Source | Target | Billi l-White Paper “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport — Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti [6]” enfasizzat il-ħtieġa li jittejjeb ir-rendiment aerodinamiku tal-vetturi tat-triq u r-riċerka wriet illi l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi bil-mutur u għalhekk l-emissjonijiet tas-CO2 jistgħu jitnaqqsu b’mod sinifikanti bit-twaħħil ta’ apparat aerodinamiku fuq il-vetturi, huwa importanti li jiġi permess it-twaħħil ta’ dan l-apparat aerodinamiku fuq il-vetturi. | Ker Bela knjiga „Načrt za enotni evropski prometni prostor – na poti h konkurenčnemu in z viri gospodarnemu prometnemu sistemu“ [6]poudarja, da je treba izboljšati aerodinamičnost cestnih vozil, raziskave pa so pokazale, da je z vgradnjo aerodinamičnih naprav v vozila mogoče znatno zmanjšati porabo goriva motornih vozil in s tem zmanjšati emisije CO2, je pomembno, da se omogoči vgradnja takih aerodinamičnih naprav v vozila. |
Minħabba li l-apparat aerodinamiku jikkonsisti f’żidiet li, minħabba d-disinn tagħhom, jisporġu lil hinn mill-parti ta’ barra nett tal-vetturi fuq wara jew fuq il-ġenb, huma għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ apparat jew tagħmir li mhumiex meqjusa għad-determinazzjoni tad-dimensjonijiet ta’ barra nett. | Ker so aerodinamične naprave dodatki, ki zaradi svoje zasnove štrlijo preko skrajnih zunanjih zadnjih ali bočnih točk vozil, jih je treba vključiti v seznam naprav ali opreme, ki se ne upošteva pri določitvi zunanjih mer. |
Madankollu, huwa essenzjali li jiġi limitat kemm dawn jisporġu fuq wara u fuq il-ġenb sabiex is-sikurezza fit-toroq ma tkunx imfixkla u l-intermodalità fit-trasport tibqa’ possibbli. | Ker uporaba takih naprav ne sme zmanjšati varnosti v cestnem prometu in njihova vgradnja ne sme omejevati možnosti intermodalnega prevoza, je nujno treba omejiti koliko lahko štrlijo preko zadnjega in bočnega dela. |
Ir-rekwiżiti tekniċi meħtieġa għandhom għalhekk jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament. | Zato bi bilo treba v tej uredbi določiti potrebne tehnične zahteve. |
Is-softwer disponibbli jagħmilha possibbli li jintużaw metodi ta’ ttestjar virtwali bbażati fuq tekniki megħjuna mill-kompjuter. | Razpoložljiva programska oprema omogoča uporabo virtualnih preskusnih metod, ki temeljijo na računalniško podprtih tehnikah. |
Minħabba li dawn it-tekniki jippermettu ttestjar aktar kost-effiċjenti u inqas ta’ piż, huwa xieraq li tiġi prevista l-possibbiltà li jintużaw biex jiġi vverifikat jekk vettura hijiex kapaċi li timmanuvra f’trajettorja sħiħa ta’ 360° u għal-kejl tat-tperpir massimu fuq wara meta l-vettura tkun qed timmanuvra ġewwa t-trajettorja. | Ker te tehnike omogočajo bolj stroškovno učinkovito in manj obremenjujoče preskušanje, je primerno predvideti možnost uporabe teh tehnik pri preverjanju, ali je vozilo zmožno manevriranja v popolni krožni poti 360° in pri merjenju največjega obrata proti zadnjemu delu, ko vozilo manevrira znotraj poti. |
Huwa għalhekk meħtieġ ukoll li dan ir-Regolament jiżdied mal-lista ta’atti regolatorji inklużi fl-Anness XVI tad-Direttiva 2007/46/KE. | Zato je treba to uredbo dodati na seznam regulativnih aktov iz Priloge XVI k Direktivi 2007/46/ES. |
Bil-ħsieb li jiġi żgurat it-tħaddim kif suppost tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip, huwa xieraq li jiġu aġġornati l-Annessi tad-Direttiva 2007/46/KE. | Da se zagotovi pravilno delovanje sistema homologacije, je primerno posodobiti priloge k Direktivi 2007/46/ES. |
L-Annessi I, III, IX, XII u XVI tad-Direttiva 2007/46/KE għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq. | Priloge I, III, IX, XII in XVI k Direktivi 2007/46/ES je zato treba ustrezno spremeniti. |
