Source | Target | B41 Investitur li jkollu inqas minn maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ikollu drittijiet li huma suffiċjenti biex jagħtuh setgħa meta l-investitur ikollu l-kapaċità prattika li jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti b'mod unilaterali. | B41 Naložbenik ima dovolj pravic, da ima vpliv, tudi če nima večine glasovalnih pravic, kadar ima dejansko možnost, da enostransko usmerja pomembne dejavnosti. |
B42 Meta jkun qiegħed jivvaluta jekk id-drittijiet tal-vot ta’ investitur ikunux suffiċjenti biex jagħtuh setgħa, investitur jikkunsidra l-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha, fosthom: | B42 Naložbenik mora pri ocenjevanju, ali ima dovolj glasovalnih pravic, da ima vpliv, upoštevati vse dejavnike in okoliščine, vključno z: |
id-daqs tal-parteċipazzjoni tad-drittijiet tal-vot tal-investitur meta mqabbel mad-daqs u t-tixrid tal-parteċipazzjonijiet tad-detenturi l-oħra tal-vot, filwaqt li jiġi nnotat li: | obsegom glasovalnih pravic naložbenika glede na obseg in razpršitev deležev drugih imetnikov glasovalnih pravic, pri čemer je treba upoštevati, da: |
aktar ma investitur ikollu drittijiet tal-vot, aktar ikun probabbli li l-investitur ikollu drittijiet eżistenti li jagħtuh il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti; | več kot ima naložbenik glasovalnih pravic, večja je verjetnost, da ima obstoječe pravice, na podlagi katerih lahko trenutno usmerja pomembne dejavnosti; |
aktar ma investitur ikollu drittijiet tal-vot meta mqabbel ma’ detenturi oħra tal-vot, aktar ikun probabbli li l-investitur ikollu drittijiet eżistenti li jagħtuh il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti; | več kot ima naložbenik glasovalnih pravic glede na druge imetnike glasovalnih pravic, večja je verjetnost, da ima obstoječe pravice, na podlagi katerih lahko trenutno usmerja pomembne dejavnosti; |
aktar ma jkun hemm partijiet li jridu jaġixxu flimkien biex il-vot tagħhom jegħleb dak tal-investitur, aktar ikun probabbli li l-investitur ikollu drittijiet eżistenti li jagħtuh il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti; | več kot je strank, ki morajo delovati skupaj, da imajo več glasovalnih pravic kot naložbenik, večja je verjetnost, da ima naložbenik obstoječe pravice, na podlagi katerih lahko trenutno usmerja pomembne dejavnosti; |
id-drittijiet potenzjali tal-vot miżmuma mill-investitur, detenturi oħra tal-vot jew partijiet oħra (ara l-paragrafi B47–B50); | potencialne glasovalne pravice naložbenika, drugih imetnikov glasovalnih pravic ali drugih strank (glej B47.–B50. člen); |
drittijiet li joħorġu minn arranġamenti kuntrattwali oħra (ara l-paragrafu B40); u | pravice, ki izhajajo iz drugih pogodbenih sporazumov (glej B40. člen), ter |
kwalunkwe fatti u ċirkustanzi oħra li jindikaw li l-investitur ikollu, jew ma jkollux, il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti fil-ħin li jkunu jridu jittieħdu d-deċiżjonijiet, fosthom mudelli tal-vot f'laqgħat preċedenti tal-azzjonisti. | vsa dodatna dejstva in okoliščine, ki kažejo, da lahko naložbenik trenutno usmerja pomembne dejavnosti ali jih ne more usmerjati, ko je treba sprejeti odločitve, vključno z vzorci glasovanja na predhodnih skupščinah delničarjev. |
