Source | Target | Isfra tal-bajd: | Rumenjaki: |
Imnixxef: | sušeno: |
Tajjeb għall-konsum uman: | primerno za človeško prehrano: |
mhux miżjud bi ħlewwa | nesladkano |
Likwidu: | tekoči: |
Iffriżat: | zamrznjeni: |
Id-destinazzjonijiet huma dawn li ġejjin:01 Pajjiżi terzi. | Namembne države so naslednje:01 Tretje države. |
Għall-Isvizzera u l-Lichtenstein dawn ir-rati mhumiex applikabbli għall-prodotti mniżżla fit-tabelli I u II tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tat-22 ta’ Lulju 1972.02 Il-Kuwajt, il-Baħrejn, l-Oman, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Jemen, it-Turkija, Ħong Kong SAR, u r-Russja.03 Il-Korea ta’ Isfel, il-Ġappun, il-Malasja, it-Tajlandja, it-Tajwan u l-Filippini.04 Kull destinazzjoni ħlief l-Isvizzera u dawk ta’ 02 u 03. | Za Švico in Lihtenštajn te stopnje ne veljajo za blago iz preglednic I in II k Protokolu št. 2 k Sporazumu med Evropsko skupnostjo in Švicarsko konfederacijo z dne 22. julija 1972;02 Kuvajt, Bahrajn, Oman, Katar, Združeni arabski emirati, Jemen, Turčija, PUO Hongkong in Rusija;03 Južna Koreja, Japonska, Malezija, Tajska, Tajvan in Filipini;04 vse namembne države razen Švice in tistih iz 02 in 03. |
dwar il-bejgħ separat ta’ servizzi rregolati tar-roaming bl-imnut fi ħdan l-Unjoni | o ločeni prodaji reguliranih maloprodajnih storitev gostovanja v Uniji |
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu, | ob upoštevanju Uredbe (EU) št. 531/2012 Evropskega parlamenta in Sveta z dne 13. junija 2012 o gostovanju v javnih mobilnih komunikacijskih omrežjih v Uniji [1], zlasti člena 5(2) Uredbe, |
Wara li kkonsultat mal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, | po posvetovanju z Organom evropskih regulatorjev za elektronske komunikacije, |
Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 jintroduċi l-kunċett ta’ bejgħ separat tas-servizzi rregolati tar-roaming bl-imnut. | Uredba (EU) št. 531/2012 je uvedla pojem ločene prodaje reguliranih maloprodajnih storitev gostovanja. |
L-ewwel nett, l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 531/2012 jimponi l-obbligu fuq il-fornituri domestiċi li dawn jippermettu li l-klijenti tagħhom ikollhom aċċess għal servizzi regolati ta’ roaming tal-vuċi, tal-SMS u tad-dejta, ipprovduti bħala ġabra ta’ servizzi, minn kwalunkwe fornitur alternattiv tar-roaming. | Prvič, domači ponudniki so v skladu s členom 4(1) Uredbe (EU) št. 531/2012 obvezani, da svojim porabnikom zagotovijo dostop do reguliranih storitev govornega, SMS in podatkovnega gostovanja, ki jih alternativni ponudnik gostovanja ponuja v paketu. |
Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet dwar il-bejgħ separat tas-servizzi rregolati tar-roaming bl-imnut kif stabbiliti fl-Artikolu 4(1) jinkludu l-ħtieġa li l-fornituri domestiċi u l-fornituri tar-roaming ma jżommux lill-klijenti tar-roaming milli jaċċessaw servizzi rregolati ta’ roaming tad-dejta pprovduti direttament fuq netwerk miżjur minn fornitur alternattiv tar-roaming. | Poleg tega določbe o ločeni prodaji reguliranih maloprodajnih storitev gostovanja v členu 4(1) vključujejo zahtevo, da domači ponudniki in ponudniki gostovanja gostujočim porabnikom ne preprečijo dostopa do reguliranih storitev podatkovnega gostovanja, ki jih neposredno v obiskanem omrežju zagotavlja alternativni ponudnik gostovanja. |
Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti u simultanja tal-bejgħ separat tas- servizzi rregolati tar-roaming bl-imnut madwar l-Unjoni, ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 jitlob lill-Kummissjoni biex tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, regoli dettaljati fuq l-obbligi ta’ tagħrif dwar il-possibbiltà li l-klijenti tar-roaming jagħżlu fornitur alternattiv tar-roaming u dwar soluzzjoni teknika għall-implimentazzjoni tal-bejgħ separat tas-servizzi rregolati tar-roaming bl-imnut. | Da se zagotovi skladno in istočasno izvajanje ločene prodaje reguliranih maloprodajnih storitev gostovanja po vsej Uniji, mora Komisija v skladu z Uredbo (EU) št. 531/2012 z izvedbenimi akti sprejeti podrobna pravila o obveznostih obveščanja gostujočih porabnikov o možnosti izbire alternativnega ponudnika gostovanja ter o tehnični rešitvi za izvajanje ločene prodaje reguliranih maloprodajnih storitev gostovanja. |
Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 531/2012, is-soluzzjoni teknika għall-implimentazzjoni tal-bejgħ separat ta’ servizzi rregolati tar-roaming bl-imnut tista’ tikkombina modalità teknika waħda jew aktar bl-iskop li jiġu ssodisfati l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 531/2012. | V skladu s členom 5(4) Uredbe (EU) št. 531/2012 lahko tehnična rešitev za izvajanje ločene prodaje reguliranih maloprodajnih storitev gostovanja za namene izpolnjevanja vseh meril iz člena 5(3) Uredbe (EU) št. 531/2012 združuje eno ali več tehnik. |
Għalhekk, għandhom jiġu implimentati bosta modalitajiet tekniċi jekk dawn il-kriterji ma jkunux jistgħu jiġu ssodisfati kollha permezz ta’ modalità teknika waħda biss. | Zato bi bilo treba morda izvajati več tehnik, če ena sama tehnika ne izpolnjuje vseh teh meril. |
Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar din is-soluzzjoni teknika, li jinkludu r-rekwiżiti għall-fornituri domestiċi li jużaw l-elementi tan-netwerk u li jipprovdu servizzi relatati li jikkonċernaw kull modalità teknika, b’mod li jiġi żgurat l-aċċess għal dawn il-faċilitajiet meħtieġa sabiex fornituri alternattivi tar-roaming ikunu jistgħu joffru servizzi ta’ roaming separati u jipprovdu għall-proċess ta’ bidla bejn il-fornituri donaturi tar-roaming u l-fornituri riċevituri tar-roaming. | Ta uredba bi morala določiti podrobna pravila o tej tehnični rešitvi, vključno z zahtevama za domače ponudnike, da vzpostavijo omrežne elemente in da za vsako tehniko zagotovijo s tem povezane storitve ter tako omogočijo dostop do teh zmogljivosti, ki so potrebne, da lahko alternativni ponudniki gostovanja ponudijo ločene storitve gostovanja ter zagotovijo preklapljanje med donatorskimi in sprejemnimi ponudniki gostovanja. |
Fl-istess ħin, is-soluzzjoni teknika għandha tagħmilha possibbli li jiġu applikati l-obbligi msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 531/2012. | Obenem bi morala tehnična rešitev omogočati izpolnjevanje obveznosti iz člena 4(1) Uredbe (EU) št. 531/2012. |
