Source | Target | D130 Il-paragrafu 61 jiżdied kif ġej: | D130 Doda se 61. člen: |
61 L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 8, 15, 16, 25 u 30 u ħassar il-paragrafi 9, 17–21, 23, 47 u 48. | 61 Z MSRP 13, ki je bil izdan maja 2011, so bili spremenjeni 8., 15., 16., 25. in 30. člen ter izbrisani 9., 17.–21., 23., 47. in 48. člen. |
Ishma tal-Membri f’Entitajiet Kooperativi u Strumenti Simili (kif emendat f’Ottubru 2009) | Delnice članov v zadrugah in podobni instrumenti (kakor je bil spremenjen oktobra 2009) |
D131 [Mhux applikabbli għar-rekwiżiti] | D131 [Ne velja za zahteve.] |
D132 Taħt l-intestatura ‘Referenzi’ tiżdied referenza għall-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust. | D132 Pod naslovom „Sklicevanja“ se doda sklic na MSRP 13 Merjenje poštene vrednosti. |
D133 Il-paragrafu 16 jiżdied kif ġej: | D133 Doda se 16. člen: |
16 L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafu A8. | 16 Z MSRP 13, ki je bil izdan maja 2011, je bil spremenjen A8. člen. |
D134 Fl-Appendiċi l-paragrafu A8 huwa emendat kif ġej: | D134 Spremeni se A8. člen Priloge: |
Minħabba li dawn l-ishma jistgħu jinfdew bla avviż, l-entità kooperativa tkejjel il-valur ġust ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji bħal dawn f’konformità mal-paragrafu 47 tal-IFRS 13, li jgħid: ‘Il-valur ġust ta’ obbligazzjoni finanzjarja b’aspett ta’ domanda (eż. depożitu liberu) ma jkunx inqas mill-ammont pagabbli fuq domanda …’ Għalhekk, l-entità kooperativa għandha tikklassifika bħala obbligazzjonijiet finanzjarji l-ammont massimu pagabbli fuq domanda taħt il-provvedimenti tat-tifdija. | Ker se lahko te delnice odkupijo na zahtevo, zadruga izmeri pošteno vrednost takšnih finančnih obveznosti v skladu s 47. členom MSRP 13, ki navaja: „Poštena vrednost finančne obveznosti pri možnosti vpogleda (npr. vloge na vpogled) ni manjša od zneska, plačljivega na poziv …“ Skladno s tem zadruga med finančne obveznosti razvrsti največji znesek, ki se plača na poziv v skladu z določbami o odkupu. |
Kif tiddetermina Jekk Arranġament fihx Kuntratt ta’ Kera | Določanje, ali dogovor vsebuje najem |
D135 Taħt l-intestatura ‘Referenzi’ tiżdied referenza għall-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust. | D135 Pod naslovom „Sklicevanja“ se doda sklic na MSRP 13 Merjenje poštene vrednosti. |
D136 Fil-paragrafu 15(a) ‘valur ġust’ tingħata nota ta’ qiegħ il-paġna kif ġej: | D136 V 15.(a) členu se k „pošteni vrednosti“ doda opomba: |
* L-IAS 17 juża t-terminu ‘valur ġust’ b’mod differenti f’ċerti aspetti mid-definizzjoni ta’ valur ġust fl-IFRS 13. | * V MRS 17 se izraz „poštena vrednost“ uporablja na način, ki se v nekaterih pogledih razlikuje od opredelitve poštene vrednosti iz MSRP 13. |
Programmi ta’ Lealtà tal-Klijent | Programi zvestobe kupcev |
D137 Taħt l-intestatura ‘Referenzi’ tiżdied referenza għall-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust. | D137 Pod naslovom „Sklicevanja“ se doda sklic na MSRP 13 Merjenje poštene vrednosti. |
D138 Il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej: | D138 Spremeni se 6. člen: |
6 Il-korrispettiv allokat għall-krediti ta’ premjugħandu jitkejjel b’referenza għall-valur ġust tagħhom. | 6 Nadomestilo, dodeljeno nagradnim dobropisom, se izmeri ob upoštevanju njihove poštene vrednosti. |
D139 Il-paragrafu 10B jiżdied kif ġej: | D139 Doda se 10.B člen: |
L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 6 u AG1–AG3. | Z MSRP 13, ki je bil objavljen maja 2011, so bili spremenjeni 6. in AG1.–AG3. člen. |
D140 Fil-Gwida għall-Applikazzjoni l-paragrafi AG1–AG3 huma emendati kif ġej: | D140 Spremeni se AG1.–AG3. člen Napotkov za uporabo: |
Il-paragrafu 6 tal-konsensus jeżiġi li l-korrispettiv allokat għall-krediti ta’ premju għandu jitkejjel b’referenza għall-valur ġust tagħhom. | V skladu s 6. členom splošnega mnenja se zahteva, da se nadomestilo, dodeljeno nagradnim dobropisom, izmeri ob upoštevanju njihove poštene vrednosti. |
