Maltese to Slovenian European Commission terminology (DGT)

Search term or phrase in this TERMinator '. "." . '

Purchase TTMEM.com full membership to search this dictionary
 
 
Share this dictionary/glossary:
 

 
database_of_translation_agencies
 

SourceTarget
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi [1]u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,ob upoštevanju Direktive 2008/98/ES Evropskega parlamenta in Sveta z dne 19. novembra 2008 o odpadkih in razveljavitvi nekaterih direktiv [1]ter zlasti člena 6(2) Direktive,
Minn evalwazzjoni ta’ diversi flussi ta’ skart jirriżulta li s-swieq tar-riċiklaġġ għall-ħġieġ mormi għandhom jibbenefikaw mill-iżvilupp ta’ kriterji speċifiċi li jiddeterminaw meta l-ħġieġ mormi miksub mill-iskart ma jibqax jitqies bħala skart.Ocena več tokov odpadkov je pokazala, da bi bilo za trge za recikliranje odpadnega stekla koristno, če bi se izdelala posebna merila, na podlagi katerih bi se določalo, kdaj odpadno steklo, pridobljeno iz odpadkov, preneha biti odpadek.
Dawn il-kriterji għandhom jiżguraw livell għoli ta’ ħarsien ambjentali.Ta merila bi morala zagotavljati visoko raven varstva okolja.
Għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-klassifika tal-ħġieġ mormi bħala skart minn pajjiżi terzi.Ne bi smela vplivati na razvrščanje odpadnega stekla kot odpadka s strani tretjih držav.
Rapporti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea wrew li jeżistu kemm suq kif ukoll domanda għall-ħġieġ mormi biex jintużaw bħala materjal ta’ alimentazzjoni fl-industrija li tipproduċi l-ħġieġ.Glede na poročila Skupnega raziskovalnega središča Evropske Komisije obstajata trg in povpraševanje po odpadnem steklu, ki se uporablja kot surovina v steklarstvu.
Il-ħġieġ mormi għandu għalhekk ikun suffiċjentament pur u għandu jissodisfa l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet rilevanti meħtieġa mill-industrija tal-produzzjoni tal-ħġieġ.Odpadno steklo bi zato moralo biti dovolj čisto in izpolnjevati zadevne standarde ali specifikacije, ki jih zahteva steklarska industrija.
Il-kriterji li jiddeterminaw meta l-ħġieġ mormi ma jibqax jitqies bħala skart għandhom jiżguraw li l-ħġieġ li jirriżulta minn operazzjoni ta’ rkupru jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi tal-industrija tal-produzzjoni tal-ħġieġ, ikun konformi mal-leġislazzjoni u l-istandards eżistenti applikabbli għall-prodotti u ma jwassalx għal impatti kumplessivi avversi għall-ambjent jew għal saħħet il-bniedem.Merila za določitev, kdaj odpadno steklo preneha biti odpadek, bi morala zagotavljati, da odpadno steklo iz postopkov predelave izpolnjuje tehnične standarde steklarske industrije, je v skladu z veljavno zakonodajo in standardi, ki veljajo za izdelke, in na splošno nima škodljivih vplivov na okolje ali zdravje ljudi.
Ir-rapporti taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea wrew li l-kriterji proposti dwar l-iskart li jintuża bħala input fl-operazzjoni ta’ rkupru, dwar il-proċessi u t-tekniki ta’ trattament, kif ukoll dwar il-ħġieġ mormi li jirriżulta mill-operazzjoni ta’ rkupru jissodisfaw dawk l-għanijiet peress li għandhom jirriżultaw fil-ġenerazzjoni ta’ ħġieġ mormi mingħajr proprjetajiet perikolużi u suffiċjentament ħieles minn komponenti mhux tal-ħġieġ.Poročila Skupnega raziskovalnega središča Evropske komisije so pokazala, da predlagana merila za odpadke, ki se uporabljajo kot vhodni material v postopkih predelave, za postopke in tehnike obdelave ter odpadno steklo iz postopkov predelave izpolnjujejo te cilje, saj bi se v skladu z njimi moralo proizvesti odpadno steklo, ki je brez nevarnih lastnosti in v zadostni meri prosto nesteklenih spojin.
