Source | Target | Tali informazzjoni magħmula disponibbli għaċ-ċittadini ssaħħaħ il-kontroll pubbliku tal-użu tal-ammonti kkonċernati u tikkontribwixxi għall-aħjar użu tal-fondi pubbliċi. | Dostopnost teh podatkov javnosti krepi javni nadzor nad porabo denarja in prispeva k najboljši porabi javnih sredstev. |
Fl-istess ħin, meta l-benefiċjarji jkunu persuni fiżiċi, din il-pubblikazzjoni tkun soġġetta għar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali. | Kadar so prejemniki fizične osebe, za takšno objavo veljajo pravila o varstvu osebnih podatkov. |
Għalhekk, id-dejta personali għandha tiġi ppubblikata biss jekk dan ikun neċessarju u proporzjonat fir-rigward tal-għan leġittimu segwit. | Osebne podatke bi bilo treba objaviti le, če je to potrebno in sorazmerno glede na legitimni cilj. |
L-informazzjoni dwar l-użu tal-fondi tal-Unjoni għandha tiġi ppubblikata fuq sit elettroniku tal-istituzzjonijiet u għandha tinkludi mill-inqas l-isem, il-post, l-ammont u l-għan tal-fondi. | Informacije o porabi sredstev Unije bi bilo treba objaviti na spletni strani institucije in bi morale vključevati vsaj ime, lokacijo, znesek in namen sredstev. |
Dik l-informazzjoni għandha tikkunsidra l-kriterji stipulati fl-Artikolu 35(3) tar-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari t-tip u l-importanza tal-għotja. | Pri teh informacijah bi bilo treba prav tako upoštevati merila iz člena 35(3) finančne uredbe, predvsem vrsto in pomen dodelitve. |
L-isem u l-post tal-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni għandhom jiġu ppubblikati għall-premjijiet, l-għotjiet u l-kuntratti mogħtija wara l-ftuħ ta’ proċedura pubblika għall-kompetizzjoni, kif inhu l-każ b’mod partikolari għall-kompetizzjonijiet, is-sejħiet għall-proposti u s-sejħiet għall-offerti, fir-rigward tal-prinċipji tat-TFUE u b’mod partikolari l-prinċipji tat-trasparenza, tal-proporzjonalità, tat-trattament ugwali u ta’ ebda diskriminazzjoni. | Za nagrade, nepovratna sredstva in naročila, oddana po odprtju javnega postopka za konkurente, bi bilo treba objaviti ime in lokacijo prejemnikov sredstev Unije, kot že velja predvsem za natečaje, razpise za zbiranje predlogov in razpise za zbiranje ponudb, ob upoštevanju načel PDEU, zlasti načel preglednosti, sorazmernosti, enakega obravnavanja in nediskriminacije. |
Barra minn hekk, tali pubblikazzjoni għandha tikkontribwixxi għall-kontroll tal-proċeduri tal-għażla pubblika mill-applikanti mhux magħżula tal-kompetizzjoni. | Takšna objava naj bi krepila nadzor, ki ga imajo zavrnjeni vložniki nad postopki javnih natečajev. |
Il-pubblikazzjoni tad-dejta personali li tirreferi għal persuni fiżiċi ma għandhiex taqbeż it-tul ta’ żmien li fih il-fondi jkunu qegħdin jintużaw mill-benefiċjarju u għalhekk għandha titneħħa wara sentejn. | Osebni podatki fizičnih oseb ne bi smeli biti objavljeni dlje od obdobja, v katerem prejemnik porablja prejeta sredstva, zato bi jih bilo treba po dveh letih odstraniti. |
L-istess għandu japplika għad-dejta personali li tirreferi għal persuni ġuridiċi li għalihom it-titolu uffiċjali jidentifika persuna fiżika waħda jew iktar. | To bi moralo veljati tudi za osebne podatke za pravne osebe, pri katerih je v uradnem nazivu navedenih ena ali več fizičnih oseb. |
Fil-maġġoranza tal-każijiet koperti minn dan ir-Regolament, il-pubblikazzjoni tikkonċerna persuni fiżiċi. | V večini primerov, ki jih zajema ta uredba, se objava nanaša na pravne osebe. |
