Source | Target | lil korpi b’monopolju de jure jew de facto, issostanzjati b’mod xieraq fid-deċiżjoni tal-għoti; | organom, ki imajo pravno ali dejansko monopol, ki je primerno utemeljen v sklepu o dodelitvi nepovratnih sredstev; |
lil korpi identifikati minn att bażiku, fis-sens tal-Artikolu 54 tar-Regolament Finanzjarju, bħala benefiċjarji ta’ għotja jew għal korpi maħtura mill-Istati Membri, taħt ir-responsabbiltà tagħhom, meta dawk l-Istati Membri jiġu identifikati minn att bażiku bħala benefiċjarji ta’ għotja; | organom, ki so s temeljnim aktom v smislu člena 54 finančne uredbe določeni kot upravičenci do nepovratnih sredstev, ali organom, ki jih na svojo odgovornost imenujejo države članice, kadar so te države članice s temeljnim aktom določene kot upravičenke do nepovratnih sredstev; |
fil-każ ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku, lil korpi identifikati fil-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju, meta l-att bażiku jipprovdi b’mod espliċitu għal dik il-possibilità, u bil-kundizzjoni li l-proġett ma jkunx jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ sejħa għall-proposti; | na področju raziskav in tehnološkega razvoja organom, opredeljenim v programu dela iz člena 128 finančne uredbe, kadar temeljni akt izrecno določa to možnost in pod pogojem, da projekt ne spada na področje razpisaza zbiranje predlogov; |
għal azzjonijiet b’karatteristiċi speċifiċi li jeħtieġu tip partikolari ta’ korp minħabba l-kompetenza teknika tiegħu, il-grad għoli ta’ speċjalizzazzjoni tiegħu jew is-setgħa amministrattiva tiegħu, bil-kundizzjoni li l-azzjonijiet ikkonċernati ma jkunux jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ sejħa għall-proposti. | za ukrepe s posebnimi značilnostmi, ki zahtevajo poseben tip organa zaradi njegove tehnične sposobnosti, visoke stopnje specializacije ali upravnih pooblastil, pod pogojem, da zadevni ukrepi ne spadajo na področje razpisa za zbiranje predlogov. |
Il-każijiet imsemmija fil-punt (f) tal-ewwel subparagrafu jiġu ssostanzjati kif xieraq fid-deċiżjoni ta’ għoti. | Takšni primeri iz točke (f) prvega pododstavka se primerno utemeljijo v sklepu o dodelitvi. |
Sitwazzjonijiet ta’ kriżi f’pajjiżi terzi jinftiehmu bħala sitwazzjonijiet ta’ periklu immedjat jew imminenti b’riskju li jiżviluppa f’kunflitt bl-armi jew li jiddestabilizza l-pajjiż. | Krizne razmere v tretjih državah pomenijo razmere neposredne ali neizogibne nevarnosti, ki bi lahko prerasle v oborožen spopad ali destabilizirale državo. |
Sitwazzjonijiet ta’ kriżi jinftiehmu wkoll bħala sitwazzjonijiet ikkawżati minn diżastri naturali, kriżijiet maħluqa mill-bniedem bħal gwerer u kunflitti oħrajn jew ċirkustanzi straordinarji b’effetti paragunabbli relatati, fost l-oħrajn, mat-tibdil fil-klima, id-degradazzjoni tal-ambjent, iċ-ċaħda tal-aċċess għall-enerġija u r-riżorsi naturali jew faqar estrem. | Kot krizne razmere lahko štejejo tudi razmere, ki nastanejo zaradi naravnih nesreč, kriz, ki jih povzroči človek, kot so vojne in drugi konflikti, ali izredne okoliščine s primerljivimi posledicami, povezane med drugim s podnebnimi spremembami, propadanjem okolja, odvzemom dostopa do energije in naravnih surovin ali hudo revščino. |
Pubblikazzjoni ex post | Naknadna objava |
L-informazzjoni relatata ma’ għotjiet mogħtija matul sena finanzjarja tiġi ppubblikata skont l-Artikolu 21. | Informacije o nepovratnih sredstvih, dodeljenih med proračunskim letom, se objavijo v skladu s členom 21. |
Wara l-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, meta tintalab mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, il-Kummissjoni tgħaddilhom rapport dwar: | Komisija po objavi iz odstavka 1 Evropskemu parlamentu in Svetu na zahtevo pošlje poročilo o: |
in-numru ta’ applikanti fis-sena ta’ qabel; | številu vložnikov v prejšnjem letu; |
