Source | Target | Trasparenza tal-istandards | Preglednost standardov |
Kull organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni jew korp nazzjonali tal-istandardizzazzjoni għandu jibgħat, tal-anqas f'forma elettronika, kwalunkwe abbozz ta' standards nazzjonali, standards Ewropej jew strument Ewropew tal-istandardizzazzjoni lill- organizzazzjonijiet Ewropej ta' standarizzazzjoni, korpi nazzjonali ta' istandardizzazzjoni tal-istandardizzazzjoni jew lill-Kummissjoni, fuq talba tagħhom. | Vsaka evropska organizacija za standardizacijo in nacionalni organ za standardizacijo drugim evropskim organizacijam za standardizacijo, nacionalnim organom za standardizacijo ali Komisiji na njihovo zahtevo vsaj v elektronski obliki predloži osnutek nacionalnega standarda, evropskega standarda ali evropskega standardizacijskega dokumenta. |
Kull organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni jew korp nazzjonali tal-istandardizzazzjoni għandhom fi żmien tliet xhur iwieġbu u jqisu kwalunkwe kumment li jaslilhom mingħand kwalunkwe organizzazzjoni Ewropea ta' standarizzazzjoni, korp nazzjonali ta' istandardizzazzjoni oħrajn jew mill-Kummissjoni dwar kwalunkwe abbozz imsemmi fil-paragrafu 1. | Vsaka evropska organizacija za standardizacijo in nacionalni organ za standardizacijo v treh mesecih odgovori na pripombe, ki jih v zvezi s katerim koli osnutkom iz odstavka 1 prejme od katere koli druge evropske organizacije za standardizacijo, nacionalnega organa za standardizacijo ali Komisije, in jih ustrezno upošteva. |
Meta korp nazzjonali tal-istandardizzazzjoni jirċievi kummenti li jindikaw li l-abbozz ta' standard se jkollu impatt negattiv fuq is-suq intern, dan għandu jikkonsulta lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni u lill-Kummissjoni qabel ma jadottah. | Kadar nacionalni organ za standardizacijo prejme pripombe, v katerih je navedeno, da bi imel osnutek standarda negativen učinek na notranji trg, se pred sprejetjem standarda posvetuje z evropskimi organizacijami za standardizacijo in Komisijo. |
Il-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni għandhom: | Nacionalni organi za standardizacijo: |
ji'guraw aċċess għall-abbozzi ta' standards nazzjonali b'tali mod li l-partijiet rilevanti kollha, b'mod partikolari dawk stabbiliti fi Stati Membri oħra jkollhom l-opportunità jibagħtu l-kummenti tagħhom; | zagotovijo dostop do osnutkov nacionalnih standardov tako, da lahko vse zadevne strani, zlasti iz drugih držav članic, predložijo pripombe; |
jippermettu korpi nazzjonali oħra tal-istandardizzazzjoni sabiex ikunu involuti b'mod passiv jew attiv, billi jibagħtu osservatur, fl-attivitajiet ippjanati. | dovolijo drugim nacionalnim organom za standardizacijo, da so pasivno ali aktivno vključeni v načrtovane dejavnosti, tako da pošljejo opazovalca. |
Parteċipazzjoni tal-partijiet interessati fl-istandardizzazzjoni Ewropea | Udeležba zainteresiranih strani v evropski standardizaciji |
L-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni għandhom jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw rappreżentanza xierqa u parteċipazzjoni effettiva tal-partijiet interessati relevanti kollha, inklużi l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u partijiet interessati ambjentali u soċjali fl-attivitajiet tagħhom ta' standardizzazzjoni. | 1. Evropske organizacije za standardizacijo spodbujajo in omogočajo ustrezno zastopanost in učinkovito udeležbo vseh zadevnih zainteresiranih strani, vključno z MSP, potrošniškimi organizacijami ter okoljsko in družbeno zainteresiranimi stranmi pri njihovih standardizacijskih dejavnostih. |
Dawn għandhom, partikolarment iħeġġu u jiffaċilitaw tali rappreżentazzjoni u parteċipazzjoni permezz tal-organizzazzjonijiet Ewropej ta' partijiet interessati li jirċievu finanzjament tal-Unjoni skont dan ir-Regolament, fil-livell tal-iżvilupp tal-politika u fl-istadji li ġejjin tal-iżvilupp tal-istandards Ewropej jew strumenti ta' standardizzazzjoni Ewropea: | Zlasti spodbujajo in omogočajo takšno zastopanost in udeležbo prek evropskih organizacij zainteresiranih strani, ki prejemajo finančna sredstva Unije v skladu s to uredbo, na ravni razvoja politike in v naslednjih fazah razvoja evropskih standardov ali evropskih standardizacijskih dokumentov: |
