Source | Target | Rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja matul is-sena | Poročilo o upravljanju proračuna in finančnem poslovodenju za tekoče leto |
Ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja matul is-sena jagħti deskrizzjoni preċiża ta’: | Poročilo o upravljanju proračuna in finančnem poslovodenju za tekoče leto mora vsebovati točen opis: |
il-kisba tal-għanijiet għas-sena, skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba; | doseganja ciljev v proračunskem letu v skladu z načelom dobrega finančnega poslovodenja; |
is-sitwazzjoni finanzjarja u l-avveniment li kellhom influwenza notevoli fuq l-attivitajiet matul is-sena. | finančnega položaja in dogodkov, ki so bistveno vplivali na poslovanje med letom. |
Ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja jkun separat mir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit. | Poročilo o upravljanju proračuna in finančnem poslovodenju je ločeno od poročil o izvrševanju proračuna. |
Eċċezzjoni għall-prinċipji kontabilistiċi | Izjeme pri uporabi računovodskih načel |
Meta, f’każ speċifiku, l-uffiċjal tal-kontabilità jħoss li għandha ssir eċċezzjoni għall-kontenut ta’ wieħed mill-prinċipji kontabilistiċi stipulati fir-regoli tal-Unjoni dwar il-kontabilità, dik l-eċċezzjoni tkun issostanzjata kif suppost u rrapportata fin-noti mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 232. | Kadar v določenem primeru računovodje menijo, da je treba dovoliti izjemo pri uporabi enega od računovodskih načel iz računovodskih pravil Unije, mora biti ta izjema primerno utemeljena, o njej pa je treba tudi poročati v pojasnilih k računovodskim izkazom iz člena 232. |
Kull entrata għandha tkun ibbażata fuq dokumenti ta’ sostenn datati u numerati, prodotti fuq karta jew fuq mezz li jiggarantixxi l-kredibilità u s-salvagwardja tal-kontenut tagħha għall-perjodi stabbiliti fl-Artikolu 48. | Vse vknjižbe temeljijo na datiranih in oštevilčenih listinah na papirju ali mediju, ki zagotavlja zanesljivost in varovanje njihove vsebine v obdobjih iz člena 48. |
Operazzjonijiet tal-istess tip, imwettqa fl-istess post u fl-istess jum jistgħu jiġu sintetizzati f’dokument ta’ sostenn wieħed. | Posli iste vrste, ki se izvajajo na istem kraju in na isti dan, se lahko povzamejo v eni sami knjigovodski listini. |
Dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni finanzjarja | Izkaz finančnega uspeha |
Id-dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni finanzjarja turi d-dħul u l-ispejjeż għas-sena, ikklassifikati skont in-natura tagħhom. | Izkaz finančnega uspeha prikazuje prihodek in stroške za tekoče leto, razvrščene glede na njihovo naravo. |
Dikjarazzjoni dwar il-flussi tal-flus | Izkaz finančnega izida |
Id-dikjarazzjoni dwar il-flussi tal-flus tirrapporta l-flussi tal-flus matul il-perjodu li juru l-moviment bejn l-ammonti tat-teżor fil-ftuħ u l-għeluq. | Izkaz finančnega izida poroča o denarnih tokovih v obdobju, ki kaže gibanje med začetnimi in končnimi zneski zakladnice. |
It-teżor ikun imsawwar b’dan li ġej: | Zakladnica vključuje: |
flus fl-idejn; | gotovino v blagajni; |
kontijiet tal-bank u depożiti pagabbli meta jintalbu; | denar na bančnih računih in vpogledne vloge; |
assi disponibbli oħra li malajr jistgħu jissarrfu fi flus u li għandhom valur stabbli. | druga razpoložljiva sredstva, ki jih je mogoče hitro pretvoriti v gotovino in katerih vrednost je stabilna. |
Noti mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji | Pojasnila k računovodskim izkazom |
In-noti msemmija fl-Artikolu 145 tar-Regolament Finanzjarju jkunu parti integrali mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji. | Pojasnila iz člena 145 finančne uredbe so sestavni del računovodskih izkazov. |
Bħala minimu, in-noti jkun fihom l-informazzjoni li ġejja: | Pojasnila vključujejo vsaj naslednje informacije: |
il-prinċipji, ir-regoli u l-metodi tal-kontabilità; | računovodska načela, pravila in metode; |
