Source | Target | Jekk, għal xi raġuni, l-ispeċifikazzjonijiet u d-dokumenti jew l-informazzjoni addizzjonali ma jkunux jistgħu jiġu pprovduti fil-limiti ta’ żmien stipulati fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, jew meta l-offerti jkunu jistgħu jsiru biss wara żjara fis-sit jew wara konsultazzjoni fuq il-post tad-dokumenti annessi mal-ispeċifikazzjonijiet, il-limiti ta’ żmien għar-riċeviment tal-offerti msemmija fl-Artikolu 152 jiġu estiżi sabiex jippermettu lill-operaturi ekonomiċi kollha li jiffamiljarizzaw irwieħhom mal-informazzjoni kollha meħtieġa għall-preparazzjoni tal-offerti. | Če specifikacij in dodatnih dokumentov ali informacij iz kakršnega koli razloga ni mogoče poslati v rokih iz odstavkov 1 in 2 tega člena ali če je ponudbe mogoče pripraviti šele na podlagi ogleda lokacije ali pregleda dokumentacije, priložene specifikacijam, na kraju samem, se roki za prejem ponudb iz člena 152 podaljšajo, da se lahko vsi gospodarski subjekti seznanijo z vsemi potrebnimi informacijami za pripravo ponudb. |
Dik l-estensjoni tiġi reklamata b’mod xieraq, skont l-arranġamenti stipulati fl-Artikoli minn 123 sa 126. | To podaljšanje se ustrezno oglašuje v skladu z določbami iz členov 123 do 126. |
Fil-proċedura miftuħa, inklużi s-sistemi dinamiċi ta’ xiri msemmija fl-Artikolu 131, jekk ikun hemm aċċess sħiħ u mhux ristrett, b’mezzi elettroniċi għas-sejħa sħiħa għall-offerti u kwalunkwe dokument addizzjonali, il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma japplikax. | Če je v odprtem postopku, vključno z dinamičnimi nabavnimi sistemi iz člena 131, do celotne razpisne dokumentacije in dodatnih dokumentov mogoč neomejen, popoln in neposreden elektronski dostop, se odstavek 1 tega člena ne uporablja. |
L-avviż tal-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 123(3) jagħti l-indirizz tal-Internet fejn jistgħu jiġu kkonsultati dawn id-dokumenti. | V obvestilu o javnem naročilu iz člena 123(3) se navede internetni naslov, na katerem je mogoče najti to dokumentacijo. |
Limiti ta’ żmien f’każi urġenti | Roki v nujnih primerih |
Meta urġenza debitament issostanzjata tirrendi imprattikabbli l-limiti minimi ta’ żmien stipulati fl-Artikolu 152(3) għal proċeduri ristretti u proċeduri nnegozjati bil-pubblikazzjoni ta’ avviż dwar kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jistabbilixxu l-limiti ta’ żmien li ġejjin, espressi f’jiem kalendarji: | V primeru, da ustrezno utemeljeni nujni razlogi onemogočijo uporabo najkrajših rokov iz člena 152(3) za omejene postopke in postopke s pogajanji po objavi obvestila o javnem naročilu, lahko naročniki določijo naslednja roka, izražena v koledarskih dneh: |
limitu ta’ żmien għar-riċeviment ta’ talbiet għall-parteċipazzjoni li ma jistax ikun anqas minn 15-il jum mid-data li fiha jintbagħat l-avviż tal-kuntratt jew 10 ijiem jekk l-avviż jintbagħat lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet b’mod elettroniku; | rok za prejem prijav za sodelovanje, ki ne sme biti krajši od 15 dni od dne, ko je bilo odposlano v objavo obvestilo o javnem naročilu, ali od desetih dni, če se obvestilo pošlje Uradu za publikacije elektronsko; |