B43 Meta d-direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti tiġi stabilita permezz ta’ vot maġġoritarju u investitur ikollu konsiderevolment aktar drittijiet tal-vot milli kwalunkwe detentur ieħor tal-vot jew grupp organizzat ta’ detenturi tal-vot, u l-ishma l-oħra jkunu mxerrda b'mod estensiv, jista' jkun evidenti, wara li jiġu kkunsidrati l-fatturi elenkati fil-paragrafu 42(a)–(c) biss, li l-investitur ikollu setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment. | B43 Kadar je usmerjanje pomembnih dejavnosti določeno z glasovanjem z večino in ima naložbenik bistveno več glasovalnih pravic kot kateri koli drug imetnik glasovalnih pravic ali organizirana skupina imetnikov glasovalnih pravic, drugi deleži pa so zelo razpršeni, je lahko že samo na podlagi upoštevanja dejavnikov iz 42.(a)–(c) člena jasno, da ima naložbenik vpliv na podjetje, v katero naloži. |
Investitur jikseb 48 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment. | Naložbenik ima 48 % glasovalnih pravic podjetja, v katero naloži. |
Id-drittijiet tal-vot l-oħra jkunu miżmuma minn eluf ta’ azzjonisti, l-ebda wieħed b'mod individwali ma jkollu iżjed minn 1 fil-mija tad-drittijiet tal-vot. | Preostale glasovalne pravice ima več tisoč delničarjev, pri čemer noben posamezni delničar nima več kot 1 % glasovalnih pravic. |
L-ebda wieħed mill-azzjonisti ma jkollu xi arranġament biex jikkonsulta ma’ xi ħadd mill-oħrajn jew biex jieħu deċiżjonijiet kollettivi. | Nobeden od delničarjev nima sklenjenih dogovorov, ki bi predvidevali posvetovanje s katerim koli drugim delničarjem ali kolektivno sprejemanje odločitev. |
Meta kien qiegħed jivvaluta l-proporzjon ta’ drittijiet tal-vot li ried jikseb, fuq il-bażi tad-daqs relattiv tal-ishma l-oħra, l-investitur stabilixxa li interess ta’ 48 fil-mija jkun biżżejjed biex jagħtih kontroll. | Naložbenik je pri ocenjevanju deleža glasovalnih pravic, ki jih je treba pridobiti glede na relativno velikost drugih deležev, določil, da je 48-odstotni delež dovolj, da ima zagotovljen vpliv. |
F'dan il-każ, fuq il-bażi tad-daqs assolut tal-parteċipazzjoni tiegħu u d-daqs relattiv tal-ishma l-oħra, l-investitur jikkonkludi li għandu interess tal-vot suffiċjentement dominanti biex jilħaq il-kriterju tas-setgħa mingħajr il-ħtieġa li jikkunsidra xi evidenza oħra tas-setgħa. | V tem primeru naložbenik na podlagi absolutne velikosti svojega deleža in relativne velikosti drugih deležev ugotovi, da je njegov delež glasovalnih pravic dovolj prevladujoč, da je izpolnjeno merilo vpliva, ne da bi moral upoštevati kakršne koli druge dokaze vpliva. |
Investitur A għandu 40 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment u tnax-il investitur ieħor kull wieħed għandu 5 fil-mija tad-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment. | Naložbenik A ima 40 % glasovalnih pravic podjetja, v katero naloži, 12 drugih naložbenikov pa ima vsak po 5 % glasovalnih pravic podjetja, v katero naložijo. |
Ftehim bejn l-azzjonisti jagħti lill-investitur A d-dritt li jaħtar, jirrevoka jew jiffissa r-remunerazzjoni tal-maniġment responsabbli mid-direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti. | Na podlagi delničarskega sporazuma ima naložbenik A pravico, da imenuje in odstavi poslovodno osebje, ki je odgovorno za usmerjanje pomembnih dejavnosti, ter določi njihovo plačilo. |
Sabiex jinbidel il-ftehim, ikun meħtieġ vot b'maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-azzjonisti. | Za spremembo sporazuma je potrebna dvotretjinska večina glasov delničarjev. |
F'dan il-każ, l-investitur A jikkonkludi li d-daqs assolut tal-parteċipazzjoni tal-investitur u d-daqs relattiv tal-ishma l-oħra waħedhom mhumiex konklużivi sabiex jistabilixxu liema investitur għandu drittijiet suffiċjenti biex jagħtuh setgħa. | V tem primeru naložbenik A ugotovi, da samo na podlagi absolutne velikosti deleža naložbenika in relativne velikosti drugih deležev ni mogoče določiti, ali ima naložbenik dovolj pravic, da ima vpliv. |
