Source | Target | Madanakollu, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li żżomm jew terġa’ lura għal intervall tal-ittestjar ta’ ġimgħatejn fil-każ li tinstab il-preżenza tas-serotipi rilevanti tas-Salmonella fil-qatgħa tat-tgħammir fl-azjenda u/jew f’kull każ ieħor meqjus xieraq mill-awtorità kompetenti. | Pristojni organ se lahko v primeru odkritja zadevnih serotipov salmonele v matični jati na gospodarstvu in/ali zaradi katerega koli drugega razloga, ki se mu zdi primeren, odloči, da se testiranje izvaja vsake tri tedne; |
It-teħid tal-kampjuni mill-awtorità kompetenti għandu għallinqas jipprovdi għal: | vzorčenje, ki ga izvede pristojni organ, mora zagotavljati najmanj naslednje: |
it-teħid tal-kampjuni minn qatgħat tad-dundjani tat-tgħammir: | vzorčenje jat vzrejnih puranov: |
darba fis-sena, il-qatgħat kollha b’mill-anqas 250 dundjan adult tat-tgħammir b’età ta’ bejn it-30 u l-45 ġimgħa u l-azjendi kollha li jrabbu dundjani nanniet u bużnanniet elit għat-tgħammir; l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li dan it-teħid tal-kampjuni jista’ jsir ukoll fil-mafqas; u | enkrat letno pri vseh jatah z vsaj 250 odraslimi vzrejnimi purani, starimi med 30 in 45 tedni, ter na vseh gospodarstvih z elitnimi purani prastarši in vzrejnimi purani starimi starši; pristojni organ se lahko odloči, da se lahko to vzorčenje izvede tudi v valilnici, ter |
il-qatgħat kollha fl-azjendi f’każ li tinstab is-Salmonella Enteritidis jew is-Salmonella Typhimurium f’kampjuni meħuda fil-mafqas minn operaturi kummerċjali tal-ikel jew fil-qafas tal-kontrolli uffiċjali, biex tiġi investigata l-oriġini tal-infezzjoni. | vse jate z gospodarstev, na katerih je bila odkrita Salmonella Enteritidis ali Salmonella Typhimurium v vzorcih, ki jih je v valilnici odvzel nosilec živilske dejavnosti ali so bili odvzeti v okviru uradnih nadzorov, za določitev vira okužbe; |
it-teħid tal-kampjuni minn qatgħat tad-dundjani tas-simna għandu jsir darba fis-sena, mill-anqas f’qatgħa waħda f’10 % tal-azjendi b’mill-anqas 500 dundjan tas-simna. | vzorčenje jat pitovnih puranov se izvede enkrat letno, in sicer najmanj na eni jati na 10 % gospodarstev z vsaj 500 pitovnimi purani; |
it-teħid tal-kampjuni jista’ jsir abbażi tar-riskju u kull darba li l-awtorità kompetenti tikkunsidrah neċessarju. | vzorčenje se lahko izvede na podlagi ocene tveganj in vsakokrat, kadar pristojni organ meni, da je potrebno; |
it-teħid tal-kampjuni li jsir mill-awtorità kompetenti jista’ jieħu post it-teħid tal-kampjuni mill-operatur kummerċjali tal-ikel kif imsemmi fil-punt (a). | vzorčenje, ki ga izvede pristojni organ, lahkonadomesti vzorčenje, ki ga izvaja nosilec živilske dejavnosti iz točke (a). |
Il-protokoll tat-teħid tal-kampjuni | Protokol vzorčenja |
Struzzjonijiet ġenerali għat-teħid tal-kampjuni | Splošna navodila za vzorčenje |
L-awtorità kompetenti jew l-operatur kummerċjali tal-ikel għandhom jiżguraw li l-kampjuni jittieħdu minn persuni mħarrġa għal dak il-għan. | Pristojni organ ali nosilec živilske dejavnosti zagotovi, da vzorce odvzamejo osebe, usposobljene za ta namen. |
It-teħid tal-kampjuni minn qatgħat tad-dundjani tat-tgħammir għandu jsir skont il-punt 2.2 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2010 [2].Għat-teħid tal-kampjuni minn qatgħat tad-dundjani tas-simna mill-anqas żewġ pari swabs li jintlibsu fuq l-istvali għandhom jittieħdu għal kull qatgħa. | Vzorčenje jat vzrejnih puranov se izvede v skladu s točko 2.2 Priloge k Uredbi Komisije (EU) št. 200/2010 [2].Pri vzorčenju jat vzrejnih puranov se uporabita vsaj dva para obuval za odvzem vzorcev na jato. |