Meta jkunu kkonċernati persuni fiżiċi, tali pubblikazzjoni għandha tiġi kkunsidrata biss f’każ li din tkun tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità bejn l-importanza tal-ammont mogħti u l-ħtieġa li jiġi kkontrollat l-aħjar użu tal-fondi. | Kadar gre za fizične osebe, bi morala biti takšna objava predvidena le ob upoštevanju načela sorazmernosti med pomenom dodeljenega zneska in potrebo po nadzoru najustreznejše porabe sredstev. |
F’dak li jikkonċerna lill-persuni naturali, il-pubblikazzjoni tar-reġjun fil-livell NUTS 2 tkun konsistenti mal-objettiv tal-pubblikazzjoni tal-benefiċjarji, tiżgura trattament ugwali bejn l-Istati Membri ta’ daqs differenti filwaqt li jiġi rispettat id-dritt tal-benefiċjarji għal ħajja privata u b’mod partikolari l-protezzjoni tad-dejta personali tagħhom. | Za fizične osebe je objava regije na ravni NUTS 2 skladna s ciljem objave prejemnikov, zagotavlja enako obravnavanje med državami članicami različnih velikosti ter spoštuje pravico prejemnikov do zasebnega življenja in zlasti varstva osebnih podatkov. |
It-tagħrif dwar il-boroż ta’ studju u appoġġ dirett ieħor imħallas lil persuni fiżiċi l-aktar fil-bżonn ma għandux jiġi ppubblikat. | Informacije o štipendijah in drugi neposredni pomoči, plačani fizičnim osebam, ki jo najbolj potrebujejo, bi morale biti še naprej izvzete iz objavljanja. |
Sabiex jiġi żgurat ir-rispett għall-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-benefiċjarji, il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni relatata ma’ persuni fiżiċi għandha tiġi żgurata wkoll skont l-obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu trasparenza kbira fejn jidħlu kuntratti ’l fuq mill-ammont stabbilit fid-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [4]. | Da bi bilo mogoče zagotoviti spoštovanje načela enakega obravnavanja med prejemniki, bi bilo treba objavo informacij, povezanih s fizičnimi osebami, zagotoviti tudi v skladu z obveznostjo držav članic, da zagotovijo visoko preglednost naročil, ki presegajo znesek, naveden v Direktivi 2004/18/ES Evropskega parlamenta in Sveta z dne 31. marca 2004 o usklajevanju postopkov za oddajo javnih naročil gradenj, blaga in storitev [4]. |
L-isem u l-post tal-benefiċjarju u l-ammont u l-għan tal-fondi ma għandhomx jiġu ppubblikati jekk tali pubblikazzjoni tista’ twassal biex tiġi pperikolata l-integrità tal-benefiċjarju kif protetta mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jew tkun ta’ dannu għall-interessi kummerċjali leġittimi tal-benefiċjarju. | Ime in lokacija prejemnika ter znesek in namen sredstev se ne bi smeli objaviti, če bi to lahko ogrozilo osebno celovitost prejemnikov, ki je zagotovljena z Listino Evropske unije o temeljnih pravicah, ali bi škodilo zakonitim poslovnim interesom prejemnika. |
In-nomenklatura baġitarja għandha tipprovdi ċ-ċarezza u t-trasparenza meħtieġa għall-proċess baġitarju. | Proračunska nomenklatura bi morala zagotoviti jasnost in preglednost, ki sta potrebni za proračunski postopek. |
Għandhom jiġu definiti wkoll dawk l-atti li jistgħu jikkostitwixxu kunflitt ta’ interessi. | Opredeliti bi bilo treba tudi dejanja, ki bi lahko pomenila navzkrižje interesov. |
