Source | Target | Meta l-konsum tal-prefinanzjament ta’ qabel ikun inqas minn 70 %, l-ammont tal-prefinanzjament il-ġdid jitnaqqas bl-ammonti mhux użati tal-prefinanzjament ta’ qabel. | Kadar je poraba prejšnjega predhodnega financiranja manjša od 70 %, se znesek nadaljnjega plačila v okviru predhodnega financiranja zmanjša za neporabljeni znesek prejšnjega predhodnega financiranja. |
Id-dikjarazzjoni tan-nefqa tal-benefiċjarju tiġi prodotta biex issostni kwalunkwe talba għal ħlas ġdid. | Vsakemu zahtevku za novo plačilo mora upravičenec priložiti poročilo o odhodkih. |
Bla ħsara għall-Artikolu 110, il-benefiċjarju jiċċertifika fuq l-unur tiegħu li l-informazzjoni li hemm fit-talbiet ta’ ħlas hija sħiħa, kredibbli u vera. | Upravičenec brez poseganja v člen 110 da častno izjavo, s katero potrdi, da so informacije v njegovih zahtevkih za plačilo popolne, zanesljive in resnične. |
Jiċċertifika wkoll li l-ispejjeż imġarrba jistgħu jitqiesu eliġibbli skont il-ftehim jew id-deċiżjoni ta’ għoti u li t-talbiet ta’ ħlas ikunu ssostanzjati minn dokumenti ta’ sostenn adegwati li jistgħu jiġu vverifikati. | Potrdi tudi, da se lahko stroški, ki jih je imel, štejejo za upravičene v skladu z določbami sporazuma ali sklepa o dodelitvi nepovratnih sredstev ter da so zahtevki za plačilo potrjeni z ustreznimi dokazili, ki se lahko preverijo. |
Ċertifikat fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma u l-kontijiet sottostanti, prodott minn awditur estern approvat jew fil-każ tal-korpi pubbliċi, minn uffiċjal pubbliku kompetenti u indipendenti, jista’ jintalab mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli bħala prova għal kwalunkwe ħlas, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju. | Odgovorni odredbodajalec lahko na podlagi ocene tveganja za katero koli plačilo zahteva potrdilo o računovodskih izkazih ukrepa ali programa dela in z njimi povezanih računih, ki ga izda odobreni zunanji revizor ali, v primeru javnih organov, strokovno usposobljeni in neodvisni javni uslužbenec. |
Iċ-ċertifikat ikun mehmuż mat-talba ta’ ħlas. | Potrdilo se priloži zahtevku za plačilo. |
Iċ-ċertifikat jiċċertifika, skont metodoloġija approvata mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli u fuq il-bażi ta’ proċeduri maqbula u li jkunu konformi ma’ standards internazzjonali, li l-ispejjeż iddikjarati mill-benefiċjarju fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji li fuqhom tkun ibbażata t-talba ta’ ħlas huma veri, irreġistrati b’mod preċiż u eliġibbli skont il-ftehim jew id-deċiżjoni ta’ għoti. | Potrdilo v skladu z metodologijo, ki jo odobri odgovorni odredbodajalec in na podlagi dogovorjenih postopkov, skladnih z mednarodnimi standardi, potrjuje, da so stroški, ki jih prijavi upravičenec v računovodskih izkazih, na katerih temelji izjava o stroških, dejansko nastali, so točni in upravičeni v skladu s sporazumom ali sklepom o dodelitvi nepovratnih sredstev. |
F’każijiet speċifiċi u debitament iġġustifikati, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jitlob iċ-ċertifikat fil-forma ta’ opinjoni jew format ieħor skont l-istandards internazzjonali. | V posameznih in primerno utemeljenih primerih lahko odgovorni odredbodajalec zahteva potrdilo v obliki mnenja ali v drugi obliki, skladni z mednarodnimi standardi. |
Iċ-ċertifikat dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet sottostanti jkun obbligatorju għall-ħlasijiet interim u għall-ħlasijiet tal-bilanċi fil-każijiet li ġejjin: | Potrdilo o računovodskih izkazih in z njimi povezanimi računi je za vmesna plačila in plačila razlike obvezno v naslednjih primerih: |
għotjiet għal azzjoni li l-ammont mogħti għaliha fil-forma msemmija fl-Artikolu 123(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju jkun ta’ EUR 750000 jew iktar, meta l-ammonti kumulattivi tat-talbiet ta’ ħlas f’dik il-forma jkunu tal-inqas EUR 325000; | pri nepovratnih sredstvih za ukrepe, katerih znesek, dodeljen v obliki iz člena 123(1)(a) finančne uredbe, znaša najmanj 750000 EUR in kadar kumulativni zneski zahtevka za plačilo v tej obliki znašajo najmanj 325000 EUR; |
