Source | Target | Ftehim li jagħti ġurisdizzjoni li huwa parti minn kuntratt għandu jiġi ttrattat bħala ftehim indipendenti mit-termini l-oħra tal-kuntratt. | Dogovor o pristojnosti, ki je del pogodbe, se obravnava kot dogovor, ki je neodvisen od drugih pogodbenih pogojev. |
Il-validità tal-ftehim li jagħti ġurisdizzjoni ma jistax jiġi kkuntestat biss fuq il-bażi li l-kuntratt mhuwiex validu. | Veljavnosti dogovora o pristojnosti ni mogoče ugovarjati zgolj na podlagi trditve, da je pogodba neveljavna. |
Apparti mill-ġurisdizzjoni li toħroġ minn dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament, qorti ta’ Stat Membru fejn il-konvenut ikun deher għandha jkollha l-ġurisdizzjoni. | Poleg pristojnosti, ki izhaja iz drugih določb te uredbe, je pristojno tudi sodišče države članice, pred katerim se toženec spusti v postopek. |
Din ir-regola m’għandhiex tapplika meta d-dehra kienet saret biex tkun ikkontestata l-ġurisdizzjoni, jew meta qorti oħra jkollha ġurisdizzjoni esklużiva bis-saħħa tal-Artikolu 24. | To pravilo pa ne velja, če se je spustil v postopek, da bi ugovarjal pristojnosti, ali če je v skladu s členom 24 izključno pristojno drugo sodišče. |
Fi kwistjonijiet li jsir riferiment għalihom fit-Taqsimiet 3, 4 jew 5 meta d-detentur tal-polza tal- assigurazzjoni, l-assigurat, il-benefiċjarju tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni, il-parti li tkun ġarrbet il-ħsara, il-konsumatur jew l-impjegat ikun il-konvenut, il-qorti għandha, qabel ma tassumi l-ġurisdizzjoni skont il-paragrafu 1, tiżgura li l-konvenut jiġi infurmat dwar id-dritt tiegħu li jikkontesta l-ġurisdizzjoni tal-qorti u dwar il-konsegwenzi li jsegwu jekk jidher jew jekk ma jidhirx għall-proċeduri. | V zadevah iz oddelkov 3, 4 ali 5, v katerih je toženec zavarovalec, zavarovanec, upravičenec iz zavarovanja, oškodovanec, potrošnik ali delavec, sodišče pred prevzemompristojnosti v skladu z odstavkom 1 zagotovi, da je bil tožencu zagotovljen pravni pouk o njegovi pravici, da ugovarja pristojnosti sodišča, in o posledicah spustitve ali nespustitve v postopek. |
Eżami dwar il-ġurisdizzjoni u l-ammissibbiltà | Preizkus pristojnosti in dopustnosti |
Meta qorti ta’ Stat Membru jkollha quddiemha talba li tkun prinċipalment tirrigwarda kwistjoni li fuqha l-qrati ta’ Stat Membru ieħor ikollhom ġurisdizzjoni esklużiva bis-saħħa tal-Artikolu 24, din għandha tiddikjara b’inizjattiva tagħha li m’għandhiex ġurisdizzjoni. | Če je sodišču države članice predložen zahtevek, katerega glavni predmet je zadeva, za katero so v skladu s členom 24 izključno pristojna sodišča druge države članice, se to sodišče po uradni dolžnosti izreče za nepristojno. |
Meta konvenut domiċiljat fi Stat Membru wieħed jitressaq quddiem qorti ta’ Stat Membru ieħor u ma jidhirx quddiem il-qorti, il-qorti għandha tiddikjara bl-inizjattiva tagħha stess li m’għandhiex ġurisdizzjoni sakemm il-ġurisdizzjoni tagħha ma tkunx ġejja mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. | Če je toženec s stalnim prebivališčem v eni državi članici tožen v drugi državi članici in se ne spusti v postopek, se sodišče po uradni dolžnosti izreče za nepristojno, razen če pristojnost izhaja iz določb te uredbe. |
Il-qorti għandha tissospendi l-proċedimenti sakemm ma jintweriex li l-konvenut seta’ jirċievi d-dokument li jniedi l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti fi żmien suffiċjenti sabiex ikun jista’ jagħmel arranġamenti għad-difiża tiegħu, jew li l-passi kollha meħtieġa jkunu ttieħdu għal dan il-għan. | Sodišče prekine postopek za toliko časa, dokler se ne ugotovi, da je bilo tožencu omogočeno prejeti pisanje o začetku postopka ali enakovredno pisanje pravočasno, da je lahko pripravil obrambo, ali da so bili storjeni vsi potrebni koraki v tej smeri. |