il-proposta u l-aċċettazzjoni ta' punti ġodda fl-aġenda ta' ħidma; | predlaganje in sprejemanje novih projektov; |
id-diskussjoni teknika dwar il-proposti; | tehnična razprava o predlogih; |
it-tressiq ta' kummenti dwar l-abbozzi; | predložitev pripomb na osnutke; |
ir-reviżjoni ta' standards Ewropej eżistenti jew strumenti ta' standardizzazzjoni Ewropea eżistenti; | revizija obstoječih evropskih standardov ali evropskih standardizacijskih dokumentov; |
it-tixrid ta' informazzjoni dwar l-istandards Ewropej u strumenti ta' standardizzazzjoni Ewropea adottati, u l-promozzjoni tagħhom. | širjenje informacij in ozaveščanje o sprejetih evropskih standardih ali evropskih standardizacijskih dokumentih. |
Barra l-kollaborazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza fis-suq fl-Istati Membri, il-faċilitajiet ta' riċerka tal-Kummissjoni u l-organizzazzjonijiet Ewropej ta' partijiet interessati li jirċievu finanzjament tal-Unjoni skont dan ir-Regolament, l-organizzazzjoni Ewropej tal-istandardizzazzjoni għandhom jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw rappreżentanza xierqa, fil-livell tekniku, tal-intrapriżi, iċ-ċentri tar-riċerka, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni, l-universitajiet, l-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri, is-sħab soċjali u entitajiet legali oħra, fl-attivitajiet tal-istandardizzazzjoni f'qasam ġdid b'implikazzjonijiet politiċi jew tekniċi sinifikanti, jekk l-entitajiet legali kkonċernati jkunu pparteċipaw fi proġett marbut ma' dak il-qasam u li kien iffinanzjat mill-Unjoni fi programm ta' qafas multiannwali għal attivitajiet fil-qasam tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-iżvilupp teknoloġiku, adottat skont l-Artikolu 182 tat-TFUE. | Poleg sodelovanja z organi za nadzor trga v državah članicah, raziskovalnimi službami Komisije in evropskimi organizacijami zainteresiranih strani, ki prejemajo finančna sredstva Unije v skladu s to uredbo, Evropske organizacije za standardizacijo spodbujajo in omogočajo ustrezno zastopanost podjetij, raziskovalnih centrov, univerz in drugih pravnih subjektov na tehnični ravni v dejavnostih standardizacije, povezanih z nastajajočim področjem s pomembnimi posledicami za politiko ali tehnične inovacije, če so zadevni pravni subjekti sodelovali pri projektu, ki je povezan z navedenim področjem ter ga Unija financira v okviru večletnega okvirnega programa za dejavnosti na področju raziskav, inovacij in tehnološkega razvoja, sprejetem v skladu s členom182 PDEU. |
L-aċċess tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju għall-istandards | Dostop MSP do standardov |
Il-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni għandhom jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw l-aċċess tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju għall-istandards u l-proċess ta' żvilupp tal-istandards sabiex jilħqu livell ogħla ta' parteċipazzjoni fis-sistema ta' standardizzazzjoni, pereżempju billi: | Nacionalni organi za standardizacijo spodbujajo in omogočajo dostop MSP do standardov in postopkov razvoja standardov, da se doseže visoka raven udeležbe v sistemu standardizacije, na primer z: |
jidentifikaw, fil-programmi ta' ħidma annwali tagħhom, il-proġetti ta' standardizzazzjoni li huma ta' interess partikolari għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju; | opredelitvijo standardizacijskih projektov, ki so posebej zanimivi za MSP, v svojih letnih programih dela; |
jagħtu aċċess lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju għall-attivitajiet ta' standardizzazzjoni mingħajr ma jobbligawhom isiru membru ta' korp nazzjonali ta' istandardizzazzjoni; | omogočanjem dostopa MSP do dejavnosti standardizacije, pri čemer od njih ne zahtevajo, da postanejo člani nacionalnega organa za standardizacijo; |