għotjiet operattivi li l-ammont mogħti għalihom fil-forma msemmija fl-Artikolu 123(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju jkun ta’ EUR 100000 jew iktar. | pri nepovratnih sredstvih za poslovanje, pri katerih znesek, dodeljen v obliki iz člena 123(1)(a) finančne uredbe znaša najmanj 100000 EUR. |
Skont valutazzjoni tar-riskju, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jirrinunzja wkoll għall-obbligu li jiġi pprovdut dan iċ-ċertifikat fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet sottostanti fil-każ ta’: | Odgovorni odredbodajalec lahko glede na svojo oceno tveganja tudi odstopi od obveznosti predložitve takšnega potrdila o računovodskih izkazih in z njimi povezanimi računi, v primeru: |
korpi pubbliċi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 43; | javnih organov in mednarodnih organizacij iz člena 43; |
il-benefiċjarji ta’ għotjiet b’rabta ma’ għajnuna umanitarja, operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili f’emerġenzi u l-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi, ħlief fir-rigward tal-ħlasijiet ta’ bilanċi; | upravičencev do nepovratnih sredstev v zvezi s humanitarno pomočjo, nujnimi ukrepi v okviru civilne zaščite in obvladovanjem kriznih razmer, razen v zvezi s plačili razlike; |
għall-ħlasijiet ta’ bilanċi, il-benefiċjarji ta’ għotjiet b’rabta ma’ għajnuna umanitarja li jkunu ffirmaw ftehim qafas ta’ sħubija jew ġew innotifikati deċiżjoni qafas ta’ sħubija, kif imsemmi fl-Artikolu 178, u li jkollhom fis-seħħ sistema ta’ kontroll li toffri garanziji ekwivalenti għal dawn il-ħlasijiet; | za plačilo razlike – upravičencev do nepovratnih sredstev v okviru humanitarne pomoči, ki so podpisali okvirni sporazum o partnerstvu ali so bili obveščeni o sklepu o okvirnem partnerstvu iz člena 178, če je vzpostavljen kontrolni sistem, ki omogoča enakovredna jamstva za ta plačila; |
il-benefiċjarji ta’ bosta għotjiet li jkunu pprovdew ċertifikazzjoni indipendenti u li joffru garanziji ekwivalenti fuq is-sistemi ta’ kontroll u l-metodoloġija użata biex jitħejjew it-talbiet tagħhom. | upravičencev do večkratnih nepovratnih sredstev, ki so zagotovili neodvisno certificiranje, ki daje enakovredna jamstva za kontrolne sisteme in metodologijo, uporabljene pri pripravi njihovih zahtevkov za plačilo. |
L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jirrinunzja wkoll għall-obbligu li jiġi pprovdut ċertifikat fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet sottostanti meta jkun sar jew ikun se jsir awditjar direttament mill-persunal tal-Kummissjoni stess jew minn korp awtorizzat biex jagħmel dan f’isimha, li jipprovdi garanziji biżżejjed dwar l-ispejjeż iddikjarati. | Odgovorni odredbodajalec lahko prav tako odstopi od obveznosti predložitve potrdila o računovodskih izkazih in z njimi povezanih računov, če so ali bodo revizijo opravili neposredno zaposleni Komisije ali v njenem imenu pooblaščen organ, ki daje enaka zagotovila o prijavljenih stroških. |
Fil-każ ta’ ftehim bejn il-Kummissjoni u numru ta’ benefiċjarji, il-limiti msemmija fil-punti (a) u (b) tat-tielet subparagrafu japplikaw għal kull benefiċjarju. | V primeru sporazuma med Komisijo in več upravičenci mejni zneski iz točk (a) in (b) tretjega pododstavka veljajo za vsakega od upravičencev. |
Rapport ta’ verifika operattiva, magħmul minn parti terza indipendenti approvata mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, jista’ jintalab mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli bħala appoġġ għal kwalunkwe ħlas, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskji. | Odgovorni odredbodajalec lahko na podlagi ocene tveganja za katero koli plačilo zahteva poročilo o operativnem preverjanju rezultatov, ki ga pripravi neodvisna tretja oseba, ki jo za to pooblasti odgovorni odredbodajalec. |