Minħabba li d-dispożizzjonijiet tal-Anness XII huma dettaljati biżżejjed u ma jeħtiġux aktar traspożizzjoni mill-Istati Membri, huwa għalhekk xieraq li dan jiġi sostitwit permezz ta’ Regolament skont l-Artikolu 39(8) tad-Direttiva 2007/46/KE. | Ker so določbe Priloge XII dovolj podrobne in za prenos niso potrebni nadaljnji ukrepi držav članic, jo je primerno nadomestiti z uredbo v skladu s členom 39(8) Direktive 2007/46/ES. |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku — Vetturi bil-Mutur, | Ukrepi iz te uredbe so v skladu z mnenjem Tehničnega odbora za motorna vozila – |
Dan ir-Regolament jistipula r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip KE ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom fir-rigward tal-mases u d-dimensjonijiet tagħhom. | Ta uredba določa zahteve za ES-homologacijo motornih vozil in njihovih priklopnikov glede na njihove mase in mere. |
Dan ir-Regolament japplika għall-vetturi mhux kompluti, kompluti u kkompletati tal-kategoriji M, N u O. | Ta uredba se uporablja za nedodelana, dokončana in dodelana vozila kategorij M, N in O. |
Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw b’żieda mad-definizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2007/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 661/2009: | V tej uredbi se poleg opredelitev pojmov iz Direktive 2007/46/ES in Uredbe (ES) št. 661/2009 uporabljajo naslednje opredelitve pojmov: |
“tip ta’ vettura” tfisser sett ta’ vetturi kif definit fil-Parti B tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE; | „tip vozila“ pomeni sklop vozil, kot je opredeljen v delu B Priloge II k Direktivi 2007/46/ES; |
“tagħmir standard” tfisser il-konfigurazzjoni bażika ta’ vettura li hija mgħammra bil-karatteristiċi kollha li huma meħtieġa skont l-atti regolatorji msemmija fl-Anness IV u l-Anness XI tad-Direttiva 2007/46/KE, inklużi l-karatteristiċi kollha li jitwaħħlu mingħajr ma jwasslu għal kwalunkwe speċifikazzjoni oħra dwar il-konfigurazzjoni jew il-livell tat-tagħmir; | „standardna oprema“ pomeni osnovno konfiguracijo vozila, ki je opremljeno z vsemi elementi, zahtevanimi na podlagi regulativnih aktov iz Priloge IV in Priloge XI k Direktivi 2007/46/ES, vključno z vsemi elementi, ki so v vozilo vgrajeni brez nadaljnjih specifikacij o konfiguraciji ali ravni opreme; |
“tagħmir fakoltattiv” tfisser il-karatteristiċi kollha mhux inklużi fit-tagħmir standard li jitwaħħal ma’ vettura taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur li jista’ jiġi ordnat mill-klijent; | „dodatna oprema“ pomeni vse elemente, ki niso vključeni v standardno opremo in jih lahko stranka naroči, v vozilo pa se vgradijo na odgovornost proizvajalca; |
“massa fi stat ta’ tħaddim” tfisser | „masa v stanju, pripravljenem za vožnjo“ pomeni |
fil-każ ta’ vettura bil-mutur: | za motorno vozilo: |
il-massa tal-vettura, bit-tank(ijiet) tal-fjuwil tagħha mimli(jin) sa mill-inqas 90 % tal-kapaċità tiegħu jew tagħhom, inkluża l-massa tas-sewwieq, tal-fjuwil u l-likwidi, mgħammrin bit-tagħmir standard skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur u, meta jkunu mwaħħla, il-massa tal-karozzerija, tal-kabina, l-agganċ u l-istepni(s) kif ukoll l-għodda; | maso vozila s posodo oziroma posodami za gorivo, napolnjenimi do vsaj 90 % prostornine, vključno z maso voznika, goriva in tekočin, ki je opremljeno s standardno opremo v skladu s specifikacijami proizvajalca in, če je vozilo z njimi opremljeno, maso nadgradnje, kabine, naprave za spenjanje in rezervnega kolesa oziroma koles ter orodja; |