jipprovdu aċċess ħieles jew rati speċjali għall-parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ standardizzazzjoni; | omogočanjem prostega dostopa ali posebnih pristojbin za udeležbo v dejavnostih standardizacije; |
jipprovdu aċċess ħieles għall-abbozzi ta’ standards;. | zagotavljanjem prostega dostopa do osnutka standardov; |
jipprovdu mingħajr ħlas sommarji ta' standards fil-websajt tagħhom; | omogočanjem brezplačnega dostopa do izvlečkov standardov na njihovem spletnem mestu; |
japplikaw rati speċjali għall-provvista ta' standards jew il-provvista ta' ġabriet ta' standards bi prezz imraħħas; | uporabo posebnih pristojbin za posredovanje standardov ali posredovanje kompletov standardov po znižani ceni. |
Il-korpi tal-istandardizzazzjoni nazzjonali għandhom jagħmlu skambju tal-aħjar prattiki, bil-għan li jtejbu l-parteċipazzjoni tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fl-attivitajiet ta' standardizzazzjoni u biex iżidu u jiffaċilitaw l-użu tal-istandards mill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. | Nacionalni organi za standardizacijo izmenjujejo dobre prakse za izboljšanje udeležbe MSP v dejavnostih standardizacije ter za večjo in lažjo uporabo standardov s strani MSP. |
Il-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni għandhom jibagħtu rapporti annwali lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni fir-rigward tal-attivitajiet tagħhom fil-paragrafi 1 u 2 u l-miżuri l-oħra kollha biex jitjiebu l-kundizzjonijiet għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju biex jużaw l-istandards u jipparteċipaw fil-proċess ta' żvilupp tal-istandards. | Nacionalni organi za standardizacijo pošljejo letna poročila evropskim organizacijam za standardizacijo v zvezi s svojimi dejavnostmi iz odstavkov 1 in 2 ter vsemi drugimi ukrepi za izboljšanje pogojev MSP za uporabo standardov in sodelovanja v postopku razvoja standardov. |
Il-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni għandhom jippubblikaw dawk ir-rapporti fuq il-websajts tagħhom. | Nacionalni organi za standardizacijo objavijo ta poročila na svojih spletnih mestih. |
Il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi fl-istandardizzazzjoni Ewropea | Udeležba javnih organov pri evropski standardizaciji |
L-Istati Membri, meta jkun xieraq, għandhom iħeġġu l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi, b'mod partikolari tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, fl-attivitajiet tal-istandardizzazzjoni nazzjonali, li għandhom l-objettivi li jiżviluppaw jew jirrevedu l-istandards mitluba mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10. | Države članice po potrebi spodbudijo udeležbo javnih organov, vključno z organi za nadzor trga, pri nacionalnih dejavnostih standardizacije, katerih namen je razvoj ali revizija standardov, kot zahteva Komisija v skladu s členom 10. |
L-ISTANDARDS EWROPEJ U STRUMENTI TA' STANDARDIZZAZZJONI EWROPEA B'APPOĠĠ TAL-LEĠISLAZZJONI U L-POLITIKA TAL-UNJONI | EVROPSKI STANDARDI IN EVROPSKI STANDARDIZACIJSKI DOKUMENTI V PODPORO ZAKONODAJI IN POLITIKAM UNIJE |
Il-programm ta' ħidma annwali tal-Unjoni għall-istandardizzazzjoni Ewropea | Letni program dela Unije za evropsko standardizacijo |
Il-Kummissjoni għandha tadotta programm ta' ħidma annwali tal-Unjoni għall-istandardizzazzjoni Ewropea li għandu jidentifika prijoritajiet strateġiċi għall-istandardizzazzjoni Ewropea, b'kunsiderazzjoni tal-istrateġiji għaż-żmien twil tal-Unjoni għat-tkabbir. | Komisija sprejme letni program dela Unije za evropsko standardizacijo, ki opredeljuje strateške prednostne naloge za evropsko standardizacijo, ob upoštevanju dolgoročnih strategij Unije za rast. |