Meta jintalab mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, ir-rapport ta’ verifika jiġi mehmuż mat-talba ta’ ħlas u l-ispejjeż korrispondenti jkunu eliġibbli bl-istess kundizzjonijiet bħall-ispejjeż relatati maċ-ċertifikati maċ-ċertifikati tal-awditjar kif stabbiliti fl-Artikolu 126 tar-Regolament Finanzjarju. | Če odgovorni odredbodajalec to zahteva, se zahtevku za plačilo priloži poročilo o preverjanju, zadevni stroški pa so upravičeni pod enakimi pogoji kot stroški, povezani s potrdili o reviziji, kot je določeno v členu 126 finančne uredbe. |
Ir-rapport ta’ verifika jiddikjara li l-verifika operattiva tkun saret b’metodoloġija approvata mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli u jekk fil-verità, l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma jkunux ġew implimentati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim jew fid-deċiżjoni ta’ għoti. | V poročilu o preverjanju mora biti navedeno, da je bilo preverjanje rezultatov opravljeno v skladu z metodologijo, ki jo odobri odgovorni odredbodajalec in ali je bil ukrep ali program dela dejansko izveden v skladu s pogoji iz sporazuma ali sklepa o dodelitvi nepovratnih sredstev. |
Sospensjoni u tnaqqis ta’ għotjiet | Začasna ustavitev in zmanjšanje nepovratnih sredstev |
L-implimentazzjoni tal-ftehim jew id-deċiżjoni ta’ għoti, il-parteċipazzjoni ta’ benefiċjarju fl-implimentazzjoni tagħhom jew il-ħlasijiet jistgħu jiġu sospiżi sabiex jiġi vverifikat jekk l-allegazzjonijiet ta’ żbalji sostanzjali jew irregolaritajiet jew frodi jew ksur tal-obbligi seħħewx fil-verità. | Izvajanje sporazuma ali sklepa o dodelitvi nepovratnih sredstev ali sodelovanje upravičenca pri njunem izvajanju ali plačilih se lahko začasno ustavi zaradi preverjanja, ali so bile domnevne resne napake ali nepravilnosti ali goljufije ali kršitve obveznosti dejansko storjene. |
Jekk ma jiġux ikkonfermati, l-implimentazzjoni tkompli kemm jista’ jkun malajr. | Če sum ni potrjen, se izvajanje čim prej nadaljuje. |
Meta l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma maqbula ma jitwettqux jew ma jitwettqux kif suppost, b’mod sħiħ u fil-ħin, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, wara li jagħti l-opportunità lill-benefiċjarju li jippreżenta l-kummenti tiegħu, irid inaqqas jew jirkupra l-għotja b’mod proporzjonat, skont l-istadju tal-proċedura. | Če dogovorjeni ukrep ali program dela sploh ni bil izveden ali ni bil pravilno izveden, odgovorni odredbodajalec, če ima upravičencu možnost, da poda svoje ugotovitve, odvisno od faze v postopku sorazmerno zmanjša ali izterja nepovratna sredstva. |
Implimentazzjoni | Izvajanje |
Kuntratti ta’ implimentazzjoni | Pogodbe o izvajanju |
Bla ħsara għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE, fejn l-implimentazzjoni tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma tkun teħtieġ l-għoti ta’ kuntratt ta’ akkwist, il-benefiċjarju jagħti l-kuntratt lill-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża jew, skont kif ikun xieraq, lill-offerta li toffri l-inqas prezz, filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interessi. | Če je za izvajanje ukrepa ali programa dela potrebna oddaja javnega naročila, upravičenec brez poseganja v Direktivo 2004/18/ES odda naročilo ponudniku, ki predloži najugodnejšo ponudbo ali, kadar je primerno, ponudniku, ki ponuja najnižjo ceno, pri čemer se izogne vsakemu navzkrižju interesov. |
Fejn l-implimentazzjoni tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma tkun teħtieġ l-għoti ta’ kuntratt ta’ akkwist b’valur ta’ iktar minn EUR 60000, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jesiġi li l-benefiċjarju jikkonforma ma’ regoli speċjali minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1. | Kadar izvajanje ukrepov ali programa dela zahteva oddajo javnega naročila v vrednosti več kot 60000 EUR, lahko odgovorni odredbodajalec od upravičenca zahteva, da spoštuje posebna pravila poleg tistih iz odstavka 1. |
