Source | Target | Fejn l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ att tal-Unjoni titlob li l-Istati Membri jiskambjaw id-data personali u tipprovdi għall-għan ta' dan l-ipproċessar, tali dispożizzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala bażi legali adegwata għall-ipproċessar ta’ data personali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 8 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. | Kadar uporaba določbe akta Unije od držav članic zahteva izmenjavo osebnih podatkov in določa namen te obdelave, bi bilo treba takšno določbo šteti kot ustrezno pravno podlago za obdelavo osebnih podatkov, ob upoštevanju pogojev iz členov 8 in 52 Listine Evropske unije o temeljnih pravicah. |
L-IMI għandha titqies primarjament bħala strument użat għall-iskambju ta’ informazzjoni, inkluż data personali, liema skambju kieku jseħħ permezz ta’ mezzi oħra, inkluż posta regolari, fax jew posta elettronika fuq il-bażi ta’ obbligu legali impost fuq l-awtoritajiet u l-korpi tal-Istati Membri fl-atti tal-Unjoni. | IMI bi bilo treba obravnavati predvsem kot orodje za izmenjavo informacij, vključno z osebnimi podatki, ki bi sicer na podlagi pravne obveznosti, določene v aktih Unije za organe in subjekte držav članic, potekala drugače, tudi po navadni pošti, telefaksu ali elektronski pošti. |
Id-data personali skambjata permezz tal-IMI għandha tinġabar, tiġi pproċessata u tintuża biss għal finijiet konformi ma' dawk li għalihom hija kienet oriġinarjament inġabret u għandha tkun, soġġetta għas-salvagwardji rilevanti kollha. | Osebni podatki, izmenjani prek IMI, bi se morali zbirati, obdelovati in uporabljati le za namene, ki so skladni z nameni, za katere so bili prvotno zbrani, in bi morali biti v skladu z vsemi ustreznimi zaščitnimi ukrepi. |
Fuq il-bażi tal-prinċipju ta’ privatezza permezz tad-disinn, l-IMI ġiet żviluppata bir-rekwiżiti tal-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data f’moħħ id-disinjatur u ilha favur il-protezzjoni tad-data sa mill-bidu tagħha, b’mod partikolari minħabba r-restrizzjonijiet imposti fuq l-aċċess għal data personali skambjata fl-IMI. | V skladu z načelom vgrajene zasebnosti je bil IMI razvit ob upoštevanju zahtev iz zakonodaje o varstvu podatkov in že od zasnove vključuje mehanizme za varstvo podatkov, zlasti zaradi omejitev, ki so določene za dostop do osebnih podatkov, izmenjanih v IMI. |
Għalhekk, l-IMI toffri livell ferm għoli ta’ protezzjoni u sigurtà minn metodi oħra ta’ skambju ta’ informazzjoni bħall-posta regolari, telefon, fax jew posta elettronika. | IMI zato zagotavlja znatno višjo raven varstva in varnosti kot druge metode izmenjave informacij, kot so običajna pošta, telefon, telefaks ali elektronska pošta. |
Il-kooperazzjoni amministrattiva permezz ta’ mezzi elettroniċi bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandha tkun konformi mar-regoli dwar il-protezzjoni ta’ data personali stabbilti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data [3]u f’Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data [4]. | Upravno sodelovanje prek elektronskih sredstev med državami članicami ter med državami članicami in Komisijo bi moralo potekati v skladu s pravili o varstvu osebnih podatkov iz Direktive 95/46/ES Evropskega parlamenta in Sveta z dne 24. oktobra 1995 o varstvu posameznikov pri obdelavi osebnih podatkov in o prostem pretoku takih podatkov [3]ter Uredbe (ES) št. 45/2001 Evropskega parlamenta in Sveta z dne 18. decembra 2000 o varstvu posameznikov pri obdelavi osebnih podatkov v institucijah in organih Skupnosti in o prostem pretoku takih podatkov [4]. |
Id-definizzjonijiet użati fid-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandhom japplikaw ukoll għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. | Za namene te uredbe bi se morale uporabljati opredelitve pojmov iz Direktive 95/46/ES in Uredbe (ES) št. 45/2001. |