limitu ta’ żmien għar-riċeviment tal-offerti li ma jistax ikun inqas minn 10 ijiem mid-data li fiha tkun intbagħtet is-sejħa għall-offerti. | rok za prejem ponudb, ki ne sme biti krajši od desetih dni od dne, ko je bil odposlan razpis za zbiranje ponudb. |
Fi proċeduri ristretti u proċeduri nnegozjati rapidi, l-informazzjoni addizzjonali dwar l-ispeċifikazzjonijiet, bil-kundizzjoni li tkun intalbet fil-ħin, trid tiġi kkomunikata lill-kandidati jew lill-offerenti kollha mhux aktar tard minn erbat ijiem kalendarji qabel id-data tal-għeluq għar-riċeviment tal-offerti. | V omejenih postopkih in pospešenih postopkih s pogajanji se dodatne informacije o specifikacijah, če so bile zahtevane pravočasno, sporočijo vsem kandidatom ali ponudnikom najpozneje štiri koledarske dni pred rokom za prejem ponudb. |
Metodi ta’ komunikazzjoni | Načini pošiljanja |
L-arranġamenti għas-sottomissjoni tal-offerti u t-talbiet għall-parteċipazzjoni jiġu stabbiliti mill-awtorità kontraenti, li tista’ tagħżel metodu esklużiv ta’ sottomissjoni. | Ureditev za predložitev ponudb in prijav za sodelovanje določijo naročniki, ki lahko izberejo izključni način predložitve. |
L-offerti u t-talbiet għall-parteċipazzjoni jistgħu jiġu sottomessi permezz ta’ ittra jew b’mezzi elettroniċi. | Ponudbe in prijave za sodelovanje se lahko predložijo s pismom ali v elektronski obliki. |
It-talbiet għall-parteċipazzjoni jistgħu jiġu sottomessi wkoll permezz ta’ faks. | Poleg tega je mogoče prijave za sodelovanje predložiti tudi s telefaksom. |
Il-mezzi ta’ komunikazzjoni magħżula jridu jkunu ġeneralment disponibbli uma jillimitawx l-aċċess tal-operaturi ekonomiċi għall-proċedura ta’ akkwist. | Izbrani načini pošiljanja so splošno dostopni in gospodarskim subjektom ne omejujejo dostopa do postopka za oddajo javnih naročil. |
Il-mezzi ta’ komunikazzjoni magħżulin jkunu tali li jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin: | Izbrana sredstva sporočanja zagotavljajo, da so izpolnjeni naslednji pogoji: |
kull sottomissjoni jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-evalwazzjoni tagħha; | vsaka vloga vsebuje vse potrebne informacije za oceno; |
tiġi ppreservata l-integrità tad-dejta; | ohrani se celovitost podatkov; |
tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tal-offerti u tat-talbiet għall-parteċipazzjoni u l-awtoritajiet kontraenti jeżaminaw il-kontenut tal-offerti u t-talbiet għall-parteċipazzjoni biss wara li jkun għadda ż-żmien stipulat għas-sottomissjoni tagħhom; | ohrani se zaupnost ponudb in prijav za sodelovanje ter naročnik se z vsebino ponudb in prijav za sodelovanje seznani šele po izteku roka za njihovo predložitev; |
il-protezzjoni tad-dejta personali skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. | zagotovi se varstvo osebnih podatkov v skladu z zahtevami Uredbe (ES) št. 45/2001. |
Fejn ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ prova legali, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li t-talbiet għall-parteċipazzjoni ppreżentati b’faks iridu jiġu kkonfermati permezz ta’ ittra jew mezz elettroniku mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ qabel id-data finali stipulata fl-Artikolu 152. | Kadar je to potrebno zaradi pravnih dokazil, lahko naročniki zahtevajo, da je treba predložitve prijav za sodelovanje, ki so bile poslane s telefaksom, potrditi s pismom ali elektronsko, in sicer kar najhitreje in v vsakem primeru pred rokom iz člena 152. |