Dawk ir-regoli speċjali jkunu bbażati fuq ir-regoli kontenuti fir-Regolament Finanzjarju u stabbiliti wara li jitqies il-valur tal-kuntratti kkonċernati, id-daqs relattiv tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-ispiża totali tal-azzjoni u r-riskju. | Ta posebna pravila temeljijo na pravilih iz finančne uredbe in so določena ob upoštevanju vrednosti zadevnih naročil, sorazmerne velikosti prispevka Unije glede na celoten strošek ukrepa in tveganja. |
Dawn ir-regoli speċjali jiġu inklużi fid-deċiżjoni jew ftehim ta’ għoti. | Takšna posebna pravila se vključijo v sklep ali sporazum o dodelitvi nepovratnih sredstev. |
Appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi | Finančna podpora tretjim osebam |
Sakemm l-għanijiet jew ir-riżultati li jridu jinkisbu jkunu dettaljati biżżejjed fil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 137(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-marġni ta’ diskrezzjoni jista’ jitqies bħala eżawrit biss jekk id-deċiżjoni jew il-ftehim ta’ għoti jispeċifikaw ukoll dan li ġej: | Če so cilji ali rezultati, ki naj bi se dosegli, dovolj podrobno opredeljeni v pogojih iz člena 137(1) finančne uredbe, se šteje, da je možnost prostega preudarka izčrpana le, če sklep ali sporazum o dodelitvi nepovratnih sredstev določa tudi naslednje: |
l-ammont massimu ta’ appoġġ finanzjarju li jista’ jitħallas lil parti terza li ma jaqbiżx is-EUR 60000, ħlief meta l-appoġġ finanzjarju jkun l-għan primarju tal-azzjoni, u l-kriterji sabiex jiġi stabbilit l-ammont eżatt; | najvišji znesek finančne podpore, ki je lahko izplačana tretji osebi in ki ne presega 60000 EUR, razen če je finančna podpora glavni cilj ukrepa in merila za določanje točnega zneska; |
it-tipi differenti ta’ attivitajiet li jistgħu jirċievu tali appoġġ finanzjarju, fuq il-bażi ta’ lista fissa; | različne vrste dejavnosti, ki lahko prejemajo takšno finančno podporo, na podlagi določenega seznama; |
id-definizzjoni tal-persuni jew il-kategoriji ta’ persuni li jistgħu jirċievu tali appoġġ finanzjarju u l-kriterji biex dan jingħata. | opredelitev oseb ali kategorij oseb, ki lahko prejemajo takšno finančno podporo, in merila za njeno dodelitev. |
TITOLU VII | NASLOV VII |
PREMJIJIET | NAGRADE |
Programm ta’ ħidma annwali jew pluriennali għall-premjijiet għandu jitħejja minn kull uffiċjal awtorizzanti responsabbli. | Vsak odgovorni odredbodajalec pripravi letni ali večletni program dela za nagrade. |
Il-programm ta’ ħidma jiġi adottat mill-istituzzjoni u jiġi ppubblikat fuq is-sit tal-Internet tal-istituzzjoni kkonċernata malajr kemm jista’ jkun, u mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ implimentazzjoni. | Zadevna institucija sprejme program dela in ga čim prej, najpozneje do 31. marca v letu izvajanja, objavi na internetni strani institucije. |
Il-programm ta’ ħidma jispeċifika l-perjodu li jkopri, l-att bażiku, jekk ikun hemm, l-għanijiet segwiti, ir-riżultati mistennija, l-iskeda taż-żmien indikattiva tal-kompetizzjonijiet bl-ammont indikattiv tal-premjijiet. | Program dela navaja obdobje, v katerem se bo izvajal, temeljni akt, če obstaja, zastavljene cilje, pričakovane rezultate, okvirne časovne razporede natečajev z okvirnim zneskom nagrad. |
Barra minn hekk, il-programm ta’ ħidma jkun fih l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 94 sabiex id-deċiżjoni li tadottah titqies bħala d-deċiżjoni ta’ finanzjament għall-premjijiet tas-sena kkonċernata. | Poleg tega program dela vsebuje informacije iz člena 94 za sklep, s katerim bo sprejet in bo veljal kot sklep o financiranju nagrad za zadevno leto. |
Regoli tal-kompetizzjonijiet | Pravila natečaja |
Ir-regoli tal-kompetizzjonijiet jistabbilixxu dan li ġej: | Pravila natečaja določajo naslednje: |
il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, li jridu mill-anqas: | pogoje za udeležence, ki določajo vsaj: |
jispeċifikaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà; | merila za upravičenost; |