Jekk ma jkunx hemm prezz kwotat tas-suq għal kreditu ta’ premju identiku, il-valur ġust għandu jitkejjel permezz ta’ teknika oħra ta’ valwazzjoni. | Če za enak nagradni dobropis ni kotirane tržne cene, je treba pošteno vrednost izmeriti z uporabo druge tehnike ocenjevanja vrednosti. |
Entità tista’ tkejjel il-valur ġust ta’ krediti ta’ premju b’referenza għall-valur ġust tal-premjijiet li għalihom jistgħu jinfdew. | Podjetje lahko pošteno vrednost nagradnih dobropisov izmeri ob upoštevanju poštene vrednosti nagrad, za katere je mogoče dobropise odkupiti. |
Il-valur ġust tal-krediti ta’ premju jikkunsidra, kif xieraq: | Pri pošteni vrednosti nagradnih dobropisov se ustrezno upoštevajo: |
l-ammont tal-iskonti jew inċentivi li kieku jiġu offruti lill-klijenti li ma qalgħux krediti ta’ premju minn bejgħ inizjali; | vrednost popustov ali spodbud, ki bi se sicer ponudile kupcem, ki s prvo prodajo niso zaslužili nagradnih dobropisov; |
il-proporzjon ta’ krediti ta’ premju li ma jkunux mistennija jinfdew mill-klijenti; u | delež nagradnih dobropisov, za katere se ne pričakuje, da bi jih kupci odkupili, in |
ir-riskju ta’ nonprestazzjoni. | tveganje za neuspešnost. |
Jekk il-klijenti jistgħu jagħżlu minn medda ta’ premjijiet differenti, il-valur ġust tal-krediti ta’ premju għandu jirrifletti il-valuri ġusti tal-medda ta’ premjijiet disponibbli, ippiżati b’mod proporzjonat mal-frekwenza li biha kull premju jkun mistenni li jintgħażel. | Če lahko kupci izbirajo med različnimi nagradami, izraža poštena vrednost nagradnih dobropisov poštene vrednosti razpona razpoložljivih nagrad, tehtano v sorazmerju s pričakovano pogostostjo izbire posamezne nagrade. |
F’ċerti ċirkostanzi, jistgħu jintużaw tekniki ta’ valwazzjoni oħrajn. | V nekaterih okoliščinah se lahko uporabijo druge tehnike ocenjevanja vrednosti. |
Pereżempju, jekk parti terza tipprovdi l-premjijiet u l-entità tħallas lill-parti terza għal kull kreditu ta’ premju li tagħti, din tkun tista' tkejjel il-valur ġust tal-krediti ta’ premju b’referenza għall-ammont li tħallas lill-parti terza, u żżid marġni ta’ profitt raġonevoli. | Na primer, če bo tretja oseba zagotovila nagrade in podjetje tretji osebi plača za vsak nagradni dobropis, ki ga odobri, lahko ta izmeri pošteno vrednost nagradnih dobropisov ob upoštevanju zneska, ki ga plača tretji osebi, pri čemer se doda razumna stopnja dobička. |
Jeħtieġ ġudizzju għaqli sabiex tintgħażel u tiġi applikata t-teknika ta’ valwazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6 tal-konsensus u li tkun l-aktar xierqa fiċ-ċirkostanzi. | Presoja je potrebna pri izbiri in uporabi tehnike vrednotenja ocenjevanja, ki izpolnjuje zahteve 6. člena splošnega mnenja, ter je najustreznejša v zadevnih okoliščinah. |
Distribuzzjonijiet ta’ Assi Mhux fi Flus lis-Sidien | Razdelitev nedenarnih sredstev lastnikom |
D141 [Mhux applikabbli għar-rekwiżiti] | D141 [Ne velja za zahteve.] |
D142 Taħt l-intestatura ‘Referenzi’ tiżdied referenza għall-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust. | D142 Pod naslovom „Sklicevanja“ se doda sklic na MSRP 13 Merjenje poštene vrednosti. |
D143 Il-paragrafu 17 huwa emendat kif ġej: | D143 Spremeni se 17. člen: |
17 Jekk, wara t-tmiem ta’ perjodu ta’ rapportar iżda qabel ir-rapporti finanzjarji jkunu awtorizzati għall-ħruġ, entità tiddikjara dividend għad-distribuzzjoni ta’ assi mhux fi flus, din għandha tiddivulga: | 17 Če podjetje po koncu poročevalnega obdobja, vendar preden so računovodski izkazi odobreni za izdajo, objavi dividende, s katerimi razdeli nedenarno sredstvo, mora razkriti: |
il-valur ġust tal-assi li għandu jitqassam minn tmiem il-perjodu ta’ rapportar, jekk ivarja mill-ammont riportat, u l-informazzjoni dwar il-metodu/i użat(i) għall-kejl tal-valur ġust meħtieġ mill-paragrafi 93(b), (d), (g) u (i) u 99 tal-IFRS 13. | pošteno vrednost sredstva, ki bo razdeljeno, na koncu poročevalnega obdobja, če se razlikuje od njegove knjigovodske vrednosti, in informacije o metodi(-ah) merjenja te poštene vrednosti, zahtevane v skladu s 93.(b),(d), (g) in (i) členom ter 99. členom MSRP 13. |