L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) [15]għandu japplika minflok il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jekk id-dokument li jniedi l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti kellu jkun trażmess minn Stat Membru wieħed lil Stat Membru ieħor bis-saħħa ta’ dak ir-Regolament. | Člen 19 Uredbe (ES) št. 1393/2007 Evropskega parlamenta in Sveta z dne 13. novembra 2007 o vročanju sodnih in izvensodnih pisanj v civilnih ali gospodarskih zadevah v državah članicah („vročanje pisanj“) [15]se uporabi namesto odstavka 2 tega člena, če je treba v skladu z navedeno uredbo poslati iz ene države članice v drugo državo članico pisanje o začetku postopka ali drugo enakovredno pisanje. |
Meta r-Regolament (KE) Nru 1393/2007 ma jkunux applikabbli, għandu japplika l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-15 ta’ Novembru 1965 dwar in-notifika barra mill-pajjiż ta’ atti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali għandu japplika jekk id-dokument li nieda l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti kellu jiġi trasmess barra mill-pajjiż skont dik il-Konvenzjoni. | Če se Uredba (ES) št. 1393/2007 ne uporablja, se uporabi člen 15 Haaške konvencije z dne 15. novembra 1965 o vročitvi sodnih in zunajsodnih listin v civilnih ali gospodarskih zadevah v tujini, če je treba pisanje o začetku postopka ali enakovredno pisanje poslati v tujino v skladu z navedeno konvencijo. |
Lis pendens — azzjonijiet relatati | Litispendenca in sorodne pravde |
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 31(2), meta proċedimenti li jinvolvu l-istess kawża ta’ azzjoni u bejn l-istess partijiet ikunu miġjuba quddiem qrati ta’ Stati Membri differenti, kull qorti apparti l-ewwel qorti li jkollha quddiemha l-każ għandha fuq inizjattiva tagħha stess tissospendi l-proċedimenti ta’ quddiemha sa dak iż-żmien li fih tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni tal-ewwel qorti invokata. | Če pred sodišči različnih držav članic tečejo postopki z istim zahtevkom med istima strankama, brez poseganja v člen 31(2), vsa sodišča razen tistega, ki je prvo začelo postopek, po uradni dolžnosti prekinejo svoje postopke, vse dokler se ne ugotovi pristojnost sodišča, ki je prvo začelo postopek. |
Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, fuq talba ta’ qorti li tieħu konjizzjoni tal-kawża, kwalunkwe qorti invokata għandha mingħajr dewmien tinforma lill-ewwel qorti bid-data meta tressqu l-proċedimenti quddiemha skont l-Artikolu 32. | V zadevah iz odstavka 1 katero koli sodišče, pred katerim teče postopek, na zahtevo sodišča, ki je začelo postopek v sporu, nemudoma obvesti slednje, kdaj je začelo postopek v skladu s členom 32. |
Meta tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni tal-ewwel qorti invokata, kull qorti oħra apparti l-ewwel qorti invokata għandha tastjeni mill-ġurisdizzjoni favur dik il-qorti. | Ko se ugotovi pristojnost sodišča, ki je prvo začelo postopek, se vsa sodišča razen tistega, ki je prvo začelo postopek, izrečejo za nepristojna v korist tega sodišča. |
Meta azzjonijiet relatati jkunu pendenti fi qrati ta’ Stati Membri differenti, kwalunkwe qorti apparti l-qorti li tkun l-ewwel invokata għandha tissospendi l-proċedimenti ta’ quddiemha. | Če tečejo sorodne pravde pred sodišči različnih držav članic, lahko vsa sodišča, razen tistega, ki je prvo začelo postopek, prekinejo postopek. |
