Source | Target | L-Istati Membri għandhom iwettqu test dwar l-iskambju ta’ informazzjoni supplementari. | Države članice bi morale opraviti preskus izmenjave dopolnilnih podatkov. |
Fir-rigward tas-SIS 1+, il-Konvenzjoni ta’ Schengen tipprevedi funzjoni ta’ appoġġ tekniku (C.SIS). | Za SIS 1+ predvideva Schengenska konvencija tehnični podporni del (C.SIS). |
Fir-rigward tas-SIS II, ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI jipprevedu SIS II Ċentrali magħmula minn funzjoni ta’ appoġġ tekniku u minn interfaċċja nazzjonali uniformi (NI-SIS). | Za SIS II predvidevata Uredba (ES) št. 1987/2006 in Sklep 2007/533/PNZ centralni SIS II, sestavljen iz tehničnega podpornega dela in enotnega nacionalnega vmesnika (NI-SIS). |
Il-funzjoni ta’ appoġġ tekniku tas-SIS II Ċentrali għandha tkun ibbażata fi Strasburgu (Franza) u l-unità ta’ riżerva f’St Johann im Pongau (l-Awstrija). | Tehnični podporni del centralnega SIS II bi se moral nahajati v Strasbourgu (Francija), varnostna kopija pa v kraju Sankt Johann im Pongau (Avstrija). |
Sabiex jiġu ġestiti aħjar id-diffikultajiet potenzjali li jinħolqu bil-migrazzjoni mis-SIS 1+ għas-SIS II għandha tiġi stabbilita u ttestjata arkitettura interim għall-migrazzjoni għas-SIS. | Za lažje reševanje težav, ki se lahko pojavijo pri migraciji s SIS 1+ na SIS II, bi bilo treba vzpostaviti in preskusiti začasno strukturo za migracijo za SIS. |
L-arkitettura interim għall-migrazzjoni m’għandu jkollha l-ebda impatt fuq id-disponibbiltà operattiva tas-SIS 1+. | Začasna struktura za migracijo ne bi smela vplivati na operativno razpoložljivost SIS 1+. |
Konvertitur għandu jkun ipprovdut mill-Kummissjoni. | Komisija bi morala zagotoviti pretvornik. |
L-Istat Membru li joħroġ allert għandu jkun responsabbli sabiex jiżgura li d-data li tiddaħħal fis-SIS tkun preċiża, aġġornata u legali. | Država članica, ki izda razpis ukrepa, bi morala biti odgovorna za točnost, ažurnost podatkov in zakonitost vnašanja podatkov v SIS. |
Il-Kummissjoni għandha tibqa’ responsabbli għas-SIS II Ċentrali u għall-infrastruttura tal-komunikazzjoni tagħha. | Komisija bi morala biti še naprej odgovorna za centralni SIS II ter njegovo komunikacijsko infrastrukturo. |
Din ir-responsabbiltà tinkludi l-manutenzjoni u l-kontinwazzjoni tal-iżvilupp tas-SIS II u l-infrastruttura tal-komunikazzjoni tagħha, inkluż f’kull ħin il-korrezzjoni tal-iżbalji. | Ta odgovornost vključuje vzdrževanje ter nadaljnji razvoj SIS II in njegove komunikacijske infrastrukture, vključno s stalnim odpravljanjem napak. |
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-koordinazzjoni u l-appoġġ għall-attivitajiet konġunti. | Komisija bi morala zagotavljati usklajevanje in podporo pri skupnih dejavnostih. |
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi, b’mod partikolari, l-appoġġ tekniku u operattiv meħtieġ għall-Istati Membri fil-livell tas-SIS II Ċentrali inkluż id-disponibbiltà ta’ helpdesk. | Državam članicam bi morala zagotavljati zlasti potrebno tehnično in operativno podporo na ravni centralnega SIS II, vključno s službo za pomoč uporabnikom. |
L-Istati Membri huma u għandhom jibqgħu responsabbli għall-iżvilupp u l-manutenzjoni tas-sistemi nazzjonali tagħhom (N.SIS II). | Države članice so in bi morale biti še naprej odgovorne za razvoj in vzdrževanje svojih nacionalnih sistemov (N.SIS II). |
Franza għandha tibqa’ responsabbli għall-funzjoni ta’ appoġġ tekniku tas-SIS 1+, kif inhu previst espressament fil-Konvenzjoni ta’ Schengen. | Francija bi morala biti še naprej odgovorna za delovanje tehničnega podpornega dela SIS 1+, kot je izrecno predvideno v Schengenski konvenciji. |
Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ għandhom jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom fil-qafas tal-Kunsill. | Predstavniki držav članic, ki sodelujejo v SIS 1+, bi morali svoje dejavnosti usklajevati v okviru Sveta. |
Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas għal dik l-azzjoni organizzattiva. | Za te organizacijske dejavnosti je treba vzpostaviti ustrezen okvir. |
Sabiex tappoġġa lill-Istati Membri jagħżlu l-aktar soluzzjoni teknika u finanzjarja favorevoli, il-Kummissjoni għandha tniedi mingħajr dewmien il-proċess ta’ adattament ta’ dan ir-Regolament billi tipproponi qafas legali għall-migrazzjoni mis-SIS 1+ għas-SIS II li jirrifletti aħjar l-approċċ għall-migrazzjoni tekniku deskritt fil-Pjan ta’ Migrazzjoni tal-Proġett tas-SIS (il-“Pjan ta’ Migrazzjoni”) adottat mill-Kummissjoni wara vot pożittiv mill-Kumitat tas-SIS-VIS fit-23 ta’ Frar 2011. | Da bi se podprle države članice pri izbiri najprimernejše tehnične in finančne rešitve, bi morala Komisija takoj začeti postopek prilagajanja te uredbe, tako dapredlaga pravni okvir za migracijo s SIS 1+ na SIS II, ki bi bolje zrcalila pristop tehnične migracije iz načrta migracije za projekt SIS (v nadaljnjem besedilu: načrt migracije), ki ga je sprejela Komisija, potem ko je zanj 23. februarja 2011 glasoval Odbor SIS-VIS. |
Il-Pjan ta’ Migrazzjoni jipprevedi li fi ħdan il-perijodu tal-bidla, l-Istati Membri kollha, konsekuttivament, se jwettqu l-bidla individwali tagħhom tal-applikazzjoni nazzjonali mis-SIS 1+ għas-SIS II. | V načrtu migracije je predvideno, da bodo v obdobju preklopa vse države članice opravile lastni preklop nacionalne aplikacije s SIS 1+ na SIS II. |
Huwa xieraq mil-lat tekniku li dawk l-Istati Membri li jkunu qalbu jkunu kapaċi jużaw l-ambitu sħiħ tas-SIS II minn meta ssir il-bidla u ma jkollhomx jistennew sakemm l-Istati Membri l-oħra jaqilbu wkoll. | S tehničnega vidika je zaželeno, da države članice, ki preklop opravijo, lahko uporabljajo SIS II v polnem obsegu od dneva preklopa in da jim ni treba čakati, da ga opravijo tudi druge države članice. |
Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu applikati r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI minn mindu tibda l-bidla mill-ewwel Stat Membru. | Zato je treba uporabljati Uredbo (ES) št. 1987/2006 in Sklep 2007/533/PNZ od začetka preklopa s strani prve države članice. |
Sabiex jiġu applikati l-istess standards u kundizzjonijiet għal allerti, proċessar ta’ data u protezzjoni ta’ data fl-Istati Membri kollha, jeħtieġ li l-qafas legali tas-SIS II jiġi applikat għall-attivitajiet operattivi tas-SIS tal-Istati Membri li għadhom ma għamlux il-bidla. | Zaradi uporabe enakih standardov in pogojev pri razpisih ukrepov ter obdelavi in varstvu podatkov v vseh državah članicah je treba za operativne dejavnosti SIS v državah članicah, ki še niso opravile preklopa, uporabiti pravni okvir SIS II. |
Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI jipprevedu li għas-SIS II Ċentrali għandha tintuża l-aqwa teknoloġija disponibbli, soġġetta għal analiżi kost-effettività. | Uredba (ES) št. 1987/2006 in Sklep 2007/533/PNZ določata, da bi bilo treba za centralni SIS II uporabiti najboljšo razpoložljivo tehnologijo ob upoštevanju analize stroškov in koristi. |
L-Anness għall-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-direzzjoni ulterjuri tas-SIS II tal-4-5 ta’ Ġunju 2009 stabbilixxa miri importanti li għandhom jintlaħqu sabiex jitkompla l-proġett attwali tas-SIS II. | V prilogi k sklepom Sveta o prihodnjem razvoju SIS II z zasedanja 4. in 5. junija 2009 so določeni mejniki, ki bi jih bilo treba doseči za nadaljevanje sedanjega projekta SIS II. |