Fir-rigward ta’ ġestjoni indiretta, jeħtieġ li jiġi stabbilit il-qafas għal tali delega tal-poteri u l-kontenut tal-ftehim ta’ delega. | V zvezi s posrednim upravljanjem bi bilo treba določiti okvir takšnega prenosa pooblastil in vsebino sporazumov o prenosu pooblastil. |
Kwalunkwe entità jew persuna fdata b’kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit għandha tiggarantixxi livell ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni li jkun ekwivalenti għal dak meħtieġ skont ir-Regolament Finanzjarju. | Vsak subjekt ali oseba, ki so mu poverjene naloge izvrševanja proračuna, bi moral jamčiti za raven zaščite finančnih interesov Unije, ki je enakovredna z zahtevano v finančni uredbi. |
Għandhom jiġu stipulati l-kundizzjonijiet li bihom il-Kummissjoni tista’ taċċetta li s-sistemi, ir-regoli u l-proċeduri ta’ dawn l-entitajiet jew persuni jkunu ekwivalenti għal tagħha sabiex tiżgura l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni mill-entitajiet fdati. | Določiti bi bilo treba pogoje, pod katerimi lahko Komisija sprejme, da so sistemi, pravila in postopki teh subjektov ali oseb enakovredni njenim, za zagotovitev, da pooblaščeni subjekti zagotavljajo dobro finančno poslovodenje sredstev Unije. |
L-aġenziji eżekuttivi, li jibqgħu taħt il-kontroll tal-Kummissjoni, għandhom jiġu rikonoxxuti bħala uffiċjali awtorizzanti b’delega ta’ dik l-Istituzzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni. | Izvršilne agencije, ki ostanejo pod nadzorom Komisije, bi bilo treba priznati kot odredbodajalce na podlagi prenosa pooblastil navedene institucije za izvrševanje proračuna Unije. |
Fil-każ ta’ ġestjoni indiretta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, għandhom jiġu identifikati l-organizzazzjonijiet eliġibbli għal din l-għamla ta’ ġestjoni. | V primeru posrednega upravljanja z mednarodnimi organizacijami bi bilo treba opredeliti organizacije, ki so upravičene do tovrstnega upravljanja. |
Meta l-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati lil korpi pubbliċi jew lil korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku, għandhom jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tal-ħatra tagħhom. | Če so naloge izvrševanja proračuna poverjene javnim organom ali subjektom zasebnega prava, ki opravljajo javne storitve, bi bilo treba določiti pogoje za njihovo imenovanje. |
Għal ġestjoni indiretta, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-proċeduri tal-eżami u l-aċċettazzjoni tal-kontijiet u għall-esklużjoni mill-finanzjament ta’ nfiq tal-Unjoni li l-ħlasijiet għalih ikunu saru bi ksur tar-regoli applikabbli. | Pri posrednem upravljanju bi bilo treba določiti podrobna pravila za postopke pregleda in potrditve obračunov ter za izključitev odhodkov, ki niso bili izplačani v skladu z veljavnimi pravili, iz financiranja s sredstvi Unije. |
L-entitajiet tal-liġi privata li jwettqu kompiti preparatorji jew anċillari f’isem il-Kummissjoni għandhom jintgħażlu skont il-proċeduri tal-akkwisti. | Subjekte zasebnega prava, ki opravljajo pripravljalne ali pomožne naloge v imenu Komisije, bi bilo treba izbrati po postopkih za oddajo javnih naročil. |
Fir-rigward tar-rwol tal-atturi finanzjarji, ir-riforma tal-ġestjoni finanzjarja, flimkien mal-abolizzjoni tal-kontrolli ex ante ċentralizzati, iżżid ir-responsabbiltajiet tal-uffiċjali awtorizzanti fl-operazzjonijiet kollha ta’ dħul u nefqa, inkluż f’termini tas-sistemi ta’ kontroll intern. | Glede vloge finančnih udeležencev reforma finančnega poslovodenja skupaj z odpravo centraliziranih predhodnih kontrol povečuje odgovornost odredbodajalcev pri vseh postopkih za izvrševanje prihodkov in odhodkov, vključno v smislu sistemov notranje kontrole. |
