Source | Target | istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji u bureaux de change li mhumiex domiċiljati fl-Iran iżda li huma kkontrollati minn persuni u entitajiet domiċiljati fl-Iran, | kreditnimi in finančnimi institucijami ter menjalnicami, ki nimajo sedeža v Iranu, vendar jih nadzirajo osebe, subjekti ali organi s sedežem v Iranu, |
sakemm dawn it-trasferimenti ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 2 u ġew ipproċessati skont il-paragrafu 3. | razen kadar taki prenosi spadajo pod odstavek 2 in so bili obravnavani v skladu z odstavkom 3. |
It-trasferimenti li ġejjin jistgħu jiġu awtorizzati skont il-paragrafu 3: | V skladu z odstavkom 3 so lahko odobreni naslednji prenosi: |
tranżazzjonijiet rigward oġġetti tal-ikel, kura tas-saħħa, tagħmir mediku, jew għal finijiet agrikoli jew umanitarji; | prenose v zvezi z živili, zdravstvenim varstvom, medicinsko opremo ali v kmetijske ali humanitarne namene; |
trasferimenti rigward rimessi personali; | prenose v zvezi z osebnimi nakazili; |
trasferimenti f'konnessjoni ma' kuntratt ta' kummerċ speċifiku sakemm tali trasferiment ma jkunx ipprojbit skont dan ir-Regolament; | prenose v zvezi s posebno trgovinsko pogodbo, pod pogojem, da tak prenos ni prepovedan v skladu s to uredbo; |
trasferimenti li jirrigwardaw missjonijiet diplomatiċi jew uffiċċji konsulari jew organizzazzjonijiet internazzjonali li jgawdu minn immunitajiet skont il-liġi internazzjonali, safejn dawn it-trasferimenti jkunu maħsuba biex jintużaw għal skopijiet uffiċjali tal-missjonijiet diplomatiċi jew uffiċċji konsulari jew organizzazzjonijiet li jgawdu minn immunitajiet skont il-liġi internazzjonali; | prenose v zvezi z diplomatskimi ali konzularnimi predstavništvi ali mednarodnimi organizacijami, ki imajo imuniteto v skladu z mednarodnim pravom, če so taki prenosi namenjeni za uradne naloge diplomatskih ali konzularnih predstavništev ali organizacij, ki imajo imuniteto v skladu z mednarodnim pravom; |
trasferimenti li jirrigwardaw ħlas sabiex jiġu ssodisfati pretensjonijiet minn jew kontra persuna, entità jew korp Iranjani, jew trasferimenti ta' natura simili sakemm ma jkunux qed jikkontribwixxu għall-attivitajiet ipprojbiti skont dan ir-Regolament, każ b'każ, jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni ta' mill-inqas għaxart ijiem bil-quddiem bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni; | prenosi v zvezi s plačili, da se poravna zahtevke iranskih oseb ali subjektov ali zoper njih oziroma prenosi podobne narave, če ne prispevajo k dejavnostim, ki so prepovedane v skladu s to uredbo, in sicer za vsak primer posebej, če je zadevna država članica najmanj 10 dni vnaprej obvestila druge države članice in Komisijo o svoji nameri, da bo izdala dovoljenje; |
trasferimenti neċessarji għall-eżekuzzjoni tal-obbligi li jirriżultaw minn kuntratti msemmija fl-Artikolu 12(1)(b). | prenosi, potrebni za izvršitev obveznosti iz pogodb iz člena 12(1)(b). |
Trasferimenti ta' fondi li jistgħu jiġu awtorizzati skont il-paragrafu 2 għandhom jiġu pproċessati kif ġej: | Prenosi sredstev, ki se lahko dovolijo v skladu z odstavkom 2, se obravnavajo na naslednji način: |
trasferimenti dovuti fuq tranżazzjonijiet li jirrigwardaw oġġetti tal-ikel, kura tas-saħħa, tagħmir mediku, jew għal finijiet agrikoli jew umanitarji, taħt il-EUR 100000 jew ekwivalenti, u trasferimenti dovuti fuq tranżazzjonijiet li jirrigwardaw rimessi personali, ta' inqas minn EUR 40000 jew ekwivalenti, għandhom jitwettqu mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel. | prenosi na podlagi transakcij v zvezi z živili, zdravstvenim varstvom, medicinsko opremo ali v kmetijske ali humanitarne namene pod 100000 EUR ali enakovrednim zneskom ter prenosi v zvezi z osebnimi nakazili v vrednosti pod 40000 EUR ali enakovrednim zneskom potekajo brez predhodnega dovoljenja. |