fil-każ ta’ trejler: | za priklopnik: |
il-massa tal-vettura inkluż il-fjuwil u l-likwidi, mgħammra bit-tagħmir standard skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur, u, meta jkunu mwaħħla, il-massa tal-karozzerija, l-agganċ(i) addizzjonali, l-istepni(s) u l-għodod; | maso vozila, vključno z maso goriva in tekočin, ki je opremljeno s standardno opremo v skladu s specifikacijami proizvajalca in, če je priklopnik z njimi opremljen, z maso nadgradnje, dodatnih naprav za spenjanje in rezervnega kolesa oziroma koles ter orodja; |
“massa tat-tagħmir fakoltattiv” tfisser il-massa tat-tagħmir li jista’ jitwaħħal mal-vettura minbarra t-tagħmir standard, skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur; | „masa dodatne opreme“ pomeni maso opreme, ki se lahko vgradi v vozilo poleg standardne opreme v skladu s specifikacijami proizvajalca; |
“massa attwali tal-vettura” tfisser il-massa tal-vettura fi stat ta’ tħaddim flimkien mal-massa tat-tagħmir fakoltattiv mwaħħal ma’ vettura individwali; | „dejanska masa vozila“ pomeni maso v stanju, pripravljenem za vožnjo, ki se ji prišteje masa dodatne opreme, vgrajene v posamezno vozilo; |
“massa mgħobbija massima teknikament permissibbli” (M) tfisser il-massa massima allokata lill-vettura fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-kostruzzjoni tagħha u l-prestazzjonijiet tad-disinn tagħha; il-massa mgħobbija teknikament permissibbli ta’ trejler jew ta’ semitrejler tinkludi l-massa statika trasferita lill-vettura tal-irmonk meta tkun igganċjata; | „največja tehnično dovoljena masa obremenjenega vozila“ (M) pomeni največjo maso, določeno za vozilo na podlagi njegovih konstrukcijskih lastnosti in konstrukcijske učinkovitosti; tehnično dovoljena masa obremenjenega priklopnika ali polpriklopnika vključuje statično maso, ki se prek vlečne sklopke prenese na vlečno vozilo; |
“massa mgħobbija massima teknikament permissibbli tal-kombinazzjoni” (MC) tfisser il-massa massima allokata lill-kombinazzjoni ta’ vettura bil-mutur u trejler wieħed jew aktar fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-kostruzzjoni u l-prestazzjonijiet tad-disinn tagħha jew il-massa massima allokata lill-kombinazzjoni ta’ unità ta’ trattur u semitrejler; | „največja tehnično dovoljena masa skupine vozil“ (MC) pomeni največjo maso, določeno za motorno vozilo in enega ali več priklopnikov skupaj na podlagi njegovih konstrukcijskih lastnosti in konstrukcijske učinkovitosti ali največjo maso, določeno za vlečno enoto in polpriklopnik skupaj; |
“massa massima teknikament permissibbli li tista’ tiġi rmunkata” (TM) tfisser il-massa massima ta’ trejler wieħed jew aktar li jistgħu jiġu rmunkati minn vettura tal-irmonk li tikkorrispondi mat-tagħbija totali trasmessa lejn l-art mir-roti ta’ fus jew grupp ta’ fusien fuq kull trejler igganċjat mal-vettura tal-irmonk; | „največja tehnično dovoljena masa vlečenega vozila“ (TM) pomeni največjo maso enega ali več priklopnikov, ki jih vlečno vozilo lahko vleče in ustreza skupni obremenitvi, ki se prenese na tla prek koles osi ali skupine osi na priklopniku, ki je spet z vlečnim vozilom; |
“fus” tfisser il-fus komuni ta’ rotazzjoni ta’żewġ roti jew aktar kemm misjuqa mill-magna jew iduru waħedhom, u kemm f’segment wieħed jew aktar li jinsabu fl-istess pjan perpendikulari għal-linja taċ-ċentru lonġitudinali tal-vettura; | „os“ pomeni skupno vrtilno os dveh ali več koles, ki imajo motorni pogon ali se vrtijo prosto in ki so v enem ali več segmentih nameščene v isti ravnini pravokotno na vzdolžno središčnico vozila; |