Is-swabs li jintlibsu fuq l-istvali jitqiegħdu fuq il-buz u l-kampjun jittieħed bil-mixi madwar il-bini fejn jinżammu t-tjur. | Obuvala za odvzem vzorcev se obujejo čez navadna obuvala, vzorec pa se odvzame med hojo po perutninskem hlevu. |
Is-swabs minn qatgħa waħda tad-dundjani jistgħu jinġabru f’kampjun wieħed. | Brisi iz iste jate puranov se lahko združijo v en vzorec. |
Il-wiċċ tas-swabs, qabel ma dawn jintlibsu fuq l-istvali, għandu jixxarrab: | Preden se obuvalo za odvzem vzorcev obuje, se njegova površina navlaži: |
billi jiġu applikati dilwenti ta’ rkupru massimu (MRD: 0,8 % klorur tas-sodju, 0,1 % peptun f’ilma sterili dejonizzat); jew | z razredčilom za kar največjo ohranitev mikroorganizmov (MRD: 0,8 % natrijevega klorida, 0,1 % peptona v sterilni deionizirani vodi) ali |
billi jiġi applikat ilma sterili; jew | s sterilno vodo ali |
billi jiġi applikat kull dilwent ieħor approvat mil-laboratorju nazzjonali ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003; jew | s kakršnim koli drugim razredčilom, ki ga odobri nacionalni referenčni laboratorij iz člena 11(3) Uredbe (ES) št. 2160/2003 ali |
billi jiġi awtoklavat f’kontenitur flimkien mad-dilwenti. | z avtoklaviranjem v posodi skupaj z razredčilom. |
Is-swabs li jintlibsu fuq l-istvali għandhom jixxarrbu billi jitferra’ l-likwidu fihom qabel ma jintlibsu jew billi jitħawdu f’kontenitur bid-dilwent. | Obuvala za odvzem vzorcev se navlažijo tako, da se vanje vlije tekočina, preden se jih obuje, ali pa se jih prepoji z razredčilom med stresanjem v posodi z razredčilom. |
Għandu jkun żgurat li t-taqsimiet kollha ta’ azjenda huma rappreżentati fil-kampjun b’mod proporzjonat. | Zagotovi se, da so med vzorčenjem sorazmerno zastopani vsi predeli hleva. |
Kull par swabs li jintlibsu fuq l-istvali għandu jkopri madwar 50 % taż-żona tal-binja. | Z vsakim parom obuval za odvzem vzorcev je treba zajeti okrog 50 % površine hleva. |
Meta jitlesta t-teħid tal-kampjuni, is-swabs li jintlibsu fuq l-istvali għandhom jitneħħew bil-galbu mill-buz sabiex ma jaqax materjal aderenti. | Po končanem vzorčenju je treba obuvala za odvzem vzorcev previdno sneti z navadnih obuval, da se ne odstrani sprijeti material. |
Is-swabs li jintlibsu fuq l-istvali jistgħu jinqalbu ta’ ġewwa barra biex ma jaqax minnhom materjal. | Obuvala za odvzem vzorcev se lahko obrnejo navznoter, da se prepreči odpadanje materiala. |
Dawn għandhom jitqiegħu f’borża jew f’kontenitur u titwaħħal fuqhom tikketta. | Vloži se jih v vrečko ali posodo, ki se jo označi. |
L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li żżid l-għadd minimu ta’ kampjuni sabiex tiżgura teħid rappreżentattiv tal-kampjuni skont evalwazzjoni tal-każijiet, wieħed wieħed, tal-parametri epidemjoloġiċi, fosthom il-kundizzjonijiet tal-bijosigurtà, it-tqassim jew id-daqs tal-qatgħa. | Pristojni organ se v posameznih primerih lahko odloči povečati najmanjše število vzorcev za zagotovitev reprezentativnega vzorčenja na podlagi ocene epidemioloških parametrov, kot so biovarnostni pogoji, porazdelitev ali obseg jate. |