Fil-ġejjieni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati dwar il-ħatra ta’ uffiċjal awtorizzanti b’delega jew dwar it-tmiem tad-dmirijiet tiegħu. | Evropski parlament in Svet bi bilo v prihodnje treba obveščati o imenovanju ali razrešitvi odredbodajalca na podlagi prenosa pooblastil. |
Konsegwentement, għandhom jiġu stabbiliti wkoll il-kompiti, ir-responsabbiltajiet u l-prinċipji tal-proċeduri li jridu jiġu osservati. | Zato bi bilo treba določiti tudi naloge, odgovornosti in načela postopkov, ki bi jih bilo treba upoštevati. |
L-internalizzazzjoni tal-kontrolli ex ante titlob, b’mod partikolari, distinzjoni ċara bejn il-kompiti li jirrigwardaw il-bidu tal-operazzjonijiet fl-implimentazzjoni tal-baġit u l-kompiti li jirrigwardaw il-verifika ta’ dawn l-operazzjonijiet. | Internalizacija predhodnih kontrol zahteva zlasti jasno razlikovanje med nalogami, ki se nanašajo na začetek dejavnosti pri izvrševanju proračuna, in nalogami, ki se nanašajo na preverjanje takšnih dejavnosti. |
Barra minn hekk, kull istituzzjoni għandha tadotta kodiċi ta’ standards professjonali applikabbli għall-persunal responsabbli mill-verifiki ex ante u ex post. | Poleg tega bi morala vsaka institucija sprejeti kodeks strokovnega ravnanja za zaposlene, ki so odgovorni za predhodno in naknadno preverjanje. |
Jeħtieġ ukoll li jiġi stabbilit li r-responsabbiltajiet meħuda jitqiesu f’rapport annwali lill-Istituzzjoni li tkun inkarigata minn, fost l-oħrajn, il-verifiki ex post. | Prav tako bi bilo treba zagotoviti, da se prevzete odgovornosti obravnavajo v letnem poročilu za institucijo, ki je med drugim odgovorna za naknadno preverjanje. |
Id-dokumenti ta’ sostenn relatati mal-operazzjonijiet imwettqa għandhom jinżammu. | Treba bi bilo hraniti dokazila o opravljenih dejavnostih. |
Fl-aħħar nett, id-diversi forom kollha ta’ proċeduri nnegozjati għall-għoti tal-kuntratti pubbliċi għandhom, minħabba li dawk il-kuntratti jirrappreżentaw derogi mill-proċeduri normali ta’ għoti, ikunu s-suġġett ta’ rapport speċjali lill-istituzzjoni u ta’ komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. | O vseh različnih oblikah postopkov za oddajo javnih naročil s pogajanji bi bilo treba pripraviti posebno poročilo za institucijo ter sporočilo za Evropski parlament in Svet, ker ta naročila pomenijo odstopanje od običajnih postopkov za oddajo javnih naročil. |
Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 għandu jiġi adattat sabiex iqis ir-rwol doppju tal-Kap tad-Delegazzjoni bħala Uffiċjal awtorizzanti b’sottodelega għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (minn hawn ’il quddiem “is-SEAE”) u, fir-rigward tal-approprjazzjonijiet operattivi, għall-Kummissjoni. | Uredbo (ES, Euratom) št. 2342/2002 bi bilo treba spremeniti tako, da bo upoštevala dvojno vlogo vodje delegacije kot odredbodajalca na podlagi nadaljnjega prenosa pooblastil za Evropsko službo za zunanje delovanje (v nadaljnjem besedilu: ESZD) in – v zvezi z operativnimi odobritvami – za Komisijo. |