Sabiex tkun żgurata l-konformità mal-kriterji, huwa xieraq li jkun ipprovdut li tinħareġ l-informazzjoni dwar il-ħġieġ mormi li ma baqax jitqies bħala skart u li tiġi implimentata sistema ta’ ġestjoni.Za zagotovitev skladnosti z merili je treba objaviti informacije o odpadnem steklu, ki ni več odpadek, in izvajati sistem upravljanja.
Sabiex l-operaturi jkunu jistgħu jadattaw għall-kriterji li jiddeterminaw meta l-ħġieġ mormi ma jibqax jitqies bħala skart, huwa xieraq li jkun ipprovdut li jgħaddi perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel ma’ dan ir-Regolament jibda japplika.Da se bodo lahko izvajalci dejavnosti prilagodili merilom za določitev, kdaj odpadno steklo preneha biti odpadek, je treba zagotoviti, da preteče ustrezno obdobje, preden se ta uredba začne uporabljati.
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE,Ukrepi, predvideni s to uredbo, so v skladu z mnenjem odbora, ustanovljenega s členom 39 Direktive 2008/98/ES –
Dan ir-Regolament jistabbilixxi kriterji li jiddeterminaw meta l-ħġieġ mormi intenzjonat għall-produzzjoni ta’ sustanzi jew oġġetti tal-ħġieġ fil-proċessi tat-tidwib mill-ġdid ma jibqax jitqies bħala skart.Ta uredba vzpostavlja merila za določitev, kdaj odpadno steklo, namenjeno proizvodnji steklenih snovi ali predmetov s pretaljevanjem, preneha biti odpadek.
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE.Za namene te uredbe se uporabljajo opredelitve pojmov iz Direktive 2008/98/ES.
Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:Poleg tega se uporabljajo naslednje opredelitve:
“ġieġ mormi” tfisser frak tal-ħġieġ iġġenerat mill-irkupru ta’ ħġieġ ta’ skart;„odpadno steklo“ pomeni odpadno steklo, ki nastane pri postopku predelave odpadnega stekla;
“detentur” tfisser il-persuna fiżika jew legali li għandha fil-pussess tagħha l-ħġieġ mormi;„imetnik“ pomeni fizično ali pravno osebo, ki ima v posesti odpadno steklo;
“produttur” tfisser id-detentur li jittrasferixxi l-ħġieġ mormi lil detentur ieħor għall-ewwel darba bħala ħġieġ mormi li ma baqax jitqies bħala skart;„proizvajalec“ pomeni imetnika, ki odpadno steklo prvič prenese na drugega imetnika kot odpadno steklo, ki ni več odpadek;
“importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew legali stabbilita fl-Unjoni li tintroduċi ħġieġ mormi li ma baqax jitqies bħala skart fit-territorju doganali tal-Unjoni;„uvoznik“ pomeni vsako fizično ali pravno osebo s stalnim prebivališčem ali sedežem v Uniji, ki pripelje odpadno steklo, ki ni več odpadek, na carinsko območje Unije;
“persunal ikkwalifikat” tfisser persunal li huwa kkwalifikat bl-esperjenza jew bit-taħriġ sabiex jimmonitorja u jivvaluta l-proprjetajiet tal-ħġieġ mormi;„usposobljeno osebje“ pomeni osebje, ki je zaradi izkušenj ali šolanja usposobljeno za spremljanje in ocenjevanje lastnosti odpadnega stekla;
“spezzjoni viżwali” tfisser spezzjoni tal-ħġieġ mormi li tkopri l-partijiet kollha ta’ konsenja u li ssir permezz tas-sensi tal-bniedem jew kwalunkwe tagħmir mhux speċjalizzat;„vizualni pregled“ pomeni pregled odpadnega stekla, pri katerem se vsi deli pošiljke pregledajo s človekovimi čutili ali katero koli nespecializirano opremo;
“konsenja” tfisser lott ta’ ħġieġ mormi li huwa maħsub sabiex jiġi kkonsenjat mingħand produttur lil detentur ieħor u li jista’ jinżamm f’unità tat-trasport waħda jew iktar, bħal kontenituri.„pošiljka“ pomeni serijo odpadnega stekla, ki naj bi jo proizvajalec dobavil drugemu imetniku in je lahko v eni ali več enotah za prevoz, na primer v zabojnikih.