Meta l-awtorità kontraenti tawtorizza s-sottomissjoni ta’ offerti u talbiet għall-parteċipazzjoni b’mezzi elettroniċi, l-għodod użati u l-karatteristiċi tekniċi tagħhom ma jkunux diskriminatorji, iridu jkunu ġeneralment disponibbli u interoperabbli mal-prodotti tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni fl-użu ġenerali u ma għandhomx jillimitaw l-aċċess tal-operaturi ekonomiċi għall-proċedura ta’ akkwist. | Kadar naročnik dovoli elektronsko predložitev ponudb in prijav za sodelovanje, morajo biti pri tem uporabljena orodja ter njihove tehnične značilnosti nediskriminatorne narave, splošno dostopna ter združljiva z izdelki informacijske in komunikacijske tehnologije v splošni rabi in ne omejujejo gospodarskih subjektov pri dostopu do postopka za oddajo javnih naročil. |
Ħlief għall-kuntratti b’valur aktar baxx mil-limitu stabbilit fl-Artikolu 170(1), l-apparat għar-riċeviment elettroniku tal-offerti u t-talbiet għall-parteċipazzjoni jrid jiggarantixxi, permezz ta’ mezzi tekniċi u proċeduri xierqa, li: | Razen za naročila pod mejno vrednostjo iz člena 170(1), naprave za elektronsko sprejemanje ponudb in prijav za sodelovanje s tehničnimi sredstvi in ustreznimi postopki zagotavljajo, da: |
l-operatur ekonomiku jkun jista’ jiġi awtentikat b’ċertezza; | je identiteto gospodarskega subjekta mogoče z gotovostjo potrditi; |
il-ħin u d-data eżatti tar-riċeviment tal-offerti u t-talbiet għall-parteċipazzjoni jkunu jistgħu jiġu determinati b’mod preċiż; | je mogoče natančno določiti točno uro in datum prejema ponudb in prijav za sodelovanje; |
ikun jista’ jiġi raġonevolment assigurat li, qabel il-limiti taż-żmien stabbiliti, ħadd ma jista’ jkollu aċċess għad-dejta trażmessa skont dawk ir-rekwiżiti; | se lahko v razumni meri zagotovi, da pred določenim rokom nihče nima dostopa do podatkov, poslanih v skladu s temi zahtevami; |
meta tinkiser dik il-projbizzjoni tal-aċċess, ikun jista’ jiġi raġonevolment assigurat li dak il-ksur jiġi identifikat b’mod ċar; | se v primeru kršitve prepovedi tega dostopa lahko v razumni meri zagotovi, da se kršitev zlahka ugotovi; |
persuni awtorizzati biss ikunu jistgħu jistabbilixxu jew ibiddlu d-dati għall-ftuħ tad-dejta riċevuta; | lahko samo pooblaščene osebe določijo ali spremenijo datum odpiranja prejetih dokumentov; |
matul il-fażijiet differenti tal-proċedura ta’ akkwist, l-aċċess għad-dejta kollha ppreżentata, jew għal partijiet minnha, irid ikun possibbli biss permezz ta’ azzjoni simultanja mill-persuni awtorizzati; | se med različnimi fazami postopka za oddajo javnih naročil omogoči dostop do predloženih podatkov ali dela le-teh izključno ob hkratnem ukrepanju pooblaščenih oseb; |
l-azzjoni simultanja mill-persuni awtorizzati trid tagħti aċċess għad-dejta trażmessa wara d-data preskritta biss; | mora hkratno ukrepanje pooblaščenih oseb omogočiti dostop do poslanih podatkov šele po predpisanem datumu; |
id-dejta riċevuta u miftuħa skont dawn ir-rekwiżiti trid tibqa’ aċċessibbli biss għall-persuni awtorizzati biex jiffamiljarizzaw irwieħhom magħha. | so dokumentov, prejeti in odprti v skladu s temi zahtevami, še naprej dostopni samo osebam, pooblaščenim, da se z njimi seznanijo. |
