Source | Target | Il-membri, l-uffiċjali jew aġenti oħra u kwalunkwe membru ieħor tal-persunal tal-istituzzjonijiet u l-korpi msemmija fl-Artikolu 141 tar-Regolament Finanzjarju ma jistgħux jixtru oġġetti li jerġgħu jinbiegħu minn dawn l-istituzzjonijiet u l-korpi, ħlief meta dawk l-oġġetti jinbiegħu mill-ġdid permezz ta’ proċedura pubblika ta’ offerti. | Člani, uradniki in drugi zaposleni institucij in organov iz člena 141 finančne uredbe ne smejo kupiti nobenega osnovnega sredstva, ki ga prodajo te institucije in organi, razen če se ta osnovna sredstva ne prodajo z javnim razpisom. |
Proċedura għall-bejgħ ta’assi tanġibbli | Postopek za prodajo opredmetenih sredstev |
Il-bejgħ imsemmi fl-ewwel subparagrafu jkun is-suġġett ta’ avviż ta’ bejgħ ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jekk il-valur tax-xiri ta’ unità jkun ta’ EUR 391100 jew iktar. | Če je nabavna vrednost enote enaka ali presega 391100 EUR, se za prodajo iz prvega pododstavka obvestilo o prodaji objavi v Uradnem listu Evropske unije. |
Jista’ jsir ukoll reklamar xieraq fl-istampa tal-Istati Membri. | Ustrezen oglas se lahko objavi tudi v tiskanih medijih držav članic. |
Il-perjodu bejn id-data ta’ pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-konklużjoni tal-kuntratt ta’ bejgħ ma jkunx inqas minn xahar. | Obdobje med datumom objave obvestila v Uradnem listu Evropske unije in sklenitvijo pogodbe o prodaji ne sme biti krajše od enega meseca. |
L-istituzzjonijiet u l-korpi msemmija fl-Artikolu 141 tar-Regolament Finanzjarju jistgħu ma jirreklamawx meta l-ispejjeż tar-reklamar jaqbżu d-dħul mistenni mill-operazzjoni. | Institucije in organi iz člena 141 finančne uredbe lahko opustijo oglaševanje, če bi stroški oglaševanja presegli pričakovan prihodek od prodaje. |
L-istituzzjonijiet u l-korpi msemmija fl-Artikolu 141 tar-Regolament Finanzjarju dejjem għandhom jaraw li jiksbu l-aħjar prezz għall-bejgħ tal-assi tanġibbli. | Institucije in organi iz člena 141 finančne uredbe si pri prodaji opredmetenih sredstev vedno prizadevajo pridobiti najboljšo ceno. |
Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma japplikawx għal bejgħ bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-korpi tagħhom imsemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament Finanzjarju. | Odstavki 1, 2 in 3 se ne uporabljajo za prodajo med institucijami Unije ter njihovimi organi iz člena 208 finančne uredbe. |
Proċedura għat-tneħħija ta’ assi tanġibbli | Postopek za prodajo opredmetenih sredstev |
L-uffiċjal awtorizzanti jħejji dikjarazzjoni jew rekord kull meta proprjetà fl-inventarju, inkluż bini, tinbiegħ, tingħata b’xejn, tiġi skrappjata, tinkera lil xi ħadd jew tintilef minħabba telf, serq jew xi raġuni oħra. | Odredbodajalec pripravi izjavo ali zapisnik vedno, kadar se kakršno koli premoženje, ki je vpisano v evidenci, vključno s zgradbami, proda, podari, zavrže, da v najem ali če manjka zaradi izgube, tatvine ali drugega razloga. |
Id-dikjarazzjoni jew ir-rekord jindikaw b’mod partikolari jekk l-oġġett iridx jiġi sostitwit bl-ispejjeż jitħallsu minn uffiċjal jew aġent ieħor tal-Unjoni jew kwalunkwe persuna oħra. | V izjavi ali zapisniku posebej navede, ali je treba osnovno sredstvo nadomestiti na stroške uradnika ali drugega uslužbenca Unije ali druge osebe. |
Meta proprjetà immobbli jew installazzjonijiet kbar isiru disponibbli b’xejn, irid jitfassal kuntratt u l-każ irid jiġi nnotifikat f’rapport annwali mibgħut lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill meta jiġi ppreżentat l-abbozz tal-baġit. | Kadar se nepremičnina ali večje instalacije dajo na voljo brezplačno, je treba pripraviti pogodbo in o tem poročati v letnem poročilu, ki se pošlje Evropskemu parlamentu in Svetu ob predstavitvi predloga proračuna. |