It-trasferiment għandu jiġi nnotifikat minn qabel bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jekk ikun ta' jew 'il fuq minn EUR 10000 jew ekwivalenti; | Prenos se vnaprej v pisni obliki sporoči pristojnemu zadevne organu države članice, če gre za znesek, ki je enak ali višji od 10000 EUR, ali enakovreden znesek; |
trasferimenti dovuti fuq tranżazzjonijiet li jirrigwardaw prodotti tal-ikel, kura tas-saħħa, tagħmir mediku, jew għal finijiet agrikoli jew umanitarji, ta' jew 'il fuq minn EUR 100000 jew ekwivalenti, u trasferimenti dovuti fuq tranżazzjonijiet li jirrigwardaw rimessi personali, ta' jew 'il fuq minn EUR 40000 jew ekwivalenti, għandhom jeħtieġu l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat skont il-paragrafu 2. | za prenose na podlagi transakcij v zvezi z živili, zdravstvenim varstvom, medicinsko opremo ali v kmetijske ali humanitarne namene v znesku, ki je enak ali višji od100000 EUR, ali enakovrednem znesku, ter prenose v zvezi z osebnimi nakazili v znesku, ki je enak ali višji od 40000 EUR, ali enakovrednem znesku je potrebno predhodno dovoljenje pristojnega organa zadevne države članice v skladu z odstavkom 2. |
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija f'intervalli ta' tliet xhur; | Države članice se vsake tri mesece medsebojno obveščajo o vseh izdanih dovoljenjih; |
kwalunkwe trasferiment ieħor ta' jew 'il fuq minn EUR 10000 jew ekwivalenti għandu jirrikjedi awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat skont il-paragrafu 2. | za vsak drug prenos v znesku, ki je enak ali višji od 10000 EUR, ali enakovredni znesek je potrebno predhodno dovoljenje pristojnega organa zadevne države članice v skladu z odstavkom 2. |
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija f'intervalli ta' tliet xhur. | Države članice se vsake tri mesece medsebojno obveščajo o vseh izdanih dovoljenjih. |
Trasferimenti ta' fondi taħt l-EUR 10000 jew ekwivalenti ma għandhom jeħtieġu l-ebda awtorizzazzjoni jew notifika minn qabel. | Za prenose sredstev v vrednosti manj kot 10000 EUR ali enakovredni znesek nista potrebna predhodna odobritev ali obvestilo. |
In-notifiki u t-talbiet għall-awtorizzazzjoni relatati mat-trasferiment ta' fondi lil entità li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu (a) sa (d) għandhom jiġu indirizzati minn jew f'isem il-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min iħallas lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn huwa stabbilit il-fornitur tas-servizz ta' pagament. | Uradna obvestila in vloge za izdajo dovoljenja, ki se nanašajo na prenos sredstev subjektom, ki spadajo v okvir odstavka 1(a) do (d), se s strani izvajalca plačilnih storitev plačnika ali v njegovem imenu naslovijo na pristojne organe države članice, v kateri v kateri ima izvajalec plačilnih storitev svoj sedež. |
In-notifiki u t-talbiet għall-awtorizzazzjonijiet relatati mat-trasferiment ta' fondi minn entità li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 1(a) sa (d) għandhom jiġu indirizzati minn jew f'isem il-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min jitħallas lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn huwa stabbilit il-fornitur tas-servizz ta' pagament. | Uradna obvestila in vloge za izdajo dovoljenja, ki se nanašajo na prenos sredstev subjektom, ki spadajo v okviru odstavka 1(a) do (d), se s strani izvajalca plačilnih storitev prejemnika plačila ali v njegovem imenu naslovijo na pristojne organe države članice, v kateri v kateri ima izvajalec plačilnih storitev svoj sedež. |