Meta l-awtorità kontraenti tawtorizza s-sottomissjoni ta’ offerti u talbiet għall-parteċipazzjoni b’mezzi elettroniċi, id-dokumenti elettroniċi sottomessi b’dawn is-sistemi jitqiesu bħala l-oriġinali u jridu jkunu ffirmati minn rappreżentant awtorizzat tal-operatur ekonomiku. | Kadar naročnik dovoli elektronsko predložitev ponudb in prijav za sodelovanje, predloženi dokumenti v elektronski obliki štejejo kot izvirniki in kot da so jih podpisali pooblaščeni zastopniki gospodarskih subjektov. |
Meta s-sottomissjoni ssir permezz ta’ ittra, l-offerenti jew il-kandidati jistgħu jagħżlu li jissottomettu l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni: | V primeru predložitve s pismom lahko ponudniki ali kandidati predložijo ponudbe ali prijave za sodelovanje: |
bil-posta jew bis-servizz ta’ kurrier, f’liema każ is-sejħa għall-offerti tispeċifika li l-evidenza tkun kostitwita mid-data ta’ meta jintbagħtu, it-timbru jew id-data tal-irċevuta tad-depożitu; | po pošti ali kurirski službi, v tem primeru razpisna dokumentacija določa, da kot veljavni datum velja datum pošiljke, poštni žig ali datum na potrdilu o oddaji pošiljke; |
permezz ta’ konsenja bl-idejn fil-bini tal-istituzzjoni mill-offerent jew il-kandidat innifsu jew minn aġent; għal dan il-għan is-sejħa għall-offerti tispeċifika, minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 138(2)(a), id-dipartiment fejn iridu jiġu kkonsenjati l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni u tingħata riċevuta ffirmata u datata. | osebno v prostorih institucije, kjer ponudbo ali prijavo za sodelovanje odda ponudnik ali kandidat ali njegov zastopnik, pri čemer se v razpisni dokumentaciji določi poleg informacij iz točke (a) člena 138(2) tudi služba, ki se ji oddajo ponudbe ali prijave za sodelovanje in ki izda z datumom opremljeno in podpisano potrdilo o prejemu. |
Sabiex tinżamm is-segretezza u sabiex tiġi evitata kwalunkwe diffikultà meta l-offerti jintbagħtu permezz ta’ ittra, is-sejħa għall-offerti trid tinkludi l-provvediment li ġej: | Zaradi varovanja tajnosti in za preprečitev morebitnih težav, kadar se ponudbe pošiljajo s pošto, mora razpis za zbiranje ponudb vsebovati naslednjo določbo: |
L-offerti jridu jiġu sottomessi f’envelop issiġillat li huwa stess ikun magħluq f’envelop ieħor issiġillat. | Ponudbe je treba predložiti v zaprti kuverti, ki je vložena v še eno zaprto kuverto. |
L-envelop ta’ ġewwa jrid ikollu miktub fuqu, minbarra l-isem tad-dipartiment fejn ikun indirizzat, kif indikat fis-sejħa għall-offerti, il-kliem “Sejħa għall-offerti — Ma għandux jinfetaħ mis-servizz postali”. | Na notranji kuverti morajo biti poleg imena službe, na katero je naslovljena in ki je bila navedena v razpisu za zbiranje ponudb, navedene naslednje besede „Razpis za zbiranje ponudb – ne odpiraj“. |
Jekk jintużaw envelops li jingħalqu minnhom infushom, dawn iridu jiġu ssiġillati b’tejp adeżiv u min jibgħat l-offerta jrid jiffirma tul dak it-tejp. | Če se uporabijo samolepilne kuverte, morajo biti zalepljene z lepilnim trakom, pošiljatelj pa se mora čezenj podpisati. |
Garanziji għall-offerti | Jamstva za resnost ponudbe |