Kriterji għall-ħġieġ mormiMerila za odpadno steklo
Il-ħġieġ mormi ma għandux jibqa’ jitqies bħala skart fejn, mat-trasferiment mingħand il-produttur lil detentur ieħor, jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:Odpadno steklo preneha biti odpadek, kadar so ob prenosu od proizvajalca do drugega imetnika izpolnjeni vsi naslednji pogoji:
il-ħġieġ mormi li jirriżulta mill-operazzjoni ta’ rkupru huwa konformi mal-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Anness I;odpadno steklo, ki nastane v postopku predelave, izpolnjuje merila iz oddelka 1 Priloge I;
l-iskart użat bħala input għall-operazzjoni ta’ rkupru jkun konformi mal-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness I;odpadek, ki se uporabi kot vhodni material v postopku predelave, izpolnjuje merila iz oddelka 2 Priloge I;
l-iskart użat bħala materja prima għall-operazzjoni ta’ rkupru ġie ttrattat skont il-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 3 tal-Anness I;odpadek, ki se uporabi kot vhodni material v postopku predelave, je bil obdelan v skladu z merili iz oddelka 3 Priloge I;
il-produttur issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5;proizvajalec izpolnjuje zahteve iz členov 4 in 5;
il-ħġieġ mormi huwa intenzjonat għall-produzzjoni ta’ sustanzi jew oġġetti tal-ħġieġ fil-proċessi tat-tidwib mill-ġdid.odpadno steklo je namenjeno proizvodnji steklenih snovi ali predmetov s pretaljevanjem.
Dikjarazzjoni tal-konformitàIzjava o skladnosti
Il-produttur jew l-importatur għandu joħroġ, għal kull konsenja ta’ ħġieġ mormi, dikjarazzjoni tal-konformità li tkun konformi mal-mudell stabbilit fl-Anness II.Proizvajalec ali uvoznik za vsako pošiljko odpadnega stekla izda izjavo o skladnosti po vzorcu iz Priloge II.
Il-produttur jew l-importatur għandu jittrażmetti d-dikjarazzjoni tal-konformità lid-detentur tal-konsenja ta’ ħġieġ mormi li jmiss.Proizvajalec ali uvoznik posreduje izjavo o skladnosti naslednjemu imetniku pošiljke odpadnega stekla.
Il-produttur jew l-importatur għandhom iżommu kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità għal mill-inqas sena wara d-data tal-ħruġ tagħha u għandhom iqegħduha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti meta jintalbu jagħmlu dan.Proizvajalec ali uvoznik izvod izjave o skladnosti hrani vsaj eno leto po datumu izdaje in ga na zahtevo da na voljo pristojnim organom.
Id-dikjarazzjoni tal-konformità tista’ tkun f’forma elettronika.Izjava o skladnosti je lahko v elektronski obliki.
Sistema ta’ ġestjoniSistem upravljanja
Il-produttur għandu jimplimenta sistema ta’ ġestjoni adattata biex turi l-konformità mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 3.Proizvajalec uporablja sistem upravljanja, s katerim se lahko dokaže izpolnjevanje meril iz člena 3.