Il-membri, l-uffiċjali jew aġenti oħra u kwalunkwe membru ieħor tal-persunal tal-istituzzjonijiet u l-korpi msemmija fl-Artikolu 141 tar-Regolament Finanzjarju ma jistgħux ikunu r-riċevituri tal-proprjetà fl-inventarju mogħtija b’xejn jew skrappjata. | Člani, uradniki ali drugi uslužbenci in drugi zaposleni institucij in organov iz člena 141 finančne uredbe ne morejo biti prejemniki premoženja iz evidence premoženja, ki se podari ali zavrže. |
Inventarju u reklamar ta’ bejgħ f’delegazzjonijiet tal-Unjoni | Evidenca premoženja in objava prodaje v delegacijah Unije |
Fil-każ tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, l-inventarji permanenti tal-proprjetà mobbli li tappartjeni għall-Unjoni jinżammu lokalment. | V primeru delegacij Unije se stalna evidenca premičnega premoženja, ki pripada Uniji, vodi na lokalni ravni. |
Iridu jintbagħtu b’mod regolari lid-dipartimenti ċentrali skont ir-regoli adottati minn kull istituzzjoni. | V skladu s pravili, ki jih je sprejelavsaka institucija, se evidenca redno pošilja centralnim službam. |
Il-proprjetà mobbli fi tranżitu lejn id-delegazzjonijiet tal-Unjoni tiddaħħal f’lista provviżorja qabel tiġi rreġistrata f’inventarji permanenti. | Premično premoženje na poti v delegacije Unije se pred vpisom v stalne evidence vpiše na začasni seznam. |
Ir-reklamar għall-bejgħ ta’ proprjetà mobbli tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni jsir skont l-użu lokali. | Objava prodaje premičnega premoženja delegacij Unije se objavi v skladu z lokalnimi navadami. |
IT-TIENI PARTI | DRUGI DEL |
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI | POSEBNE DOLOČBE |
RIĊERKA | RAZISKAVE |
Tipi ta’ operazzjonijiet | Vrste ukrepov |
L-azzjoni diretta titwettaq mill-istabbilimenti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (minn hawn ’il quddiem “il-JRC”) u fil-prinċipju tiġi ffinanzjata kollha kemm hi mill-baġit. | Neposredne ukrepe izvajajo ustanove Skupnega raziskovalnega središča (v nadaljnjem besedilu: SRS) in se načeloma v celoti financirajo iz proračuna. |
Din tikkonsisti minn: | Ti ukrepi vključujejo: |
programmi ta’ riċerka; | raziskovalne programe; |
attivitajiet ta’ riċerka ta’ esplorazzjoni; | predhodne raziskave; |
attivitajiet xjentifiċi u ta’ appoġġ tekniku ta’ natura istituzzjonali. | znanstvene in tehnične podporne dejavnosti institucionalne narave. |
Il-JRC jista’ jipparteċipa f’azzjonijiet indiretti bil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 183 tar-Regolament Finanzjarju. | Skupno raziskovalno središče lahko sodeluje pri posrednih ukrepih pod pogoji iz člena 183 finančne uredbe. |
L-istima tal-ammont riċevibbli, kif imsemmi fl-Artikolu 181(2) tar-Regolament Finanzjarju tintbagħat lill-uffiċjal tal-kontabilità għar-reġistrazzjoni. | Ocena terjatev iz člena 181(2) finančne uredbe se pošlje računovodji za evidentiranje. |
Regoli Addizzjonali applikabbli għall-JRC | Dodatna pravila, ki veljajo za SRS |
L-attivitajiet ta’ natura kompetittiva mwettqa mill-JRC jikkonsistu minn: | Konkurenčne dejavnosti, ki jih izvaja SRS, zajemajo: |
attivitajiet imwettqa wara proċeduri ta’ għoti jew ta’ akkwist; | dejavnosti, ki so izvedene po postopkih za oddajo javnega naročila ali dodelitev nepovratnih sredstev; |
attivitajiet f’isem partijiet terzi; | dejavnosti v imenu tretjih oseb; |