Sabiex jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet, għandha tingħata wkoll definizzjoni preċiża tal-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-uffiċjal tal-kontabilità b’rabta mas-sistemi tal-kontabilità, il-ġestjoni tat-teżor, il-ġestjoni tal-kontijiet bankarji u l-fajls ta’ partijiet terzi. | Za pojasnitev odgovornosti bi bilo treba tudi natančno opredeliti naloge in odgovornosti računovodje v zvezi z računovodskimi sistemi, vodenjem zakladništva, vodenjem bančnih računov in dokumenti o prejemnikih plačil. |
Għandhom jiġu stabbiliti wkoll l-arranġamenti għat-tmiem tad-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabilità. | Prav tako bi bilo treba določiti ureditev za razrešitev računovodje. |
Għandhom jiġu preskritti wkoll il-kundizzjonijiet għall-użu tal-kontijiet ta’ imprest, sistema ta’ ġestjoni li tikkostitwixxi eċċezzjoni għall-proċeduri baġitarji normali, filwaqt li għandhom jiġu stabbiliti l-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-amministraturi tal-imprest, kif ukoll dawk tal-uffiċjal awtorizzanti u tal-uffiċjal tal-kontabilità b’rabta mal-kontroll tal-kontijiet ta’ imprest. | Določiti bi bilo treba pogoje za uporabo računov izločenih sredstev, to je sistema poslovodenja, ki pomeni izjemo od običajnih proračunskih postopkov, ter naloge in odgovornosti skrbnikov računov izločenih sredstev, pa tudi odredbodajalca in računovodje v zvezi s kontrolo računov izločenih sredstev. |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati dwar kull ħatra jew tmiem ta’ dmirijiet. | Evropski parlament in Svet bi bilo treba seznaniti z vsakim imenovanjem ali razrešitvijo. |
Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, għandu jiġi stabbilit kont ta’ imprest wieħed biss fid-Delegazzjonijiet, għal approprjazzjonijiet kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mit-taqsimiet tal-Baġit relatati mas-SEAE. | Zaradi večje učinkovitosti bi se moral v delegacijah vzpostaviti le en račun izločenih sredstev, in sicer za odobritve iz oddelkov proračuna za Komisijo in ESZD skupaj. |
Jeħtieġ li tiġi introdotta l-possibbiltà li jintużaw karti ta’ debitu marbuta mal-kontijiet ta’ imprest sabiex jiġu ffaċilitati l-ħlasijiet, b’mod partikolari fid-Delegazzjonijiet u r-Rappreżentanzi tal-Unjoni u sabiex jiġu evitati r-riskji assoċjati mal-immaniġġar tal-flus kontanti. | Izkazalo se je, da bi bilo treba uvesti možnost uporabe plačilnih kartic, povezanih z računi izločenih sredstev, da bi poenostavili plačevanje, zlasti v delegacijah in na predstavništvih Unije, in se izognili tveganjem, povezanim z ravnanjem z gotovino. |
Ladarba jkunu ġew definiti l-kompiti u r-responsabbiltajiet ta’ kull attur finanzjarju, huma jistgħu jinżammu responsabbli biss skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea. | Ko so naloge in odgovornosti vsakega finančnega udeleženca opredeljene, ti odgovarjajo za svoja dejanja samo pod pogoji, določenimi v kadrovskih predpisih za uradnike Evropske unije in pogojih za zaposlitev drugih uslužbencev Evropske unije. |
Il-grupp speċjalizzat għall-irregolaritajiet finanzjarji mwaqqaf f’kull istituzzjoni wera li kien mekkaniżmu effiċjenti sabiex jiddetermina jekk sarux irregolaritajiet ta’ natura finanzjarja u għalhekk għandu jinżamm. | Posebna komisija za finančne nepravilnosti, vzpostavljena na vsaki instituciji, se je izkazala za učinkovit mehanizem za ugotavljanje, ali so se zgodile finančne nepravilnosti, in bi jo bilo treba zato ohraniti. |