Il-Kummissjoni tforni u tiġġestixxi s-software u l-infrastruttura tal-IT għall-IMI, tiżgura s-sigurtà tal-IMI, tiġġestixxi n-network tal-koordinaturi nazzjonali tal-IMI u hi involuta fit-taħriġ tal-utenti tal-IMI u l-assistenza teknika għalihom. | Komisija zagotavlja in upravlja programsko opremo in infrastrukturo IT za IMI, zagotavlja varnost IMI, upravlja mrežo nacionalnih koordinatorjev IMI ter sodeluje pri usposabljanju in zagotavljanju tehnične pomoči uporabnikom IMI. |
Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għal tali data personali li tkun strettament meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha skont ir-responsabbiltajiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, bħar-reġistrazzjoni tal-koordinaturi nazzjonali tal-IMI. | V ta namen bi morala Komisija imeti dostop le do tistih osebnih podatkov, ki so nujno potrebni za izvajanje njenih nalog v okviru pristojnosti, določenih v tej uredbi, kot je prijavljanje nacionalnih koordinatorjev IMI. |
Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll aċċess għal data personali meta tkun qed tikseb, fuq talba ta' attur ieħor tal-IMI, tali data li tkun ġiet imblukkata fl-IMI u li talab aċċess għaliha s-suġġett tad-data. | Komisija bi morala imeti dostop do osebnih podatkov tudi, kadar na podlagi zahteve drugega udeleženca IMI prikliče osebne podatke, ki so bili v IMI blokirani in do katerih je posameznik, na katerega se nanašajo podatki, zaprosil za dostop. |
Il-Kummissjoni m'għandhiex ikollha aċċess għal data personali skambjata bħala parti minn kooperazzjoni amministrattiva fl-IMI, dment li att tal-Unjoni ma jipprevedix rwol għall-Kummissjoni f'tali kooperazzjoni. | Komisija ne bi smela imeti dostopa do osebnih podatkov, izmenjanih v okviru upravnega sodelovanja v okviru IMI, razen če akt Unije ne določa vloge Komisije v takšnem sodelovanju. |
Sabiex tkun żgurata t-trasparenza, b’mod partikolari għas-suġġetti tad-data, id-dispożizzjonijiet tal-atti tal-Unjoni li għalihom għandha tintuża l-IMI, għandhom jiġu elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament. | Za zagotovitev preglednosti, zlasti za posameznike, na katere se nanašajo podatki, bi bilo treba v Prilogi k tej uredbi navesti določbe aktov Unije, za katere se uporablja IMI. |
Fil-futur l-IMI tista' tiġi estiza għal oqsma ġodda, fejn tista' tgħin tiżgura l-implimentazzjoni effettiva ta' att tal-Unjoni f'mod kosteffiċjenti u faċli għall-utent, b'kont meħud tal-fattibbiltà teknika u l-impatt globali fuq l-IMI. | IMI se v prihodnosti lahko razširi na nova področja, na katerih bi lahko prispeval k učinkovitemu izvajanju aktov Unije na stroškovno učinkovit in uporabniku prijazen način, ob upoštevanju tehnične izvedljivosti in splošnega vpliva na IMI. |
Il-Kummissjoni għandha twettaq it-testijiet meħtieġa biex tivverifika t-tħejjija teknika tal-IMI għal kwalunkwe espansjoni prevista. | Komisija bi morala opraviti potrebne preskuse, da bi preverila, ali je IMI tehnično pripravljen na predvideno širitev. |
Id-deċiżjonijiet biex l-IMI tiġi estiza għal aktar atti tal-Unjoni għandhom jittieħdu permezz tal-proċedura leġislattiva ordinarja. | Odločitve o širitvi IMI na druge akte Unijebi bilo treba sprejeti po rednem zakonodajnem postopku. |
Il-proġetti pilota huma strument utli biex jiġi vverifikat jekk l-espansjoni tal-IMI hijiex ġustifikata u biex il-funzjonalità teknika u l-arranġamenti tekniċi jiġu adattati għar-rekwiżiti tal-utenti tal-IMI qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar l-espansjoni tal-IMI. | Pilotni projekti so koristno orodje za preverjanje, ali je širitev IMI upravičena, ter za prilagoditev tehnične funkcionalnosti in postopkovne ureditve zahtevam uporabnikov IMI, preden se sprejme odločitev o širitvi IMI. |