Madankollu, l-investitur A jiddetermina li d-dritt kuntrattwali tiegħu li jaħtar, jirrevoka u jiffissa r-remunerazzjoni tal-maniġment huwa suffiċjenti biex jikkonkludi li huwa għandu setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment. | Vendar naložbenik A določi, da njegova pogodbena pravica do imenovanja in odstavitve poslovodnega osebja ter določanja njihovega plačila zadostuje za določitev, da ima vpliva na podjetje, v katero naloži. |
Il-fatt li l-investitur A għandu mnejn ma jkunx eżerċita dan id-dritt jew il-probabbiltà li l-investitur A jeżerċita d-dritt tiegħu li jagħżel, jaħtar jew ineħħi l-maniġment m'għandhomx jitqiesu meta jiġi vvalutat jekk l-investitur A għandux setgħa. | Dejstvo, da naložbenik A morda ni uveljavljal te pravice, ali verjetnost, da bo uveljavljal svojo pravico do izbire, imenovanja in odstavitve poslovodnega osebja ter določanja njegovega plačila, se pri ocenjevanju, ali ima vpliv, ne upošteva. |
B44 F'sitwazzjonijiet oħra, jista' jkun evidenti wara li jitqiesu l-fatturi elenkati fil-paragrafu B42(a)–(c) waħdu li l-investitur ma jkollux setgħa. | B44 V drugih primerih je lahko že samo na podlagi preučitve dejavnikov iz B42.(a)–(c) člena jasno, da naložbenik nima vpliva na podjetje, v katero naloži. |
Eżempju ta’ applikazzjoni | Primer uporabe |
Investitur A għandu 45 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment. | Naložbenik A ima 45 % glasovalnih pravic podjetja, v katero naloži. |
Żewġ investituri oħra, kull wieħed minnhom għandu 26 fil-mija tad-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment. | Dva druga naložbenika imata po 26 % glasovalnih pravic podjetja, v katero naložita. |
Id-drittijiet tal-vot l-oħra huma miżmuma minn tliet azzjonisti oħra, kull wieħed minnhom għandu 1 fil-mija. | Preostale glasovalne pravice imajo trije drugi delničarji, pri čemer ima vsak po 1 % glasovalnih pravic. |
M'hemmx arranġamenti oħra li jaffettwaw it-teħid tad-deċiżjonijiet. | Drugih dogovorov, ki bi vplivali na odločanje, ni. |
F'dan il-każ, id-daqs tal-interess tal-vot tal-investitur A u d-daqs tiegħu meta mqabbel mal-ishma l-oħra huma suffiċjenti biex jiġi konkluż li l-investitur A m'għandux setgħa. | V tem primeru sta velikost deleža glasovalnih pravic naložbenika A in velikost njegovega deleža glede na druge deleže dovolj, da se lahko ugotovi, da naložbenik A nima vpliva. |
Tkun meħtieġa biss il-kooperazzjoni ta’ żewġ investituri oħra sabiex l-investitur A ma jitħalliex jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti tad-destinatarja ta’ investiment. | Le dva druga naložbenika bi morala sodelovati, da se naložbeniku A prepreči usmerjanje pomembnih dejavnosti podjetja, v katero naloži. |
B45 Madankollu, il-fatturi elenkati fil-paragrafu B42(a)–(c) waħdu jistgħu ma jkunux konklużivi. | B45 Kljub temu dejavniki iz B42.(a)–(c) člena sami niso vedno odločilni. |
Jekk investitur, wara li jkun ikkunsidra dawn il-fatturi, ma jkunx ċar dwar jekk għandux setgħa, huwa għandu jikkunsidra fatti u ċirkustanzi addizzjonali, bħal pereżempju jekk azzjonisti oħra jkunux passivi fin-natura tagħhom kif muri mill-mudelli tal-vot f'laqgħat preċedenti tal-azzjonisti. | Če naložbenik po preučitvi navedenih dejavnikov ni prepričan, ali ima vpliv, mora preučiti dodatna dejstva in okoliščine, na primer ali so drugi delničarji pasivni, kot kažejo vzorci glasovanja na predhodnih skupščinah delničarjev. |
