Source | Target | Ir-rapport tal-investigazzjoni jintbagħat lill-parti interessata, li mbagħad għandha tinstema’ mill-istituzzjoni fuq is-suġġett ta’ dak ir-rapport. | Poročilo o preiskavi se pošlje zadevni osebi, ki jo nato institucija zasliši o predmetu tega poročila. |
Abbażi tar-rapport u s-smigħ, l-istituzzjoni tadotta deċiżjoni motivata li ttemm il-proċeduri jew deċiżjoni motivata skont l-Artikoli 22, 86 u l-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal. | Na podlagi poročila in zaslišanja institucija sprejme obrazložen sklep, s katero konča postopek, ali pa obrazložen sklep v skladu s členoma 22 in 86 kadrovskih predpisov ter Priloge IX h kadrovskim predpisom. |
Id-deċiżjonijiet li jimponu miżuri dixxiplinarji jew pieni finanzjarji jiġu nnotifikati lill-parti interessata u jintbagħtu, għall-finijiet ta’ informazzjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Qorti tal-Awdituri. | Sklepi, s katerimi se izrečejo disciplinski ukrepi ali denarne kazni, se uradno pošljejo zadevni osebi ter v vednost drugim institucijam Računskemu sodišču. |
Il-parti interessata tista’ tressaq azzjoni fir-rigward ta’ tali deċiżjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kif previst fir-Regolamenti tal-Persunal. | V zvezi s takšnimi sklepi lahko zadevna oseba v skladu z določbami kadrovskih predpisov začne postopek pred Sodiščem Evropske unije. |
Azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea | Postopek pred Sodiščem Evropske unije |
Bla ħsara għar-rimedji permessi mir-Regolamenti tal-Persunal, l-awditur intern jista’ jressaq azzjoni direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għal kull att relatat mal-qadi ta’ dmirijietu bħala awditur intern. | Brez poseganja v pravna sredstva, ki jih predvidevajo kadrovski predpisi, lahko notranji revizor neposredno začne postopek pred Sodiščem Evropske unije glede vsakega dejanja, ki se nanaša na opravljanje njegovih dolžnosti notranjega revizorja. |
Azzjoni bħal din għandha tiġi ddepożitata fi żmien tliet xhur mill-jum kalendarju meta jkun innotifikat l-att inkwistjoni. | Takšen postopek je treba začeti v treh mesecih od datuma uradnega obvestila o zadevnem dejanju. |
Tali azzjonijiet jiġu investigati u jinstemgħu kif previst fl-Artikolu 91(5) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. | Preiskave in zaslišanja v takšnih postopkih se izvedejo v skladu s členom 91(5) kadrovskih predpisov za uradnike Evropske unije. |
AKKWIST | JAVNA NAROČILA |
Kamp ta’ Applikazzjoni u Prinċipji tal-Għoti | Področje uporabe in načela za oddajo javnih naročil |
Definizzjonijiet u kamp ta’ applikazzjoni | Opredelitev pojmov in področje uporabe |
Il-kuntratti ta’ bini jkopru x-xiri, il-kiri fit-tul, l-użufrutt, it-twellija, il-kiri jew ix-xiri bin-nifs, bil-possibbiltà jew le ta’ xiri, ta’ art, binjiet eżistenti jew proprjetà immobbli oħra. | Pogodbe o nepremičninah zajemajo nakup, dolgoročni zakup, užitek, leasing, najem ali nakup s pridržanim lastništvom z možnostjo odkupa ali brez nje za zemljišča, že zgrajene zgradbe ali druge nepremičnine. |
Il-kuntratti ta’ provvista jkopru x-xiri, it-twellija, il-kiri jew il-ħlas bin-nifs bil-possibbiltà jew le ta’ xiri. | Naročila blaga zajemajo nakup, leasing, najem ali nakup s pridržanim lastništvom z možnostjo odkupa ali brez nje za blago. |
Kuntratt għall-forniment ta’ prodotti u, b’mod inċidentali, għat-tqegħid u l-installazzjoni jitqies bħala kuntratt ta’ provvista. | Naročilo, ki zajema dobavo proizvodov ter vključujejo namestitvena in inštalacijska dela, se šteje kot naročilo blaga. |