L-Istati Membri għandhom jiġu involuti b'mod sħiħ fid-deċiżjoni dwar liema atti tal-Unjoni għandhom jiġu soġġetti għal proġett pilota u dwar il-modalitajiet ta' dak il-proġett pilota, sabiex jiżguraw li l-proġett pilota jirrifletti l-ħtiġijiet tal-utenti tal-IMI u li d-dispożizzjonijiet dwar l-ipproċessar tad-data personali jkunu sodisfatti b'mod sħiħ. | Države članice bi morale biti v celoti vključene v odločanje o tem, za katere akte Unije bi bilo treba izvesti pilotni projekt in na kakšen način, da se zagotovi, da pilotni projekt odraža potrebe uporabnikov IMI in da so določbe o obdelavi osebnih podatkov v celoti upoštevane. |
Tali modalitajiet għandhom jiġu definiti separatament għal kull proġett pilota. | Tak način izvajanja bi bilo treba določiti za vsak pilotni projekt posebej. |
Ma hemm xejn f’dan ir-Regolament li għandu jipprekludi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni milli jiddeċiedu li jużaw l-IMI għall-iskambju ta’ informazzjoni li ma jinvolvix l-ipproċessar ta’ data personali. | Nobena določba v tej uredbi državam članicam in Komisiji ne bi smela preprečevati, da se odločijo uporabljati IMI za izmenjavo informacij, ki ne vključuje obdelave osebnih podatkov. |
Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi r-regoli għall-użu tal-IMI għall-finijiet ta’ kooperazzjoni amministrattiva, li jistgħu jkopru inter alia l-iskambju wieħed għal wieħed ta’ informazzjoni, proċeduri ta’ notifika, mekkaniżmi ta’ twissija, arranġamenti ta’ assistenza reċiproka u s-soluzzjoni ta’ problemi. | Ta uredba bi morala določati pravila za uporabo IMI za namene upravnega sodelovanja, ki lahko med drugim zajemajo izmenjavo informacij med dvema stranema, postopke uradnega obveščanja, mehanizme opozarjanja, dogovore o medsebojni pomoči in reševanje težav. |
Id-dritt tal-Istati Membri li jiddeċiedu liema awtoritajiet nazzjonali jwettqu l-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament għandu jibqa' mhux affettwat b'dan ir-Regolament. | Ta uredba ne bi smela vplivati na pravico držav članic, da odločijo, kateri nacionalni organi izvajajo obveznosti na podlagi te uredbe. |
L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jaddattaw il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet fir-rigward tal-IMI għall-istrutturi amministrattivi interni tagħhom, kif ukoll li jimplimentaw il-ħtiġijiet ta' fluss tax-xogħol tal-IMI speċifiku. | Države članice bi morale imeti možnost, da lahko prilagodijo naloge in pristojnosti v zvezi z IMI svojim notranjim upravnim strukturam ter upoštevajo zahteve specifičnega delovnega postopka IMI. |
L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jaħtru koordinaturi addizzjonali tal-IMI biex iwettqu l-kompiti tal-koordinaturi nazzjonali tal/IMI, waħdu jew flimkien ma’ oħrajn, għal qasam partikolari tas-suq intern, diviżjoni tal-amministrazzjoni, reġjun ġeografiku, jew skont kriterju ieħor. | Države članice bi morale imeti možnost, da imenujejo dodatne koordinatorje IMI, ki sami ali skupaj z drugimi opravljajo naloge nacionalnih koordinatorjev IMI za določeno področje notranjega trga, organizacijsko enoto uprave, geografsko regijo ali v skladu z drugim merilom. |
L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-koordinaturi tal-IMI li jkunu ħatru, iżda m'għandhomx ikunu obbligati jindikaw koordinaturi tal-IMI addizzjonali fl-IMI, fejn dan mhux meħtieġ għall-funzjonament tajjeb tagħha. | Države članice bi morale obvestiti Komisijo o koordinatorjih IMI, ki so jih imenovale, ni pa treba, da v IMI navedejo dodatne koordinatorje IMI, če to ni potrebno za njegovo ustrezno delovanje. |
Sabiex tintlaħaq il-kooperazzjoni amministrattiva effiċjenti permezz tal-IMI, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-atturi tal-IMI tagħhom għandhom ir-riżorsi adegwati sabiex iwettqu l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament. | Da bi dosegli učinkovito upravnosodelovanje prek IMI, bi države članice in Komisija morale zagotoviti, da imajo njihovi udeleženci IMI potrebna sredstva za izvajanje svojih obveznosti v skladu s to uredbo. |