noti ta’ spjega, li jipprovdu informazzjoni addizzjonali mhux inkluża fit-test tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji li tkun meħtieġa biex tingħata ħarsa vera u ġusta. | pojasnila, v katerih so navedene dodatne informacije, ki jih sami računovodski izkazi ne vsebujejo in ki so potrebne za resničen in pošten prikaz. |
Kontijiet tar-riżultat tal-baġit | Izkazi realizacije proračuna |
Il-kontijiet tar-riżultat tal-baġit ikun fihom: | Izkazi realizacije proračuna vsebujejo: |
informazzjoni dwar id-dħul li tinkludi: | informacije o prihodkih: |
bidliet fl-istimi tad-dħul fil-baġit; | spremembe v oceni prihodkov proračuna; |
ir-riżultat tad-dħul; | realizacijo prihodkov in odhodkov; |
l-intitolamenti stabbiliti; | ugotovljene upravičenosti; |
informazzjoni li turi bidliet fl-approprjazzjonijiet totali disponibbli ta’ impenn u għal pagamenti; | informacije, ki prikazujejo spremembe vseh razpoložljivih odobritev za prevzem obveznosti in odobritev plačil; |
informazzjoni li turi l-użu li sar mill-approprjazzjonijiet totali disponibbli ta’ impenn u għal pagamenti; | informacije, ki prikazujejo uporabo vseh razpoložljivih odobritev za prevzem obveznosti in odobritev plačil; |
informazzjoni li turi l-impenji pendenti, dawk riportati mis-sena ta’ qabel u dawk li saru matul is-sena. | informacije, ki prikazujejo neporavnane obveznosti, prenesene iz prejšnjega leta in nastale v tekočem letu. |
Fir-rigward tal-informazzjoni dwar id-dħul, trid tiġi mehmuża wkoll dikjarazzjoni li turi, għal kull Stat Membru, l-analiżi tal-ammonti ta’ riżorsi proprji li għad iridu jiġu rkuprati fi tmiem is-sena finanzjarja u koperti minn ordni ta’ rkupru. | V zvezi z informacijami o prihodkih se priloži tudi izkaz, ki za vsako državo članico prikazuje razdelitev zneskov lastnih sredstev, ki jih je treba še izterjati na koncu proračunskega leta in za katere je izdan nalog za izterjavo. |
Modalitajiet ta’ trażmissjoni tal-kontijiet | Načini pošiljanja računov |
Il-kontijiet provviżorji u l-kontijiet finali msemmija fl-Artikoli 147 u 148 tar-Regolament Finanzjarju jistgħu jintbagħtu b’mezzi elettroniċi. | Začasni zaključni računi in končni zaključni račun iz členov 147 in 148 finančne uredbe se lahko pošljejo v elektronski obliki. |
Kontabilità | Računovodstvo |
Organizzazzjoni tal-Kontijiet | Organizacija računovodstva |
L-uffiċjal tal-kontabilità ta’ kull istituzzjoni u korp imsemmija fl-Artikolu 141 tar-Regolament Finanzjarju jipprepara u jżomm aġġornati dokumenti li jiddeskrivu l-organizzazzjoni tal-kontijiet u l-proċeduri tal-kontabilità tal-istituzzjoni u l-korp tiegħu. | Računovodja vsake institucije in organa iz člena 141 finančne uredbe pripravi in sproti posodablja dokumente, ki opisujejo organizacijo računovodstva in računovodske postopke njegove institucije in organa. |
Id-dħul u l-infiq tal-baġit jiġu rreġistrati fis-sistema kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 236, skont in-natura ekonomika tal-operazzjoni, bħala dħul jew nefqa kurrenti jew bħala kapital. | Proračunski prihodki in odhodki se evidentirajo v računalniškem sistemu iz člena 236 glede na ekonomsko naravo posla kot tekoči prihodki ali odhodki ali kot kapital. |
Sistemi kompjuterizzati | Računalniško podprti sistemi |
Il-kontijiet jinżammu bl-għajnuna ta’ sistema kompjuterizzata integrata. | Računovodske evidence se vodijo s pomočjo celostnega računalniško podprtega sistema. |
Meta l-kontijiet jinżammu bl-użu ta’ sistemi u subsistemi kompjuterizzati, dawn is-sistemi u subsistemi jiġu deskritti b’mod sħiħ. | Če se računovodske evidence vodijo z računalniško podprtimi sistemi in podsistemi, je take sisteme in podsisteme treba v celoti opisati. |
Dik id-deskrizzjoni tiddefinixxi l-kontenut ta’ kull sezzjoni ta’ dejta u tispeċifika kif is-sistema tittratta l-operazzjonijiet individwali. | Ta opis opredeljuje vsebino vseh podatkovnih polj in določa, kako sistem obravnava vse posamezne operacije. |