in-numru u l-perċentwal ta’ applikazzjonijiet b’suċċess għal kull sejħa għall-proposti; | številu in deležu uspešnih vlog na posamezen razpis za zbiranje predlogov; |
id-dewmien medju tal-proċedura mid-data tal-għeluq tas-sejħa għall-proposti sal-għoti ta’ għotja; | povprečnem trajanju postopka od datuma zaključka razpisa za zbiranje predlogov do dodelitve nepovratnih sredstev; |
in-numru u l-ammont ta’ għotjiet fejn l-obbligu ta’ pubblikazzjoni ex post ikun ġie rrinunzjat is-sena ta’ qabel skont l-Artikolu 21(4). | številu in znesku nepovratnih sredstev, kadar se je v preteklem letu odstopalo od obveznosti naknadne objave v skladu s členom 21(4). |
Informazzjoni għall-applikanti | Obveščanje vložnikov |
Il-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni u pariri lill-applikanti bil-mezzi li ġejjin: | Komisija vložnikom zagotovi informacije in navodila: |
tistabbilixxi standards konġunti għall-formoli tal-applikazzjoni għal għotjiet simili u tissorvelja d-daqs u l-leġġibbiltà tal-formoli tal-applikazzjoni; | z določitvijo skupnih standardov za obrazce za vloge za podobna nepovratna sredstva in z nadzorom velikosti in razumljivosti obrazcev za vloge; |
tipprovdi informazzjoni lill-applikanti potenzjali, speċjalment permezz ta’ seminars u l-forniment ta’ manwali; | z zagotavljanjem informacij potencialnim vložnikom, zlasti prek seminarjev in z zagotavljanjem priročnikov; |
iżżomm dejta permanenti għall-benefiċjarji fil-Fajl tal-Entità Legali msemmija fl-Artikolu 63. | z rednim posodabljanjem podatkov o upravičencih v dokumentih pravnega subjekta iz člena 63. |
Finanzjament minn intestaturi separati tal-baġit | Financiranje iz ločenih proračunskih postavk |
Azzjoni tista’ tiġi ffinanzjata b’mod konġunt minn intestaturi separati tal-baġit minn uffiċjali awtorizzanti responsabbli differenti. | Ukrep se lahko skupno financira iz različnih proračunskih postavk več odgovornih odredbodajalcev. |
Effett retroattiv tal-finanzjament f’każijiet ta’ urġenza estrema u prevenzjoni ta’ kunflitti | Retroaktivni učinek financiranja v primerih skrajne nuje in pri preprečevanju konfliktov |
Fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 130(1) tar-Regolament Finanzjarju, in-nefqa mġarrba minn benefiċjarju qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni tkun eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni bil-kundizzjonijiet li ġejjin: | Na področju uporabe člena 130(1) finančne uredbe so odhodki, ki jih je imel upravičenec pred datumom vložitve vloge, upravičeni do financiranja Unije pod naslednjima pogojema: |
ir-raġunijiet għal tali deroga jkunu ġew issostanzjati kif suppost fid-deċiżjoni ta’ finanzjament; | razlogi za tako odstopanje so primerno utemeljeni v sklepu o financiranju; |
id-deċiżjoni ta’ finanzjament u l-ftehim jew id-deċiżjoni ta’għoti jistabbilixxu b’mod espliċitu d-data ta’ eliġibbiltà iktar kmieni mid-data għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet. | v sklepu o financiranju in sporazumu ali sklepu o dodelitvi nepovratnih sredstev je datum za upravičenost odhodkov izrecno določen pred datumom za vložitev vlog. |
Sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal għotjiet | Predložitev vlog za nepovratna sredstva |
L-arranġamenti għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal għotjiet jiġu deċiżi mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, li jista’ jagħżel il-metodu ta’ sottomissjoni. | Ureditve za vložitev vlog za nepovratna sredstva določi odgovorni odredbodajalec, ki lahko izbere način vložitve. |
L-applikazzjonijiet għal għotjiet jistgħu jiġu sottomessi b’ittra jew b’mezzi elettroniċi. | Vloge za nepovratna sredstva se lahko vložijo s pismom ali v elektronski obliki. |