Jeħtieġ li tiġi stabbilita l-proċedura li permezz tagħha uffiċjal awtorizzanti jista’ jfittex konferma ta’ struzzjoni li dak l-uffiċjali jqis li tkun irregolari jew li tmur kontra l-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u b’hekk jinħeles minn kull responsabbiltà. | Določiti bi bilo treba postopek, po katerem lahko odredbodajalec zahteva potrditev navodila, za katero meni, da je nepravilno ali v nasprotju z načelom dobrega finančnega poslovodenja, in je tako oproščen vsake odgovornosti. |
Fir-rigward tad-dħul, ħlief għall-każ speċjali tar-riżorsi proprji koperti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 436/2007 tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet [5], jeħtieġ li jiġu speċifikati l-kompiti u l-kontrolli li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-uffiċjali awtorizzanti fil-fażijiet differenti tal-proċedura: l-istabbiliment tal-istima tal-ammonti riċevibbli, l-ordni ta’ rkupru, il-ħruġ tan-nota ta’ debitu li tinforma lid-debitur li ġie stabbilit l-ammont riċevibbli, il-kalkolazzjoni ta’ kwalunkwe imgħax awtomatiku dovut u d-deċiżjoni, fejn meħtieġ, li jiġi rrinunzjat intitolament soġġett għall-kriterji li jiggarantixxu l-konformità mal-ġestjoni finanzjarja tajba sabiex jiġi żgurat il-ġbir effiċjenti tad-dħul. | Glede prihodkov, razen za poseben primer lastnih sredstev, ki jih zajema Sklep Sveta 2007/436/ES, Euratom z dne 7. junija 2007 o sistemu virov lastnih sredstev Skupnosti [5], bi bilo treba določiti naloge in kontrole, za katere so odgovorni odredbodajalci v različnih fazah postopka: ocena in ugotovitev terjatev, nalog za izterjavo, pošiljanje opomina, s katerim se dolžnik obvesti o ugotovitvi terjatve, izračun morebitnih zamudnih obresti in po potrebi sklep o odpovedi izterjavi upravičenega zneska, pri čemer bi bilo treba upoštevati merila, ki zagotavljajo skladnost z načelom dobrega finančnega poslovodenja za učinkovito izterjavo prihodkov. |
Jeħtieġ li jiġi speċifikat ir-rwol tal-uffiċjal tal-kontabilità fil-ġbir tad-dħul u sabiex jingħata żmien addizzjonali għall-ħlas tal-ispejjeż. | Opredeliti bi bilo treba vlogo računovodje pri pobiranju prihodkov in pri podaljševanju roka za plačilo odhodkov. |
L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jkollu wkoll flessibbiltà fl-irkupru tal-ħlasijiet bħall-possibbiltà li jpaċi d-djun direttament jew, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, li jirrinunzja għall-ħtieġa li tiġi depożitata garanzija sabiex jitħallas lura dejn, meta d-debitur ikun irid u jista’ jħallas fil-perjodu ta’ żmien addizzjonali, iżda ma jkunx jista’ jiddepożita tali garanzija b’kunsiderazzjoni xierqa tal-prinċipju tal-proporzjonalità. | Računovodji bi bilo treba zagotoviti tudi prožnost pri izterjavi plačil, na primer z možnostjo neposrednega pobota dolgov ali v izjemnih okoliščinah odstopa od zahteve po predložitvi jamstva za odplačilo dolga, kadar je dolžnik pripravljen in zmožen izvršiti plačilo v dodatnem časovnem obdobju, vendar ne more predložiti takšnega jamstva zaradi upoštevanja načela sorazmernosti. |
Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni tal-assi filwaqt li tiġi ġġenerata wkoll remunerazzjoni finanzjarja, jeħtieġ li l-ammonti jissarrfu provviżorjament, bħal multi ta’ kompetizzjonijiet li jkunu qegħdin jiġu kkontestati, investiti f’assi finanzjarji, u li tiġi ddeterminata l-assenjazzjoni tal-imgħax iġġenerat minn dawk l-investimenti. | Za zavarovanje upravljanih sredstev in hkrati za ustvarjanje finančnega dobička bi bilo treba začasno plačane zneske, kot so izpodbijane globe na področju konkurence, naložiti v finančna sredstva ter določiti, komu pripadajo obresti, ki jih prinašajo te naložbe. |