D144 Il-paragrafu 20 jiżdied kif ġej: | D144 Doda se 20. člen: |
L-estinzjoni ta’ Obbligazzjonijiet Finanzjarji bi Strumenti Azzjonarji (kif emendat f’Settembru 2010) | Poravnava finančnih obveznosti s kapitalskimi instrumenti (kakor je bil spremenjen septembra 2010) |
D145 [Mhux applikabbli għar-rekwiżiti] | D145 [Ne velja za zahteve.] |
D146 Taħt l-intestatura ‘Referenzi’ tiżdied referenza għall-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust. | D146 Pod naslovom „Sklicevanja“ se doda sklic na MSRP 13 Merjenje poštene vrednosti. |
D147 Il-paragrafu 7 huwa emendat kif ġej: | D147 Spremeni se 7. člen: |
D148 Il-paragrafu 15 jiżdied kif ġej: | D148 Doda se 15. člen: |
INTERPRETAZZJONI 20 TAL-IFRIC | POJASNILO OPMSRP 20 |
Spejjeż għat-Tneħħija tal-Iskart fil-Fażi tal-Produzzjoni ta’ Minjiera tal-Wiċċ | Stroški odstranjevanja v proizvodni fazi dnevnega kopa |
REFERENZI | REFERENCE |
Qafas Kunċettwali għar-Rappurtar Finanzjarju | Temeljni okvir za računovodsko poročanje |
IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rendikonti Finanzjarji | MRS 1 Predstavljanje računovodskih izkazov |
IAS 2 Inventarji | MRS 2 Zaloge |
IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir | MRS 16 Opredmetena osnovna sredstva |
IAS 38 Assi Intanġibbli | MRS 38 Neopredmetena sredstva |
SFOND | OZADJE |
2 Matul il-fażi tal-iżvilupp ta’ minjiera (qabel ma tibda l-produzzjoni), l-ispejjeż għat-tneħħija tal-iskart normalment huma kapitalizzati bħala parti mill-ispejjeż deprezzabbli tal-bini, l-iżvilupp u l-kostruzzjoni tal-minjiera. | 2 Med razvojno fazo rudnika (preden se začne proizvodnja) se stroški odstranjevanja ponavadi usredstvijo kot del amortizirljivih stroškov izgradnje, razvoja in konstrukcije rudnika. |
Dawk l-ispejjeż kapitalizzati huma deprezzati jew armotizzati fuq bażi sistematika, normalment billi jintuża l-metodu tal-unitajiet tal-produzzjoni, ladarba tibda l-produzzjoni. | Ti usredstveni stroški se po začetku proizvodnje sistematično amortizirajo, ponavadi z uporabo metode proizvedenih enot. |
3 Entitàtal-minjieri tista' tkompli tneħħi l-iskart żejjed u ġġarrab l-ispejjeż għat-tneħħija tal-iskart matul il-fażi tal-produzzjoni tal-minjiera. | 3 Rudarsko podjetje lahko v proizvodni fazi rudnika nadaljuje z odstranjevanjem krovnine, pri tem pa nastajajo stroški odstranjevanja. |
4 Il-materjal imneħħi meta jitneħħa l-iskart fil-fażi tal-produzzjoni mhux bilfors ikun 100 % skart; ta’ spiss dan ikun taħlita ta’ minerali u skart. | 4 Odstranjeni material v proizvodni fazi niso nujno samo odpadki, ampak bo ta material pogosto kombinacija rude in odpadkov. |
Il-proporzjon ta’ minerali għal skart jista' jvarja minn grad baxx mhux ekonomiku għal grad ta’ qligħ kbir. | Razmerje med rudo in odpadki lahko sega od nedonosno nizkega do dobičkonosno visokega. |
It-tneħħija tal-materjal bi proporzjon baxx ta’ minerali għal skart jista' jipproduċi ċertu materjal li jintuża, li jista' jintuża biex ikun prodott l-inventarju. | Rezultat odstranjevanja materiala z nizkim deležem rude glede na odpadke je lahko uporaben material, ki se lahko uporabi za zalogo. |
Din it-tneħħija tista' tipprovdi wkoll aċċess għal livelli aktar profondi ta’ materjal li għandu proporzjoni akbar ta’ minerali għal skart. | To odstranjevanje lahko tudi omogoči dostop do globljih ravni materiala z višjim deležem rude glede na odpadke. |
Għaldaqstant, mill-attività tat-tneħħija tal-iskart jista' jkun hemm żewġ benefiċċji li tgawdi minnhom l-entità: minerali li jintużaw li jistgħu jintużaw biex jiġi prodott l-inventarju u jittejjeb l-aċċess għal kwantitajiet ulterjuri ta’ materjal li ser jittella' mill-minjieri fil-futur. | Tako se lahko podjetju obračuna dvojna korist zaradi dejavnosti odstranjevanja: uporabna ruda, ki se lahko uporabi za proizvodnjo zaloge in izboljšan dostop do nadaljnjega materiala, ki se bo izkopaval v prihodnosti. |