Jekk l-awtorità kompetenti tapprova dan, par wieħed ta’ swabs li jintlibsu fuq l-istvali jista’ jitbiddel minn kampjun ta’ 100 g trab miġbur minn diversi postijiet fil-binja kollha minn fuq uċuħ bi preżenza viżibbli ta’ trab. | Če to odobri pristojni organ, se lahko en par vzorcev z obuval za odvzem vzorcev zamenja s 100-gramskim vzorcem prahu, zbranim na različnih mestih po vsem hlevu s površin z vidno prisotnostjo prahu. |
Bħala alternattiva, swab waħda jew aktar ta’ drapp niedi b’wiċċ kombinat ta’ mill-anqas 900 cm2 jistgħu jintużaw biex jiġbru trab minn fuq diversi uċuħ minn madwar il-binja. | Alternativno se lahko za zbiranje vzorcev prahu na različnih mestih po vsem hlevu uporabi enega ali več navlaženih kosov tkanine s skupno površino vsaj 900 cm2. |
Kull swab għandha tinkesa sew bit-trab fuq iż-żewġ naħat. | Vsak kos tkanine z vzorcem mora biti po obeh straneh dobro prekrit s prahom. |
Struzzjonijiet speċifiċi għal ċerti tipi ta’ azjendi | Posebna navodila za nekatere vrste gospodarstev |
Għall-qatgħat tad-dundjani mrobbija fil-ftuħ, il-kampjuni għandhom jittieħdu biss fil-binja. | V jatah puranov iz proste reje se vzorci odvzamejo samo v hlevu. |
Jekk l-aċċess għall-binja ma jkunx possibbli minħabba l-ispazju limitat f’qatgħat b’anqas minn 100 dundjan, u għalhekk waqt il-mixi ma jkunx possibbli li jintużaw is-swabs li jintlibsu fuq l-istvali, dawn jistgħu jitbiddlu mill-istess tip ta’ swabs tad-drapp li jintlibsu fl-idejn u li jintużaw għat-trab; u dawn jingħorku fuq uċuħ kontaminati b’rawt frisk, jew jekk dan ma jkunx fattibbli, permezz ta’ tekniki oħra għat-teħid tal-kampjuni mir-rawt li huma xierqa għall-għan maħsub. | Kadar vstop v hlev ni mogoč zaradi pomanjkanja prostora v jatah z manj kot 100 purani in zato ni mogoče uporabiti vzorcev z obuval za odvzem vzorcev, se jih lahko zamenja z enakimi kosi tkanine, ki se uporabljajo za ročno zbiranje prahu, s katerimi se podrgne po površinah, kontaminiranih s svežimi fekalijami, ali, če to ni izvedljivo, z drugimi tehnikami vzorčenja fekalij, primernimi za ta namen. |
Teħid tal-kampjuni mill-awtorità kompetenti | Vzorčenje, ki ga izvaja pristojni organ |
L-awtorità kompetenti għandha tissodisfaruħha billi tagħmel iżjed testijiet u/jew kontrolli dokumentati kif xieraq biex tivverifika li r-riżultati ma jitbiddlux bil-preżenza ta’ antimikrobiċi jew sustanzi oħra li ma jippermettux it-tkabbir tal-batterji. | Pristojni organ z izvajanjem dodatnih testov in/ali pregledov dokumentacije preveri, ali na rezultate vpliva prisotnost protimikrobnih sredstev ali drugih snovi, ki zavirajo rast bakterij. |
Fejn ma tinstabx il-preżenza tas-Salmonella Enteritidis u tas-Salmonella Typhimurium iżda jinstabu antimikrobiċi jew effetti li tħalliex isir tkabbir tal-batterji, il-qatgħa tad-dundjani għandha titqies infettata għall-għan tal-mira tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2). | Kadar ni ugotovljena prisotnost Salmonelle Enteritidis in Salmonelle Typhimurium, prisotne pa so protimikrobne snovi ali zaviralni učinki bakterijske rasti, se za namene cilja Unije iz člena 1(2) jata šteje za okuženo jato puranov. |
Trasport | Prevoz |
Il-kampjuni għandhom jintbagħtu bla dewmien żejjed, bil-posta ekspress jew bil-kurjer, lil-laboratorji msemmija fl-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003. | Vzorci se brez nepotrebnega odloga s hitro pošto ali kurirsko službo pošljejo v laboratorije iz členov 11 in 12 Uredbe (ES) št. 2160/2003. |