jispeċifikaw l-arranġamenti u d-data finali għar-reġistrazzjoni tal-parteċipanti, jekk meħtieġ, u għas-sottomissjoni tal-entrati, bil-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2; | ureditve in rok za prijavo udeležencev, če je to potrebno, in za predložitev natečajnih del v skladu s pogoji iz odstavka 2; |
jipprovdu għall-esklużjoni ta’ parteċipanti li jkunu f’waħda mis-sitwazzjoniijet imsemmija fl-Artikolu 106(1) u l-Artikoli 107, 108 u 109 tar-Regolament Finanzjarju; | izključitev udeležencev, ki so v katerem izmed položajev iz člena 106(1) ter členov 107, 108 in 109 finančne uredbe; |
jipprovdu għall-unika responsabbiltà tal-parteċipanti fil-każ ta’ talba relatata mal-attivitajiet imwettqa fil-qafas tal-kompetizzjoni; | izključno odgovornost udeležencev v primeru zahtevka, povezanega z dejavnostmi, ki so se izvedle v okviru natečaja; |
jipprovdu għall-aċċettazzjoni mir-rebbieħa tal-verifiki u tal-awditjar mill-Kummissjoni, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri u tal-obbligi ta’ reklamar kif speċifikati fir-regoli tal-kompetizzjoni; | da zmagovalci soglašajo s pregledi in revizijami s strani Komisije, urada OLAF in Računskega sodišča ter sprejmejo obveznosti glede oglaševanja, kot je navedeno v pravilih natečaja; |
jiddikjaraw li l-liġi tal-Unjoni hija l-liġi li tapplika għall-kompetizzjoni, ikkumplimentata, fejn ikun hemm bżonn, mil-liġi nazzjonali kif speċifikat fir-regoli tal-kompetizzjoni; | pravo Unije kot pravo, ki se uporablja pri natečaju in ki ga po potrebi dopolnjuje nacionalno pravo, kot je določeno v pravilih natečaja; |
jispeċifikaw il-qorti jew it-tribunal tal-arbitraġġ kompetenti għas-smigħ ta’ tilwim; | pristojno sodišče ali razsodišče za reševanje sporov; |
jiddikjaraw li jistgħu jiġu imposti pieni finanzjarji jew amministrattivi, jew it-tnejn, fuq parteċipanti li jkunu għamlu dikjarazzjonijiet foloz, jew li wettqu irregolaritajiet jew frodi, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 145 u b’mod proporzjonat għall-valur tal-premjijiet inkwistjoni; | da se lahko denarne ali upravne kazni oziroma obe vrsti kazni izrečejo udeležencem, ki so dali lažne izjave, naredili resne napake ali zagrešili nepravilnosti ali goljufije, v skladu s pogoji iz člena 145, sorazmerno z vrednostjo zadevnih nagrad; |
il-kriterji tal-għoti, li jkunu tali li jagħmluha possibbli li tiġi valutata l-kwalità tal-entrati fir-rigward tal-għanijiet segwiti u r-riżultati mistennija u sabiex jiġi stabbilit b’mod oġġettiv jekk l-entrati jikkwalifikawx bħala r-rebbieħa; | merila za podelitev, ki so takšna, da omogočajo oceno kakovosti predloženih natečajnih del glede na cilje in pričakovane rezultate ter objektivno določanje ali natečajna dela izpolnjujejo pogoje za zmago; |
l-ammont tal-premju jewpremjijiet; | zneske nagrade ali nagrad; |
l-arranġamenti għall-ħlas tal-premjijiet lir-rebbieħa wara l-għoti tagħhom. | ureditve za izplačilo nagrad zmagovalcem po njihovi dodelitvi. |
Għall-finijiet tal-punt (a)(i) tal-ewwel subparagrafu, il-benefiċjarji ta’ għotjiet mill-Unjoni jkunu eliġibbli, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor fir-regoli tal-kompetizzjoni. | Za namene točke (a)(i) prvega pododstavka so upravičenci do nepovratnih sredstev Unije upravičeni, razen če ni drugače navedeno v pravilih natečaja. |
Għall-finijiet tal-punt (a)(vi) tal-ewwel subparagrafu, tista’ ssir deroga fil-każ tal-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali. | Za namene točke (a)(vi) prvega pododstavka lahko pri sodelovanju mednarodnih organizacij pride do odstopanj. |
L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jagħżel mezzi ta’ komunikazzjoni mhux diskriminatorji għas-sottomissjoni tal-entrati u li ma jkollhom l-ebda effett ta’ restrizzjoni tal-aċċess tal-parteċipanti għall-kompetizzjoni. | Odgovorni odredbodajalec izbere sredstva sporočanja, ki so nediskriminatorna glede predložitve natečajnih del in ki udeležencem ne omejujejo dostopa do natečaja. |
kull entrata jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-evalwazzjoni tagħha; | vsako natečajno delo vsebuje vse potrebne informacije za oceno; |