Id-deskrizzjoni tal-komponenti tekniċi tal-arkitettura interim għall-migrazzjoni għaldaqstant għandha tiġi adattata sabiex tippermetti soluzzjoni teknika oħra, u b’mod partikolari s-SIS 1+ RE dwar l-iżvilupp tas-SIS II Ċentrali. | Opis tehničnih elementov začasne strukture za migracijo bi bilo treba zato prilagoditi, da bo v zvezi z razvojem centralnega SIS II mogoča druga tehnična rešitev, zlasti SIS 1+ RE. |
Is-SIS 1+ RE hija soluzzjoni teknika possibbli biex tiġi żviluppata s-SIS II Ċentrali u jintlaħqu l-objettivi tas-SIS II stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI. | SIS 1+ RE je možna tehnična rešitev za razvoj centralnega SIS II in uresničitev ciljev SIS II, ki so določeni v Uredbi (ES) št. 1987/2006 in Sklepu 2007/533/PNZ. |
Is-SIS 1+ RE hija karatterizzata b’mezzi uniċi bejn l-iżvilupp tas-SIS II u s-SIS 1+. | Za SIS 1+ RE je značilno, da predstavlja edinstveno pot med razvojem SIS II in SIS 1+. |
Ir-referenzi f’dan ir-Regolament għall-arkitettura teknika tas-SIS II u għall-proċess ta’ migrazzjoni għandhom għalhekk, f’każ ta’ implimentazzjoni ta’ xenarju tekniku alternattiv, jinqraw bħala r-referenzi għas-SIS II abbażi ta’ soluzzjoni teknika oħra, kif applikata mutatis mutandis għall-ispeċifiċitajiet tekniċi ta’ dik is-soluzzjoni, waqt li jinżamm l-objettiv li tiġi żviluppata SIS II Ċentrali. | Zato bi bilo treba v primeru, če bo uporabljena nadomestna tehnična rešitev, tehnično strukturo SIS II in proces migracije v tej uredbi razumeti kot SIS II, ki temelji na drugačni tehnični rešitvi in se uporablja smiselno glede na tehnične značilnosti te rešitve, v skladu s ciljem razvoja centralnega SIS II. |
Fi kwalunkwe xenarju tekniku, ir-riżultat ta’ migrazzjoni f’livell ċentrali għandu jkun d-disponibbiltà tal-bażi tad-data tas-SIS 1+ u funzjonalitajiet ġodda tas-SIS II, li jinkludu kategoriji ta’ data addizzjonali, fis-SIS II Ċentrali. | V vseh tehničnih rešitvah je rezultat migracije na centralni ravni razpoložljivost podatkovne zbirke SIS 1+ in novih funkcij SIS II, med drugim tudi dodatnih vrst podatkov, v centralnem SIS II. |
Sabiex ikun iffaċilitat l-illowdjar tad-data għandu jkun speċifikat li data mħassra kif imsemmi fl-Artikolu 113(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen mhux se tiġi emigrata mis-SIS 1+ għas-SIS II. | Zaradi olajšanja nalaganja podatkov bi bilo treba določiti, da se izbrisani podatki, kot določa člen 113(2) Schengenske konvencije, ne prenesejo s SIS 1+ na SIS II. |
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tikkuntratta lil partijiet terzi, inklużi korpi pubbliċi nazzjonali, il-kompiti li jiġu mogħtija lilha permezz ta’ dan ir-Regolament u l-kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [12](ir-“Regolament Finanzjarju”). | Komisija bi morala imeti pooblastila, da na tretje strani, vključno z nacionalnimi javnimi organi, pogodbeno prenese naloge, ki so nanjo prenesene s to uredbo, in naloge v zvezi z izvrševanjem proračuna v skladu z Uredbo Sveta (ES, Euratom) št. 1605/2002 z dne 25. junija 2002 o finančni uredbi, ki se uporablja za splošni proračun Evropskih skupnosti [12](v nadaljnjem besedilu: finančna uredba). |
Tali kuntratti għandhom jirrispettaw ir-regoli tal-protezzjoni tad-data u s-sigurtà tad-data u jieħdu f’konsiderazzjoni r-rwol tal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data rilevanti applikabbli għas-SIS, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Schengen u ta’ dan ir-Regolament. | Vsaka tovrstna pogodba bi morala spoštovati pravila o varstvu in varnosti podatkov ter upoštevati vlogo ustreznih organov za varstvo podatkov, ki se uporabljajo za SIS, zlasti določbe Schengenske konvencije in te uredbe. |