Waqt it-trasport għandhom jiġu protetti minn temperaturi ogħla minn 25 °C u mill-esponiment għad-dawl tax-xemx. | Med prevozom morajo biti zaščiteni pred temperaturo nad 25 °C in izpostavljenostjo sončni svetlobi. |
Fejn mhux possibbli li l-kampjuni jintbagħtu fi żmien 24 siegħa minn meta ttieħdu, dawn għandhom jinħażnu fil-kesħa. | Kadar vzorcev ni mogoče poslati v 24 urah od časa vzorčenja, se hranijo v hladilniku. |
ANALIŻIJIET TAL-LABORATORJU | LABORATORIJSKE ANALIZE |
It-tħejjija tal-kampjuni | Priprava vzorcev |
Fil-laboratorju, il-kampjuni għandhom jinżammu fil-kesħa sakemm isir l-eżami, u dan għandu jinbeda fi żmien 48 siegħa wara li jasal il-kampjun u fi żmien 96 siegħa wara li jkun ittieħed il-kampjun. | V laboratoriju se vzorci hranijo v hladilniku do preiskave, ki se mora začeti v 48 urah po prejetju in 96 urah po vzorčenju. |
Il-par(i) ta’ swabs/kalzetti li jintlibsu fuq l-istvali/kalzetti għandhom jinħarġu mill-kontenitur bil-galbu ħalli jiġi evitat li jaqa’ materjal aderenti ta’ rawt, jinġabru flimkien u jitqiegħu f’225 ml ilma tal-peptun li jkun newtralizzat (BPW) li jkun issaħħan minn qabel għal temperatura ambjentali. | Pari obuval za odvzem vzorcev se pazljivo razpakirajo, da se sprijeti iztrebki ne poškodujejo, ter zberejo in postavijo v 225 ml puferirane peptonske vode, ki je bila predhodno segreta na sobno temperaturo. |
Is-swabs/kalzetti li jintlibsu fuq l-istvali għandhom jiġu mgħaddsa kompletament fil-BPW u għalhekk wieħed jista’ jżid aktar BPW jekk ikun meħtieġ. | Obuvala za odvzem vzorcev se v celoti potopijo v puferirano peptonsko vodo, ki se jo po potrebi dodaja. |
Preferibbilment, il-kampjun tat-trab għandu jiġi analizzat għalih. | Vzorec prahu se po možnosti analizira ločeno. |
Madanakollu, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li dan jitħalla jingħaqad ma’ dak tal-par swabs li jintlibsu fuq l-istvali/kalzetti għall-analiżi. | Vseeno pa lahko pristojni organ pri pitovnih jatah določi, da se ga za analizo združi s parom obuval za odvzem vzorcev. |
Il-kampjun għandujitħawwad sakemm jissaturah kollu u l-kultura għandha titkompla bl-użu tal-metodu ta’ individwazzjoni stabbilit fil-punt 3.2. | Vzorec se premeša tako, da se popolnoma nasiti, nato pa se nadaljuje kultura vzorca z uporabo metode odkrivanja iz točke 3.2. |
Kampjuni oħrajn (pereżempju mill-qatgħat tat-tgħammir jew mill-imfaqas) għandhom jitħejjew skont il-punt 2.2.2 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 200/2010. | Drugi vzorci (npr. iz matičnih jat ali valilnic) se pripravijo v skladu s točko 2.2.2 Priloge k Uredbi (EU) št. 200/2010. |
Jekk isir qbil fuq l-istandards tal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (“CEN”) jew l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (“ISO”) dwar it-tħejjija tar-rawt biex tinstab is-Salmonella, dawn għandhom jiġu applikati u jieħdu post id-dispożizzjonijiet dwar it-tħejjija tal-kampjuni stabbiliti f’dan il-punt. | Če se za pripravo fekalij za odkrivanje salmonele sprejmejo standardi Evropskega odbora za standardizacijo („CEN“) ali Mednarodne organizacije za standardizacijo („ISO“), se ti uporabijo namesto določb o pripravi vzorcev iz te točke. |
Il-metodu tal-individwazzjoni | Metoda odkrivanja |
Għandu jintuża l-metodu ta’ individwazzjoni li hu rakkomandat mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-UE għas-Salmonella f’Bilthoven, il-Pajjiżi l-Baxxi. | Uporablja se metoda odkrivanja, ki jo priporoča referenčni laboratorij Evropske unije za salmonelo iz Bilthovna na Nizozemskem. |