Filwaqt li l-IMI hija essenzjalment strument ta’ komunikazzjoni għall-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti, li mhijiex miftuħa għall-pubbliku ġenerali, jista’ jkun hemm il-bżonn li jiġu żviluppati mezzi tekniċi li jippermettu lil atturi esterni bħaċ-ċittadini, intrapriżi u organizzazzjonijiet sabiex jinteraġixxu mal-awtoritajiet kompetenti sabiex jipprovdu informazzjoni jew jiksbu data, jew biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bħala suġġetti tad-data. | IMI je v osnovi komunikacijsko orodje za upravno sodelovanje med pristojnimi organi, ki ni na voljo splošni javnosti, zato bo morda treba razviti tehnična sredstva, ki bodo omogočala, da bodo zunanji udeleženci, kot so državljani, podjetja in organizacije, lahko komunicirali s pristojnimi organi za namene pošiljanja informacij ali priklica podatkov ali uveljavljali pravice, ki jih imajo kot posamezniki, na katere se nanašajo podatki. |
Mezzi tekniċi bħal dawn għandhom jinkludu salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-data. | Takšna tehnična sredstva bi morala vključevati ustrezne zaščitne ukrepe za varstvo podatkov. |
Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà, kwalunkwe interfaċċja pubblika għandha tkun teknikament żviluppata b'mod separat mill-IMI li għaliha l-utenti tal-IMI biss għandu jkollhom aċċess. | Za zagotavljanje visoke ravni varnosti bi bilo treba vsak tovrsten javni vmesnik razviti tako, da bi bil tehnično v celoti ločen od IMI, do katerega bi morali imeti dostop le uporabniki IMI. |
Filwaqt li l-IMI tinkludi interface ibbażata fuq l-internet għall-utenti tagħha, f'ċerti każijiet u fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, jista' jkun adatt li jitqiesu soluzzjonijiet tekniċi għat-trasferiment dirett ta' data minn sistemi nazzjonali għall-IMI, fejn tali sistemi nazzjonali diġà jkunu żviluppaw, partikolarment għall-proċeduri ta' notifika. | Medtem ko IMI vsebuje spletni vmesnik za uporabnike, bi v nekaterih primerih in na zahtevo zadevne države članice lahko razmislili o tehničnih rešitvah neposrednega prenosa podatkov iz nacionalnih sistemov v IMI, kadar takšni nacionalni sistemi že obstajajo, zlasti za postopke uradnega obveščanja. |
L-implimentazzjoni ta' tali soluzzjonijiet tekniċi għandha tiddependi mill-eżitu ta' valutazzjoni tal-fattibbiltà, l-ispejjeż u l-benefiċċji mistennijin tagħhom. | Izvedba takšne tehnične rešitve bi morala biti odvisna od ocene njene izvedljivosti, stroškov in pričakovanih koristi. |
Dawk is-soluzzjonijiet m'għandhomx jaffettwaw l-istrutturi eżistenti u l-ordni nazzjonali tal-kompetenzi. | Te rešitve ne bi smele vplivati na obstoječe strukture in nacionalno ureditev pristojnosti. |
Fejn l-Istati Membri jkunu ssodisfaw l-obbligu li jinnotifikaw skont l-Artikolu 15(7) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern [6]bl-użu tal-proċedura skont id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika [7], huma m'għandhomx jintalbu wkoll jagħmlu l-istess notifika permezz tal-IMI. | Če so države članice izpolnile obveznost glede uradnega obveščanja iz člena 15(7) Direktive 2006/123/ES Evropskega parlamenta in Sveta z dne 12. decembra 2006 o storitvah na notranjem trgu [6]po postopku v skladu z Direktivo 98/34/ES Evropskega parlamenta in Sveta z dne 22. junija 1998 o določitvi postopka za zbiranje informacij na področju tehničnih standardov in tehničnih predpisov o storitvah informacijske družbe [7], jim ne bi bilo treba ponovno opraviti postopka uradnega obveščanja prek IMI. |
L-iskambju ta’ informazzjoni permezz tal-IMI jirriżulta mill-obbligu legali fuq l-awtoritajiet tal-Istati Membri li jipprovdu assistenza reċiproka. | Izmenjava podatkov prek IMI izhaja iz pravne obveznosti organov držav članic za zagotavljanje medsebojne pomoči. |