Għalhekk, is-soluzzjoni teknika għandha tiżgura kemm il-possibbiltà li l-klijenti jkollhom aċċess għal servizzi rregolati tar-roaming tal-vuċi, tal-SMS u tad-dejta, ipprovduti bħala ġabra ta’ servizzi minn kwalunkwe fornitur alternattiv tar-roaming, kif ukoll li l-fornituri domestiċi u l-fornituri tar-roaming jirrispettaw l-obbligu li ma jwaqqfux lill-klijenti milli jkollhom aċċess għal servizzi rregolati ta’ roaming tad-dejta pprovduti direttament fuq netwerk miżjur minn fornitur alternattiv tar-roaming. | Zato bi morala tehnična rešitev zagotoviti, da imajo porabniki dostop do reguliranih storitev govornega, SMS in podatkovnega gostovanja, ki jih alternativni ponudnik gostovanja zagotavlja v paketu, ter da domači ponudniki in ponudniki gostovanja izpolnjujejo obveznost, da porabnikom ne preprečujejo dostopa do reguliranih storitev podatkovnega gostovanja, ki jih neposredno v obiskanem omrežju zagotavlja alternativni ponudnik gostovanja. |
Bħalissa, is-servizzi kollha tar-roaming bl-imnut qegħdin jiġu pprovduti flimkien mas-servizzi domestiċi tal-komunikazzjoni mobbli mill-fornitur domestiku. | Trenutno vse maloprodajne storitve gostovanja skupaj z domačimi mobilnimi komunikacijskimi storitvami zagotavlja domači ponudnik. |
Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 jagħti ċ-ċans lill-klijent tar-roaming jagħżel fornitur alternattiv tar-roaming għas-servizzi rregolati tar-roaming ipprovduti bħala ġabra ta’ servizzi, kif ukoll li jakkwista dawk is-servizzi ta’ roaming separatament mis-servizzi ċellulari domestiċi. | Uredba (EU) št. 531/2012 gostujočim porabnikom omogoča, da izberejo alternativnega ponudnika gostovanja, ki regulirane storitve gostovanja zagotavlja v paketu, ter da navedene storitve gostovanja pridobijo ločeno od domačih mobilnih storitev. |
F’dan ir-rigward, il-klijent tar-roaming jikkonkludi kuntratt ma’ fornitur alternattiv tar-roaming għall-għoti ta’ dawk is-servizzi. | Pri tem gostujoči uporabnik z alternativnim ponudnikom gostovanja sklene pogodbo o zagotavljanju navedenih storitev. |
Jeżistu bosta modalitajiet tekniċi għall-implimentazzjoni tal-bejgħ separat ta’ servizzi tar-roaming bħala ġabra ta’ servizzi, inkluż Identità Internazzjonali tal-Abbonat Mobbli doppja (International Mobile Subscriber Identity - IMSI doppja) (żewġ IMSI separati fuq l-istess SIM card) u l-IMSI unika (il-kondiviżjoni ta’ IMSI waħda bejn il-fornitur domestiku u dak tar-roaming). | Za izvajanje ločene prodaje storitev gostovanja v paketu obstaja več tehnik, med drugim dvojna mednarodna oznaka mobilnega naročnika (dvojna IMSI) (dve različni IMSI na isti kartici SIM) in enojna IMSI (souporaba IMSI med domačim in gostiteljskim ponudnikom). |
Il-modalità teknika tal-IMSI doppja hija bbażata fuq profil sekondarju fuq is-SIM card tal-klijent tar-roaming li jista’ jintuża mill-fornitur alternattiv tar-roaming għall-bejgħ ta’ servizzi rregolati tar-roaming, filwaqt li l-ewwel profil jibqa’ jintuża mill-fornitur domestiku għall-bejgħ ta’ servizzi domestiċi u possibbilment servizzi tar-roaming mhux irregolati. | Tehnika dvojne IMSI temelji na drugem profilu kartice SIM gostujočega porabnika, ki jo lahko alternativni ponudnik gostovanja uporabi za prodajo reguliranih storitev gostovanja, medtem ko prvi profil še vedno uporablja domači ponudnik za prodajo domačih storitev in morebitnih nereguliranih storitev gostovanja. |