“grupp ta’ fusien” tfisser numru ta’ fusien li għandhom l-ispazju tal-fusien li huwa ristrett għal wieħed mill-ispazji tal-fusien imsemmija bħala d-distanza “d” fl-Anness I tad-Direttiva 96/53/KE u li jinteraġixxu minħabba d-disinn speċifiku tas-saspenxin; | „skupinaosi“ pomeni več osi z osno razdaljo, omejeno na eno od osnih razdalj, ki se v Prilogi I k Direktivi 96/53/ES imenuje razdalja „d“ in ki zaradi posebne zasnove vzmetenja vzajemno delujejo; |
“fus waħdieni” tfisser fus li ma jistax jitqiesu bħala parti minn grupp ta’ fusien; | „posamična os“ pomeni os, ki se ne more šteti za del skupine osi; |
“massa massima teknikment permissibbli fuq il-fus” (m) tfisser il-massa li tikkorrispondi għat-tagħbija vertikali statika massima permissibbli trasmessa fl-art mir-roti tal-fus, fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-kostruzzjoni tal-fus u tal-vettura u l-prestazzjonijiet tad-disinn tagħhom; | „največja tehnično dovoljena masa na os“ (m) pomeni maso, ki ustreza največji dovoljeni navpični statični obremenitvi, ki se prenese na tla prek koles osi na podlagi konstrukcijskih lastnosti osi in vozila in njune konstrukcijske učinkovitosti; |
“massa massima teknikament permissibbli fuq grupp ta’ fusien” (μ) tfisser il-massa li tikkorrispondi għat-tagħbija vertikali statika massima permissibbli trasmessa fl-art mir-roti tal-grupp ta’ fusien, fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-kostruzzjoni tal-grupp ta’ fusien u tal-vettura u l-prestazzjonijiet tad-disinn tagħhom; | „največja tehnično dovoljena masa na skupino osi“ (μ) pomeni maso, ki ustreza največji dovoljeni navpični statični obremenitvi, ki se prenese na tla prek koles skupine osi na podlagi konstrukcijskih lastnosti skupine osi in vozila in njune konstrukcijske učinkovitosti; |
“punt tal-agganċ” tfisser iċ-ċentru fejn jiltaqa’ l-agganċ li jitwaħħal ma’ vettura rmunkata ġewwa l-agganċ imwaħħal ma’vettura tal-irmonk; | „točka spenjanja“ pomeni središče vpetja naprave za spenjanje, nameščene na vlečeno vozilo v okviru naprave za spenjanje, nameščene na vlečno vozilo; |
“massa ta’ gganċjar” tfisser il-massa tal-agganċ innifsu u tal-partijiet meħtieġa għat-twaħħil tal-agganċ mal-vettura; | „masa naprave za spenjanje“ pomeni maso naprave za spenjanje same in maso delov, ki so potrebni za pritrditev naprave za spenjanje na vozilo; |
“massa massima teknikament permissibbli fuq il-punt tal-agganċ” tfisser: | „največja tehnično dovoljena masa v točki spenjanja“ pomeni: |
fil-każ ta’ vettura tal-irmonk, il-massa, li tikkorrispondi għat-tagħbija vertikali statika massima permissibbli eżerċitata fuq il-punt tal-agganċ (valur “S” jew “U”) ta’ vettura tal-irmonk, fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-kostruzzjoni tal-vettura tal-agganċ u tal-irmonk; | pri vlečnem vozilu maso, ki ustreza največji dovoljeni navpični statični obremenitvi na točki spenjanja (vrednost „S“ ali „U“) vlečnega vozila na podlagi konstrukcijskih lastnosti naprave za spenjanje in vlečnega vozila; |
Fil-każ ta’ semitrejler, trejler bil-fus ċentrali jew trejler bil-ganċ tal-irmonk riġidu, il-massa li tikkorrispondi għat-tagħbija vertikali statika massima permissibbli (valur “S” jew “U”) li għandha tkun ttrasferita mit-trejler għall-vettura tal-irmonk fil-punt tal-agganċ, fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-kostruzzjoni tal-agganċ u tat-trejler; | pri polpriklopniku, priklopniku s centralno osjo in priklopniku s togim ojesom maso, ki ustreza največji dovoljeni navpični statični obremenitvi (vrednost „S“ ali „U“), ki jo priklopnik v točki spenjanja prenese na vlečno vozilo na podlagi konstrukcijskih lastnosti naprave za spenjanje in priklopnika; |