Wara l-orjentazzjoni politika u soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni tkun mistiedna, f’każ li wieħed jaqleb għas-soluzzjoni alternattiva, biex tiddelega lil Franza l-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit relatati mal-iżvilupp tas-SIS II abbażi tas-SIS 1+ RE. | V skladu s politično usmeritvijo in ob upoštevanju pogojev iz finančne uredbe bi bila Komisija v primeru preklopa na nadomestno rešitev pozvana, da naloge izvrševanja proračuna, povezane z razvojem SIS II na podlagi SIS 1+ RE, prenese na Francijo. |
Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, kif ukoll id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perijodu mill-2007 sal-2013 bħala parti mill-Programm Ġenerali Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni [13], inkludew żviluppi nazzjonali tas-SIS II fost l-azzjonijiet eliġibbli li għandhom ikunu kkofinanzjati taħt il-Fond għall-Fruntieri Esterni (EBF). | Uredba (ES) št. 1987/2006 in Sklep 2007/533/PNZ ter Odločba št. 574/2007/ES Evropskega parlamenta in Sveta z dne 23. maja 2007 o ustanovitvi Sklada za zunanje meje za obdobje 2007–2013 v okviru splošnega programa „Solidarnost in upravljanje migracijskih tokov“ [13]so vključili nacionalni razvoj SIS II med upravičene ukrepe, ki se sofinancirajo iz Sklada za zunanje meje (EBF). |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/599/KE tas-27 ta’ Awwissu 2007 li timplimenta d-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta’ linji gwida strateġiċi mill-2007 sal-2013 [14], identifikat ulterjorment lis-SIS II bħala waħda mill-ħames prijoritajiet strateġiċi taħt l-EBF, fejn ġiet rikonoxxuta l-importanza tal-appoġġ għall-iżvilupp koerenti u f’waqtu tal-proġetti nazzjonali flimkien mas-SIS II ċentrali. | Tudi Odločba Komisije 2007/599/ES z dne 27. avgusta 2007 o izvajanju Odločbe št. 574/2007/ES Evropskega parlamenta in Sveta v zvezi s sprejetjem strateških smernic za obdobje 2007–2013 [14]potrjuje SIS II kot eno od petih strateških prednostnih nalog Sklada za zunanje meje, saj priznava pomen zagotavljanja podpore skladnemu in pravočasnemu razvoju nacionalnih projektov hkrati s centralnim SIS II. |
Mill-adozzjoni ta’ dawk l-atti legali, il-proġett tas-SIS II irċieva riorjentazzjoni sinifikanti matul l-2010, wara t-tlestija ta’ kampanja importanti ta’ testijiet l-“Milestone 1”. | Od sprejetja navedenih pravnih aktov je bil projekt SIS II bistveno preusmerjen v letu 2010 po zaključku pomembnega preskušanja „Mejnik 1“. |
Barra minn hekk, l-evoluzzjonijiet fl-użu tas-SIS mill-Istati Membri wasslu għal ħtieġa biex jiġu aġġornati r-rekwiżiti tekniċi tas-SIS II li jikkonċernaw il-prestazzjoni u l-kapaċità tal-ħażna li affettwaw l-ispejjeż tal-proġett SIS II kemm fil-livell ċentrali kif ukoll fil-livell nazzjonali. | Poleg tega je zaradi razvoja pri uporabi SIS s strani držav članic nastala potreba po posodobitvi tehničnih zahtev SIS II v zvezi z uspešnostjo delovanja sistema in njegovo pomnilniško zmogljivostjo, kar je vplivalo na stroške projekta SIS II na centralni in nacionalni ravni. |
Fir-rigward tal-proċess ta’ migrazzjoni mis-SIS 1+ sas-SIS II, l-evoluzzjoni fir-rekwiżiti u l-avvanzi magħmula fit-tlestija tal-proġett SIS II wasslu għal definizzjoni mill-ġdid tal-arkitettura tal-migrazzjoni, tal-kalendarju tal-migrazzjoni u tar-rekwiżiti għall-ittestjar. | Kar zadeva proces migracije s SIS 1+ na SIS II, sta razvoj zahtev in napredek pri izvajanju projekta SIS II povzročila ponovno opredelitev strukture za migracijo, časovnega razporeda migracije in zahtev glede preskušanja. |
