Source | Target | L-ammont jiġi stabbilit mill-uffiċjal awtorizzanti u jkun proporzjonat mar-riskji identifikati fir-rigward tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt, meta jitqiesu s-suġġett tiegħu, kif ukoll it-termini kummerċjali normali applikabbli għas-settur. | Znesek določi odredbodajalec in je sorazmeren tveganju, ki je bilo ugotovljeno za izvajanje naročila, pri tem pa upošteva predmet naročila in običajne poslovne pogoje za zadevni sektor. |
Il-kundizzjonijiet għal tali garanzija jitħabbru fid-dokumenti tal-offerti. | Pogoji za takšno jamstvo so objavljeni v razpisni dokumentaciji. |
Wara l-aċċettazzjoni finali tax-xogħlijiet, servizzi jew provvisti, il-garanziji jinħallu skont it-termini tal-kuntratt. | Po dokončnem prevzemu gradnje, storitev ali blaga se jamstvo sprosti v skladu s pogoji naročila. |
Garanzija għall-prefinanzjament | Jamstvo za predhodno financiranje |
Ladarba l-awtorità kontraenti tkun stabbilixxiet il-ħtieġa għal prefinanzjament, hija tivvaluta r-riskji assoċjati mal-ħlasijiet ta’ prefinanzjament, qabel ma tniedi l-proċedura ta’ akkwist, billi tikkunsidra b’mod partikolari l-kriterji li ġejjin: | Ko naročnik ugotovi potrebo po predhodnem financiranju, pred izvedbo postopka za oddajo javnega naročila oceni tveganja, povezana s takšnim financiranjem, pri tem pa upošteva zlasti naslednja merila: |
il-valur stmat tal-kuntratt; | ocenjeno vrednost naročila; |
is-suġġett tiegħu; | predmet naročila; |
it-tul u l-veloċità tiegħu; | trajanje in dinamiko izvajanja naročila; |
l-istruttura tas-suq. | strukturo trga. |
Għandha tkun meħtieġa garanzija sabiex isir il-ħlas ta’ prefinanzjament fil-każ imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 146(6), jew meta l-uffiċjal awtorizzanti jiddeċiedi li jitlob garanzija skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. | Jamstvo se zahteva za plačilo predhodnega financiranja v primeru iz drugega pododstavka člena 146(6) ali kadar se odredbodajalec odloči zahtevati jamstvo v skladu z odstavkom 1 tega člena. |
Ma tkun meħtieġa l-ebda garanzija għal kuntratti ta’ valur baxx kif imsemmija fl-Artikolu 137(1). | Za naročila nizke vrednosti iz člena 137(1) jamstvo ni potrebno. |
Il-garanzija tinħall kif u meta l-prefinanzjament jitnaqqas mill-ħlasijiet interim jew il-ħlasijiet tal-bilanċi lill-kuntrattur skont it-termini tal-kuntratt. | Jamstvo se sprosti, ko se predhodno financiranje odšteje od vmesnih plačil ali plačil razlike izvajalcu v skladu s pogoji naročila. |
Sospensjoni fil-każ ta’ żbalji jew irregolaritajiet | Zadržanje izvajanja v primeru napak ali nepravilnosti |
Il-kuntratti jistgħu jiġu sospiżi skont l-Artikolu 116 tar-Regolament Finanzjarju sabiex jiġi vverifikat jekk żbalji sostanzjali jew irregolaritajiet jew frodi preżunti jkunux seħħew tassew. | V skladu s členom 116 finančne uredbe se izvajanje naročil lahko zadrži zaradi preverjanja, ali so bile domnevne resne napake ali nepravilnosti ali goljufije dejansko storjene. |
Jekk dawn ma jkunux ikkonfermati, it-twettiq tal-kuntratt jitkompla kemm jista’ jkun malajr. | Če sum ni potrjen, se izvajanje naročil čim prej nadaljuje. |
Żball sostanzjali jew irregolarità jkunu kwalunkwe ksur ta’ dispożizzjoni ta’ kuntratt jew ta’ regolament li jirriżulta minn att jew ommissjoni li jikkawżaw jew li jistgħu jikkawżaw telf għall-baġit tal-Unjoni. | Resna napaka ali nepravilnost je kakršna koli kršitev določbe pogodbe ali predpisa, ki je posledica dejanja ali opustitve dejanja, ki povzroči ali bi lahko povzročila izgubo za proračun Unije. |
Dispożizzjonijiet applikabbli għall-kuntratti mogħtija mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni minn jeddhom | Določbe, ki se uporabljajo za naročila, ki jih institucije Unije oddajo za svoj račun |
Identifikazzjoni tal-livell xieraq għall-kalkolu tal-limiti | Določitev ustrezne ravni za izračun mejnih vrednosti |
(l-Artikoli 117 u 118 tar-Regolament Finanzjarju) | (člena 117 in 118 finančne uredbe) |