Sabiex jiġi żgurat li l-Kummissjoni jkollha l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ finanzjament, jeħtieġ li jiġu preskritti r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tad-deċiżjonijiet ta’ finanzjament fuq għotjiet, akkwisti, fondi fiduċjarji, premjijiet u strumenti finanzjarji. | Za zagotovitev, da ima Komisija vse potrebne informacije za sprejetje sklepov o financiranju, bi bilo treba določiti minimalne zahteve za vsebino sklepov o financiranju pri dodelitvi nepovratnih sredstev, javnih naročilih, skrbniških skladih, nagradah in finančnih instrumentih. |
Fir-rigward tan-nefqa, għandhom jiġu definiti kemm ir-relazzjoni bejn id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament, l-impenji globali u l-impenji individwali, kif ukoll il-karatteristiċi ta’ dawk il-fażijiet differenti bil-għan li jiġi stabbilit qafas ċar għall-fażijiet differenti tal-implimentazzjoni tal-baġit. | V zvezi z odhodki bi bilo treba opredeliti razmerje med sklepi o financiranju, celotnimi obveznostmi in posameznimi obveznostmi, pa tudi značilnosti teh posameznih faz, da se vzpostavi jasen okvir različnih faz izvrševanja proračuna. |
Jeħtieġ li tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn l-operazzjonijiet ta’ validazzjoni, awtorizzazzjoni u ħlas u l-kontrolli li jridu jsiru mill-uffiċjal awtorizzanti meta jivvalida nefqa, bl-approvazzjoni “mgħoddi għall-ħlas”. | Pojasniti bi bilo treba razmerje med potrjevanjem, odobravanjem in plačevanjem ter kontrolami, ki jih mora izvesti odredbodajalec, kadar potrdi odhodke z zaznamkom „odobreno za plačilo“. |
Għandhom jiġu speċifikati d-dokumenti li jridu jiġu ppreżentati sabiex isostnu l-ħlasijiet u jiġu stabbiliti r-regoli biex jgħaddu l-ħlasijiet interim u ta’ prefinanzjament. | Treba bi bilo določiti dokumente, ki se predložijo za utemeljitev plačila, in pravila za obračun predhodnega financiranja in vmesnih plačil. |
Għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-limiti ta’ żmien applikabbli għall-operazzjonijiet ta’ validazzjoni u ħlas, b’kunsiderazzjoni għad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali [6]sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm dewmien bla bżonn għall-ħlasijiet lill-benefiċjarji. | Določiti bi bilo treba podrobna pravila za uporabo rokov, ki veljajo za potrjevanje in plačevanje, pri čemer bi bilo treba upoštevati Direktivo 2011/7/EU Evropskega parlamenta in Sveta z dne 16. februarja 2011 o boju proti zamudam pri plačilih v trgovinskih poslih [6], da se preprečijo nepotrebne zamude pri plačilih prejemnikom. |
Għall-awditjar intern, jeħtieġ li tiġi stabbilita l-proċedura għall-ħatra tal-awditur u li tkun garantita l-indipendenza tiegħu fl-Istituzzjoni li tkun ħatritu u li lilha jrid jirrapporta dwar l-attivitajiet tiegħu. | Za notranjo revizijo bi bilo treba določiti postopek za imenovanje revizorja in zagotoviti njegovo neodvisnost znotraj institucije, ki gaje imenovala in kateri mora poročati o svojem delu. |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu mgħarrfa b’kull ħatra jew tmiem tad-dmirijiet sabiex tiġi żgurata t-trasparenza lejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. | Evropski parlament in Svet bi bilo treba seznaniti z vsakim imenovanjem ali razrešitvijo, da se zagotovi preglednost. |