Fil-kuntest tal-modalità teknika tal-IMSI unika, is-servizzi ta’ roaming separati teknikament għadhom qegħdin jiġu pprovduti mill-fornitur domestiku, li jservi bħala l-operatur ospitanti tan-netwerk mobbli għall-fornitur alternattiv tar-roaming. | Pri tehniki enojne IMSI ločene storitve gostovanja tehnično še vedno zagotavlja domači ponudnik, ki je za alternativnega ponudnika gostovanja operater gostiteljskega mobilnega omrežja. |
Is-servizzi ta’ roaming separati jiġu pprovduti bl-ingrossa lill-fornitur alternattiv tar-roaming, li min-naħa tiegħu jerġa’ jbiegħ is-servizzi lill-klijent tar-roaming bl-imnut. | Ločene storitve gostovanja se alternativnemu ponudniku gostovanja zagotavljajo na veleprodajni ravni, ta pa jih na maloprodajni ravni proda naprej gostujočemu porabniku. |
L-aktar verżjoni bażika hija għażla esklużivament ta’ bejgħ mill-ġdid. | Najosnovnejša možnost je čista poprodaja. |
Barra minn hekk, jeżistu għadd ta’ possibbiltajiet ta’ titjib potenzjali li jista’ jsir fil-modalità teknika esklużivament ta’ bejgħ mill-ġdid li jippermetti lill-fornitur tar-roaming alternattiv jikkontrolla liema netwerks miżjur għandhom preferibbilment jintużaw u jirkupra l-iskontijiet mogħtija fuq is-servizzi ta’ roaming bl-ingrossa mixtrija mill-operatur tan-netwerk mobbli (Mobile Network Operator — MNO) ospitanti fuq il-bażi ta’ ftehimiet dwar bejgħ bl-ingrossa ma’ operaturi ta’ netwerks miżjur jew aggregaturi ta’ bejgħ bl-ingrossa. | Poleg tega je čisto poprodajno tehniko mogoče izboljšati na več načinov, ki alternativnim ponudnikom gostovanja omogočajo, da nadzorujejo, katera obiskana omrežja naj se uporabljajo prednostno, ter da na veleprodajni ravni dosežejo popuste za storitve gostovanja, ki jih od operaterja gostiteljskega mobilnega omrežja kupijo na podlagi veleprodajnih sporazumov z operaterji obiskanih omrežij ali veleprodajnimi agregatorji. |
Skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 531/2012, l-aċċess għall-elementi tan-netwerk u s-servizzi neċessarji għall-bejgħ separat ta’ servizzi rregolati tar-roaming bl-imnut għandu jiġi pprovdut mingħajr ħlas. | V skladu s členom 5(1) Uredbe (EU) št. 531/2012 bi se moral dostop do omrežnih elementov in storitev, potrebnih za ločeno prodajo reguliranih maloprodajnih storitev gostovanja, zagotavljati brezplačno. |
Għalhekk, l-Artikolu 5(1) ma jkoprix l-ipprezzar ta’ kwalunkwe servizz addizzjonali li jmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għall-bejgħ separat ta’ servizzi rregolati ta’ roaming bl-imnut. | Zato člen 5(1) ne ureja oblikovanja cen dodatnih storitev, ki presegajo to, kar je potrebno za ločeno prodajo reguliranih maloprodajnih storitev gostovanja. |
L-aċċess għall-faċilitajiet u s-servizzi ta’ appoġġ għall-bejgħ separat ta’ servizzi rregolati tar-roaming bl-imnut jinkludi l-faċilitajiet u s-servizzi meħtieġa fil-proċess tal-bidla ta’ klijent. | Dostop do zmogljivosti in podpornih storitev za ločeno prodajo reguliranih maloprodajnih storitev gostovanja vključuje tudi zmogljivosti in storitve, potrebne za preklop porabnika. |