Biex jiġi żgurat li s-suq intern jiffunzjona sew, l-informazzjoni li tkun waslet minn awtorità kompetenti permezz tal-IMI minn Stat Membru ieħor ma għandhiex tiċċaħħad mill-valur tagħha bħala evidenza fi proċeduri amministrattivi sempliċiment għaliex oriġinat fi Stat Membru ieħor jew għaliex tkun waslet b’mezzi elettroniċi, u għandha tiġi ttrattata minn dik l-awtorità kompetenti bl-istess mod bħal dokumenti simili li joriġinaw fl-Istat Membru tagħha. | Za zagotovitev ustreznega delovanja notranjega trga informacije, ki jih pristojni organ prejme prek IMI od druge države članice, ne bi smele biti brez dokazne vrednosti v upravnih postopkih zgolj zato, ker izhajajo iz druge države članice ali so bile prejete po elektronski poti, pristojni organ pa bi jih moral obravnavati enako kot podobne listine iz svoje države članice. |
Sabiex jiġi ggarantit livell għoli ta’ protezzjoni tad-data, għandhom jiġu stabbiliti l-perijodi massimi għaż-żamma ta’ data personali fl-IMI. | Za zagotovitev visoke ravni varstva podatkov je treba določiti najdaljše roke hrambe osebnih podatkov v IMI. |
Madankollu, dawk il-perijodi għandhom ikunu bilanċjati tajjeb filwaqt li titqies il-ħtieġa li l-IMI tiffunzjona tajjeb, kif ukoll id-drittijiet tas-suġġetti tad-data sabiex jeżerċitaw bis-sħiħ id-drittijiet tagħhom, pereżempju billi jiksbu evidenza li seħħ skambju ta’ informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jappellaw kontra deċiżjoni. | Vendar bi morali biti ti roki uravnoteženi in ustrezno upoštevati potrebo po dobrem delovanju IMI kakor tudi pravice posameznikov, na katere se nanašajo podatki, da v celoti uveljavljajo svoje pravice, na primer s pridobitvijo dokaza, da je potekala izmenjava informacij, da se lahko pritožijo zoper odločitev. |
B'mod partikolari, il-perijodi taż-żamma m'għandhomx imorru lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament. | Zlasti roki hrambe ne bi smeli biti daljši, kot je potrebno za uresničevanje ciljev te uredbe. |
Għandu jkun possibbli li l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-utenti tal-IMI jiġu pproċessati għal raġunijiet kompatibbli mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, inkluż il-monitoraġġ tal-użu tas-sistema mill-koordinaturi tal-IMI u l-Kummissjoni, komunikazzjoni, taħriġ u inizjattivi ta’ sensibilizzazzjoni, u l-ġbir ta’ informazzjoni dwar kooperazzjoni amministrattiva jewassistenza reċiproka fis-suq intern. | Treba bi bilo omogočiti obdelavo imen in kontaktnih podatkov uporabnikov IMI za namene, ki so združljivi s cilji te uredbe, vključno s spremljanjem uporabe sistema s strani koordinatorjev IMI in Komisije, komuniciranjem, usposabljanjem in pobudami za ozaveščanje ter zbiranjem informacij o upravnem sodelovanju ali medsebojni pomoči na notranjem trgu. |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jissorvelja u jiżgura l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jinżammu kuntatti mal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data, inkluż id-dispożizzjonijiet rilevanti dwar is-sigurtà tad-data. | (24) Evropski nadzornik za varstvo podatkov bi moral spremljati in skušati zagotavljati uporabo te uredbe, med drugim z vzdrževanjem stikov z nacionalnimi organi za varstvo podatkov, vključno z ustreznimi določbami o varnosti podatkov. |
Sabiex jiżguraw il-monitoraġġ effettiv ta', u r-rapportar dwar, il-funzjonament tal-IMI u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni. | Za učinkovito spremljanje delovanja IMI in poročanje o tem ter uporabo te uredbe bi morale države članice Komisiji zagotoviti ustrezne informacije. |
Is-suġġetti tad-data għandhom jiġu infurmati bl-ipproċessar tad-data personali tagħhom fl-IMI u bil-fatt li huma għandhom id-dritt ta’ aċċess għad-data relatata magħhom u d-dritt li d-data mhux eżatta tiġi kkoreġuta u d-data pproċessata b’mod illegali titħassar, skont dan ir-Regolament u l-leġislazzjoni nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 95/46/KE. | Posameznike, na katere se nanašajo podatki, bi bilo treba obvestiti, da se njihovi podatki obdelujejo v IMI in da imajo v skladu s to uredbo in nacionalno zakonodajo, ki izvaja Direktivo 95/46/ES, pravico dostopa do podatkov, ki se nanje nanašajo, in pravico, da zahtevajo, da se nepravilni podatki popravijo, nezakonito obdelani pa izbrišejo. |