Fejn l-azzjoni tkun pendenti fil-prim’istanza quddiem l-ewwel qorti, kwalunkwe qorti oħra tista’ wkoll, fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, tiċħad il-ġurisdizzjoni jekk il-qorti l-ewwel invokata jkollha ġurisdizzjoni fuq l-azzjonijiet ikkonċernati u li l-liġi tagħha tippermetti l-konsolidazzjoni tagħhom. | Če teče pravda pred sodiščem, ki je prvo začelo postopek, na prvi stopnji, se lahko vsa druga sodišča na zahtevo ene od strank izrečejo za nepristojna, če je sodišče, ki je prvo začelo postopek, pristojno za odločanje v zadevnih pravdah in če pravo tega sodišča dovoljuje njihovo združitev. |
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, azzjonijiet huma meqjusa li jkunu relatati meta jkunu konnessi hekk mill-qrib illi jkun aktar konvenjenti illi jinstemgħu u jiġu determinati flimkien sabiex ikun evitat ir-riskju ta’ sentenzi irrikonċiljabbli li jirriżultaw minn proċedimenti separati. | Za namene tega člena se šteje, da so pravde sorodne, če so tako tesno povezane med seboj, da se zdita njihova skupna obravnava in odločanje o njih smiselni, da bi se s tem izognili nevarnosti nezdružljivih sodnih odločb, ki bi izhajale iz ločenih postopkov. |
Meta l-azzjonijiet jaqgħu fil-ġurisdizzjoni esklużiva ta’ diversi qrati, kwalunkwe qorti apparti l-ewwel qorti invokata għandha tastjeni mill-ġurisdizzjoni favur dik il-qorti. | Če je za odločanje izključno pristojnih več sodišč, se vsa sodišča razen tistega, ki je prvo začelo postopek, izrečejo za nepristojna v korist prvega sodišča. |
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26, meta qorti ta’ Stat Membru li lilha ftehim kif imsemmi fl-Artikolu 25 jagħti ġurisdizzjoni esklużiva tiġi invokata, kwalunkwe qorti ta’ Stat Membru ieħor għandha tissospendi l-proċedimenti sa dak iż-żmien meta l-qorti invokata fuq il-bażi tal-ftehim tiddikjara li m’għandha l-ebda ġurisdizzjoni taħt il-ftehim. | Če postopek začne sodišče države članice, ki mu je izključna pristojnost podeljena z dogovorom iz člena 25, sodišča druge države članice ne glede na člen 26 prekinejo postopek, dokler sodišče, ki je začelo postopek na podlagi dogovora, ne izjavi, da ni pristojno na podlagi dogovora. |
Meta l-qorti indikata fil-ftehim tkun stabbiliet ġurisdizzjoni f’konformità mal-ftehim, kwalunkwe qorti ta’ Stat Membr ieħor għandha tirrinunzja l-ġurisdizzjoni favur dik il-qorti. | Če se je sodišče, določeno v dogovoru, spoznalo za pristojno v skladu z dogovorom, se vsa sodišča druge države članice izrečejo za nepristojna v korist tega sodišča. |
Il-paragrafi 2 u 3 m’għandhomx japplikaw għal kwistjonijiet imsemmija fit-Taqsimiet 3, 4 jew 5 fejn id-detentur tal-polza tal-assigurazzjoni, l-assigurat, il-benefiċjarju tal-kuntratt tal-assigurazzjoni, il-parti li tkun ġarrbet il-ħsara, il-konsumatur jew l-impjegat ikun ir-rikorrent u l-ftehim ma jkunx validu taħt dispożizzjoni li tinsab f’dawk it-Taqsimiet. | Odstavka 2 in 3 se ne uporabljata za zadeve iz oddelkov 3, 4 ali 5, če je tožnik zavarovalec, zavarovanec, upravičenec iz zavarovanja, oškodovanec, potrošnik ali delavec in če dogovor ni veljaven na podlagi določb iz teh oddelkov. |
Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, qorti għandha tkun meqjusa bħala invokata: | Za namene tega oddelka se šteje, da je sodišče začelo postopek: |
filwaqt meta id-dokument li jniedi l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti jiġi ppreżentat fil-qorti, dment li r-rikorrent ma jkunx sussegwentament naqas milli jieħu l-passi li kien meħtieġ jieħu sabiex il-konvenut jiġi notifikat; jew | v trenutku, ko je pisanje o začetku postopka ali enakovredno pisanje vloženo pri sodišču, če tožnik pozneje ni opustil dejanj, ki bi jih moral opraviti v zvezi z vročitvijo pisanja tožencu, ali |