Il-mezzi ta’ komunikazzjoni magħżulin ma jkunux diskriminatorji fin-natura tagħhom u ma għandux ikollhom l-effett ta’ limitazzjoni tal-aċċess tal-applikanti fil-proċedura tal-għoti. | Izbrani načini sporočanja so nediskriminatorni in vložnikom ne omejujejo dostopa do postopka za dodelitev. |
trid tiġi ppreservata l-integrità tad-dejta; | ohrani se celovitost podatkov; |
trid tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tal-proposti; | ohrani se zaupnost predlogov; |
tiġi żgurata l-protezzjoni tad-dejta personali skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. | zagotovi se varstvo osebnih podatkov v skladu z zahtevami Uredbe (ES) št. 45/2001. |
Għall-finijiet tal-punt (c) tat-tielet subparagrafu, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jeżamina l-kontenut tal-applikazzjonijiet iżda biss wara li jkun skada l-limitu taż-żmien stabbilit għas-sottomissjoni tagħhom. | Za namene točke (c) tretjega pododstavka, odgovorni odredbodajalec preuči vsebino vlog šele po izteku roka, ki je bil določen za njihovo predložitev. |
L-uffiċjal awtorizzanti responasbbli jista’ jitlob li s-sottomissjoni elettronika tkun akkumpanjata minn firma elettronika avvanzata fis-sens tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [19]. | Odgovorni odredbodajalec lahko zahteva, da se elektronsko vloženim vlogam doda napredni elektronski podpis v smislu Direktive Evropskega parlamenta in Sveta 1999/93/ES [19]. |
Meta l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jawtorizza s-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet b’mezzi elettroniċi, l-għodod użati u l-karatteristiċi tekniċi tagħhom ma jkunux diskriminatorji fin-natura tagħhom, iridu jkunu ġeneralment disponibbli u interoperabbli mal-prodotti tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni li jintużaw b’mod ġenerali. | Kadar odgovorni odredbodajalec dovoli elektronsko vložitev vlog, morajo biti pri tem uporabljena orodja ter njihove tehnične značilnosti nediskriminatorne narave, splošno in javno dostopna ter združljiva z izdelki informacijske in komunikacijske tehnologije v splošni rabi. |
L-informazzjoni relatata mal-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, inkluża l-kodifikazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-applikanti. | Informacije o specifikacijah za vložitev vlog, vključno s šifriranjem, so na voljo vložnikom. |
Barra minn hekk, l-apparat għar-riċeviment elettroniku tal-applikazzjonijiet jiggarantixxi s-sigurtà u l-kunfidenzjalità. | Poleg tega morajo naprave za elektronsko sprejemanje vlog jamčiti varnost in zaupnost. |
Jiggarantixxi wkoll li jkunu jistgħu jiġu determinati bi preċiżjoni l-ħin u data eżatti ta’ meta jaslu l-applikazzjonijiet. | Prav tako pa morajo zagotoviti, da je mogoče točno določiti uro in datum prejema vloge. |
Meta s-sottomissjoni ssir b’ittra, l-applikanti jistgħu jagħżlu li jippeżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom b’wieħed minn dawn il-modi li ġejjin: | V primeru vložitve s pismom lahko vložniki vloge vložijo na enega od naslednjih načinov: |
bil-posta jew bis-servizz ta’ kurrier, f’liema każ is-sejħa għall-proposti tispeċifika li l-evidenza tkun rappreżentata mid-data tad-dispaċċ, it-timbru tal-posta jew id-data tal-irċevuta tad-depożitu; | po pošti ali kurirski službi, v tem primeru razpis za zbiranje predlogov določa, da kot veljavni datum velja datum pošiljke, poštni žig ali datum na potrdilu o oddaji pošiljke; |
b’mod personali fil-bini tal-istituzzjoni mill-applikant innifsu jew minn aġent, f’liema każ is-sejħa għall-proposti trid tispeċifika d-dipartiment li fih iridu jitwasslu l-applikazzjonijiet fejn tingħata rċevuta ffirmata u datata. | osebno v prostorih institucije, kjer vlogo odda vložnik ali njegov zastopnik, pri čemer se v razpisu za zbiranje predlogov določi služba, ki se ji oddajo vloge in ki izda z datumom opremljeno in podpisano potrdilo o prejemu. |