Is-sistema ta’ ġestjoni għandu jkun fiha sett ta’ proċeduri dokumentati dwar kull wieħed mill-aspetti li ġejjin:Sistem upravljanja vključuje sklop dokumentiranih postopkov za vsakega od naslednjih vidikov:
il-monitoraġġ tal-kwalità tal-ħġieġ mormi li jirriżulta mill-operazzjoni ta’ rkupru kif stabbilit fit-Taqsima 1 tal-Anness I (inklużi t-teħid tal-kampjuni u l-analiżi);spremljanje kakovosti odpadnega stekla, ki nastane pri postopku predelave iz oddelka 1 Priloge I (vključno z vzorčenjem in analizo);
l-aċċettazzjoni tal-kontroll tal-iskart li ntuża bħala input għall-operazzjoni ta’ rkupru kif stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Anness I;nadzor sprejemljivosti odpadkov, ki se uporabijo kot vhodni material v postopku predelave v skladu z oddelkom 2 Priloge I;
il-monitoraġġ tal-proċessi u t-tekniki ta’ trattament deskritti fit-Taqsima 3 tal-Anness I;spremljanje postopkov in tehnik obdelave iz oddelka 3 Priloge I;
ir-reazzjoni tal-konsumaturi dwar il-konformità mal-kwalità tal-ħġieġ mormi;povratne informacije strank o izpolnjevanju zahtev glede kakovosti odpadnega stekla;
iż-żamma ta’ reġistri tar-riżultati tal-monitoraġġ imwettaq skont il-punti (a) sa (c);vodenje evidence rezultatov spremljanja iz točk (a) do (c);
ir-rieżami u t-titjib tas-sistema ta’ ġestjoni;pregled in izboljšanje sistema upravljanja;
it-taħriġ tal-persunal.usposabljanje uslužbencev.
Is-sistema ta’ ġestjoni għandha tippreskrivi wkoll ir-rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ stabbiliti fl-Anness I għal kull kriterju.Sistem upravljanja določa tudi posebne zahteve za spremljanje, ki so za vsako merilo določene v Prilogi I.
Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 [2]tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li kiseb akkreditazzjoni skont dak ir-Regolament, jew verifikatur ambjentali, kif definit fl-Artikolu 2(20)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 [3]tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li huwa akkreditat jew liċenzjat skont dak ir-Regolament, għandu jivverifika li s-sistema ta’ ġestjoni hija konformi mar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.Organ za ugotavljanje skladnosti iz Uredbe (ES) št. 765/2008 Evropskega Parlamenta in Sveta [2], ki je pridobil akreditacijo v skladu z navedeno uredbo, ali okoljski preveritelj iz člena 2(20)(b) Uredbe (ES) št. 1221/2009 Evropskega parlamenta in Sveta [3], ki je akreditiran ali licenciran v skladu z navedeno uredbo, preveri, ali sistem upravljanja izpolnjuje zahteve iz tega člena.
Il-verifika għandha titwettaq kull tliet snin.Preverjanje je treba opraviti vsaka tri leta.
Dawk il-verifikaturi biss li għandhom l-ambiti ta’ akkreditazzjoni jew ta’ liċenzja bbażati fuq il-Kodiċijiet NACE li ġejjin kif speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 [4]tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill huma kkunsidrati li għandhom esperjenza speċifika suffiċjenti biex iwettqu l-verifika msemmija f’dan ir-Regolament:* Kodiċi NACE 38 (Ġbir ta’ skart, trattament u attivitajiet ta’ rimi; irkupru ta’ materjal), jewLe preveritelji s sledečimi akreditacijami ali licencami, ki temeljijo na kodah NACE, kot so določene v Uredbi (ES) št. 1893/2006 Evropskega parlamenta in Sveta [4], imajo dovolj izkušenj za preverjanje, omenjeno v tej uredbi:* koda NACE 38 (Zbiranje in odvoz odpadkov ter ravnanje z njimi; pridobivanje sekundarnih surovin), ali
* Kodiċi NACE 23.1 (Manifattura tal-ħġieġ u prodotti tal-ħġieġ).* koda NACE 23.1 (Proizvodnja stekla in steklenih izdelkov).