Kull uffiċjal awtorizzanti b’delega jew b’sottodelega fi ħdan kull istituzzjoni jivvaluta jekk intlaħqux il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 118 tar-Regolament Finanzjarju. | Odredbodajalec na podlagi prenosa ali nadaljnjega prenosa znotraj institucije oceni ali so bile dosežene mejne vrednosti iz člena 118 finančne uredbe. |
Kuntratti separati u kuntratti bil-lottijiet | Ločena naročila in naročila po sklopih |
(l-Artikoli 104 u 118 tar-Regolament Finanzjarju) | (člena 104 in 118 finančne uredbe) |
Il-valur stmat ta’ kuntratt ma jistax jiġi determinat sabiex ikunu evitati l-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament, u kuntratt lanqas ma jista’ jinqasam għal dak il-għan. | Ocenjene vrednosti naročila se ne sme določiti z namenom izogniti se zahtevam iz te uredbe, prav tako se s tem namenom ne sme naročila razdeliti na manjše dele. |
Kull fejn ikun xieraq, teknikament fattibbli u kosteffiċjenti, il-kuntratti b’valur daqs jew ogħla mil-limitistabbiliti fl-Artikolu 170(1) jingħataw fl-istess ħin fil-forma ta’ lottijiet separati. | Kadar koli je primerno, tehnično izvedljivo in stroškovno učinkovito, se naročila, katerih vrednost je enaka ali višja od mejnih vrednosti iz člena 170(1), oddajo hkrati v obliki ločenih sklopov. |
Fejn is-suġġett ta’ kuntratt ta’ provvista, servizzi jew xogħlijiet ikun mifrux fuq diversi lottijiet, li kull wieħed ikun is-suġġett ta’ kuntratt individwali, għall-evalwazzjoni globali tal-limitu applikabbli jiġi kkunsidrat il-valur totali tal-lottijiet kollha. | Kadar se predmet naročila blaga, storitev ali gradenj razdeli na več sklopov, od katerih je vsak predmet posameznega naročila, se pri celotni oceni uporabljene mejne vrednosti upošteva skupna vrednost vseh sklopov. |
Meta l-valur totali tal-lottijiet kollha jkun daqs jew akbar mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 170(1), l-Artikolu 97(1) u l-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 104 tar-Regolament Finanzjarju japplikaw għal kull wieħed mil-lottijiet. | Kadar je skupna vrednost vseh sklopov enaka ali višja od mejne vrednosti iz člena 170(1), se za vsak sklop uporabljajo člen 97(1) in odstavka 1 in 2 člena 104 finančne uredbe. |
Meta kuntratt ikun irid jingħata fil-forma ta’ lottijiet separati, l-offerti jiġu evalwati separatament għal kull lott. | Kadar se naročilo odda v obliki ločenih sklopov, se ponudbe ocenijo ločeno za vsak sklop. |
Jekk jingħataw diversi lottijiet lill-istess offerent, jista’ jiġi ffirmat kuntratt wieħed li jkopri dawn il-lottijiet | Če se istemu ponudniku dodeli več sklopov, se lahko podpiše ena pogodba, ki zajema vse te sklope. |
Arranġamenti biex issir stima tal-valur ta’ ċerti kuntratti | Osnova za ocenjevanje vrednosti določenih naročil |
Sabiex tikkalkula l-ammont stmat ta’ kuntratt, l-awtorità kontraenti trid tinkludi r-remunerazzjoni totali stmata tal-kuntratturi. | Pri izračunu ocenjene vrednosti naročila naročnik upošteva celotno ocenjeno plačilo izvajalca. |
Meta kuntratt jipprevedi opzjonijiet jew tiġdid possibbli, il-bażi tal-kalkolu jkun l-ammont massimu awtorizzat, inkluż l-użu tal-klawsoli dwar l-opzjonijiet u t-tiġdid. | Kadar naročilo dopušča opcije ali možnost podaljšanja, je osnova za izračun najvišja odobrena vrednost, vključno z uporabo opcijskih klavzul in podaljšanja. |
Din l-istima ssir meta jintbagħat l-avviż tal-kuntratt jew, meta ma jkunx hemm tali pubbliċità, meta l-awtorità kontraenti tibda l-proċedura tal-għoti. | Ta ocena se pripravi, ko se obvestilo o javnem naročilupošlje v objavo, ali, kadar takšna objava ni predvidena, ko naročnik začne s postopkom oddaje. |
Għall-kuntratti qafas u s-sistemi dinamiċi ta’ xiri, il-valur li għandu jiġi kkunsidrat ikun il-valur massimu tal-kuntratti kollha previsti matul il-perjodu kollu tal-kuntratt qafas jew tas-sistema dinamika ta’ xiri. | Za okvirne pogodbe in dinamične nabavne sisteme se upošteva najvišja vrednost vseh naročil, predvidenih v celotnem obdobju veljavnosti okvirne pogodbe ali dinamičnega nabavnega sistema. |