Din għandha tindika l-istandards Ewropej u strumenti ta' standardizzazzjoni Ewropea li l-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni titlob mill-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni f' konformita' mal-Artikolu 10. | V njem se navedejo evropski standardi in evropski standardizacijski dokumenti, ki jih namerava Komisija v skladu s členom 10 zahtevati od evropskih organizacij za standardizacijo. |
Il-programm ta' ħidma annwali tal-Unjoni għall-istandardizzazzjoni Ewropea għandu jiddefinixxi l-għanijiet u l-politika speċifiċi għall-istandards Ewropej u strumenti ta' standardizzazzjoni Ewropea l-oħra li l-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni titlob mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni skont l-Artikolu 10. | V letnem programu dela Unije za evropsko standardizacijo se opredelijo specifični cilji in politike za evropske standarde in evropske standardizacijske dokumente, ki jih Komisija namerava zahtevati od evropskih organizacij za standardizacijo v skladu s členom 10. |
F'każi ta' urġenza l-Kummissjoni tista' toħroġ it-talbiet mingħajr ebda avviż minn qabel. | V nujnih primerih lahko Komisija zahteva pripravo standarda brez predhodne napovedi. |
Il-programm ta' ħidma annwali tal-Unjoni għall-istandardizzazzjoni Ewropea għandu wkoll jinkludi objettivi għad-dimensjoni internazzjonali tal-istandardizzazzjoni Ewropea, b'appoġġ għal-leġislazzjoni u l-politika tal-Unjoni. | Letni program dela Unije za evropsko standardizacijo prav tako vključuje cilje za mednarodno razsežnost evropske standardizacije v podporo zakonodaji in politikam Unije. |
Il-programm ta' ħidma annwali tal-Unjoni għall-istandardizzazzjoni Ewropea għandu jiġi adottat wara li titwettaq konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati relevanti, inklużi l-organizzazzjonijiet Ewropej ta' standarizzazzjoni u l-organizzazzjonijiet Ewropej ta' partijiet interessati li jirċievu finanzjament tal-Unjoni skont dan ir-Regolament, u l-Istati Membri permezz tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 ta' dan ir-Regolament. | Letni program dela Unije za evropsko standardizacijo se sprejme po končanem širšem posvetovanju z zadevnimi zainteresiranimi stranmi, vključno z evropskimi organizacijami za standardizacijo in evropskimi organizacijami zainteresiranih strani, ki prejemajo finančna sredstva Unije v skladu s to uredbo, ter državami članicami preko odbora iz člena 22 te uredbe. |
Wara l-adozzjoni tiegħu, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-programm ta' ħidma annwali tal-Unjoni għall-istandardizzazzjoni Ewropea disponibbli fil-websajt tagħha. | Komisija letni program dela Unije za evropsko standardizacijo po njegovem sprejetju objavi na svojem spletnem mestu. |
Il-kooperazzjoni mal-faċilitajiet ta' riċerka | Sodelovanje z raziskovalnimi službami |
Il-faċilitajiet ta' riċerka tal-Kummissjoni għandhom jikkontribwixxu għat-tħejjija tal-programm ta' ħidma annwali tal-Unjoni għall-istandardizzazzjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 8 u jipprovdu lill -organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropej bil-fehmiet xjentifiċi tagħhom, fl-oqsma tal-għarfien espert tagħhom, biex ikun żgurat li l-istandards Ewropej iqisu l-kompetittività ekonomika u l-ħtiġijiet tas-soċjetà, bħal dawk tas-sostenibbiltà ambjentali u t-tħassib dwar is-sikurezza u s-sigurtà. | Raziskovalne službe Komisije prispevajo k pripravi letnega programa dela Unije za evropsko standardizacijo iz člena 8 in evropskim organizacijam za standardizacijo zagotovijo na njihovem strokovnem področju znanstveni prispevek za zagotovitev, da evropski standardi upoštevajo gospodarsko konkurenčnost in socialne potrebe, kot je skrb glede okoljske trajnosti, varnosti in zaščite. |
It-talbiet tal-istandardizzazzjoni lill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni | Zahteve za standardizacijo, predložene evropskim organizacijam za standardizacijo |