Jekk il-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min iħallas jew ta' min jitħallas ma jaqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, in-notifiki u t-talbiet għal awtorizzazzjoni għandhom jiġu indirizzati, fil-każ ta' trasferiment lil entità li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 1(a) sa (d), minn min jitħallas, u fil-każ ta' trasferiment minn entità li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' paragrafu 1(a) u (d) minn min iħallas, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn jirrisjedu, rispettivament, min iħallas jew min jitħallas | Če izvajalec plačilnih storitev plačnika ali prejemnika plačila ne spada na področje uporabe te uredbe, se uradna obvestila in vloge za izdajo dovoljenja v primeru prenosa subjekta, ki spada v okvir odstavka 1(a) do (d) s strani plačnika ter v primeru prenosa od subjekta, ki spada v okvir odstavka 1(a) do (d) pa s strani prejemnika plačila naslovijo na pristojne organe države članice, v kateri ima plačnik ali prejemnik plačila stalno prebivališče ali sedež. |
L-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom, fl-attivitajiet tagħhom mal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) sa (d) u sabiex jimpedixxu l-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, jagħmlu viġilanza msaħħa skont kif ġej: | Kreditne in finančne institucije, ki spadajo na področje uporabe te uredbe, pri poslovanju s subjekti iz odstavka 1 (a) do (d) in da se prepreči kršenje določb te uredbe temeljiteje izvajajo naslednje ukrepe: |
iwettqu ta' viġilanza kontinwa fuq l-attività tal-kont, b'mod partikolari permezz tal-programmi tagħhom dwar diliġenza dovuta mal-klijent; | nenehno pozorno spremljajo gibanje na računih, zlasti s svojimi programi za skrbno preverjanje strank; |
jeħtieġu li f'istruzzjonijiet ta' ħlasijiet l-oqsma kollha tal-informazzjoni li huma relatati mal-oriġinatur u l-benefiċjarji tat-tranżazzjoni inkwistjoni jimtlew u jekk dik l-informazzjoni mhijiex ipprovduta, jirrifjutaw it-tranżazzjoni; | zahtevajo, da se na plačilnih nalogih izpolnijo vsi podatki, ki se nanašajo na izdajatelja in prejemnika zadevnega pravnega posla in zavrnejo izvršitev pravnega posla, če ti podatki niso zagotovljeni; |
iżommu r-rekords kollha tat-tranżazzjonijiet għal perijodu ta' ħames snin u dawn għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali meta jintalbu; | pet let hranijo vse evidence pravnih poslov in jih na zahtevo dajo na voljo nacionalnim organom; |
jekk huma għandhom raġuni valida li jissuspettaw li l-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji jistgħu jiksru d-dispożizzjonijiet ta' dan ir- Regolament, għandhom jirraportaw mingħajr dewmien is-suspetti tagħhom lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja (UIF) jew lil awtorità kompetenti oħra nnominata mill-Istat Membru kkonċernat, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 5 u 23. | če utemeljeno domnevajo, da bi lahko dejavnosti s kreditnimi in finančnimi institucijami kršile določbe te uredbe, o tem nemudoma poročajo enoti za finančni nadzor (FIU) ali drugemu pristojnemu organu, ki ga je določila država članica, in sicer ne glede na člena 5 in 23. |
L-UIF jew tali awtorità kompetenti oħra sservi bħala ċentru nazzjonali għar-riċeviment u l-analiżi ta' rapporti suspettużi ta' tranżazzjonijiet dwar il-ksur potenzjali ta' dan ir-Regolament. | Enota za finančni nadzor ali drug pristojni organ deluje kot nacionalni center za sprejemanje in analizo poročil o sumljivih pravnih poslih glede morebitnih kršitev te uredbe. |