Il-kuntratti ta’ xogħlijiet ikopru l-eżekuzzjoni, jew kemm id-disinn kif ukoll l-eżekuzzjoni, ta’ xogħlijiet jew xogħol relatat ma’ waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2004/18/KE, jew it-twettiq, bi kwalunkwe mezz, ta’ xogħol li jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati mill-awtorità kontraenti. | Naročila gradenj zajemajo bodisi izvedbo bodisi izvedbo in projektiranje gradenj ali gradnje, povezanih z eno izmed dejavnosti iz Priloge I k Direktivi 2004/18/ES, ali izvedba neke gradnje s katerimi koli sredstvi, ki ustreza zahtevam naročnika. |
“Xogħol” tfisser ir-riżultat ta’ xogħlijiet ta’ bini jew ta’ inġinerija ċivili li minnu nnifsu jista’ jaqdi funzjoni ekonomika jew teknika. | „Gradnja“ pomeni zaključeno visoko ali nizko gradnjo kot celoto, ki je samozadostna pri izpolnjevanju svoje gospodarske in tehnične funkcije. |
Il-kuntratti ta’ servizzi jkopru s-servizzi intellettwali u mhux intellettwali kollha għajr dawk li huma koperti minn kuntratti ta’ provvista, kuntratti ta’ xogħlijiet jew kuntratti ta’ bini. | Naročila storitev zajemajo vse intelektualne in neintelektualne storitve, razen storitev, ki jih pokrivajo naročila blaga, naročila gradenj in pogodbe o nepremičninah. |
Kuntratt li jkopri żewġ tipi jew aktar ta’ akkwisti (xogħlijiet, servizzi jew provvisti) jingħata skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għat-tip ta’ akkwist li jikkaratterizza s-suġġett prinċipali tal-kuntratt inkwistjoni. | Javno naročilo, ki zajema dve ali več vrst naročil (gradenj, storitev ali blaga), se odda v skladu z določbami, ki se uporabljajo za vrsto naročil, značilno za glavni predmet zadevnega naročila. |
Fil-każ ta’ kuntratti mħallta li jikkonsistu minn servizzi u provvisti, l-għan prinċipali jiġi stabbilit bi tqabbil tal-valuri tas-servizzi jew il-provvisti rilevanti. | V primeru mešanih naročil, ki vključujejo storitve in blago, se glavni predmet določi s primerjavo vrednosti zadevnih storitev ali blaga. |
Kwalunkwe referenza għan-nomenklaturi fil-kuntest tal-akkwist pubbliku ssir bl-użu tal-“Vokabularju Komuni dwar l-Akkwisti Pubbliċi (CPV)” kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [11]. | Vsi sklici na nomenklature v okviru javnih naročil temeljijo na enotnem besednjaku javnih naročil (CPV) iz Uredbe (ES) št. 2195/2002 Evropskega parlamenta in Sveta [11]. |
It-termini “kuntrattur tax-xogħol”, “fornitur” u “fornitur ta’ servizzi” jkopru kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew kull entità pubblika jew konsorzju ta’ tali persuni u/jew korpi li joffru li jwettqu xogħlijiet, ifornu prodotti u jipprovdu servizzi. | Izrazi „izvajalec gradenj“, „dobavitelj blaga“ in „izvajalec storitev“ zajemajo katero koli fizično ali pravno osebo ali javni subjekt ali skupino teh oseb in/ali organov, ki na trgu ponuja izvedbo gradenj, dobavo proizvodov in opravljanje storitev. |
It-terminu “operatur ekonomiku” ifisser “kuntratturi tax-xogħol”, “fornituri” u “fornituri ta’ servizzi”. | Izraz „gospodarski subjekt“ se uporablja hkrati za „izvajalce gradenj“, „dobavitelje“ in „izvajalce storitev“. |
“Offerenti” tfisser operaturi ekonomiċi li jkunu ssottomettew offerta. | „Ponudniki“ pomenijo gospodarske subjekte, ki so predložili ponudbo. |
“Kandidati” tfisser dawk li jkunu talbu sabiex jitħallew jieħdu sehem fi proċedura ristretta, djalogu kompetittiv, jew proċedura nnegozjata. | „Kandidati“ pomenijo tiste, ki so zaprosili za sodelovanje v omejenem postopku, konkurenčnem dialogu ali postopku s pogajanji. |