jekk id-dokument għandu jkun innotifikat qabel ma jiġi ppreżentat quddiem il-qorti, fil-ħin meta tirċevih l-awtorità responsabbli għan-notifika, dment illi l-rikorrent ma jkunx sussegwentament naqas milli jieħu l-passi li kien meħtieġ jieħu biex jara li d-dokument ikun ippreżentat lill-qorti. | če je treba vročiti pisanje še pred vložitvijo na sodišče, v trenutku, ko ga prejme organ, ki je odgovoren za vročitev, če tožnik pozneje ni opustil dejanj, ki bi jih moral opraviti v zvezi z vložitvijo pisanja pri sodišču. |
L-awtorità responsabbli għan-notifika msemmija fil-punt (b) għandha tkun l-ewwel awtorità li tirċievi d-dokumenti li għandhom jiġu nnotifikati. | Organ, pristojen za vročitev, iz točke (b) je prvi organ, ki prejme pisanja, ki jih je treba vročiti. |
Il-qorti, jew l-awtorità responsabbli għan-notifika, imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jieħdu nota, rispettivament, tad-data li fiha ġie ppreżentat id-dokument li jniedi l-proċedimenti jew id-dokument ekwivalenti, jew id-data tal-irċevuta tad-dokumenti għan-notifika. | Sodišče ali organ, ki je pristojen za vročitev iz odstavka 1, zabeleži datum vložitve pisanja o začetku postopka oziroma enakovredno pisanje ali datum prejema pisanj, ki jih je treba vročiti. |
Meta l-ġurisdizzjoni tkun ibbażata fuq l-Artikoli 4 jew fuq l-Artikoli 7, 8 jew 9 u jkunu pendenti proċedimenti quddiem qorti ta’ Stat terz fiż-żmien meta l-qorti ta’ Stat Membru tieħu konjizzjoni ta’ kawża li tinvolvi l-istess kawża ta’ azzjoni u bejnl-istess partijiet bħall-proċedimenti fil-qorti tal-Istat terz, il-qorti tal-Istat Membru tista’ tissospendi l-proċedimenti quddiemha jekk: | Kadar pristojnost temelji na členu 4 ali na členih 7, 8 ali 9 in pred sodiščem tretje države teče postopek, ko je pred sodiščem države članice vložena tožba v zvezi z istim zahtevkom med istima strankama kot v postopku pred sodiščem v tretji državi, lahko sodišče države članice prekine postopek, če: |
ikun mistenni li l-qorti tal-Istat terz ser tagħti deċiżjoni li tista’ tkun rikonoxxuta u, fejn applikabbli, eżegwita f’dak l-Istat Membru; u | se pričakuje, da bo sodišče tretje države izdalo sodno odločbo, ki jo je mogoče priznati in po potrebi izvršiti v navedeni državi članici; |
il-qorti tal-Istat Membru tkun sodisfatta li sospensjoni hija neċessarja għall-amministrazzjoni xierqa tal-ġustizzja. | sodišče države članice meni, da je prekinitev potrebna zaradi ustreznega delovanja pravosodja. |
Il-qorti tal-Istat Membru tista’ tkompli bil-proċedimenti fi kwalunkwe ħin jekk: | Sodišče države članice lahko kadar koli nadaljuje postopek, če: |
il-proċedimenti nnifishom fil-qorti tal- Istat terz huma sospiżi jew imwaqqfa; | je postopek pred sodiščem tretje države prekinjen ali ustavljen; |
il-qorti tal-Istat Membru jidhrilha li huwa improbabbli li l-proċedimenti fil-qorti tal-Istat terz jiġu konklużi fi żmien raġonevoli; jew | sodišče države članice meni, da postopek pred sodiščem tretje države verjetno ne bo končan v razumnem roku, ali |
it-tkomplija tal-proċedimenti hija meħtieġa għall-amministrazzjoni xierqa tal-ġustizzja. | je nadaljevanje postopka potrebno zaradi ustreznega delovanja pravosodja. |
Il-qorti tal-Istat Membru għandha ttemm il-proċedimenti jekk il-proċedimenti fil-qorti tal-Istat terz jiġu konklużi u jirriżultaw f’sentenza li tista’ tiġi rikonoxxuta u, fejn applikabbli, li tista’ tiġi eżegwita f’dak l-Istat Membru. | Sodišče države članice ustavi postopek, če se je postopek pred sodiščem tretje državekončal in je bila v njem izdana sodna odločba, ki jo je mogoče priznati in po potrebi izvršiti v navedeni državi članici. |