Il-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) wettaq il-valutazzjoni esperta tiegħu fuq is-soluzzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ servizzi ta’ roaming separati [2]. | Organ evropskih regulatorjev za elektronske komunikacije (BEREC) je strokovno ocenil rešitve za izvajanje ločenih storitev gostovanja [2]. |
Il-BEREC huwa tal-fehma li l-implimentazzjoni tal-IMSI doppja teħtieġ żvilupp sinifikanti u attività ta’ standardizzazzjoni u jistma li l-ispejjeż tal-implimentazzjoni se jimponu spiża ġenerali sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut. | BEREC meni, da bi bilo izvajanje dvojne IMSI pogojeno z obsežnim razvojem in standardizacijo ter da bi stroški izvajanja povzročili bistven pribitek na maloprodajne cene. |
Minħabba li din il-modalità teknika teħtieġ ukoll li jiġu aġġornati s-SIM cards li qegħdin jintużaw bħalissa sabiex jinkludu l-funzjonalità tal-IMSI doppja, il-modalità teknika tal-IMSI doppja tonqos milli tipprovdi għażla kosteffikaċi u li tiffavorixxi l-konsumaturi għall-bejgħ separat ta’ servizzi rregolati tar-roaming bl-imnut. | Glede na to, da bi za vključitev funkcije dvojne IMSI ta tehnika zahtevala tudi nadgradnjo trenutnih kartic SIM, tehnika dvojne IMSI ne predstavlja stroškovno učinkovite in porabniku prijazne možnosti za ločeno prodajo reguliranih maloprodajnih storitev gostovanja. |
B’kuntrast għal dan, il-modalità teknika tal-IMSI unika tidher li hija aktar xierqa fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 531/2012. | Nasprotno pa se zdi tehnika enojne IMSI primernejša za izpolnjevanje meril iz člena 5(3) Uredbe (EU) št. 531/2012. |
L-ewwel nett, fir-rigward tal-kriterji (h), (i), (j), (k) tal-Artikolu 5(3), il-modalitajiet tekniċi kollha li ġew identifikati, inkluża l-modalità teknika tal-IMSI unika, jistgħu jiġu implimentati b’tali mod li jiġu ssodisfati dawn il-kriterji. | Prvič, glede meril (h), (i), (j) in (k) člena 5(3) se lahko vse opredeljene tehnike, vključno s tehniko enojne IMSI, izvajajo na način, da se ta merila izpolnijo. |
It-tieni nett, l-IMSI unika hija favorevoli għall-konsumaturi u għall-utenti minħabba li s-servizz tar-roaming teknikament jiġi pprovdut bl-istess mod kif ġie pprovdut sa issa u għalhekk hija mistennija l-istess esperjenza bla xkiel għall-utenti. | Drugič, enojna IMSI je porabniku in uporabniku prijazna, saj se storitev gostovanja tehnično zagotavlja na enak način, kot se je do zdaj, zato se lahko pričakuje, da bodo imeli uporabniki z njo enake brezhibne izkušnje. |
It-tielet, l-ispejjeż tal-implimentazzjoni tal-IMSI unika huma aktar baxxi minn dawk għall-IMSI doppja u ma hija meħtieġa ebda attività ta’ standardizzazzjoni ewlenija sabiex tkun tista’ ssir. | Tretjič, izvedbeni stroški so pri enojni IMSI nižji kot pri dvojni IMSI, za njeno omogočanje pa ni potrebna večja standardizacija. |
Il-BEREC huwa tal-fehma wkoll li ma jeżistux ostakoli fl-implimentazzjoni tal-IMSI unika. | BEREC tudi meni, da priizvajanju enojne IMSI ne bi nastala ozka grla. |