Dan il-metodu hu deskritt fl-Anness D tal-EN/ISO 6579 (2002): “L-individwazzjoni tas-Salmonella spp. fir-rawt tal-annimali u fil-kampjuni tal-istadju primarju tal-produzzjoni”. | Navedena metoda je opisana v Prilogi D k EN/ISO 6579 (2002): „Odkrivanje Salmonelle spp. v živalskih fekalijah in okoljskih vzorcih v primarni fazi vzreje.“ |
F’dak il-metodu ta’ individwazzjoni, tintuża sustanza semi-solida (sustanza semi-solida mmodifikata Rappaport-Vassiladis, MSRV) bħala s-sustanza selettiva unika tal-arrikkiment. | Pri tej metodi odkrivanja se kot edino sredstvo za selektivno obogatitev uporablja poltrdno gojišče (spremenjeno poltrdno gojišče po Rappaport-Vassiliadisu, MSRV). |
Is-serotipar | Serotipizacija |
Għall-qatgħat tad-dundjani tat-tgħammir għandu jiġi serotipizzat mill-anqas iżolat wieħed minn kull kampjun pożittiv, skont l-iskema White-Kaufmann-Le Minor. | Pri jatah vzrejnih puranov se opravi serotipizacija z uporabo sheme White-Kauffmann-Le Minor za vsaj en izolat iz vsakega pozitivnega vzorca. |
Għall-qatgħat tad-dundjani tas-simna għandu jiġi serotipizzat mill-anqas iżolat wieħed minn kull kampjun pożittiv li ttieħed mill-awtorità kompetenti, skont l-iskema White-Kauffmann-Le Minor. | Pri jatah pitovnih puranov se opravi serotipizacija z uporabo sheme White-Kaufmann-Le Minor za vsaj en izolat iz vsakega pozitivnega vzorca, ki ga je odvzel pristojni organ. |
L-operaturi kummerċjali tal-ikel għandhom għallinqas jiżguraw li għall-iżolati kollha l-ebda wieħed ma jkun mis-serotipi tas-Salmonella Enteritidis jew tas-Salmonella Typhimurium inklużi l-varjetajiet monofażiċi bil-formula antiġenika 1,4,[5],12:i:-. | Nosilec živilske dejavnosti zagotovi vsaj, da nobeden od serotipov ne sodi med serotipe Salmonella Enteritidis ali serotipe Salmonella Typhimurium, vključno z monofaznimi sevi z antigensko formulo 1,4,[5],12:i:-. |
Metodi alternattivi | Alternativne metode |
Fir-rigward tal-kampjuni meħuda fuq inizjattiva tal-operatur kummerċjali tal-ikel, il-metodi tal-analiżi stipulati fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [3]jistgħu jintużaw minflok il-metodi għat-tħejjija tal-kampjuni, il-metodu ta’ individwazzjoni u s-serotipar previsti fil-punti 3.1, 3.2 u 3.3 ta’ dan l-Anness, jekk validati skont l-EN/ISO 16140.3.5. | Pri vzorcih, odvzetih na pobudo nosilca živilske dejavnosti, se lahko namesto metod za pripravo vzorcev, metod odkrivanja in serotipizacije iz točk 3.1, 3.2 in 3.3 te priloge uporabljajo analitske metode iz člena 11 Uredbe (ES) št. 882/2004 Evropskega parlamenta in Sveta [3], če so validirane v skladu s standardom EN/ISO 16140.3.5 Shranjevanje sevov |
L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li iżolati tas-Salmonella spp. minn kampjuni li ttieħdu minn operaturi kummerċjali tal-ikel għandhom jinħażnu għal phagetyping jew ittestjar għas-suxxettibilità antimikrobika fil-futur biex jipprovdu għall-iżolati li jridu jiġu ttestjati skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/407/KE [4].4. | Pristojni organ lahko določi, da se izolati Salmonelle spp. iz vzorčenja, ki ga izvaja nosilec živilskih dejavnosti, prav tako shranijo za prihodnjo fagotipizacijo ali testiranje odpornosti proti protimikrobnim sredstvom, da se zagotovi testiranje izolatov v skladu s členom 2 Odločbe Komisije 2007/407/ES [4].4. |