Il-qorti tal-Istat Membru għandha tapplika dan l-Artikolu fuq ir-rikors ta’ xi waħda mill-partijiet jew, fejn hu possibbli taħt id-dritt nazzjonali, ex officio. | Sodišče države članice uporablja ta člen na zahtevo ene od strank ali, kadar je to mogoče po nacionalnem pravu, po uradni dolžnosti. |
Meta l-ġurisdizzjoni tkun ibbażata fuq l-Artikoli 4 jew fuq l-Artikoli 7, 8 jew 9 u azzjoni tkun pendenti f’qorti ta’ Stat terz fl-istess waqt li qorti ta’ Stat Membru tieħu konjizzjoni ta’ kważa li tkun relatata mal-kawża fil qorti tal-Istat terz, il-qorti tal-Istat Membru tista’ tissospendi l-proċedimenti jekk: | Kadar pristojnost temelji na členu 4 ali na členih 7, 8 ali 9 in pred sodiščem tretje države teče postopek, ko je pred sodiščem države članice vložena tožba, ki je povezana s tožbo pred sodiščem v tretji državi, lahko sodišče države članice prekine postopek, če: |
ikun jaqbel li l-kawżi relatati jiġu ttrattati u deċiżi flimkien sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ deċiżjonijiet irrikonċiljabbli li jistgħu jirriżultaw minn proċedimenti separati; | se zdita skupna obravnava sorodnih tožb in odločanje o njih smiselni, da bi se s tem izognili nevarnosti nezdružljivih sodnih odločb, ki bi izhajale iz ločenih postopkov; |
il-qorti tal-Istat Membru jidhrilha li ma għadx hemm riskju ta’ deċiżjonijiet irrikonċiljabbli; | sodišče države članice meni, da ni več nevarnosti nezdružljivih sodnih odločb; |
Il-qorti tal-Istat Membru tista’ tiċħad il-proċedimenti jekkil-proċedimenti fil-qorti tal-Istat terz huma konklużi u rriżultaw f’deċiżjoni li tista’ tiġi rikonoxxuta u, fejn applikabbli, li tista’ tiġi eżegwita f’dak l-Istat Membru. | Sodišče države članice lahko ustavi postopek, če se je postopek pred sodiščem tretje države končal in je bila v njem izdana sodna odločba, ki jo je mogoče priznati in po potrebi izvršiti v navedeni državi članici sodišča. |
Miżuri proviżorji, inklużi dawk kawtolatorji | Začasni ukrepi, vključno z ukrepi zavarovanja |
Tista’ ssir talba lill-qrati ta’ Stat Membru għal miżuri proviżorji bħal dawn, inklużi miżuri kawtolatorji, previsti mil-liġi ta’ dak l-Istat Membru, anki jekk, il-qrati ta’ Stat Membru ieħor ikollhom il-ġurisdizzjoni rigward is-sustanza tal-kwistjoni. | Pri sodiščih države članice se lahko vloži zahteva za začasne ukrepe, vključno z ukrepi zavarovanja, ki jih predvideva pravo te države članice, tudi v primeru, ko so za odločanje o glavni stvari pristojna sodišča druge države članice. |
RIKONOXXIMENT U EŻEKUZZJONI | PRIZNANJE IN IZVRŠITEV |
Dispożizzjonijiet ġenerali | Priznanje |
Sentenza mogħtija fi Stat Membru għandha tiġi rikonoxxuta fl-Istati Membri l-oħra mingħajr il-bżonn ta’ ebda proċedura speċjali. | Sodna odločba, izdana v državi članici, se v drugih državah članicah prizna, ne da bi bilo potrebno za priznanje začeti kakršen koli poseben postopek. |
Kwalunkwe parti interessata tista’, f’konformità mal-proċedura prevista fis-SubTaqsima 2 tat-Taqsima 3, tapplika għal deċiżjoni li m’hemm l-ebda raġuni għal rifjut ta’ rikonoxximent kif imsemmi fl-Artikolu 45. | Vsaka zainteresirana stranka lahko v skladu s postopkom iz pododdelka 2 oddelka 3 zahteva odločitev, da ni razlogov za zavrnitev priznanja iz člena 45. |
Jekk ir-riżultat tal-proċedimenti f’qorti ta’ Stat Membru jiddependi mid-determinazzjoni ta’ kwistjoni inċidentali ta’ rifjut tar-rikonoxximent, dik il-qorti għandha jkollha ġurisdizzjoni fuq dik il-kwistjoni. | Če je izid postopka pred sodiščem države članice odvisen od odločitve o zavrnitvi priznanja kot o predhodnem vprašanju, je za to vprašanje pristojno to sodišče. |