L-effikaċja tal-modalità teknika tal-IMSI unika f’termini ta’ effetti tal-kompetizzjoni tista’ tittejjeb jekk il-fornituri tar-roaming alternattivi jkunu jistgħu jidderieġu t-traffiku tar-roaming lejn dak in-netwerk miżjur li jippreferu. | Tehnika enojne IMSI bi bila z vidika konkurenčnosti še učinkovitejša, če bi lahko alternativni ponudniki gostovanja gostujoči promet krmilili v obiskano omrežje po lastni izbiri. |
Madankollu, l-implimentazzjoni tal-arranġamenti dwar it-tmexxija tat-traffiku għall-modalità teknika tal-IMSI unika mtejba tkun ġġustifikata biss jekk l-ispejjeż tal-implimentazzjoni jkunu proporzjonati għall-benefiċċji mistennija mill-kompetizzjoni. | Vendar pa bi bilo izvajanje dogovorov o krmiljenju prometa pri izboljšani tehniki enojne IMSI upravičeno samo, če bi bili stroški izvajanja sorazmerni s pričakovanimi konkurenčnimi prednostmi. |
La l-modalità teknika tal-IMSI doppja, la l-modalità teknika tal-IMSI unika u lanqas it-titjib tagħha ma jissodisfaw il-kriterji kollha kif previsti fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 531/2012. | Niti tehnika dvojne IMSI niti tehnika enojne IMSI s svojimi izboljšavami ne izpolnjujeta vseh meril iz člena 5(3) Uredbe (EU) št. 531/2012. |
B’mod partikolari, l-ebda waħda minnhom ma tagħmilha possibbli li jiġi applikat l-obbligu impost fuq il-fornituri domestiċi u fuq il-fornituri tar-roaming li ma jwaqqfux lill-klijenti milli jkollhom aċċess għal servizzi rregolati ta’ roaming tad-dejta pprovduti direttament fuq netwerk miżjur minn fornitur tar-roaming alternattiv. | Zlasti nobena od njiju ne omogoča izpolnjevanja obveznosti, naložene domačim in gostiteljskim ponudnikom, da porabnikom ne preprečujejo dostopa do reguliranih storitev podatkovnega gostovanja, ki jih neposredno v obiskanem omrežju zagotavlja alternativni gostiteljski ponudnik. |
Madankollu, mill-inqas waħda mill-modalitajiet tekniċi tas-soluzzjoni teknika għandha tipprevedi l-abbiltà li dan l-obbligu jiġi applikat bħala wieħed mill-obbligi imposti fl-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament. | Vendar pa mora najmanj ena od tehnik tehnične rešitve omogočati izpolnjevanje te obveznosti, ki je ena od obveznosti, ki jih navedena uredba nalaga v členu 4(1). |
Fl-implimentazzjoni u l-konfigurazzjoni attwali tan-netwerks domestiċi ma jistgħux jiġu pprovduti tali servizzi ta’ roaming tad-dejta lokali. | Trenutna izvedba in konfiguracija domačih omrežij preprečujeta takšne lokalne storitve podatkovnega gostovanja. |
Għalhekk, hija meħtieġa modalità teknika sekondarja li twieġeb għar-rekwiżit tar-Regolament (UE) Nru 531/2012. | Zato je za izpolnjevanje zahteve iz Uredbe (EU) št. 531/2012 potrebna druga tehnika. |
Sabiex is-servizzi tar-roaming tad-dejta lokali jiġu sseparati mill-grupp ta’ servizzi domestiċi, l-operaturi tan-netwerk miżjur ma għandhomx jitwaqqfu, mhux biss milli jipproċessaw teknikament it-traffiku tad-dejta tal-klijenti tar-roaming, iżda wkoll milli jipprovdu s-servizz fil-livell tal-bejgħ bl-imnut. | Da bi lokalne storitve podatkovnega gostovanja ločili od domačega paketa, se operaterjem obiskanih omrežij ne sme preprečiti tehnične obdelave podatkovnega prometa gostujočega porabnika ter zagotavljanja storitev na maloprodajni ravni. |