L-UIF jew tali awtorità kompetenti oħra għandha jkollha aċċess, direttament jew indirettament, fuq bażi adegwata għall-informazzjoni finanzjarja, amministrattiva u tal-infurzar tal-liġi li hija teħtieġ biex twettaq din il-funzjoni, inkluża l-analiżi ta' rapporti ta' tranżazzjonijiet suspettużi. | Enoti za finančni nadzor ali drugemu pristojnemu organu se pravočasno omogoči neposreden ali posreden dostop do finančnih in upravnih informacij ter informacij o kazenskem pregonu, ki jih potrebuje za pravilno izvedbo svojih nalog, vključno z analizo poročil o sumljivih pravnih poslih. |
Artikolu 30a | Člen 30a |
It-trasferimenti ta' fondi lil u minn persuna, entità jew korp Iranjani li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 30(1) għandhom jiġu pproċessati kif ġej: | Prenosi sredstev na iransko osebo, subjekt ali organ in prenosi sredstev od njih, ki ne spadajo na področje uporabe člena 30(1), potekajo na naslednji način: |
trasferimenti dovuti fuq tranżazzjonijiet li jirrigwardaw prodotti tal-ikel, kura tas-saħħa, tagħmir mediku, jew għal finijiet agrikoli jew umanitarji għandhom jitwettqu mingħajr kwalunkwe awtorizzazzjoni minn qabel. | prenosi na podlagi pravnih poslov v zvezi z živili, zdravstvenim varstvom, medicinsko opremo ali v kmetijske ali humanitarne namene potekajo brez predhodnega dovoljenja. |
kwalunkwe trasferiment ieħor ta' inqas minn EUR 40000 jew ekwivalenti għandu jsir mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel. | vsak drug prenos, ki ne presega 40000 EUR ali enakovrednega zneska, se izvede brez predhodnega dovoljenja. |
kwalunkwe trasferiment ieħor li jkun ta' jew 'il fuq minn EUR 40000 jew ekwivalenti jkun jeħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat. | za vsak drug prenos, ki je enak ali višji od 40000 EUR oziroma temu enakovreden znesek je potrebno predhodno dovoljenje pristojnega organa zadevne države članice. |
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni miċħuda f'intervalli ta' tliet xhur. | Države članice se vsake tri mesece medsebojno obveščajo o vseh zavrnitvah dovoljenj. |
In-notifiki u t-talbiet għall-awtorizzazzjoni relatati mat-trasferiment ta' fondi għandhom jiġu pproċessati kif ġej: | Pošiljanje obvestil in vlog za izdajo dovoljenja, ki se nanašajo na prenos sredstev, se opravi na naslednji način: |
fil-każ ta' trasferimenti elettroniċi ta' fondi proċessati minn istituzzjonijiet ta' kreditu jew finanzjarji: | v primeru elektronskih prenosov sredstev, ki jih opravijo kreditne ali finančne institucije, se obvestila ali vloge za izdajo dovoljenja v zvezi s prenosom sredstev opravijo na naslednji način: |
in-notifiki u t-talbiet għall-awtorizzazzjoni relatati mat-trasferiment ta' fondi lil persuna, entità jew korp Iranjani li jinsabu barra l-Unjoni għandhom jiġu indirizzati minn jew f'isem il-fornitur tas-servizzi ta' pagament ta' min jitħallas lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-fornitur tas-servizz ta' pagament; | priglasitve in vloge za izdajo dovoljenja za prenos sredstev na iransko osebo, subjekt ali organ, ki se nahaja izven Unije, se s strani izvajalca plačilnih storitev plačnika ali v njegovem imenu naslovijo na pristojne organe države članice, v kateri ima izvajalec plačilnih storitev sedež; |
in-notifiki u t-talbiet għall-awtorizzazzjoni relatati mat-trasferiment ta' fondi minn persuna, entità jew korp Iranjani li jinsabu barra l-Unjoni għandhom jiġu indirizzati minn jew f'isem il-fornitur tas-servizzi ta' pagament ta' min jitħallas lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-fornitur tas-servizzi ta' pagament; | priglasitve in vloge za izdajo dovoljenja za prenos sredstev od iranske osebe, subjekta ali organa, ki se nahaja izven Unije, se s strani izvajalca plačilnih storitev prejemnika plačila ali v njegovem imenu naslovijo na pristojne organe države članice, v kateri ima izvajalec plačilnih storitev sedež; |