L-awtorità kontraenti tista’ titlob garanzija għall-offerta, ippreżentata skont l-Artikolu 163, li tirrappreżenta minn 1 % sa 2 % tal-valur totali tal-kuntratt. | Naročnik lahko zahteva jamstvo za resnost ponudbe, ki se predloži v skladu s členom 163 in predstavlja od 1 % do 2 % skupne vrednosti naročila. |
Garanzija għall-offerta tinħall meta jingħata l-kuntratt. | Jamstvo za resnost ponudbe se sprosti ob oddaji naročila. |
Jekk ma tiġi sottomessal-ebda offerta sad-data tal-għeluq stabbilita jew jekk l-offerta tiġi suċċessivament irtirata, il-garanzija trid tinżamm. | Če do roka ni predložena nobena ponudba ali ponudnik ponudbo naknadno umakne, se jamstvo zadrži. |
Ftuħ tal-offerti u talbiet għall-parteċipazzjoni | Odpiranje ponudb in prijav za sodelovanje |
Iridu jinfetħu t-talbiet għall-parteċipazzjoni u l-offerti kollha li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 155. | Odprejo se vse prijave za sodelovanje in ponudbe, ki izpolnjujejo zahteve iz člena 155. |
Fejn il-valur ta’ kuntratt jaqbeż il-limitu stabbilit fl-Artikolu 137(1), l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jaħtar kumitat sabiex jiftaħ l-offerti. | Kadar vrednost naročila presega mejno vrednost iz člena 137(1) odgovorni odredbodajalec imenuje komisijo za odpiranje ponudb. |
Il-kumitat tal-ftuħ ikun iffurmat minn tal-anqas tliet persuni li jirrappreżentaw mill-anqas żewġ entitajiet organizzattivi tal-istituzzjoni kkonċernata mingħajr rabta ġerarkika bejniethom, li mill-anqas wieħed minnhom ma jaqax taħt l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli. | Komisijo za odpiranje ponudb sestavljajo najmanj tri osebe, ki predstavljajo najmanj dve organizacijski enoti zadevne institucije, ki hierarhično nista povezani med seboj in od katerih vsaj ena ne odgovarja odgovornemu odredbodajalcu. |
Biex jiġi evitat kull tip ta’ kunflitt tal’ interessi, dawk il-persuni jkunu soġġetti għall-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament Finanzjarju. | Za preprečitev kakršnega koli navzkrižja interesov veljajo za te osebe obveznosti iz člena 57 finančne uredbe. |
Fir-rappreżentanzi jew l-unitajiet lokali msemmija fl-Artikolu 72 ta’ dan ir-Regolament jew iżolatifi Stat Membru, jekk ma jkunx hemm entitajiet separati, ir-rekwiżit ta’ entitajiet organizzattivi mingħajr rabta ġerarkika bejniethom ma japplikax. | Če predstavništva in lokalne enote iz člena 72 te uredbe ali izolirane enote v državi članici nimajo ločenih enot, se zahteva glede organizacijskih enot, ki hierarhično niso povezane med seboj, ne uporablja. |
Fil-każ ta’ proċedura ta’ akkwist imnedija fuq bażi interistituzzjonali, il-kumitat tal-ftuħ jinħatar mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli mill-istituzzjoni responsabbli għall-proċedura ta’ akkwist. | Če je postopek za oddajo naročila medinstitucionalen, komisijo za odpiranje ponudb imenuje odgovorni odredbodajalec iz institucije, odgovorne za postopek za oddajo naročila. |
Il-kompożizzjoni tal-kumitat tal-ftuħ tirrifletti, safejn ikun possibbli, il-karattru interistituzzjonali tal-proċedura ta’ akkwist. | Sestava komisije za odpiranje ponudb v največji možni meri upošteva medinstitucionalni značaj postopka za oddajo naročila. |