Min-naħa l-oħra, il-modalità teknika tal-IMSI unika ma tagħmilhiex possibbli li jiġu moqdija l-kategoriji kollha ta’ domanda tal-konsumaturi f’termini kompetittivi, bħall-użu intensiv tas-servizzi tad-dejta. | Po drugi strani pa tehnika enojne IMSI ne omogoča, da bi se povpraševanje porabnikov po vseh kategorijah, npr. po intenzivni uporabi podatkovnih storitev, zadovoljilo na konkurenčen način. |
Minħabba li l-limiti fuq il-bejgħ bl-ingrossa għal servizzi tar-roaming tad-dejta mhumiex strettament orjentati lejn l-ispejjeż u mhumiex se jonqsu wara l-2014, minkejja tnaqqis mistenni fl-ispiża tal-bejgħ bl-ingrossa, ma jidhirx li huwa realistiku li l-fornituri tar-roaming alternattivi li jridu jiddependu fuq servizzi ta’ roaming tad-dejta bl-ingrossa għandhom ikunu jistgħu joffru servizzi ta’ roaming tad-dejta bl-imnut għal utenti li jużaw ħafna d-dejta bi prezzijiet attraenti meta mqabbla mal-livelli tal-prezzijiet għal servizzi mobbli domestiċi tad-dejta. | Ker veleprodajne cenovne kapice za storitve podatkovnega gostovanja niso zgolj stroškovno naravnane in se kljub pričakovanem znižanju veleprodajnih stroškov po letu 2014 ne bodo znižale, se ne zdi verjetno, da bi alternativni ponudniki gostovanja, ki so odvisni od veleprodajnih storitev podatkovnega gostovanja, intenzivnim uporabnikom podatkovnih storitev maloprodajne storitve podatkovnega gostovanja lahko ponudili po privlačnih cenah v primerjavi s cenami domačih mobilnih podatkovnih storitev. |
Madankollu, modalità teknika li tapplika l-obbligu fuq il-fornituri domestiċi u l-fornituri tar-roaming li ma jwaqqfux lill-klijenti milli jkollhom aċċess għal servizzi rregolati tar-roaming tad-dejta pprovduti direttament fuq netwerk miżjur minn fornitur alternattiv tar-roaming, tqiegħed lill-fornituri alternattivi tar-roaming tad-dejta f’pożizzjoni li jipprovdu servizzi ta’ roaming tad-dejta lokali, jiġifieri, servizzi tar-roaming tad-dejta, mingħajr ma jkollhom jiddependu fuq servizz ta’ roaming tad-dejta bl-ingrossa. | Vendar pa tehnika, ki omogoča izpolnjevanje obveznosti za domače in gostiteljske ponudnike, da porabnikom ne preprečujejo dostopa do reguliranih storitev podatkovnega gostovanja, ki jih neposredno v obiskanem omrežju zagotavlja alternativni gostiteljski ponudnik, alternativnim ponudnikom podatkovnega gostovanja omogoča, da zagotavljajo lokalne storitve podatkovnega gostovanja, tj. storitve podatkovnega gostovanja, pri katerih niso odvisni od veleprodajne storitve podatkovnega gostovanja. |
Is-servizzi tar-roaming tad-dejta bl-imnut bħalissa qegħdin jiġu pprovduti mill-fornituri domestiċi fuq il-bażi ta’ ftehimiet dwar il-bejgħ bl-ingrossa mal-operaturi tan-netwerk miżjur. | Maloprodajne storitve podatkovnega gostovanja trenutno zagotavljajo domači ponudniki na podlagi veleprodajnih sporazumov z operaterji obiskanih omrežij. |
It-traffiku tar-roaming tad-dejta jintbagħat u jiġi rċevut fuq in-netwerk ta’ aċċess għar-radju tal-operatur tan-netwerk miżjur u jiġi direzzjonat bejn in-netwerk miżjur u n-netwerk domestiku. | Podatkovnogostovalni promet se pošilja in sprejema prek radijskega dostopovnega omrežja operaterja obiskanega omrežja ter se usmerja med obiskanim in domačim omrežjem. |