“massa tal-passiġġieri” tfisser il-massa mkejla skont il-kategorija tal-vettura multiplikata bin-numru ta’ postijiet bilqiegħda inklużi, jekk hemm, il-postijiet bilqiegħda għall-membri tal-ekwipaġġ u n-numru ta’ passiġġieri bilwieqfa, iżda mhux inkluż is-sewwieq; | „masa potnikov“ pomeni ocenjeno maso, odvisno od kategorije vozila, pomnoženo s številom sedežnih mest, vključno z morebitnimi sedežnimi mesti za člane posadke in številom stoječih potnikov, vendar ne vključuje voznika; |
“massa tas-sewwieq” tfisser massa mkejla ta’ 75 kg li tinsab fil-punt ta’ referenza ta’ fejn qiegħed bilqiegħda s-sewwieq; | „masa voznika“ pomeni maso na referenčni točki vozniškega sedeža, ocenjeno na 75 kg; |
“massa utli (pay-mass)” tfisser id-differenza bejn il-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli u l-massa fi stat ta’ tħaddim miżjuda bil-massa tal-passiġġieri u l-massa tat-tagħmir fakoltattiv; | „koristna nosilnost“ pomeni razliko med največjo tehnično dovoljeno maso obremenjenega vozila in maso vozila, pripravljenega za vožnjo, povečano za maso potnikov in maso dodatne opreme; |
“tul” tfisser id-dimensjoni definita fil-punti 6.1.1, 6.1.2 u 6.1.3 tal-Istandard ISO 612:1978; din id-definizzjoni tapplika wkoll għall-vetturi artikolati magħmula minn żewġ sezzjonijiet jew aktar; | „dolžina“ pomeni mero, opredeljeno v točkah 6.1.1, 6.1.2 in 6.1.3 standarda ISO 612:1978; ta opredelitev se uporablja tudi za zgibna vozila, sestavljena iz dveh ali več delov; |
“wisa’” tfisser id-dimensjoni definita fil-punt 6.2 tal-Istandard ISO 612:1978; | „širina“ pomeni mero, opredeljeno v točki 6.2 standarda ISO 612:1978; |
“għoli” tfisser id-dimensjoni definita fil-punt 6.3 tal-Istandard ISO 612:1978; | „višina“ pomeni mero, opredeljeno v točki 6.3 standarda ISO 612:1978; |
“bażi tar-roti” tfisser dan li ġej: | „medosna razdalja“ pomeni: |
id-dimensjoni msemmija fil-punt 6.4.1 tal-Istandard ISO 612:1978; | mero iz točke 6.4.1 standarda ISO 612:1978; |
għal trejler bil-fus ċentrali b’fus wieħed, id-distanza orizzontali bejn il-fus vertikali tal-agganċ u ċ-ċentru tal-fus; | za priklopnik s centralno osjo z eno osjo vodoravno razdaljo med navpično osjo naprave za spenjanje in središčem osi; |
għal trejler bil-fus ċentrali b’aktar minn fus wieħed, id-distanza orizzontali bejn il-fus vertikali tal-agganċ u ċ-ċentru tal-ewwel fus; | za priklopnik s centralno osjo z več osmi vodoravno razdaljo med navpično osjo naprave za spenjanje in središčem prve osi; |
“spazju bejn il-fusien” tfisser id-distanza bejn żewġ fusien konsekuttivi msemmija fil-punt 6.4 tal-Istandard ISO 612:1978 fil-każ ta’ vetturi b ‘aktar minn żewġ fusien; meta l-vettura tkun mgħammra b’żewġ fusien biss, jew fil-każ ta’ semitrejler, trejler bil-ganċ tal-irmonk jew trejler bil-ganċ tal-irmonk riġidu, l-ispazju bejn il-fusien msemmi fil-punt 6.4.2 tal-Istandard ISO 612:1978 għandha t-tifsira ta’ “bażi tar-roti” kif definit fil-punt (25); | „osna razdalja“ pomeni pri vozilih z več kot dvema osema razdaljo med dvema zaporednima osema iz točke 6.4 standarda ISO 612:1978; če je vozilo opremljeno samo z dvema osema ali pri polpriklopniku, priklopniku z vrtljivim ojesom ali priklopniku s togim ojesom ima osna razdalja iz točke 6.4.2 standarda ISO 612:1978 pomen „medosne razdalje“, opredeljene v točki 25; |
“track” tfisser id-distanza msemmija fil-punt 6.5 tal-Istandard ISO 612:1978; | „kolotek“ pomeni mero iz točke 6.5 standarda ISO 612:1978; |
“distanza tal-fifth wheel” tfisser id-distanza msemmija fil-punt 6.19.2 tal-Istandard ISO 612:1978 filwaqt li titqies in-nota msemmija fil-punt 6.19 tal-istess Standard; | „oddaljenost centra sedla“ pomeni razdaljo iz točke 6.19.2 standarda ISO 612: 1978 ob upoštevanju opombe iz točke 6.19 standarda; |