jekk, fil-każijiet (i) u (ii), il-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min iħallas jew ta' min jitħallas ma' jaqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, in-notifiki u t-talbiet għall-awtorizzazzjoni għandhom jiġu indirizzati, fil-każ ta' trasferiment lil persuna, entità jew korp Iranjani, minn min iħallas, u fil-każ ta' trasferiment minn persuna, entità jew korp Iranjani minn min jitħallas lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn jirrisjedu, rispettivament, min iħallas jew min jitħallas; | če, v primerih iz točk (i) in (ii), izvajalec plačilnih storitev plačnika ali prejemnika plačila ne spada na področje uporabe te uredbe, uradna obvestila in vloge za izdajo dovoljenja naslovi, v primeru prenosa na iransko osebo, subjekt ali organ plačnik, v primeru prenosa od iranske osebe, subjekta ali organa pa prejemnik plačila, in sicer na pristojne organe države članice, v kateri ima plačnik ali prejemnik plačila stalno prebivališče ali sedež; |
in-notifiki u t-talbiet għall-awtorizzazzjoni relatati mat-trasferiment ta' fondi lil persuna, entità jew korp Iranjani li jinsabu fl-Unjoni għandhom jiġu indirizzati minn jew f'isem il-fornitur tas-servizzi ta' pagament ta' min jitħallas lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ikun stabbilit il-fornitur tas-servizzi ta' pagament; | uradna obvestila in vloge za izdajo dovoljenja v zvezi s prenosom sredstev iranski osebi, subjektu ali organu, ki je v Uniji izvajalec plačilnih storitev prejemnika plačila naslovi, ali se naslovijo v njegovem imenu, na pristojni organ države članice, v kateri ima prejemnik plačila svoje bivališče ali v kateri ima izvajalec plačilnih storitev sedež; |
in-notifiki u t-talbiet għall-awtorizzazzjoni relatati mat-trasferiment ta' fondi minn persuna, entità jew korp Iranjani li jinsabu fl-UE għandhom jiġu indirizzati minn jew f'isem il-fornitur ta' servizzi ta' pagament ta' min iħallas lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn huwa stabbilit il-fornitur tas-servizz ta' pagament; | uradna obvestila in vloge za izdajo dovoljenja v zvezi s prenosom sredstev iranski osebi, subjektu ali organu, ki se nahaja v Uniji, izvajalec plačilnih storitev plačnika naslovi, ali se naslovijo v njegovem imenu, na pristojni organ države članice, v kateri ima izvajalec plačilnih storitev sedež; |
jekk, fil-każijiet (iv) u (v), il-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min iħallas jew ta' min jitħallas ma jaqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, in-notifiki u t-talbiet għall-awtorizzjoni għandhom jiġu indirizzati, fil-każ ta' trasferiment lil persuna, entità jew korp Iranjani, minn min iħallas, u fil-każ ta' trasferiment minn persuna, entità jew korp Iranjani, minn min jitħallas lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huma residenti, min jitħallas jew min iħallas rispettivament; | če, v primerih iz točk (iv) in (v), izvajalec plačilnih storitev plačnika ali prejemnika plačila ne spada na področje uporabe te uredbe, uradna obvestila in vloge za izdajo dovoljenja naslovi, v primeru prenosa na iransko osebo, subjekt ali organ plačnik, v primeru prenosa od iranske osebe, subjekta ali organa pa prejemnik plačila, in sicer na pristojne organe države članice, v kateri ima plačnik oziroma prejemnik plačila stalno prebivališče ali sedež; |