L-operatur tan-netwerk domestiku jipprovdi l-konnessjoni għas-servizz tal-Internet u jitlob ħlas lill-klijent tar-roaming għas-servizz tar-roaming tad-dejta. | Operater domačega omrežja zagotovi povezavo do internetne storitve in storitev podatkovnega gostovanja zaračuna gostujočemu porabniku. |
L-istandards attwali tal-GSM/GPRS, EDGE u tal-UMTS diġà jagħtu ċ-ċans lill-operatur tan-netwerk miżjur li jimmaniġġa teknikament it-traffiku tar-roaming tad-dejta u li jipprovdi l-konnessjoni għas-servizz tal-Internet mingħajr il-bżonn ta’ routing bejn in-netwerk domestiku u n-netwerk miżjur. | Veljavni standardi GSM/GPRS, EDGE in UMTS operaterju obiskanega omrežja že omogočajo tehnično obdelavo podatkovnogostovalnega prometa in zagotavljanje povezave do internetne storitve brez usmerjanja med domačim in obiskanim omrežjem. |
Madankollu, skont il-prattika attwali tal-industrija, l-operatur tan-netwerk domestiku għadu jitlob ħlas lill-klijent għas-servizz ta’ roaming tad-dejta, filwaqt li l-operatur tan-netwerk miżjur jipprovdi l-ipproċessar tat-traffiku bħala servizz ta’ bejgħ bl-ingrossa għall-operatur domestiku. | Vendar pa je dosedanja praksa v panogi taka, da operater domačega omrežja porabniku storitev podatkovnega gostovanja še vedno zaračuna ter da operater obiskanega omrežja domačemu operaterju obdelavo prometa zagotovi kot veleprodajno storitev. |
Hemm bosta metodi kif jista’ jiġi implimentat ir-rekwiżit li permezz tiegħu ma jitwaqqafx il-provvediment tas-servizzi ta’ roaming tad-dejta lokali. | Zahtevo o nepreprečevanju dostopa do lokalnih storitev podatkovnega gostovanja je mogoče izpolniti na več načinov. |
Rekwiżiti bażiċi huma l-implimentazzjoni u l-attivazzjoni tal-ipproċessar tat-traffiku tar-roaming tad-dejta fin-netwerk miżjur u r-rekwiżit li ma titwaqqafx l-għażla manwali jew awtomatika ta’ netwerk miżjur. | Osnovni zahtevi sta izvajanje in aktiviranje obdelave podatkovnogostovalnega prometa v obiskanem omrežju ter zahteva o nepreprečevanju ročne ali samodejne izbire obiskanegaomrežja. |
It-titjib possibbli jinkludi l-modifikazzjoni tal-elementi ta’ tmexxija tat-traffiku sabiex ma tiġix interrotta sessjoni kontinwa ta’ roaming tad-dejta lokali, kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ faċilitajiet speċifiċi li jassistu lill-klijenti tar-roaming fl-għażla ta’ netwerk miżjur jew li jappoġġaw l-għażla awtomatika ta’ netwerks miżjura. | Morebitne izboljšave vključujejo spreminjanje prometnokrmilnih elementov, da se ne prekine trenutna lokalna seja podatkovnega gostovanja, in zagotavljanje posebnih zmogljivosti, ki bi gostujočim porabnikom pomagale izbrati obiskano omrežje ali podpirale samodejno izbiro obiskanih omrežij. |
Rekwiżiti bażiċi tali għandhom jippermettu l-iżvilupp ta’ mudelli ta’ negozju differenti għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming tad-dejta lokali, fuq bażi temporanja jew permanenti. | Takšne osnovne zahteve bi morale omogočati razvoj različnih poslovnih modelov za začasno ali stalno zagotavljanje lokalnih storitev podatkovnega gostovanja. |