Sabiex ikun possibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet legali għall-kooperazzjoni amministrattiva u jiskambjaw l-informazzjoni b'mod effiċjenti permezz tal-IMI, jista' jkun meħtieġ li jsiru arranġamenti prattiċi għal dan l-iskambju. | Da bi pristojni organi držav članic lahko izvajali pravne določbe o upravnem sodelovanju in učinkovito izmenjavali informacije prek IMI, bi bilo morda treba določiti praktične rešitve za takšno izmenjavo. |
Dawk l-arranġamenti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni fil-forma ta' att ta' implimentazzjoni separat għal kull att tal-Unjoni elenkat fl-Anness jew għal kull tip ta' proċedura ta' kooperazzjoni amministrattiva u għandhom ikopru l-funzjonalità teknika essenzjali u l-arranġamenti proċedurali meħtieġa biex jiġu implimentati l-proċeduri amministrattivi ta’ kooperazzjoni rilevanti permezz tal-IMI. | Te rešitve bi morala sprejeti Komisija v obliki ločenega izvedbenega akta za vsak akt Unije, naveden v Prilogi, ali za vsako vrsto postopka upravnega sodelovanja, zajemati pa bi morale osnovno tehnično funkcionalnost in postopkovno ureditev, potrebni za izvajanje ustreznih postopkov upravnega sodelovanja prek IMI. |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-manteniment u l-iżvilupp tas-software u l-infrastruttura tal-IT għall-IMI. | Komisija bi morala skrbeti za vzdrževanje in razvoj programske opreme in infrastrukture IT za IMI. |
Sabiex tiġi żgurata trasparenza suffiċjenti għas-suġġetti tad-data, il-flussi tax-xogħol predefiniti, settijiet ta' mistoqsijiet u tweġibiet, formoli u arranġamenti oħra relatati ma’ proċeduri ta’ kooperazzjoni amministrattiva fl-IMI għandhom isiru pubbliċi. | Za zagotovitev zadostne preglednosti za posameznike, na katere se nanašajo podatki, bi bilo treba objaviti vnaprej določene delovne postopke, nabor vprašanj in odgovorov, obrazce in druge rešitve v zvezi s postopki upravnega sodelovanja v IMI. |
Meta l-Istati Membri, f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 95/46/KE, japplikaw xi limitazzjonijiet fuq jew eċċezzjonijiet għad-drittijiet tas-suġġetti tad-data, l-informazzjoni dwar limitazzjonijiet jew eċċezzjonijiet bħal dawn għandha ssir pubblika biex tiġi żgurata trasparenza sħiħa għas-suġġetti tad-data. | Kadar države članice v skladu s členom 13 Direktive 95/46/ES predvidijo omejitve ali izjeme za pravice posameznikov, na katere se nanašajo podatki, bi bilo treba informacije o takšnih omejitvah ali izjemah objaviti, da se zagotovi popolna preglednost za posameznike, na katere se nanašajo podatki. |
Dawn l-eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għandhom ikunu neċessarji u proporzjonati għall-għan maħsub u soġġetti għal salvagwardji xierqa. | Takšne izjeme ali omejitve bi morale biti nujne in sorazmerne s predvidenim namenom ter bi zanje morali veljati ustrezni zaščitni ukrepi. |
Fejn jiġu konklużi ftehimiet internazzjonali bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi li jkopru wkoll l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-atti tal-Unjoni elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament, għandu jkun possibbli li jiġu inklużi l-kontropartijiet tal-atturi tal-IMI f'tali pajjiżi terzi fil-proċeduri ta' kooperazzjoni amministrattiva appoġġati mill-IMI, dment li jkun ġie stabbilit li l-pajjiż terz konċernat joffri livell adegwat ta' protezzjoni tad-data personali f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE. | Če Unija s tretjimi državami sklene mednarodne sporazume, ki zajemajo tudi uporabo določb aktov Unije, navedenih v Prilogi k tej uredbi, bi bilo treba omogočiti, da se partnerji udeležencev IMI v teh tretjih državah vključijo v postopke upravnega sodelovanja, pri katerih se uporablja IMI, pod pogojem, da je bilo ugotovljeno, da zadevna tretja država zagotavlja ustrezno raven varstva osebnih podatkov v skladu z Direktivo 95/46/ES. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE tat-12 ta’ Diċembru 2007 dwar l-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) fir-rigward tal-protezzjoni ta’ data personali [8]għandha tiġi revokata. | Odločbo Komisije 2008/49/ES z dne 12. decembra 2007 o izvajanjuinformacijskega sistema za notranji trg (IMI) v zvezi z varstvom osebnih podatkov [8]bi bilo treba razveljaviti. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/739/KE tat-2 ta’ Ottubru 2009 li tistipula l-arranġamenti prattiċi għall-iskambju ta' informazzjoni b'mezzi elettroniċi bejn l-Istati Membri taħt il-Kapitolu VI tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern [9]għandha tkompli tapplika għal kwistjonijiet relatati mal-iskambju ta’ informazzjoni skont id-Direttiva 2006/123/KE. | Odločba Komisije 2009/739/ES z dne 2. oktobra 2009 o določitvi praktičnih rešitev za izmenjavo informacij med državami članicami po elektronski poti v skladu s Poglavjem VI Direktive 2006/123/ES Evropskega parlamenta in Sveta o storitvah na notranjem trgu [9]bi se morala še naprej uporabljati za zadeve, povezane z izmenjavo informacij na podlagi Direktive 2006/123/ES. |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. | Za zagotovitev enotnih pogojev izvajanja te uredbe bi bilo treba na Komisijo prenesti izvedbena pooblastila. |
Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropewu tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni [10] | Ta pooblastila bi bilo treba izvajati v skladu z Uredbo (EU) št. 182/2011 Evropskega parlamenta in Sveta z dne 16. februarja 2011 o določitvi splošnih pravil in načel, na podlagi katerih države članice nadzirajo izvajanje izvedbenih pooblastil Komisije [10]. |
Il-prestazzjoni tal-Istati Membri rigward l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament għandha tiġi ssorveljata fir-rapport annwali dwar il-funzjonament tal-IMI ibbażat fuq data statistika mis-sistema tal-IMI u kwalunkwe data rilevanti oħra. | Uspešnost držav članic glede učinkovite uporabe te uredbe bi se morala spremljati prek letnega poročila o delovanju IMI, pripravljenega na podlagi statističnih podatkov iz IMI in drugih ustreznih podatkov. |
Il-prestazzjoni tal-Istati Membri għandha tiġi evalwata, inter alia, abbażi tal-medja tad-dewmien qabel ma tingħata tweġiba bl-għan li jiġu zgurati tweġibiet rapidi ta' kwalità tajba. | Uspešnost držav članic bi se morala med drugim ocenjevati tudi na podlagi časa, v povprečju porabljenega za pripravo hitrih in kakovostnih odgovorov. |
Ladarba l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu stabbiliti r-regoli għall-użu tal-IMI fir-rigward tal-kooperazzjoni amministrattiva, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri konformement mal-prinċipju ta' sussidjarjetà li jinsabu fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. | Ker cilja te uredbe, in sicer določitve pravil za uporabo IMI v okviru upravnega sodelovanja, države članice ne morejo zadovoljivo doseči in se zaradi svojega obsega in učinkov lažje doseže na ravni Unije, lahko Unija sprejme ukrepe v skladu z načelom subsidiarnosti iz člena 5 Pogodbe o Evropski uniji. |
F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-objettiv. | V skladu z načelom sorazmernosti iz navedenega člena ta uredba ne presega tistega, kar je potrebno za doseganje navedenega cilja. |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ta opinjoni fit-22 ta' Novembru 2011 [11], | V skladu s členom 28(2) Uredbe (ES) št. 45/2001 je bilo opravljeno posvetovanje z Evropskim nadzornikom za varstvo podatkov, ki je mnenje podal 22. novembra 2011 [11]– |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: | SPREJELA NASLEDNJO UREDBO: |
KAPITOLU I | POGLAVJE I |
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI | SPLOŠNE DOLOČBE |