“raġġ ta’ quddiem tas-semi trejler” tfisser id-distanza orizzontali mill-assi tal-kingpin għal kwalunkwe punt fuq quddiem tas-semitrejler; | „sprednji pritrditveni polmer polpriklopnika“ pomeni vodoravno razdaljo med osjo kraljevega čepa in poljubno točko na prednjem delu polpriklopnika; |
“sporġenza ta’ quddiem” tfisser id-distanza orizzontali bejn l-pjan vertikali li jgħaddi fl-ewwel fus jew il-fus kingpin fil-każ ta’ semitrejler u l-punt ta’ quddiem nett tal-vettura; | „sprednji previs“ pomeni vodoravno razdaljo med navpično ravnino, ki poteka skozi prvo os ali os kraljevega čepa pri polpriklopnikih in skrajno sprednjo točko vozila; |
“sporġenza ta’ wara” tfisser id-distanza orizzontali bejn l-pjan vertikali li jgħaddi fl-aħħar fus ta’ wara u l-punt ta’ wara nett tal-vettura; meta l-vettura tkun mgħammra b’agganċ li ma jinqalax, l-punt ta’ wara nett tal-vettura huwa l-punt tal-agganċ; | „zadnji previs“ pomeni vodoravnorazdaljo med navpično ravnino, ki poteka skozi zadnjo os in skrajno zadnjo točko vozila; če je vozilo opremljeno z napravo za spenjanje, ki je ni mogoče odstraniti, je skrajna zadnja točka vozila točka spenjanja; |
“tul taż-żona tat-tagħbija” tfisser id-distanza mill-punt intern ta’ quddiem nett sal-punt intern ta’ wara nett taż-żona tat-tagħbija, imkejjel orizzontalment fil-pjan lonġitudinali tal-vettura; | „dolžina nakladalne površine“ pomeni razdaljo od skrajne sprednje notranje točke do skrajne zadnje notranje točke prostora za tovor, izmerjeno vodoravno v vzdolžni ravnini vozila; |
“tperpir fuq wara” tfisser id-distanza bejn il-punt estrem reali milħuq mill-parti ta’ wara tal-vettura waqt l-immanuvrar fil-kundizzjonijiet speċifikati fit-Taqsima 7 tal-Parti B jew fit-Taqsima 6 tal-Parti C tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; | „obrat proti zadnjemu delu“ pomeni razliko med dejansko najbolj oddaljeno točko, ki jo doseže zadnji del vozila, ko manevrira v pogojih, določenih v oddelku 7 dela B ali oddelku 6 dela C Priloge I k tej uredbi; |
“apparat għall-irfigħ tal-fusien” tfisser mekkaniżmu mwaħħal ma’ vettura bl-iskop li jgħolli l-fus mill-art u jbaxxieh lura mal-art; | „naprava za dvig osi“ pomeni mehanizem, vgrajen v vozilo in namenjen dvigovanju osi od tal in spuščanju osi na tla; |
“fus li jista’ jintrefa’ jew fus li jista’ jinġibed lura” tfisser fus li jista’ jintrefagħ mill-pożizzjoni normali tiegħu u jerġa’ jitbaxxa b’apparat għall-irfigħ tal-fusien; | „dvižna os“ pomeni os, ki jo je mogoče z napravo za dvig osi dvigniti iz običajnega položaja in jo ponovno spustiti; |
“fus li jista’ jiġi mgħobbi” tfisser fus li t-tagħbija fuqu tista’ tiġi varjata mingħajr ma jiġi merfugħ il-fus bl-użu ta’ apparat għall-irfigħ tal-fusien; | „obremenljiva os“ pomeni os, katere obremenitev je mogoče spreminjati brez dviganja osi z napravo za dvig osi; |
“saspenxin tal-arja” tfisser sistema ta’ saspenxin li fuqha mill-inqas 75 % tal-effett tal-molol ikun ikkawżat mill-molla tal-arja; | „zračno vzmetenje“ pomeni sistem vzmetenja, pri katerem vsaj 75 % vzmetnega učinka izvira iz zračne vzmeti; |
“klassi ta’ xarabank jew kowċ” tfisser sett ta’ vetturi kif definiti fil-punti 2.1.1 u 2.1.2 tar-Regolament UNECE Nru 107 — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-kategoriji M2 jew M3 fir-rigward tal-kostruzzjoni ġenerali tagħhom [9]; | „razred avtobusa“ pomeni sklop vozil, kot je opredeljen v točkah 2.1.1 in 2.1.2 Pravilnika št. 107 Ekonomske komisije Združenih narodov za Evropo (UN/ECE) – enotne določbe o homologaciji vozil kategorije M2 ali M3 glede na splošno konstrukcijo [9]; |