Dan jinkludi l-valutazzjoni tal-fatturi stipulati fil-paragrafu B18 u l-indikaturi fil-paragrafi B19 u B20. | To vključuje oceno dejavnikov iz B18. člena ter kazalnikov iz B19. in B20. člena. |
Inqas ma l-investitur ikollu drittijiet tal-vot, u inqas ma jkun hemm partijiet li jridu jaġixxu flimkien biex il-vot tagħhom jegħleb dak tal-investitur, aktar ikun hemm bżonn li wieħed jibbaża fuq il-fatti u ċ-ċirkustanzi addizzjonali sabiex jiġi vvalutat jekk id-drittijiet tal-investitur ikunux biżżejjed biex jagħtuh setgħa. | Manj kot ima naložbenik glasovalnih pravic in manj kot je strank, ki morajo delovati skupaj, da imajo več glasovalnih pravic kot naložbenik, večji je pomen dodatnih dejstev in okoliščin pri oceni, ali ima naložbenik dovolj pravic za vpliv. |
Meta l-fatti u ċ-ċirkustanzi fil-paragrafi B18–B20 jiġu kkunsidrati flimkien mad-drittijiet tal-investitur, għandha tingħata importanza akbar lill-evidenza tas-setgħa fil-paragrafu B18 milli lill-indikaturi tas-setgħa fil-paragrafi B19 u B20. | Če so dejstva in okoliščine iz B18.–B20. člena obravnavani skupaj s pravicami naložbenika, ima dokaz o vplivu iz B18. člena večji pomen kot kazalniki vpliva iz B19. in B20. člena. |
Investitur għandu 45 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment. | Naložbenik ima 45 % glasovalnih pravic podjetja, v katero naloži. |
Ħdax-il azzjonista ieħor, kull wieħed minnhom għandu 5 fil-mija tad-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment. | Enajst drugih delničarjev ima po 5 % glasovalnih pravic podjetja, v katero naložijo. |
L-ebda wieħed mill-azzjonisti ma għandu arranġamenti kuntrattwali biex jikkonsulta lil xi ħadd mill-oħrajn jew biex jieħu deċiżjonijiet kollettivi. | Nobeden od delničarjev nima sklenjenih pogodbenih sporazumov, ki bi predvidevali posvetovanje s katerim koli drugim delničarjem ali kolektivno sprejemanje odločitev. |
F'dan il-każ, id-daqs assolut tal-parteċipazzjoni tal-investitur u d-daqs relattiv tal-ishma l-oħra waħedhom mhumiex konklużivi sabiex jiġi ddeterminat jekk l-investitur għandux drittijiet suffiċjenti li jagħtuh setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment. | V tem primeru samo na podlagi absolutne velikosti deleža naložbenika in relativne velikosti drugih deležev ni mogoče določiti, ali ima naložbenik dovolj pravic, da ima vpliv na podjetje, v katero naloži. |
Għandhom jiġu kkunsidrati fatti u ċirkustanzi addizzjonali li jistgħu jipprovdu evidenza li l-investitur għandu, jew m'għandux, setgħa. | Preučiti je treba dodatna dejstva in okoliščine, ki lahko pomenijo dokaze, da naložbenik ima vpliv ali da ga nima. |
Investitur għandu 35 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment. | Naložbenik ima 35 % glasovalnih pravic podjetja, v katero naloži. |
Tliet azzjonisti oħra, kull wieħed minnhom għandu 5 fil-mija tad-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment. | Trije drugi delničarji imajo po 5 % glasovalnih pravic podjetja, v katero naložijo. |
Id-drittijiet tal-vot l-oħra huma għand diversi azzjonisti oħra, li l-ebda wieħed minnhom individwalment ma għandu iżjed minn 1 fil-mija tad-drittijiet tal-vot. | Preostale glasovalne pravice ima več drugih delničarjev, pri čemer noben od njih nima več kot 1 % glasovalnih pravic. |
L-ebda wieħed mill-azzjonisti ma għandu arranġamenti biex jikkonsulta lil xi ħadd mill-oħrajn jew biex jieħu deċiżjonijiet kollettivi. | Nobeden od delničarjev nima sklenjenih dogovorov, ki bi predvidevali posvetovanje s katerim koli drugim delničarjem ali kolektivno sprejemanje odločitev. |