L-importatur għandu jesiġi li l-fornituri tiegħu jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni li tkun konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu u li tkun ġiet ivverifikata minn verifikatur estern indipendenti.Uvoznik od svojih dobaviteljev zahteva, da uporabljajo sistem upravljanja, ki izpolnjuje zahteve iz odstavkov 1, 2 in 3 tega člena ter ga je preveril neodvisni zunanji preveritelj.
Is-sistema ta’ ġestjoni tal-fornitur għandha tkun iċċertifikata minn korp tal-valutazzjoni tal-konformità li huwa akkreditat minn korp ta’ akkreditazzjoni li jkun għadda b’suċċess minn evalwazzjoni minn pari għal din l-attività mill-korp rikonoxxut fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008; jew minn verifikatur ambjentali li huwa akkreditat jew liċenzjat minn korp ta’ akkreditazzjoni jew ta’ liċenzjar skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 li huwa wkoll suġġett għall-evalwazzjoni minn pari skont l-Artikolu 31 ta’ dak ir-Regolament, rispettivament.Dobaviteljev sistem upravljanja bo potrdil organ za ugotavljanje skladnosti, ki ga je akreditiral akreditacijski organ, ki ga je priznani organ iz člena 14 Uredbe (ES) 765/2008 medsebojno uspešno ocenil za opravljanje te dejavnosti, ali okoljski preveritelj, ki ga je akreditiral ali licenciral akreditacijski ali licenčni organ v skladu z Uredbo (ES) št. 1221/2009, za katerega prav tako velja medsebojno ocenjevanje iz člena 31 navedene uredbe.
Il-verifikaturi li jridu joperaw f’pajjiżi terzi jridu jiksbu akkreditazzjoni jew liċenzja speċifika, skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2011/832/UE [5].Preveritelji, ki želijo delovati v tretjih državah, morajo pridobiti posebno akreditacijo ali licenco v skladu s specifikacijami iz Uredbe (ES) št. 765/2008 ali Uredbe (ES) št. 1221/2009 ter Sklepom Komisije 2011/832/EU [5].
Il-produttur għandu jagħti aċċess għas-sistema ta’ ġestjoni lill-awtoritajiet kompetenti meta dawn jitolbuh.Proizvajalec na zahtevo omogoči pristojnim organom dostop do sistema upravljanja.
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.Ta uredba začne veljati na dvajseti dan po objavi v Uradnem listu Evropske unije.
Għandu japplika mill-11 ta' Ġunju 2013.Uporablja se od 11. junija 2013.
ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.UL L 312, 22.11.2008, str. 3.
ĠU L 330, 14.12.2011, p. 25.UL L 330, 14.12.2011, str. 25.
Rekwiżiti ta’ awtomonitoraġġZahteve za lastno spremljanje
Taqsima 1:Oddelek 1.
Kwalità tal-ħġieġ mormi li jirriżulta mill-operazzjoni ta’ rkupruKakovost odpadnega stekla, ki nastane pri postopku predelave
Il-ħġieġ mormi għandu jkun konformi ma’ speċifikazzjoni tal-konsumatur, speċifikazzjoni tal-industrija jew standard għall-użu dirett fil-produzzjoni ta’ sustanzi jew ta’ oġġetti tal-ħġieġ permezz ta’ tidwib mill-ġdid fil-faċilitajiet tal-manifattura tal-ħġieġ.Odpadno steklo bo skladno s specifikacijami stranke, specifikacijo industrije ali standardom za neposredno uporabo v proizvodnji steklenih snovi ali predmetov s pretaljevanjem v steklarskih proizvodnih obratih.

Want to see more? Purchase TTMEM.com full membership