Għall-kuntratti ta’ servizzi, iridu jiġu kkunsidrati: | Pri naročilih storitev se upošteva: |
fil-każ tas-servizzi tal-assigurazzjoni, il-primjum li jrid jitħallas u forom oħra ta’ remunerazzjoni; | višina premije in druge oblike plačila za zavarovalne storitve; |
fil-każ tas-servizzi bankarji jew finanzjarji, it-tariffi, il-kummissjonijiet, l-imgħax u tipi oħra ta’ remunerazzjoni; | honorarji, provizije, obresti in druge vrste plačil za bančne ali finančne storitve; |
fil-każ tal-kuntrattita’ disinn, it-tariffi, il-kummissjonijiet li jridu jitħallsu u forom oħra ta’ remunerazzjoni. | honorarji, plačane provizije in druge oblike plačila za naročila načrtovanja. |
Fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizzi li ma jispeċifikawx prezz totali jew fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvista għat-twellija, kiri jew ħlas bin-nifs ta’ prodotti, il-valur li għandu jittieħed bħala l-bażi biex jiġi kkalkulat il-valur stmat ikun: | Pri naročilih storitev, pri katerih ni mogoče oceniti skupne cene, ali pri naročilih blaga na podlagi zakupa, najema ali nakupa na obroke, se kot osnova za izračun ocenjene vrednosti naročila upošteva: |
fil-każ tal-kuntratti b’terminu fiss: | pri pogodbah, sklenjenih za določen čas: |
fejn it-terminu tagħhom ikun ta’ 48 xahar jew anqas fil-każ tas-servizzi jew 12-il xahar jew anqas fil-każ tal-provvisti, il-valur totali tal-kuntratt għal kemm idumu; | če je v primeru storitev veljavnost pogodbe 48 mesecev ali manj ali v primeru blaga 12 mesecev ali manj, skupna vrednost naročila do konca veljavnosti pogodbe; |
fejn it-terminu tagħhom ikun ta’ aktar minn 12-il xahar fil-każ tal-provvisti, il-valur totali inkluż il-valur residwu stmat; | če je v primeru blaga veljavnost pogodbe več kot 12 mesecev, skupna vrednost, vključno z ocenjeno preostalo vrednostjo; |
fil-każ ta’ kuntratti għal perjodu indefinit jew, fil-każ tas-servizzi, għal perjodu ta’ aktar minn 48 xahar, il-valur ta’ kull xahar immultiplikat għal 48 darba. | pri pogodbah, sklenjenih za nedoločen čas, ali v primeru naročil storitev za dlje kot 48 mesecev, mesečna vrednost pomnožena z 48. |
Fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizzi jew provvisti li jingħataw b’mod regolari jew li jridu jiġġeddu fi żmien speċifikat, il-valur tal-kuntratt jiġi stabbilit fuq il-bażi ta’: | Pri rednih naročilih storitev ali blaga ali pri naročilih, ki se po določenem času podaljšajo, se vrednost naročila oceni: |
jew il-kost reali aggregat ta’ kuntratti simili għall-istess tipi ta’ servizzi jew prodotti mogħtija matul is-sena finanzjarja jew it-12-il xahar preċedenti, aġġustat, fejn possibbli, għall-bidliet previsti fil-kwantità jew il-valur matul it-12-il xahar wara l-kuntratt inizjali; | na podlagi dejanske celotne vrednosti podobnih naročil za iste vrste storitev ali izdelkov, oddanih v prejšnjem proračunskem letu ali v zadnjih 12 mesecih, ki jo je po možnosti treba prilagoditi glede na pričakovane spremembe količine ali vrednosti v 12 mesecih po izteku prvotne pogodbe; |
jew il-kost aggregat stmat ta’ kuntratti suċċessivi mogħtija matul it-12-il xahar wara l-ewwel servizz imwettaq jew l-ewwel konsenja jew matul it-terminu tal-kuntratt, meta dan ikun itwal minn 12-il xahar. | na podlagi ocenjene celotne vrednosti zaporednih naročil, oddanih v 12 mesecih po prvi opravljeni storitvi ali prvi dobavi ali za čas veljavnosti pogodbe, kadar pogodba velja dlje od 12 mesecev. |
Fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet, irid jitqies mhux biss il-valur tax-xogħlijiet iżda wkoll il-valur totali stmat tal-provvisti meħtieġa sabiex jitwettqu x-xogħlijiet u magħmula disponibbli għall-kuntrattur mill-awtorità kontraenti. | Pri naročilih gradenj se poleg same vrednosti gradnje upošteva tudi ocenjena skupna vrednost blaga, potrebnega za izvedbo gradnje, ki ga naročnik da na voljo izvajalcu. |