Id-deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti tad-destinatarja ta’ investiment jeħtieġu l-approvazzjoni ta’ maġġoranza tal-voti mixħuta f'laqgħat tal-azzjonisti rilevanti—75 fil-mija tad-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment ġew mixħuta f'laqgħat riċenti tal-azzjonisti rilevanti. | Za odločitve o pomembnih dejavnostih podjetja, v katero se naloži, je potrebno soglasje, in sicer večina oddanih glasov, na skupščinah zadevnih delničarjev; na nedavni skupščini zadevnih delničarjev je bilo oddanih 75 % glasov v okviru glasovalnih pravic podjetja, v katero se naloži. |
F'dan il-każ, il-parteċipazzjoni attiva tal-azzjonisti l-oħra f'laqgħat riċenti tal-azzjonisti tindika li l-investitur ma jkollux il-kapaċità prattika biex jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti b'mod unilaterali, irrispettivament minn jekk l-investitur ikunx iddirieġa l-attivitajiet rilevanti minħabba li numru suffiċjenti ta’ azzjonisti oħra jkunu vvotaw bl-istess mod bħall-investitur. | V tem primeru dejavno sodelovanje drugih delničarjev na nedavnih skupščinah delničarjev pomeni, da naložbenik ne bi imel dejanske možnosti enostranskega usmerjanja pomembnih dejavnosti, ne glede na to, ali je naložbenik usmerjal pomembne dejavnosti, ker je zadostno število drugih delničarjev glasovalo enako kot on. |
B46 Jekk ma jkunx ċar, wara li jkunu ġew ikkunsidrati l-fatturi elenkati fil-paragrafu B42(a)–(d), li l-investitur għandu setgħa, l-investitur ma jikkontrollax d-destinatarja ta’ investiment. | B46 Če po preučitvi dejavnikov iz B42.(a)–(d) člena ni jasno, ali ima naložbenik vpliv, naložbenik ne obvladuje podjetja, v katero naloži. |
Drittijiet potenzjali tal-vot | Potencialne glasovalne pravice |
B47 Meta jivvaluta l-kontroll, investitur jikkunsidra d-drittijiet potenzjali tal-vot tiegħu kif ukoll id-drittijiet potenzjali tal-vot ta’ partijiet oħra, sabiex jistabilixxi jekk għandux setgħa. | B47 Naložbenik pri oceni obvladovanja upošteva svoje potencialne glasovalne pravice ter potencialne glasovalne pravice drugih strank, da določi, ali ima vpliv. |
Id-drittijiet potenzjali tal-vot huma drittijiet sabiex jinkisbu drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment, bħal dawk li jirriżultaw minn strumenti jew opzjonijiet konvertibbli, fosthom il-kuntratti bil-quddiem. | Potencialne glasovalne pravice so pravice do pridobitve glasovalnih pravic podjetja, v katero se naloži, kot so pravice, ki izhajajo iz zamenljivih instrumentov ali opcij, vključno s terminskimi pogodbami. |
Dawn id-drittijiet potenzjali tal-vot jiġu kkunsidrati biss jekk id-drittijiet ikunu sostantivi (ara l-paragrafi B22–B25). | Te potencialne glasovalne pravice se upoštevajo le, če so pravice materialne (glej B22.–B25. člen). |
B48 Meta jkun qiegħed jikkunsidra d-drittijiet potenzjali tal-vot, investitur għandu jikkunsidra l-għan u d-disinn tal-istrument, kif ukoll l-għan u d-disinn ta’ kwalunkwe involviment ieħor li l-investitur ikollu fid-destinatarja ta’ investiment. | B48 Naložbenik mora pri upoštevanju potencialnih glasovalnih pravic upoštevati namen in obliko instrumenta ter namen in obliko morebitne druge udeležbe naložbenika v podjetju, v katero naloži. |
Dan jinkludi valutazzjoni tad-diversi termini u kundizzjonijiet tal-istrument kif ukoll l-aspettattivi, il-motivi u r-raġunijiet apparenti tal-investitur biex jaqbel ma’ dawk il-patti u kundizzjonijiet. | To vključuje oceno različnih pogojev instrumenta ter očitna pričakovanja in razloge naložbenika za strinjanje s temi pogoji. |