attivitajiet imwettqa skont ftehim amministrattiv ma’ istituzzjonijiet oħra jew dipartimenti oħra tal-Kummissjoni għall-forniment ta’ servizzi tekniċi-xjentifiċi. | dejavnosti v okviru upravnih sporazumov z drugimi institucijami ali drugimi službami Komisije za zagotavljanje znanstveno-tehničnih storitev. |
Fejn l-attivitajiet imwettqa mill-JRC għal partijiet terzi jinvolvu akkwisti, il-proċedura tal-akkwisti tikkonforma mal-prinċipji tat-trasparenza u tat-trattament ugwali. | Kadar dejavnosti, ki jih SRS izvaja za tretje osebe, vključujejo javna naročila, mora biti postopek za oddajo javnega naročila v skladu z načeli preglednosti in enakega obravnavanja. |
L-istimi tal-ammonti riċevibbli msemmija fl-Artikolu 183(2) tar-Regolament Finanzjarju jintbagħtu lill-uffiċjal tal-kontabilità għar-reġistrazzjoni. | Ocene terjatev iz člena 183(2) finančne uredbe se pošljejo računovodji za evidentiranje. |
Appoġġ baġitarju u fondi fiduċjarji b’bosta donaturi | Proračunska podpora in skrbniški skladi z več donatorji |
Użu tal-Appoġġ Baġitarju | Uporaba proračunske podpore |
Meta dan jiġi stipulat fl-atti bażiċi relevanti, il-Kummissjoni tista’ tuża appoġġ baġitarju ġenerali jew settorjali f’pajjiż terz jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin: | Kadar je tako določeno v zadevnih temeljnih aktih, lahko Komisija uporabi sektorsko ali splošno proračunsko podporo v tretji državi, če so izpolnjeni naslednji pogoji: |
il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi tal-pajjiż imsieħeb tkun trasparenti, kredibbli u effettiva biżżejjed; | je upravljanje javnih financ v partnerski državi dovolj pregledno, zanesljivo in učinkovito; |
il-pajjiż imsieħeb ikun implimenta politiki settorjali u nazzjonali kredibbli u relevanti biżżejjed, u;. | je partnerska država oblikovala dovolj verodostojne in relevantne sektorske ali nacionalne politike in |
fejn il-pajjiż imsieħeb ikun implimenta politiki makroekonomiċi orjentati lejn l-istabilità. | je partnerska država oblikovala makroekonomske politike, usmerjene k stabilizaciji. |
Il-ftehimiet konklużi mal-pajjiż imsieħeb jinkludu obbligu għal dak il-pajjiż sabiex jipprovdi lill-Kummissjoni b’informazzjoni kredibbli u f’waqtha li tippermetti lill-Kummissjoni tevalwa kemm ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1. | S partnersko državo sklenjeni sporazumi vsebujejo obveznost te države, da Komisiji zagotavlja zanesljive in pravočasne informacije, na podlagi katerih lahko Komisija oceni izpolnjevanje pogojev iz odstavka 1. |
Fondi fiduċjarji tal-Unjoni għal azzjonijiet esterni | Skrbniški skladi Unije za zunanje ukrepe |
Il-kontribuzzjonijiet ta’ donaturi oħrajn jiġu kkunsidrati meta jissarrfu f’kont bankarju speċifiku tal-fond fiduċjarju u għall-ammont f’euro li jirriżulta mill-konverżjoni fir-riċevuta tagħhom fil-kont bankarju speċifiku. | Prispevki drugih donatorjev se upoštevajo, ko se vplačajo na poseben bančni račun skrbniškega sklada, in sicer v znesku v eurih, preračunanem ob prejemu prispevkov na poseben bančni račun. |
Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tiġi ttrasferita fil-ħin biex tkopri l-impenji legali tal-fond fiduċjarju filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-fondi disponibbli pprovduti mid-donaturi l-oħrajn. | Prispevek Unije se prenese pravočasno, da se krijejo pravne obveznosti skrbniškega sklada ob upoštevanju razpoložljivih sredstev, ki so jih zagotovili drugi donatorji. |