Ir-regoli dwar l-akkwisti għandhom ikunu bbażati fuq id-Direttiva 2004/18/KE. | Pravila o javnih naročilih bi morala temeljiti na Direktivi 2004/18/ES. |
Jeħtieġ li jiġu definiti t-tipi varji ta’ proċeduri tal-akkwisti, il-miżuri applikabbli għar-reklamar u l-pubblikazzjoni, il-kundizzjonijiet li fihom jista’ jsir użu minn tip partikolari ta’ proċedura u l-karatteristiċi ewlenin tal-proċeduri eżistenti, l-ispeċifikazzjoni tal-kriterji tal-għażla u tal-għoti, ir-regoli għall-aċċess għad-dokumenti tal-offerti u għall-komunikazzjoni mal-offerenti jew mal-kandidati u, għal dawk il-każijiet fejn il-Kummissjoni tagħti kuntratti f’isimha stess, il-limiti applikabbli u r-regoli għall-istima tal-valur tal-kuntratti li jkunu se jingħataw. | Opredeliti bi bilo treba različne vrste postopkov za oddajo javnih naročil, določbe o oglaševanju in objavi, ki se uporabljajo, pogoje, pod katerimi se lahko uporablja posamezna vrsta postopka, in glavne značilnosti obstoječih postopkov, specifikacije za merila za izbor in oddajo, pravila za dvig razpisne dokumentacije ter za stike s ponudniki ali kandidati, za primere, kadar Komisija odda javno naročilo za svoj račun, pa mejne vrednosti, ki se uporabljajo, in pravila za oceno vrednosti javnih naročil, ki naj bi se oddala. |
L-iskop tal-proċeduri għall-għoti tal-kuntratti huwa li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet bl-aħjar mod possibbli u fl-istess ħin ikun garantit aċċess ugwali għall-kuntratti pubbliċi u jkun hemm konformità mal-prinċipji tat-trasparenza u ta’ ebda diskriminazzjoni. | Namen postopkov za oddajo javnih naročil je zadovoljevanje potreb institucij pod najboljšimi možnimi pogoji ob zagotavljanju enakopravnega dostopa do javnih naročil ter upoštevanju načel preglednosti in nediskriminacije. |
Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u t-trattament ugwali tal-kandidati u tal-offerenti, kif ukoll ir-responsabbiltà sħiħa tal-uffiċjali awtorizzanti fl-għażla finali, jeħtieġ li tiġi stabbilita l-proċedura għall-ftuħ u mbagħad l-evalwazzjoni tal-offerti u t-talbiet għall-parteċipazzjoni, mill-ħatra ta’ kumitat sad-deċiżjoni sostanzjata u dokumentata tal-għażla, li fl-aħħar mill-aħħar tagħmilha l-awtorità kontraenti. | Za zagotovitev preglednosti in enakega obravnavanja kandidatov in ponudnikov ter popolne odgovornosti odredbodajalcev pri končni izbiri bi bilo treba določiti postopek odpiranja ter nato ocenjevanja ponudb in prijav za sodelovanje od imenovanja komisije do obrazloženega in dokumentiranega sklepa o oddaji, kar je naloga naročnika. |
Fuq il-bażi ta’ esperjenzi passati, jeħtieġ li titwaqqaf proċedura ta’ akkwist ġdida għal kuntratti ta’ valur medju. | Na podlagi preteklih izkušenj bi bilo treba vzpostaviti nov postopek za oddajo naročil srednjih vrednosti. |
Jeħtieġ li jiġi permess l-użu ta’ “lista ta’ bejjiegħa” taħt l-istess kundizzjonijiet tas-“sejħa għall-espressjoni ta’ interess” eżistenti billi dik il-lista tipprevedi anqas piż amministrattiv għall-offerenti potenzjali. | Uporabo seznama „potencialnih ponudnikov“ bi bilo treba zagotoviti pod enakimi pogoji kot pri obstoječem „razpisu za prijavo interesa“, saj ta seznam za potencialne ponudnike pomeni manjšo upravno obremenitev. |