Il-Kummissjoni, fil-limitu tal-kompetenzi stipulati fit-Trattati, tista' titlob lilkorp Ewropew tal-istandardizzazzjoni wieħed jew iktar biex jabbozza standard Ewropew jew strument Ewropew tal-istandardizzazzjoni qabel data ta' skadenza stabbilita. | Komisija lahko v okviru pristojnosti, določenih s Pogodbama, od ene ali več evropskih organizacij za standardizacijo zahteva pripravo evropskega standarda ali evropskega standardizacijskega dokumenta v določenem roku. |
Standards Ewropej u strumenti Ewropej ta' standardizzazzjoni għandhom ikunu mmexxija mis-suq, iqisu l-interess pubbliku kif ukoll l-objettivi politiċi ddikkjarati b'mod ċar fit-talba tal-Kummissjoni u jkunu bbażati fuq il-kunsens. | Evropski standardi in evropski standardizacijski dokumenti so tržno usmerjeni, upoštevajo javni interes kakor tudi cilje politike, ki so jasno navedeni v zahtevi Komisije, in temeljijo na konsenzu. |
Il-Kummissjoni għandha tiddetermina r-rekwiżiti fir-rigward tal-kontenut li għandhom jintlaħqu mid-dokument mitlub u skadenza għall-adozzjoni tiegħu. | Komisija določi zahteve glede vsebine, ki jih mora izpolnjevati zahtevani dokument, in rok za njegovo sprejetje. |
Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati f' konformita' mal-proċedura stipulata mill-Artikolu 22(3) wara konsultazzjoni ma' organizzazzjonijiet Ewropej ta' standardizzazzjoni organizzazzjonijiet Ewropej ta' partijiet interessati li jirċievu finanzjament tal-Unjoni skont dan ir-Regolament kif ukoll mal-kumitat stabbilit mill-att korrispondenti ta' leġislazzjoni tal-Unjoni, meta jkun jeżisti kumitat bħal dak, jew wara forom oħra ta' konsultazzjoni tal-esperti settorjali. | Odločitve iz odstavka 1 se sprejmejo v skladu s postopkom iz člena 22(3) po posvetovanju z evropskimi organizacijami za standardizacijo in evropskimi organizacijami zainteresiranih strani, ki prejemajo finančna sredstva Unije v skladu s to uredbo, kakor tudi odborom, ustanovljenim z ustrezno zakonodajo Unije, če takšen odbor obstaja, ali z drugimi oblikami posvetovanja s strokovnjaki za posamezen sektor. |
L-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni relevanti għandha tindika, fi żmien xahar wara li tirċievi t-talba msemmija fil-paragrafu 1, jekk hiex se taċċettaha. | Zadevna evropska organizacija za standardizacijo v enem mesecu od prejema zahteve iz odstavka 1 navede, ali jo sprejema. |
Meta ssir talba għal għoti ta' fondi, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-organizzazzjonijietEwropej tal-istandardizzazzjoni rilevanti, fi żmien xahrejn wara li tirċievi l-aċċettazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, dwar l-għoti ta' għotja għall-abbozzar ta' standard Ewropew jew strument Ewropew tal-istandardizzazzjoni. | Če je bila podana zahteva za financiranje, Komisija v dveh mesecih od prejema obvestila o sprejetju iz odstavka 3 obvesti zadevno evropsko organizacijo za standardizacijo o dodelitvi donacije za pripravo evropskega standarda ali evropskega standardizacijskega dokumenta. |
L-orgagnizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet li jsiru għall-iżvilupp tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1. | 5. Evropske organizacije za standardizacijo Komisijo obvestijo o dejavnostih v zvezi s pripravo dokumentov iz odstavka 1. |
Il-Kummissjoni, flimkien mal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, għandha tevalwa l-konformità tad-dokumenti abbozzati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni mat-talba inizjali tagħha. | Komisija skupaj z evropskimi organizacijami za standardizacijo oceni skladnost dokumentov, ki so jih pripravile evropske organizacije za standardizacijo, s svojo začetno zahtevo. |
Meta standard armonizzat jissodisfa r-rekwiżiti li jkollu l-għan li jkopri u li huma stipulati fil-leġislazzjoni korrispondenti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, Il-Kummissjoni għandha tippubblika referenza ta' tali standard armonizzat mingħajr dewmien f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew permezz ta' mezzi oħra f' konformita' mal-kundizzjonijiet stipulati fl-att korrispondenti tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. | Kadar harmonizirani standard ustreza zahtevam, ki naj bi jih vključeval in ki so določene z ustrezno usklajevalno zakonodajo Unije, Komisija v Uradnem listu Evropske unije nemudoma objavi sklic na tak harmoniziran standard ali pa objava poteka na drug način v skladu s pogoji, ki so določeni v ustreznem aktu usklajevalne zakonodaje Unije. |