Parti li tkun tixtieq tinvoka fi Stat Membru sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor għandha tippreżenta: | Stranka, ki želi v državi članici uveljaviti sodno odločbo, izdano v drugi državi članici, predloži: |
kopja tas-sentenza li tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex tiġi stabbilita l-awtentiċità tagħha; u | izvod sodne odločbe, ki izpolnjuje pogoje, potrebne za potrditev njegove verodostojnosti, in |
iċ-ċertifikat maħruġ skont l-Artikolu 53. | potrdilo, izdano v skladu s členom 53. |
Il-qorti jew awtorità li quddiemha tiġi invokata sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor tista’, meta jkun meħtieġ, teħtieġ lill-parti li qed tinvokaha biex tipprovdi, f’konformità mal-Artikolu 57, traduzzjoni jew tranżliterazzjoni tal-kontenut taċ-ċertifikat imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1. | Po potrebi lahko sodišče ali organ, pred katerim se uveljavlja sodna odločba, izdana v drugi državi članici, od stranke, ki uveljavlja sodno odločbo, zahteva, da v skladu s členom 57 predloži prevod ali transliteracijo vsebine potrdila iz točke (b) odstavka 1. |
Il-qorti jew l-awtorità tista’ teħtieġ lill-parti li tipprovdi traduzzjoni tas-sentenza minflok traduzzjoni tal-kontenut taċ-ċertifikat jekk ma tistax tipproċedi mingħajr din it-traduzzjoni. | Sodišče ali organ lahko namesto prevoda vsebine potrdila zahteva prevod sodne odločbe, če ne more nadaljevati dela brez prevoda sodne odločbe. |
Il-qorti jew awtorità li quddiemha tiġi invokata ir-rikonoxximent ta’ sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor tista’ tissospendi l-proċedimenti kollha jew tissospendi parti minnhom, jekk: | Sodišče ali drug organ, pred katerim se uveljavlja sodna odločba, izdana v drugi državi članici, lahko v celoti ali delno začasno prekine postopek, če: |
is-sentenza tiġi kkontestata fl-Istat Membru ta’ oriġini; jew | se sodna odločba izpodbija v državi članici izvora; ali |
tiġi ppreżentata talba għal deċiżjoni li m’hemm l-ebda raġuni għal rifjut ta’ rikonoxximent kif imsemmi fl-Artikolu 45 jew għal deċiżjoni li r-rikonoxximent jiġi rifjutat fuq il-bażi ta’ waħda minn dawk ir-raġunijiet. | je bila vložena zahteva za odločitev, da ni razlogov za zavrnitev priznanja iz člena 45 ali za odločitev o zavrnitvi priznanja na podlagi enega od teh razlogov. |
Eżekuzzjoni | Izvršitev |
Sentenza mogħtija fi Stat Membru li hija eżegwibbli f’dak l-Istat Membru għandha tkun eżegwibbli fl-Istati Membri l-oħra mingħajr ma tkun meħtieġa l-ebda dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà. | Sodna odločba, ki je izdana v državi članici in je izvršljiva v tej državi članici, je izvršljiva tudi v drugih državah članicah, ne da bi jo bilo treba razglasiti za izvršljivo. |
Sentenza eżegwibbli timplika bi dritt is-setgħa li wieħed jipproċedi għal kull miżura kawtelatorja prevista mil-liġi tal-Istat Membru indirizzat. | Izvršljiva sodna odločba po samem zakonu vključuje pooblastilo za ukrepe zavarovanja, ki so predpisani z zakonodajo zaprošene države članice. |
Soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima, il-proċedura għall-eżekuzzjoni ta’ sentenzi mogħtija fi Stat Membru ieħor għandha tkun irregolata mil-liġi tal-Istat Membru indirizzat. | Ob upoštevanju določb tega oddelka postopek izvršitve sodnih odločb, izdanih v drugi državi članici, ureja pravo zaprošene države članice. |
Sentenza mogħtija fi Stat Membru li hija eżegwibbli fl-Istat Membru indirizzat għandha tiġi eżegwita hemmhekk taħt l-istess kondizzjonijiet bħal sentenza mogħtija fl-Istat Membru indirizzat. | Sodna odločba, ki je izdana v državi članici in je izvršljiva v zaprošeni državi članici, se tam izvrši pod enakimi pogoji kot sodna odločba, izdana v zaprošeni državi članici. |