Limiti għall-applikazzjoni tal-proċeduri skont id-Direttiva 2004/18/KE | Mejne vrednosti za uporabo postopkov iz Direktive 2004/18/ES |
Il-limiti msemmija fl-Artikolu 118 tar-Regolament Finanzjarju jkunu dawk stipulati fid-Direttiva 2004/18/KE għall-kuntratti ta’ provvista, servizzi u xogħlijiet, rispettivament. | Mejne vrednosti iz člena 118 finančne uredbe so mejne vrednosti iz Direktive 2004/18/ES za naročila storitev, blaga in gradnje. |
Il-limiti ta’ żmien imsemmija fl-Artikolu 118 tar-Regolament Finanzjarju jkunu dawk speċifikati fl-Artikoli 152, 153 u 154. | Roki iz člena 118 finančne uredbe so roki, določeni v členih 152, 153 in 154. |
Perjodu ta’ waqfien totali qabel l-iffirmar tal-kuntratt | Obdobje mirovanja pred podpisom pogodbe |
L-awtorità kontraenti ma tiffirmax il-kuntratt jew il-kuntratt qafas, kopert mid-Direttiva 2004/18/KE, mal-offerent li jkun ġie aċċettat, qabel ma jkunu għaddew 14-il jum kalendarju. | Naročnik z uspešnim ponudnikom ne podpiše pogodbe ali okvirne pogodbe iz Direktiva 2004/18/ES dokler ne preteče 14 koledarskih dni. |
Dak il-perjodu jiġi kkalkulat minn waħda mid-dati li ġejjin: | To obdobje začne teči z enim od naslednjih datumov: |
mill-jum wara li jkunu ntbagħtu flimkien in-notifiki lill-offerenti magħżula u lill-offerenti li ma jkunux intgħażlu; | dan zatem, ko se hkrati pošljejo uradna obvestila uspešnim in neuspešnim ponudnikom; |
fejn il-kuntratt jew il-kuntratt qafas jingħata skont proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż tal-kuntratt, mill-jum ta’ wara li l-avviż tal-għoti tal-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 123 jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. | kadar se naročilo ali okvirna pogodba odda po postopku s pogajanji brez predhodne objave obvestila o javnem naročilu, dan po objavi obvestila o oddaji javnega naročila iz člena 123 v Uradnem listu Evropske unije. |
Meta jintużaw faks jew mezz elettroniku għall-bgħit imsemmi fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu, il-perjodu ta’ waqfien totali jkun ta’ 10 ijiem kalendarji. | Kadar se obvestilo iz točke (a) drugega pododstavka pošlje prek telefaksa ali elektronsko, je obdobje mirovanja 10 koledarskih dni. |
Jekk ikun meħtieġ, l-awtorità kontraenti tista’ tissospendi l-iffirmar tal-kuntratt għal aktar studju jekk dan ikun iġġustifikat mit-talbiet jew il-kummenti magħmula mill-offerenti jew il-kandidati li ma jkunux intgħażlu jew li jkollhom xi lment jew minn kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li tkun waslet. | Po potrebi lahko naročnik odloži podpis pogodbe zaradi dodatnega pregleda, če to opravičujejo zahtevki ali pripombe, ki so jih predložili neuspešni ali oškodovani ponudniki ali kandidati, ali kakršni koli drugi ustrezni prejeti podatki. |
It-talbiet, il-kummenti jew l-informazzjoni jridu jaslu matul il-perjodu stabbilit fl-ewwel subparagrafu. | Zahtevki, pripombe ali podatki morajo prispeti v obdobju iz prvega pododstavka. |
Fil-każ ta’ sospensjoni, il-kandidati jew l-offerenti kollha jridu jiġu infurmati fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol wara d-deċiżjoni ta’ sospensjoni. | V primeru odložitve se o tem obvesti vse kandidate ali ponudnike v treh delovnih dneh po sklepu o odložitvi. |
Ħlief fil-każijiet previsti fil-paragrafu 2, kwalunkwe kuntratt iffirmat qabel ma jiskadi l-perjodu stipulat fl-ewwel subparagrafu jkun null u bla effett. | Razen v primerih iz odstavka 2 je vsaka pogodba, ki se podpiše pred iztekom obdobja iz prvega pododstavka, nična in neveljavna. |
Fejn il-kuntratt jew il-kuntratt qafas ma jkunx jista’ jingħata lill-offerent previst magħżul, l-awtorità kontraenti tista’ tagħtih lit-tieni l-aħjar offerent. | Kadar se naročilo ali okvirno naročilo ne more podeliti predvidenemu uspešnemu ponudniku, ga lahko naročnik podeli naslednjemu najboljšemu ponudniku. |