Trid tiddikjara kif is-sistema tiggarantixxi l-eżistenza ta’ rekord sħiħ għall-awditjar għal kull operazzjoni u għal kull bidla li tkun saret fis-sistemi u s-subsistemi kompjuterizzati sabiex dejjem ikun possibbli li tiġi identifikata n-natura tal-bidla u l-persuna li għamlitha. | V opisu mora biti navedeno, kako sistem zagotavlja obstoj popolne revizijske sledi za vsako operacijo in za vsako spremembo računalniško podprtih sistemov in podsistemov, da je mogoče kadar koli ugotoviti vrsto spremembe in osebo, ki je to spremembo izvedla. |
Id-deskrizzjoni tas-sistemi u s-subsistemi kompjuterizzati tal-kontabilità tindika kwalunkwe rabta bejn dawk is-sistemi u s-sistema ċentrali tal-kontabilità, speċjalment fir-rigward tat-trasferiment ta’ dejta u r-rikonċiljazzjoni tal-bilanċi. | Opis računalniško podprtih računovodskih sistemov in podsistemov navaja vse povezave med temi sistemi in centralnim računovodskim sistemom, zlasti za prenos podatkov in usklajevanje stanj. |
L-aċċess għas-sistemi u s-subsistemi kompjuterizzati jingħata biss lil persuni inklużi f’lista ta’ utenti awtorizzati li tinżamm u tiġi aġġornata minn kull istituzzjoni. | Dostop do računalniško podprtih sistemov in podsistemov je omejen na osebe, ki so navedene naseznamu pooblaščenih uporabnikov, ki ga vodi in posodablja vsaka institucija. |
Kotba tal-kontijiet | Poslovne knjige |
Kull istituzzjoni u kull korp imsemmija fl-Artikolu 141 tar-Regolament Finanzjarju jżommu ġurnal, ktieb ġenerali u tal-inqas sottokotba għad-debituri, kredituri u assi fissi, sakemm dan ma jkunx iġġustifikat minn kunsiderazzjonijiet ta’ spejjeż u benefiċċji. | Vsaka institucija in vsak organ iz člena 141 finančne uredbe vodi dnevnik, glavno knjigo ter vsaj za dolžnike, upnike in osnovna sredstva tudi pomožne poslovne knjige, razen če to ni stroškovno upravičeno. |
Il-kotba tal-kontijiet jikkonsistu f’dokumenti elettroniċi li jkunu identifikati mill-uffiċjal tal-kontabilità u joffru garanziji sħaħ għall-użu bħala evidenza. | Poslovne knjige vsebujejo elektronske listine, ki jih določi računovodja in ki dajejo popolna jamstva, kadar se uporabljajo kot dokazila. |
L-entrati fil-ġurnal jiġu ttrasferiti fil-ktieb ġenerali, u jiddaħħlu bħala partiti skont it-tabella tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 212. | Vknjižbe v dnevnik se prenesejo v glavno knjigo, ki je razčlenjena v skladu s kontnim načrtom iz člena 212. |
Il-ġurnal u l-ktieb ġenerali jistgħu jinqasmu f’kemm ikun hemm bżonn ġurnali speċjali u kotba speċjali biex jintlaħqu r-rekwiżiti. | Dnevnik in glavna knjiga se lahko razdelita na toliko pomožnih dnevnikov in pomožnih knjig, kolikor je potrebno za izpolnitev zahtev. |
L-entrati rreġistrati f’ġurnali speċjali u kotba speċjali jiġu ċċentralizzati tal-inqas kull xahar fil-ġurnal u fil-ktieb ġenerali. | Vknjižbe v pomožnih dnevnikih in pomožnih knjigah se najmanj enkrat mesečno prenesejo v dnevnik in glavno knjigo. |
Bilanċ ta’ tqabbil preliminari | Bruto bilanca |
Kull istituzzjoni u korp imsemmija fl-Artikolu 141 tar-Regolament Finanzjarju jistabbilixxu bilanċ ta’ tqabbil preliminari li jkopri l-kontijiet kollha tal-kontijiet ġenerali, inklużi l-kontijiet approvati matul is-sena u f’kull każ, flimkien ma’: | Vsaka institucija in vsak organ iz člena 141 finančne uredbe pripravi bruto bilanco, ki zajema vse konte iz glavne knjige, vključno s konti, ki so bili obračunani med letom, in ki navaja: |
in-numru tal-kont; | številko konta; |
deskrizzjoni; | opis; |
id-djun totali; | skupaj v breme; |
il-krediti totali; | skupaj v dobro; |
il-bilanċ. | stanje. |
Rikonċiljazzjonijiet tal-kontijiet | Računovodska uskladitev |
Id-dejta fil-ktieb ġenerali tinżamm u tiġi organizzata b’mod li jiġġustifika l-kontenut ta’ kullwieħed mill-kontijiet inklużi fil-bilanċ ta’ tqabbil preliminari. | Podatki v glavni knjigi se vodijo in organizirajo tako, da upravičujejo vsebino vsakega konta, ki se vključi v bruto bilanco. |