Proċedura tal-għoti | Postopek oddaje javnega naročila |
Kontenut tal-applikazzjonijiet għal għotjiet | Vsebina vlog za nepovratna sredstva |
L-applikazzjonijiet isiru fuq il-formola stabbilita skont l-istandards konġunti stabbiliti skont l-Artikolu 192(a) u magħmula disponibbli mill-uffiċjali awtorizzanti responsabbli, u skont il-kriterji stabbiliti fl-att bażiku u s-sejħa għall-proposti. | Vloge se vložijo na obrazcu, določenem v skladu s skupnimi standardi iz člena 192(a), ki ga dajo na voljo odgovorni odredbodajalci in v skladu z merili iz temeljnega akta in razpisa za zbiranje predlogov. |
Id-dokumenti ta’ sostenn imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 131(3) tar-Regolament Finanzjarju jistgħu jikkonsistu b’mod partikolari fir-rapport tal-introjtu u l-karta tal-bilanċi għall-aħħar sena finanzjarja li ngħalqu l-kontijiet għaliha. | Dokazila iz drugega pododstavka člena 131(3) finančne uredbe lahko vsebujejo zlasti izkaz uspeha in bilanco stanja za zadnje proračunsko leto, za katero je bil pripravljen zaključni račun. |
Il-baġit stmat għall-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma mehmuż mal-applikazzjoni jrid ikollu d-dħul u n-nefqa fil-bilanċ, soġġett għad-dispożizjonijiet għall-kontinġenzi jew il-varjazzjonijiet possibbli fir-rati tal-kambju li jistgħu jiġu awtorizzati f’każijiet iġġustifikati, u jindika l-ispejjeż eliġibbli stmati tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma. | Ocena proračuna za ukrep ali program dela, ki se priloži vlogi, ima ob upoštevanju rezervacij za nepredvidene dogodke ali morebitnih nihanj deviznih tečajev, ki so lahko odobreni v ustrezno utemeljenih primerih, uravnotežene prihodke in odhodke, hkrati pa podaja oceno upravičenih stroškov ukrepa ali programa dela. |
Meta l-applikazzjoni tkun tikkonċerna għotjiet għal azzjoni li l-ammont għaliha jaqbeż is-EUR 750000 jew għotjiet operattivi li jaqbżu l-EUR 100000, irid jiġippreżentat rapport tal-awditjar prodott minn awditur estern approvat. | Kadar vloga zadeva nepovratna sredstva za ukrep, za katerega znesek presega 750000 EUR, ali nepovratna sredstva za poslovanje, ki presegajo 100000 EUR, se predloži revizijsko poročilo, ki ga pripravi pooblaščeni zunanji revizor. |
Dak ir-rapport jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja disponibbli. | V poročilu so potrjeni računi za zadnje proračunsko leto, za katero so podatki na voljo. |
L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu japplika biss għall-ewwel applikazzjoni li ssir minn benefiċjarju lil uffiċjal awtorizzanti responsabbli fi kwalunkwe sena finanzjarja partikolari. | Določbe prvega pododstavka tega odstavka se uporabljajo samo za prvo vlogo, ki jo upravičenec vloži pri odgovornem odredbodajalcu v katerem koli proračunskem letu. |
Fil-każ ta’ ftehimiet bejn il-Kummissjoni u numru ta’ benefiċjarji, il-limiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu japplikaw għal kull benefiċjarju. | V primeru sporazumov med Komisijo in več upravičenci ti mejni zneski, določeni v prvem pododstavku, veljajo za vsakega upravičenca. |
Fil-każ tas-sħubiji msemmija fl-Artikolu 178, qabel ma jkun jista’ jiġi ffirmat il-ftehim qafas ta’ sħubija jew in-notifika tad-deċiżjoni qafas ta’ sħubija, irid isir ir-rapport tal-awditjar imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu li jkopri l-aħħar sentejn finanzjarji disponibbli. | V primeru partnerstva iz člena 178 mora biti pred podpisom okvirnega sporazuma o partnerstvu ali objavo sklepa o okvirnem partnerstvu pripravljeno poročilo o reviziji iz prvega pododstavka tega odstavka, ki zajema zadnji dve proračunski leti, za kateri so podatki na voljo. |