“Bejjiegħa” tfisser operaturi ekonomiċi rreġistrati f’lista ta’ bejjiegħa skont l-Artikolu 136(1)(b). | „Potencialni ponudniki“ pomenijo gospodarske subjekte, vpisane na seznam potencialnih ponudnikov v skladu s členom 136(1)(b). |
Konsorzji ta’ operaturi ekonomiċi jkunu awtorizzati li jitfgħu offerti jew li jkunu kandidati. | Skupine gospodarskih subjektov smejo nastopati kot ponudniki ali kandidati. |
L-awtoritajiet kontraenti ma jistgħux jesiġu li l-konsorzji jkollhom forma legali partikolari sabiex jitħallew jitfgħu offerta jew jitolbu li jieħdu sehem, iżda l-konsorzju magħżul jista’ jintalab jadotta forma legali partikolari wara li jkun ingħatalu l-kuntratt jekk tali bidla tkun meħtieġa għat-twettiq xieraq tal-kuntratt. | Za predložitev ponudbe ali prijave za sodelovanje naročniki ne smejo zahtevati, da imajo skupine gospodarskih subjektov dano pravno obliko, vendar se lahko od izbrane skupine zahteva, da pridobi dano pravno obliko, potem ko ji je bilo oddano naročilo, če je ta sprememba potrebna za dobro izvedbo naročila. |
Id-dipartimenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jitqiesu bħala awtoritajiet kontraenti, ħlief meta jikkonkludu bejniethom arranġamenti amministrattivi għall-forniment ta’ servizzi, il-provvista ta’ prodotti, għat-twettiq ta’ xogħlijiet jew għall-implimentazzjoni ta’ kuntratti ta’ bini. | Za naročnike se štejejo službe institucij Unije, razen kadar med sabo sklenejo upravne dogovore o opravljanju storitev, dobavi proizvodov, izvedbi gradenj ali izvajanju pogodb o nepremičninah. |
Assistenza teknika tfisser l-attivitajiet ta’ appoġġ u ta’ bini tal-kapaċità li jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ programm jew azzjoni, b’mod partikolari attivitajiet ta’ preparazzjoni, ġestjoni, evalwazzjoni, awditjar u kontroll. | Tehnična pomoč pomeni podporne dejavnosti in dejavnosti za krepitev zmogljivosti, ki so potrebne za izvedbo programa ali ukrepa, predvsem dejavnosti pripravljanja, upravljanja, spremljanja, ocenjevanja, revizije in kontrole. |
L-iskambji kollha mal-kuntratturi, inklużi l-konklużjoni ta’ kuntratti u kwalunkwe emenda għalihom, jistgħu jsiru permezz ta’ sistemi ta’ skambju elettroniċi stabbiliti mill-awtorità kontraenti. | Vse izmenjave z izvajalci, vključno s sklepanjem pogodb in vsemi njihovimi dopolnili, lahko potekajo prek sistemov za elektronsko izmenjavo, ki jih vzpostavi naročnik. |
Dawn is-sistemi jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin: | Ti sistemi izpolnjujejo naslednje zahteve: |
persuni awtorizzati biss jista’ jkollhom aċċess għas-sistema u d-dokumenti trażmessi fiha; | dostop do sistema in dokumentov, ki se pošiljajo prek njega, imajo le pooblaščene osebe; |
persuna awtorizzati biss jistgħu jiffirmaw jew jittrażmettu dokument permezz tas-sistema; | prek sistema lahko dokumente elektronsko podpisujejo ali pošiljajo le pooblaščene osebe; |
persuni awtorizzati jridu jiġu identifikati permezz tas-sistema permezz ta’ mezzi stabbiliti. | pooblaščene osebe morajo biti identificirane v sistemu prek za to vzpostavljenih mehanizmov; |
il-ħin u d-data tat-tranżazzjoni elettronika jridu jiġu stabbiliti bi preċiżjoni; | ura in datum elektronske transakcije morata biti natančno določena; |
trid tinżamm l-integrità tad-dokumenti; | ohraniti se mora celovitost dokumentov; |
trid tinżamm id-disponibilità tad-dokumenti; | ohraniti se mora razpoložljivost dokumentov; |
fejn ikun xieraq, trid tinżamm il-kunfidenzjalità tad-dokumenti; | kadar je to ustrezno, se mora ohraniti zaupnost dokumentov; |