Meta l-offerti jiġu sottomessi bil-posta, membru wieħed jew aktar tal-kumitat tal-ftuħ jinizjala d-dokumenti li jixhdu d-data u l-ħin ta’ meta ntbagħtet kull offerta. | Če se ponudbe predložijo s pismom, eden ali več članov komisije za odpiranje ponudb parafira dokumente, ki dokazujejo datum in uro, ko je bila vsaka ponudba odposlana. |
Huma jinizjalaw ukoll waħda minn dawn li ġejjin: | Prav tudi parafirajo: |
kull paġna ta’ kull offerta; | bodisi vsako stran vsake ponudbe |
il-paġna ta’ quddiem u l-paġni li jkun fihom id-dettalji finanzjarji ta’ kull offerta, l-integrità tal-offerta inizjali tiġi ggarantita bi kwalunkwe teknika xierqa użata minn dipartiment li jkun indipendenti mid-dipartiment awtorizzanti, ħlief fil-każijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2. | bodisi naslovnico in strani, ki vsebujejo finančne podatke ponudbe, pri čemer celovitost prvotne ponudbe z ustreznimi ukrepi zagotovi služba, ki je neodvisna od službe za odobravanje, razen v primerih iz drugega pododstavka odstavka 2. |
Meta l-kuntratt jingħata bil-proċedura awtomatika ta’ għoti skont il-punt (a) tal-Artikolu 149(1), il-prezzijiet ikkwotati fl-offerti li jissodisfaw ir-rekwiżiti jsiru pubbliċi. | Kadar se naročilo odda po avtomatskem postopku oddaje v skladu s točko (a) člena 149(1), se cene iz ponudb, ki izpolnjujejo pogoje, objavijo. |
Il-membri tal-kumitat jiffirmaw ir-rekord miktub tal-ftuħ tal-offerti li jkunu waslu, li għandu jidentifika dawk l-offerti li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 155 u dawk li ma jikkonformawx magħhom, u li jagħtu r-raġunijiet li għalihom kienu rifjutati offerti minħabba nuqqas ta’ konformità, b’referenza għall-metodi ta’ sottomissjoni tal-offerti msemmija fl-Artikolu 155. | Člani komisije podpišejo zapisnik o odpiranju prejetih ponudb, v katerem so navedene ponudbe, ki izpolnjujejo pogoje iz člena 155, in ponudbe, ki teh pogojev ne izpolnjujejo, ter razlogi, zaradi katerih so bile ponudbe zavrnjene, pri čemer se sklicujejo na načine za predložitev ponudb iz člena 155. |
Il-firma tista’ ssir b’sistema elettronika li tipprovdi identifikazzjoni suffiċjenti tal-firmatarju. | Podpis se lahko opravi v elektronskem sistemu, ki zagotavlja ustrezno identifikacijo podpisnika. |
Kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti u t-talbiet għall-parteċipazzjoni | Komisija za ocenjevanje ponudb in prijav za sodelovanje |
It-talbiet għall-parteċipazzjoni u l-offerti kollha ddikjarati bħala konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 155 jiġu evalwati u kklassifikati minn kumitat ta’ evalwazzjoni mwaqqaf għal kull waħda miż-żewġ fażijiet fuq il-bażi tal-kriterji ta’ esklużjoni u tal-għażla mħabbra qabel u l-kriterji tal-għoti rispettivament. | Vse prijave za sodelovanje in ponudbe, za katere je bilo ugotovljeno, da izpolnjujejo pogoje iz člena 155, oceni in razvrsti komisija za ocenjevanje ponudb, ki se na podlagi predhodno objavljenih meril za izključitev in izbor na eni strani oziroma meril za dodelitev na drugi strani imenuje za vsako od teh dveh stopenj. |
Dan il-kumitat jinħatar mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli biex jagħti opinjoni ta’ konsulenza dwar kuntratti b’valur ogħla mil-limitu msemmi fl-Artikolu 137(1). | Komisijo imenuje odgovorni odredbodajalec, ki je dolžan dati svetovalno mnenje za naročila, katerih vrednost presega mejno vrednost iz člena 137(1). |