L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’, skont il-valutazzjoni tar-riskju, jirrinunzja għall-obbligu ta’ rapport ta’ awditjar imsemmi fl-ewwel subparagrafu għall-istabbilimenti ta’ edukazzjoni u taħriġ u, fil-każ ta’ ftehimiet ma’ numru ta’ benefiċjarji, il-benefiċjarji li jkunu aċċettaw bosta obbligazzjonijiet konġunti jew li ma jġarrbu l-ebda responsabbiltà finanzjarja. | Odgovorni odredbodajalec lahko glede na oceno tveganja odstopi od obveznosti do poročila o reviziji iz prvega pododstavka za izobraževalne ustanove in v primeru sporazumov z različnimi upravičenci za upravičence, ki so sprejeli solidarno odgovornost, ali ki ne prevzemajo nobene finančne odgovornosti. |
L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma japplikax għall-korpi pubbliċi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 43. | Prvi pododstavek tega odstavka se ne uporablja za javne organe in mednarodne organizacije iz člena 43. |
L-applikant jindika s-sorsi u l-ammonti ta’ finanzjament tal-Unjoni riċevut jew applikat għall-istess azzjoni jew parti mill-azzjoni jew għat-tħaddim tiegħu matul l-stess sena finanzjarja kif ukoll kwalunkwe finanzjament ieħor riċevut jew applikat għall-istess azzjoni. | Vložnik navede vire in zneske financiranja Unije, ki jih je prejel ali za katera je zaprosil, za isti ukrep, del ukrepa ali za njegovo izvajanje v istem proračunskem letu, kot tudi vsa druga sredstva za isti ukrep, ki jih je prejel ali za katera je zaprosil. |
Evidenza ta’ ebda esklużjoni | Dokazila za odsotnost situacije, ki bi povzročala izključitev |
L-applikanti jiddikjaraw fuq l-unur tagħhom li mhumiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet elenkati fl-Artikoli 106(1) u 107 tar-Regolament Finanzjarju, ħlief fil-każijiet stipulati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 131(4) tar-Regolament Finanzjarju. | Vložniki dajo častno izjavo, da niso v kateri od situacij iz členov 106(1) in 107 finančne uredbe, razen kot je navedeno v točkah (a) in (b) člena 131(4) finančne uredbe. |
L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’, skont valutazzjoni tar-riskju, jitlob lill-applikanti magħżula sabiex jipprovdu l-evidenza msemmija fl-Artikolu 143. | Odgovorni odredbodajalec lahko glede na oceno tveganja zahteva, da uspešni vložniki predložijo dokazila iz člena 143. |
Meta jintalbu jagħmlu dan mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, l-applikanti magħżula jipprovdu dik l-evidenza, sakemm ma jkunx hemm impossibilità materjali rikonoxxuta mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jew dik l-evidenza tkun diġà ġiet ippreżentata għall-finijiet ta’ għotja jew proċedura ta’ akkwist oħra, bil-kundizzjoni li d-dokumenti ma jkunux eqdem minn sena mid-data tal-ħruġ tagħhom u jekk ikunu għadhom validi. | Če odgovorni odredbodajalec to zahteva, uspešni vložniki takšna dokazila predložijo, razen če dokažejo, da to ni mogoče in odgovorni odredbodajalec to prizna, ali če so bila taka dokazila že predložena v drugem postopku za nepovratna sredstva ali postopku za oddajo javnega naročila, če zadevni dokumenti niso starejši od enega leta od datuma izdaje in so še veljavni. |
Applikanti mingħajr personalità ġuridika | Vložniki, ki niso pravne osebe |
Meta tiġi sottomessa applikazzjoni għal għotja minn applikant li ma jkollux personalità ġuridika, skont l-Artikolu 131(2) tar-Regolament Finanzjarju, ir-rappreżentanti ta’ dak l-applikant juru li għandhom il-kapaċità li jwettqu l-obbligi legali f’isem l-applikant u li l-applikant għandu kapaċità finanzjarja u operattiva ekwivalenti għal dik ta’ persuni ġuridiċi. | Kadar vložnik, ki ni pravna oseba, vloži vlogo za nepovratna sredstva v skladu s členom 131(2) finančne uredbe, zastopniki tega vložnika dokažejo, da so pooblaščeni za prevzem pravnih obveznosti v imenu vložnika ter da ima ta finančno in poslovno sposobnost, enako tistim pravnih oseb. |