trid tiġi żgurata l-protezzjoni tad-dejta personali skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. | zagotoviti se mora varstvo osebnih podatkov v skladu z zahtevami Uredbe (ES) št. 45/2001. |
Dejta mibgħuta jew riċevuta permezz ta’ sistema bħal din tgawdi mill-preżunzjoni legali tal-integrità tad-dejta u l-preċiżjoni tad-data u l-ħin ta’ meta ntbagħtet jew ġiet riċevuta d-dejta indikati mis-sistema. | Za podatke, poslane ali prejete prek takega sistema, velja pravna domneva o celovitosti podatkov ter točnosti datuma in ure pošiljanja ali prejemanja podatkov, kot sta navedena v sistemu. |
Dokument mibgħut jew innotifikat permezz ta’ sistema bħal din jitqies ekwivalenti għal dokument fuq karta, ikun ammissibbli bħala prova fi proċedimenti legali, jitqies oriġinali u jgawdi l-preżunzjoni legali tal-awtentiċità u l-integrità tiegħu, bil-kundizzjoni li ma jkunx fih karatteristiċi dinamiċi li kapaċi jbiddluh b’mod awtomatiku. | Dokument, ki je bil poslan ali priglašen prek takšnega sistema, šteje kot enakovreden papirnemu dokumentu, je dopustno dokazno gradivo v pravnih postopkih, šteje kot izvirnik in zanj velja pravna domneva o njegovi pristnosti in celovitosti, če ne vsebuje nobenih dinamičnih lastnosti, ki jih je mogoče samodejno spreminjati. |
Il-firem elettroniċi msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 9 jkollhom l-effett legali ekwivalenti ta’ firem bl-idejn. | Elektronski podpisi iz odstavka 9(b) imajo enak pravni učinek kot lastnoročni podpisi. |
Kuntratti qafas u kuntratti speċifiċi | Okvirne pogodbe in posebne pogodbe |
Kuntratt qafas ma jistax ikun għal aktar minn erba’ snin, ħlief f’każijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati b’mod partikolari mis-suġġett tal-kuntratt qafas. | Trajanje okvirnih pogodb ne sme bite daljši od štirih let, razen v izjemnih primerih, utemeljenih zlasti s predmetom okvirne pogodbe. |
Kuntratti speċifiċi bbażati fuq kuntratti qafas jingħataw skont it-termini tal-kuntratt qafas, bejn l-awtoritajiet kontraenti u l-kuntratturi tal-kuntratt qafas. | Posebne pogodbe, ki temeljijo na okvirnih pogodbah, se sklenejo v skladu s pogoji iz okvirnih pogodb le med naročniki in izvajalci okvirne pogodbe. |
Meta jingħataw kuntratti speċifiċi, il-partijiet ma jistgħux jagħmlu tibdil sostanzjali għall-kuntratt qafas. | Pri sklepanju posebnih pogodb stranke ne smejo bistveno spreminjati okvirne pogodbe. |
Meta kuntratt qafas jiġi konkluż ma’ operatur ekonomiku wieħed biss, il-kuntratti speċifiċi jingħataw fil-limiti tat-termini stipulati fil-kuntratt qafas. | Kadar se okvirna pogodba sklene z enim samim gospodarskim subjektom, se posebne pogodbe sklenejo v okviru pogojev, določenih v okvirni pogodbi. |
F’ċirkustanzi debitament ġustifikati, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkonsultaw bil-miktub lill-kuntrattur, u jitolbuh jissupplimenta l-offerta tiegħu jekk meħtieġ. | V ustrezno utemeljenih okoliščinah se lahko naročniki pisno posvetujejo z izvajalcem ter od njega po potrebi zahtevajo dopolnitev njegove ponudbe. |
Meta kuntratt qafas ikun irid jiġi konkluż ma’ diversi operaturi ekonomiċi, dan jiġi konkluż ma’ tal-anqas tliet operaturi, bil-kundizzjoni li jkun hemm numru suffiċjenti ta’ operaturi ekonomiċi li jissodisfaw il-kriterji tal-għażla jew numru suffiċjenti ta’ offerti ammissibbli li jissodisfaw il-kriterji tal-għoti. | Kadar se okvirna pogodba sklepa z več gospodarskimi subjekti, se sklene z najmanj tremi subjekti, pod pogojem, da zadostno število gospodarskih subjektov izpolnjuje merila za izbor ali da obstaja zadostno število dopustnih ponudb, ki izpolnjujejo merila za oddajo. |