L-imgħaxijiet akkumulati fil-kont tal-bank speċifiku tal-fond fiduċjarju jiġu investiti fil-fond fiduċjarju ħlief jekk ikun stipulat mod ieħor fl-att ta’ stabbiliment tal-fond fiduċjarju. | Obresti, ki se naberejo na posebnem bančnem računu skrbniškega sklada, se vložijo v skrbniški sklad, razen če je drugače navedeno v aktu o ustanovitvi skrbniškega sklada. |
It-tranżazzjonijiet kollha li jsiru fil-kont tal-bank imsemmija fit-tielet paragrafu jiddaħħlu fil-kontijiet tal-fond fiduċjarju matul is-sena. | Vsi prenosi na bančnem računu iz tretjega odstavka, izvedeni med letom, so ustrezno knjiženi na računih skrbniškega sklada. |
Ir-rapportar finanzjarju fuq l-operazzjonijiet imwettqa minn kull fond fiduċjarju jrid jiġi stabbilit darbtejn fis-sena mill-uffiċjal awtorizzanti. | Odredbodajalec dvakrat letno pripravi finančno poročilo o ukrepih vsakega skrbniškega sklada. |
Il-fondi fiduċjarji jkunu soġġetti għal awditjar estern indipendenti kull sena. | Skrbniški skladi so vsako leto predmet neodvisne zunanje revizije. |
Il-bord tal-fond fiduċjarju japprova r-rapport annwali tal-fond fiduċjarju mfassal mill-uffiċjal awtorizzanti flimkien ma’ kontijiet annwali mfassla mill-uffiċjal tal-kontabilità. | Upravni odbor skrbniškega sklada odobri letno poročilo skrbniškega sklada, ki ga pripravi odredbodajalec, skupaj z letnim zaključnim računom, ki ga pripravi računovodja. |
Dawk ir-rapporti jiġu mehmuża mar-rapport annwali tal-uffiċjal awtorizzanti b’delega u ppreżentati lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-proċedura ta’ kwittanza tal-Kummissjoni. | Ta poročila se priložijo letnemu poročilu odredbodajalca na podlagi prenosa in predložijo Evropskemu parlamentu in Svetu v okviru postopka razrešnice Komisije. |
Ir-regoli għall-kompożizzjoni tal-bord u r-regoli interni tiegħu jiġu stabbiliti fl-att ta’ stabbiliment tal-fond fiduċjarju adottat mill-Kummissjoni u tinżamm konformità magħhom mid-donaturi. | Pravila za sestavo upravnega odbora in njegova notranja pravila se določijo v aktu o ustanovitvi skrbniškega sklada, ki ga sprejme Komisija in velja tudi za donatorje. |
Dawk ir-regoli jiżguraw rappreżentanza ġusta tad-donaturi u jinkludu r-rekwiżit li jkollhom il-vot pożittiv tal-Kummissjoni għad-deċiżjoni finali dwar l-użu tal-fondi. | Ta pravila zagotavljajo pravično zastopanje donatorjev in vključujejo zahtevo, da je za končno odločitev o uporabi sredstev sklada potrebno soglasje Komisije. |
Akkwisti | Javna naročila |
Kiri ta’ bini | Najem zgradb |
L-uniċi kuntratti ta’ bini li jistgħu jiġu ffinanzjati mill-approprjazzjonijiet operattivi għal azzjoni esterna jkunu dawk relatati mal-kiri ta’ binjiet diġà mibnija fil-mument meta tiġi ffirmata l-kirja. | Iz odobritev za poslovanje za zunanje ukrepe se lahko financirajo samo pogodbe o nepremičninah za najem zgradb, ki so bile že zgrajene ob podpisu najemne pogodbe. |
Dawn il-kuntratti jiġu ppubblikati kif stipulat fl-Artikolu 124. | Te pogodbe se objavijo, kakor je določeno v členu 124. |
Il-kuntratti ta’ servizzi jinkludu kuntratti ta’ studju u ta’ assistenza teknika. | Naročila storitev obsegajo naročila študij in tehnične pomoči. |
Kuntratt ta’ studju huwa kuntratt ta’ servizzi konkluż bejn fornitur u l-awtorità kontraenti li jinkludi studji għall-identifikazzjoni u t-tħejjija ta’ proġetti, studji dwar il-fattibilità, studji ekonomiċi u tas-suq, studji tekniċi u awditjar. | Naročilo študije je pogodba o izvajanju storitev, ki se sklene med izvajalcem in naročnikom ter vključuje študije za opredelitev in pripravo projektov, študije izvedljivosti, gospodarske in tržne raziskave, tehnične študije in revizije. |