Oġġezzjonijiet formali kontra standards armonizzati | Uradno nasprotovanje harmoniziranim standardom |
Meta Stat Membru jew il-Parlament Ewropew iqisu li standard armonizzat ma jissodisfax kompletament ir-rekwiżiti li jkollu l-għan li jkopri u li huma stipulati fil-leġislazzjoni relevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjni, l-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tinforma lill-Kummissjoni b'dan bi spjegazzjoni dettaljata u l-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-kumitat stabbilit mill-leġislazzjoni korrispondenti dwar l-armonizzazzjoni tal-Unjoni, jekk ikun jeżisti, jew wara forom oħra ta' konsultazzjoni tal-esperti settorjali, tiddeċiedi: | Če država članica aliEvropski parlament meni, da harmonizirani standard ne izpolnjuje v celoti zahtev, ki naj bi jih zajemal in ki so določene v ustrezni usklajevalni zakonodaji Unije, o tem s podrobnim pojasnilom obvesti Komisijo, Komisija pa po posvetovanju z odborom, ustanovljenim z ustrezno usklajevalno zakonodajo Unije, če ta obstaja, ali z drugimi oblikami posvetovanja s strokovnjaki za posamezen sektor, odloči: |
li tippubblika, li ma tippubblikax jew li tippubblika b'restrizzjoni r-referenzi għall-istandard armonizzat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; | da sklicevanje na zadevni harmonizirani standard objavi ali ne objavi v Uradnem listu Evropske unije ali da ga objavi z omejitvijo; |
li żżomm, li żżomm b'restrizzjoni jew li tirtira r-referenzi għall-istandard armonizzat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. | da sklicevanje na zadevni harmonizirani standard v Uradnem listu Evropske unije ohrani ali ga ohrani z omejitvijo ali da ga umakne. |
Il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni fil-websajt tagħha dwar l-istandards armonizzati li kienu suġġetti għad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1. | Komisija na svojem spletnem mestu objavi informacije o harmoniziranih standardih, za katere se je uporabila odločitev iz odstavka 1. |
Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni kkonċernata dwar id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u, jekk ikun meħtieġ, titlob li jiġu riveduti l-istandards armonizzati kkonċernati. | Komisija o odločitvi iz odstavka 1 obvesti zadevno evropsko organizacijo za standardizacijo in po potrebi zahteva revizijo zadevnih harmoniziranih standardov. |
Id-deċiżjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi adottata skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 22(2). | Odločitev iz točke (a) odstavka 1 tega člena se sprejme v skladu s svetovalnim postopkom iz člena 22(2). |
Id-deċiżjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1ta' dan l-Artikolu għandha tiġi adottata skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22(3). | Odločitev iz točke (b) odstavka 1 tega člena se sprejme v skladu s postopkom pregleda iz člena 22(3). |
In-notifika ta’ organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati | Obveščanje organizacij zainteresiranih strani |
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema ta’ notifika għall-partijiet interessati kollha, inklużi l- organizzazzjonijiet Ewropej ta' standarizzazzjoni u organizzazzjonijiet Ewropej ta' partijiet interessati li jirċievu finanzjament tal-Unjoni skont dan ir-Regolament sabiex tiġi żgurata konsultazzjoni xierqa u r-rilevanza tas-suq qabel: | Komisija vzpostavi sistem obveščanja zainteresiranih strani, vključno z evropskimi organizacijami za standardizacijo in evropskimi organizacijami zainteresiranih strani, ki prejemajo finančna sredstva Unije v skladu s to uredbo, da zagotovi ustrezno posvetovanje in pomembnost za trg pred: |