B49 Jekk l-investitur ikollu wkoll drittijiet tal-vot u drittijiet oħra ta’ teħid tad-deċiżjonijiet relatati mal-attivitajiet tad-destinatarja ta’ investiment, l-investitur jivvaluta jekk dawk id-drittijiet, flimkien mad-drittijiet potenzjali tal-vot, jagħtuhx setgħa. | B49 Če ima naložbenik tudi glasovalne pravice ali druge pravice odločanja v zvezi z dejavnostmi podjetja, v katero naloži, oceni, ali mu te pravice v kombinaciji s potencialnimi glasovalnimi pravicami zagotavljajo vpliv. |
B50 Drittijiet sostantivi potenzjali tal-vot waħedhom, jew flimkien ma’ drittijiet oħra, jistgħu jagħtu lil investitur il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti. | B50 Naložbenik lahko na podlagi materialnih potencialnih glasovalnih pravic samih ali v kombinaciji z drugimi pravicami trenutno usmerja pomembne dejavnosti. |
Pereżempju, dan x'aktarx li jkun il-każ meta investitur ikollu 40 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment u, skont il-paragrafu B23, ikollu drittijiet sostantivi li joħorġu minn opzjonijiet biex jikseb 20 fil-mija oħra tad-drittijiet tal-vot. | To lahko na primer velja, kadar ima naložbenik 40 % glasovalnih pravic podjetja, v katero naloži, pri čemer ima v skladu z B23. členom materialne pravice, ki izhajajo iz opcij za pridobitev dodatnih 20 % odstotkov glasovalnih pravic. |
Investitur A għandu 70 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment. | Naložbenik A ima 70 % glasovalnih pravic podjetja, v katero naloži. |
Investitur B għandu 30 fil-mija tad-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment kif ukoll opzjoni biex jikseb nofs id-drittijiet tal-vot tal-investitur A. L-opzjoni tista' tiġi eżerċitata għas-sentejn li jmiss bi prezz fiss li huwa sfavorevoli ħafna (u jkun mistenni li jibqa' hekk għal dak il-perjodu ta’ sentejn). | Naložbenik B ima 30 % glasovalnih pravic podjetja, v katero naloži, in opcijo za pridobitev polovice glasovalnih pravic naložbenika A. Opcijo je mogoče uveljaviti v naslednjih dveh letih po stalni ceni, ki je zelo izven denarja (in za katero se pričakuje, da bo v tem dveletnem obdobju še naprej zelo izven denarja). |
Investitur A kien qiegħed jeżerċita l-voti tiegħu u qiegħed jiddirieġi attivament l-attivitajiet rilevanti tad-destinatarja ta’ investiment. | Naložbenik A je uveljavljal svoje glasovalne pravice in dejavno usmerja pomembne dejavnosti podjetja, v katero naloži. |
F'każ bħal dan, l-investitur A huwa probabbli li jilħaq il-kriterju tas-setgħa minħabba li jidher li għandu l-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti. | V tem primeru je velika verjetnost, da naložbenik A izpolnjuje merilo vpliva, ker se zdi, da lahko trenutno usmerja pomembne dejavnosti. |
Għalkemm l-investitur B preżentement għandu opzjonijiet eżerċitabbli biex jixtri drittijiet tal-vot addizzjonali (li, jekk jiġu eżerċitati, jagħtuh maġġoranza tad-drittijiet tal-vot fid-destinatarja ta’ investiment), il-patti u l-kundizzjonijiet assoċjati ma’ dawk l-opzjonijiet huma tali li l-opzjonijiet mhumiex ikkunsidrati bħala sostantivi. | Čeprav ima naložbenik B trenutno opcije, ki jih je mogoče uveljavljati za nakup dodatnih glasovalnih pravic (ki bi mu, če bi se uveljavljale, zagotovile večino glasovalnih pravic v podjetju, v katero naloži), so pogoji v zvezi s temi opcijami takšni, da se te opcije ne štejejo za materialne. |