Kuntratt qafas ma’ diversi operaturi ekonomiċi jista’ jieħu l-forma ta’ kuntratti separati li jkun fihom termini identiċi. | Okvirna pogodba z več gospodarskimi subjekti je lahko v obliki ločenih pogodb, za katere veljajo enaki pogoji. |
Kuntratti speċifiċi bbażati fuq kuntratti qafas konklużi ma’ diversi operaturi jingħataw f’konformità mal-arranġamenti li ġejjin: | Posebne pogodbe, ki temeljijo na okvirnih pogodbah, sklenjenih z več gospodarskimi subjekti, se sklenejo v skladu z naslednjo ureditvijo: |
fil-każ ta’ kuntratti qafas mingħajr ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni bl-applikazzjoni tat-termini stabbiliti fil-kuntratt qafas; | v primeru okvirnih pogodb brez ponovnega javnega zbiranja ponudb z uporabo pogojev, določenih v okvirni pogodbi; |
fil-każ ta’ kuntratti qafas bi ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni, wara li l-partijiet ikunu reġgħu kkompetew fuq il-bażi tal-istess termini li, jekk ikun meħtieġ, jiġu fformulati b’mod aktar preċiż u, fejn ikun xieraq, fuq il-bażi ta’ termini oħra msemmija fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt qafas. | v primeru okvirnih pogodb s ponovnim javnim zbiranjem ponudb, potem ko so stranke ponovno predložile ponudbe na podlagi enakih in po potrebi natančneje določenih pogojev ter, kadar je to primerno, na podlagi drugih pogojev, določenih v specifikacijah okvirne pogodbe. |
Għal kull kuntratt speċifiku li għandu jingħata skont l-arranġamenti fil-punt (b) tat-tielet subparagrafu, l-awtoritajiet kontraenti jikkonsultaw bil-miktub lill-kuntratturi tal-kuntratt qafas, u jistabbilixxu limitu ta’ żmien li jkun twil biżżejjed sabiex l-offerti jkunu jistgħu jiġu ppreżentati. | Za vsako posebno pogodbo, ki se sklene v skladu z ureditvijo iz točke (b) tretjega pododstavka, se naročniki pisno posvetujejo z izvajalci okvirne pogodbe ter jim določijo zadosti dolg rok za predložitev ponudb. |
L-offerti jiġu sottomessi bil-miktub. | Ponudbe se predložijo pisno. |
L-awtoritajiet kontraenti jagħtu kull kuntratt speċifiku lill-offerent li jkun tefa’ l-aħjarofferta fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti stipulati fl-ispeċifikazzjoni tal-kuntratt qafas. | Naročniki vsako posebno pogodbo sklenejo s ponudnikom, ki je na podlagi meril za oddajo, določenih v specifikacijah okvirne pogodbe, predložil najboljšo ponudbo. |
F’setturi soġġetti għal evoluzzjoni mgħaġġla tal-prezzijiet u tat-teknoloġija, il-kuntratti qafas mingħajr ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni jinkludu klawsola dwar reviżjoni ta’ nofs it-terminu jew dwar sistema ta’ valutazzjoni komparattiva. | V sektorjih, v katerih se cene hitro spreminjajo in tehnologija hitro razvija, okvirne pogodbe, ki se sklenejo brez ponovnega javnega zbiranja ponudb, vsebujejo določbo o vmesnem pregledu ali sistemu primerjalne analize. |
Wara r-reviżjoni ta’ nofs it-terminu, jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti inizjalment ma jkunux għadhom adattati għall-evoluzzjoni tal-prezzijiet jew tat-teknoloġija, l-awtorità kontraenti ma tistax tuża l-kuntratt qafas ikkonċernat u tieħu l-miżuri xierqa sabiex ittemmu. | Če pogoji, ki so bili najprej določeni, po vmesnem pregledu ne ustrezajo več gibanjem cen ali tehnološkemu razvoju, naročnik ne sme uporabiti zadevne okvirne pogodbe in sprejme ustrezne ukrepe, da bi jo odpovedal. |
Huma biss il-kuntratti speċifiċi bbażati fuq kuntratti qafas li jiġu ppreċeduti minn impenn tal-baġit. | Proračunske obveznosti se prevzamejo samo za posebne pogodbe, ki se sklenejo na podlagi okvirnih pogodb. |
pubblikazzjoni | Objava |