhru wkoll fuq it-tikketta. | Na označevanju se lahko pojavi tudi označba „zajamčena tradicionalna posebnost“ ali ustrezna kratica „ZTP“. |
Is-simbolu m’għandux ikun obbligatorju fuq it-tikketta ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti li jiġu prodotti barra l-Unjoni. | Simbol na označevanju zajamčenih tradicionalnih posebnosti na proizvodih, ki so proizvedeni zunaj Unije, je neobvezen. |
Sabiex ikun żgurat li l-konsumatur jingħata l-informazzjoni adatta, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, li jistabbilixxu s-simbolu tal-Unjoni. | Da se zagotovi posredovanje ustreznih informacij potrošnikom, se na Komisijo v skladu s členom 56 prenese pooblastilo za sprejemanje delegiranih aktov, na podlagi katerih se določi simbol Unije. |
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddefinixxu l-karatteristiċi tekniċi tas-simbolu tal-Unjoni u l-indikazzjoni, kif ukoll ir-regoli tal-użu tagħhom fuq il-prodotti li jġibu l-isem ta’ speċjalità tradizzjonali garantita, inklużi dawk dwar il-verżjonijiet lingwistiċi xierqa li għandhom jintużaw. | Komisija lahko sprejme izvedbene akte, v katerih opredeli tehnične značilnosti simbola Unije in označbe, pa tudi pravila o njuni uporabi na proizvodih, ki nosijo ime zajamčene tradicionalne posebnosti, vključno v zvezi z uporabo ustreznih jezikovnih različic. |
Restrizzjoni dwar l-użu ta’ ismijiet irreġistrati | Omejitev uporabe registriranih imen |
L-ismijiet irreġistrati għandhom jiġu protetti minn kwalunkwe użu skorrett, imitazzjoni jew evokazzjoni, jew minn kull prattika oħra li tista’ tiżgwida lill-konsumatur. | Registrirana imena so zaščitena pred vsako zlorabo, posnemanjem, navajanjem ali pred vsakršnimi drugimi praksami, ki bi lahko zavajale potrošnika. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ li jintużaw fil-livell nazzjonali ma joħolqu l-ebda konfużjoni fir-rigward tal-ismijiet li huma rreġistrati. | Države članice zagotovijo, da ne pride do zamenjav na nacionalni ravni uporabljenih prodajnih opisov z imeni, ki so registrirana. |
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli għall-protezzjoni tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti. | Komisija lahko sprejme izvedbene akte, v katerih določi pravila za zaščito zajamčenih tradicionalnih posebnosti. |
L-ismijiet irreġistrati f’konformità mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 għandhom jiddaħħlu b’mod awtomatiku fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament. | Imena, registrirana v skladu s členom 13(2) Uredbe (ES) št. 509/2006, se samodejno prenesejo v register iz člena 22 te uredbe. |
Ismijiet irreġistrati f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, inklużi dawk irreġistrati skont l-applikazzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(1) ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jkomplu jintużaw taħt il-kondizzjonijiet previsti fir-Regolament (KE) Nru 509/2006 sal-4 ta' Jannar 2023. sakemm l-Istati Membri ma jużawx il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 26 ta’ dan ir-Regolament. | Imena, registrirana v skladu z zahtevami iz člena 13(1) Uredbe (ES) št. 509/2006, vključno s tistimi, ki so registrirana na podlagi zahtevkov iz drugega pododstavka člena 58(1) te uredbe, se lahko še naprej uporabljajo pod pogoji iz Uredbe (ES) št. 509/2006, in sicer do 4. januarja 2023, razen če države članice uporabijopostopek iz člena 26 te uredbe. |
Sabiex ikunu protetti d-drittijiet u interessi leġittimi tal-produtturi jew tal-partijiet interessati kkonċernati, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, li jistabbilixxu regoli transizzjonali addizzjonali. | Da se zaščitijo pravice in pravni interesi zadevnih proizvajalcev ali zainteresiranih strani, se na Komisijo v skladu s členom 56 prenese pooblastilo za sprejemanje delegiranih aktov, v katerih določi dodatna prehodna pravila. |
Proċedura simplifikata | Poenostavljeni postopek |
Fuq talba ta’ grupp, Stat Membru jista’, sa mhux aktar tard mill-4 ta' Jannar 2016, jippreżenta lill-Kummissjoni ismijiet ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti li huma rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 u li huma konformi ma’ dan ir-Regolament. | Država članica lahko Komisiji najpozneje do 4. januarja 2016 na zahtevo skupine predloži imena zajamčenih tradicionalnih posebnosti, ki so registrirana v skladu s členom 13(1) Uredbe (ES) št. 509/2006 in so skladna s to uredbo. |
Qabel ma jippreżenta isem, l-Istat Membru għandu jibda proċedura ta’ oppożizzjoni kif definita fl-Artikolu 49(3) u (4). | Država članica pred predložitvijo imena sproži postopek ugovora, kot je opredeljeno v členu 49(3) in (4). |