fir-rigward ta' trasferiment ta' fondi lil jew minn persuna, entità jew korp Iranjani fejn la min iħallas, la min jitħallas u lanqas il-fornituri tas-servizz ta' pagament rispettivi tagħhom ma jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjon ta' dan ir-Regolament iżda fejn fornitur ta' servizz ta' pagament li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jaġixxi ta' intermedjarju, f'dak il-każ il-fornitur tas-servizz ta' pagament irid jikkonforma mal-obbligu li jinnotifika jew jitlob awtorizzazzjoni, kif applikabbli, jekk ikun jaf jew għandu raġuni valida biex jissuspetta li t-trasferiment huwa lil jew minn persuna, entità jew korp Iranjani. | v zvezi s prenosom finančnih sredstev iranski osebi, subjektu ali organu ali od njega, če ne plačnik ne prejemnik plačila ne njun izvajalec plačilnih storitev ne spada na področje uporabe te uredbe, vendar pa izvajalec plačilnih storitev, ki spada na področje uporabe te uredbe, deluje kot posrednik, mora ta izvajalec plačilnih storitev izpolniti obveznost obveščanja ali vložitve vloge za izdajo dovoljenja, kot je primerno, če ve ali bi lahko utemeljeno domneval, da gre za prenos iranski osebi, subjektu ali organu ali od njega. |
Fejn ikun hemm aktar minn fornitur wieħed tas-servizz ta' pagament li jaġixxi bħala intermedjarju, l-ewwel fornitur biss tas-servizz ta' pagament li jipproċessa t-trasferiment huwa meħtieġ li jikkonforma mal-obbligu li jinnotifika jew li jitlob awtorizzazzjoni, kif applikabbli. | Kadar več izvajalcev plačilnih storitev deluje kot posrednik, se le od prvega izvajalca plačilnih storitev, ki opravi prenos, zahteva, da izpolnjuje obveznost obveščanja ali vložitve vloge za izdajo dovoljenja, kot je primerno. |
Kwalunkwe notifika jew talba għall-awtorizzazzjoni trid tiġi indirizzata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn il-fornitur tas-servizz ta' pagament ikun stabbilit; | Vsako obvestilo ali vlogo za izdajo dovoljenja je treba nasloviti na pristojne organe države članice, v kateri ima izvajalec plačilnih storitev sedež; |
fejn ikun hemm aktar minn fornitur wieħed tas-servizz ta' pagament involut f'sensiela ta' trasferimenti ta' fondi, it-trasferimenti fl-Unjoni għandhom jinkludu referenza għall-awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu; | če več kot en izvajalec plačilnih storitev sodeluje v vrsti povezanih prenosov sredstev, prenosi znotraj Unije vključujejo sklic na dovoljenje, izdano v skladu s tem členom; |
fil-każ ta' trasferimenti ta' fondi li jsiru b'mezzi mhux elettroniċi, in-notifiki u t-talbiet għall-awtorizzazzjoni relatati mat-trasferiment ta' fondi għandhom jiġu pproċessati kif ġej: | v primeru neelektronskih prenosov sredstev se obvestila ali vloge za izdajo dovoljenja v zvezi s prenosom sredstev opravijo na naslednji način: |
in-notifiki u t-talbiet għall-awtorizzazzjoni relatati mat-trasferimenti lil persuna, entità jew korp Iranjani għandhom jiġu indirizzati minn min iħallas lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun residenti min iħallas; | uradna obvestila in vloge za izdajo dovoljenja v zvezi s prenosom sredstev iranski osebi, subjektu ali organu plačniknaslovi na pristojni organ države članice, v kateri ima plačnik bivališče; |
in-notifiki u t-talbiet għall-awtorizzazzjoni relatati mat-trasferiment minn persuna, entità jew korp Iranjani għandhom jiġu indirizzati minn min jitħallas lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun residenti min jitħallas. | uradna obvestila in vloge za izdajo dovoljenja v zvezi s prenosom sredstev iranski osebi, subjektu ali organu prejemnik plačila naslovi na pristojni organ države članice, v kateri ima prejemnik plačila bivališče. |
Artikolu 30b | Člen 30b |
Meta awtorizzazzjoni tkun ingħatat skont l-Artikoli 24, 25, 26, 27, 28 jew 28a, l-Artikoli 30 u 30a ma għandhomx japplikaw. | Če se dovoljenje izda v skladu s členi 24, 25, 26, 27, 28 ali 28a, se člena 30 in 30a ne uporabljata. |
L-Artikoli 30 u 30a ma għandhomx japplikaw fir-rigward ta' trasferimenti ta' fondi previsti fl-Artikolu 29. | Člena 30 in 30a se ne uporabljata v zvezi s prenosi sredstev iz člena 29. |
L-Artikoli 30(3) u 30a(1) għandhom japplikaw indipendentement minn jekk it-trasferiment ta' fondi jkunx eżegwit f'operazzjoni waħda jew f'diversi operazzjonijiet li jidhru marbutin ma' xulxin. | Člena 30(3) in 30a(1) se uporabljata ne glede na to, ali se prenos sredstev izvrši z enkratno transakcijo ali z več transakcijami, ki se zdijo povezane. |
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, "l-operazzjonijiet li jidhru marbutin ma' xulxin" jinkludu: | Za namene te uredbe "dejanja, ki se zdijo povezana", vključujejo: |
sensiela ta' trasferimenti konsekuttivi minn jew lill-istess istituzzjonijiet finanzjarji jew ta' kreditu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 30(1)(a) sa (d) jew minn jew lill-istess persuna, entità jew korp Iranjani li jsiru b'konnessjoni ma' obbligu wieħed ta' trasferiment ta' fondi, fejn kull trasferiment individwali jaqa' taħt il-limitu minimu rilevanti stabbilit fl-Artikoli 30 u 30a iżda li, fl-aggregat, jissodisfaw il-kriterji għan-notifika jew għall-awtorizzazzjoni; jew | zaporedne prenose od iste finančne ali kreditne institucije v okviru člena 30(1)(a) do (d) ali nanjo ali od iste iranske osebe, subjekta ali organa ali nanj, ki so opravljeni v zvezi z eno obveznostjo opraviti prenos sredstev, če je vsak posamezni prenos nižji od ustreznega praga iz členov 30 in 31, vendar prenosi skupaj izpolnjujejo merila za obveznost obveščanja ali pridobitve dovoljenja; ali |
katina ta' trasferimenti li jinvolvu fornituri differenti ta' servizzi ta' pagament jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi li taffettwa obbligu wieħed ta' trasferiment ta' fondi. | verigo prenosov, ki zajema različne izvajalce plačilnih storitev ali fizične ali pravne osebe, vendar je namenjena izpolnitvi ene obveznosti opraviti prenos sredstev. |
Għall-finijiet tal-Artikolu 30(3)(b) u 30(3)(c) u l-Artikolu 30a(1)(c),, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-awtorizzazzjoni, skont tali termini u kundizzjonjiet li huma jqisu adatti, sakemm ma jkollhomx raġunijiet validi li jiddeterminaw li t-trasferiment ta' fondi li għalih intalbet l-awtorizzazzjoni jista' jikser xi waħda mill-projbizzjonijiet jew obbligi f'dan ir-Regolament. | Za namene člena 30(3)(b) in 30(3)(c) ter člena 30a(1)(c) pristojni organi izdajo dovoljenje pod pogoji, kot se jim zdijo primerni, razen če utemeljeno sklepajo, da bi lahko prenos sredstev, v zvezi s katerim je vložena vloga za dovoljenje, kršil prepovedi ali obveznosti iz te uredbe. |
Awtorità kompetenti tista' titlob tariffa għall-valutazzjoni ta' talbiet għal awtorizzazzjoni. | Pristojni organ lahko za obravnavo vlog za izdajo dovoljenja zaračuna pristojbino. |
Għall-finijiet tal-Artikolu 30a(1)(c), awtorizzazzjoni titqies li ngħatat jekk awtorità kompetenti tkun irċeviet talba bil-miktub għal awtorizzazzjoni, u fi żmien erba' ġimgħat, l-awtorità kompetenti ma tkunx oġġezzjonat bil-miktub għat-trasferiment ta' fondi. | Za namene člena 30a(1)(c) se šteje, da je dovoljenje izdano, če je pristojni organ prejel pisno vlogo za izdajo dovoljenja in v štirih tednih ni pisno nasprotoval prenosu sredstev. |
Jekk l-oġġezzjoni ssir minħabba li hemm investigazzjoni pendenti, l-awtorità kompetenti għandha tiddikjara dan u tikkomunika d-deċiżjoni tagħha mingħajr dewmien. | Če organ prenosu nasprotuje zaradi tekoče preiskave, to navede in nemudoma sporoči svojo odločitev. |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom aċċess f'waqtu, direttament jew indirettament, għall-informazzjoni relatata mas-sitwazzjoni finanzjarja, amministrattiva u tal-infurzar tal-liġi, liema informazzjoni hija meħtieġa għat-twettiq tal-investigazzjoni. | Pristojnim organom se pravočasno omogoči neposreden ali posreden dostop do finančnih in upravnih informacij ter informacij o kazenskem pregonu, ki jih potrebujejo za izvedbo preiskave. |