Parti importanti mill-attivitajiet, li issa se jkunu meħtieġa fil-livell tal-Istati Membri għall-migrazzjoni lejn is-SIS II, ma kinux antiċipati fiż-żmien meta r-Regolament (KE) Nru 1104/2008 u d-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI ġew adottati jew fiż-żmien meta l-pakkett finanzjarju u l-programmi pluriennali taħt l-EBF ġew imfassla. | Pomemben del dejavnosti, ki bi jih bilo treba zdaj izvajati na ravni držav članic zaradi migracije na SIS II, ni bil predviden niti ob sprejetju Uredbe (ES) št. 1104/2008 in Sklepa 2008/839/PNZ niti med pripravo finančnega svežnja in večletnih programov v okviru Sklada za zunanje meje. |
Għalhekk, hu meħtieġ li jerġgħu jiġu allinjati parzjalment il-prinċipji tad-distribuzzjoni tal-ispejjeż għall-migrazzjoni mis-SIS 1+ għas-SIS II. | Zato je treba delno ponovno uskladiti načela porazdelitve stroškov za migracijo s SIS 1+ na SIS II. |
Ċerti attivitajiet nazzjonali relatati ma’ dik il-migrazzjoni, b’mod partikolari f’konnessjoni mal-parteċipazzjoni tal-Istati Membri f’attivitajiet ta’ ittestjar relatati mal-migrazzjoni, jistgħu jiġu kofinanzjati mil-linja baġitarja tas-SIS II tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. | Nekatere nacionalne dejavnosti v zvezi s to migracijo, zlasti v zvezi s sodelovanjem držav članic pri dejavnostih preskušanja, povezanih z migracijo, bi se lahko sofinancirale iz proračunske postavke splošnega proračuna Unije, namenjene SIS II. |
Dik il-possibbiltà għandha tkopri attivitajiet speċifiċi u definiti tajjeb lil hinn, minn azzjonijiet oħra relatati mas-SIS II u li m’għandhomx jikkoinċidu magħhom, li se jkomplu jiġu appoġġati taħt l-EBF. | Ta možnost bi morala pokriti posebne in dobro opredeljene dejavnosti, ki bi presegale in se ne bi prekrivale z drugimi ukrepi, povezanimi s SIS II, ki bi imeli še naprej podporo prek Sklada za zunanje meje. |
B’hekk l-assistenza finanzjarja pprovduta taħt dan ir-Regolament għandha tkun kumplimentari għal dik ipprovduta mill-EBF. | Finančna podpora, zagotovljena na podagi te uredbe, bi tako dopolnjevala pomoč iz Sklada za zunanje meje. |
Fir-rigward tal-kofinanzjament ipprovdut taħt dan ir-Regolament, għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġu evitati l-irregolaritajiet u l-frodi u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu rkuprati l-fondi mitlufa, imħallsa ħażin jew użati b’mod mhux korrett, f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea [15], ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra [16], u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) [17]. | V zvezi s sofinanciranjem na podlagi te uredbe bi bilo treba sprejeti ukrepe,da se preprečijo nepravilnosti in goljufije ter izterjajo izgubljena, nepravilno plačana ali nepravilno porabljena sredstva v skladu z Uredbo Sveta (ES, Euratom) št. 2988/95 z dne 18. decembra 1995 o zaščiti finančnih interesov Evropskih skupnosti [15], Uredbo Sveta (Euratom, ES) št. 2185/96 z dne 11. novembra 1996 o pregledih in inšpekcijah na kraju samem, ki jih opravlja Komisija za zaščito finančnih interesov Evropskih skupnosti pred goljufijami in drugimi nepravilnostmi [16], in Uredbo (ES) št. 1073/1999 Evropskega parlamenta in Sveta z dne 25. maja 1999 o preiskavah, ki jih izvaja Evropski urad za boj proti goljufijam (OLAF) [17]. |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu l-impatti finanzjarji tad-deċiżjoni fuq l-Istati Membri li għandhom jibqgħu involuti bis-sħiħ meta l-Kummissjoni teżerċita s-setgħat ta’ implimentazzjoni tagħha, għandhom jiġu konferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. | Da bi se zagotovili enotni pogoji za izvajanje te uredbe, bi bilo treba na Komisijo prenesti izvedbena pooblastila, pri tem pa upoštevati finančne posledice zadevne odločitve za države članice, s katerimi bi morala Komisija pri izvajanju svojih izvedbenih pooblastil v celoti sodelovati. |
Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni [18]. | Navedena pooblastila bi bilo treba izvajati v skladu z Uredbo (EU) št. 182/2011 Evropskega parlamenta in Sveta z dne 16. februarja 2011 o določitvi splošnih pravil in načel, na podlagi katerih države članice nadzirajo izvajanje izvedbenih pooblastil Komisije [18]. |
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikomplu jikkooperaw mill-qrib matul il-passi kollha tal-iżvilupp tas-SIS II u l-migrazzjoni mis-SIS 1+ għas-SIS II sabiex il-proċess ikun jista’ jitlesta. | Komisija in države članice bi morale še naprej tesno sodelovati v vseh fazah razvoja SIS II in migracije s SIS 1+ na SIS II, da bi se ta proces uspešno zaključil. |
Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-SIS II tas-26-27 ta’ Frar 2009 u l-4-5 ta’ Ġunju 2009, ġie stabbilit korp informali li jikkonsisti f’esperti tal-Istati Membri u msejjaħ bħala l-Bord tal-Ġestjoni Globali tal-Programm, sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni u jingħata appoġġ dirett mill-Istati Membri lill-proġett ċentrali tas-SIS II. | S sklepi Sveta o SIS II z zasedanj 26. in 27. februarja 2009 ter 4. in 5. junija 2009 je bilo ustanovljeno neformalno telo, sestavljeno iz strokovnjakov držav članic in imenovano Odbor za upravljanje globalnega programa, ki naj bi okrepilo sodelovanje in zagotovilo neposredno podporo držav članic centralnemu projektu SIS II. |
Ir-riżultat pożittiv tal-ħidma ta’ dak il-grupp ta’ esperti u l-ħtieġa li jissaħħu aktar il-kooperazzjoni u t-trasparenza tal-proġett SIS II ċentrali jiġġustifikaw l-integrazzjoni formali tal-grupp ta’ esperti fl-istruttura tal-ġestjoni tas-SIS II. | Pozitivni rezultat dela te skupine strokovnjakov ter nujnost nadaljnje krepitve sodelovanja in povečanja preglednosti centralnega SIS II upravičujeta formalno vključitev skupine strokovnjakov v strukturo upravljanja SIS II. |
Għaldaqstant għandu jiġi stabbilit formalment grupp ta’ esperti, imsejjaħ il-Bord tal-Ġestjoni Globali tal-Programm, sabiex jikkomplementa l-istruttura organizzattiva tas-SIS II attwali. | Zato bi bilo treba formalno ustanoviti skupino strokovnjakov, imenovano Odbor za upravljanje globalnega programa, ki bo dopolnila sedanjo organizacijsko strukturo SIS II. |
Sabiex jiġu żgurati l-effiċjenza kif ukoll il-kost-effettività n-numru ta’ esperti għandu jkun limitat. | Da bi zagotovili uspešnost in stroškovno učinkovitost, bi bilo treba omejiti število strokovnjakov. |
L-attivitajiet tal-Bord tal-Ġestjoni Globali tal-Programm għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri. | Dejavnosti Odbora za upravljanje globalnega programa ne bi smele posegati v pristojnosti Komisije in držav članic. |
Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data [19]japplika għall-ipproċessar tad-data personali mill-Kummissjoni. | Komisija pri obdelavi osebnih podatkov uporablja Uredbo (ES) št. 45/2001 Evropskega parlamenta in Sveta z dne 18. decembra 2000 o varstvu posameznikov pri obdelavi osebnih podatkov v institucijah in organih Skupnosti in o prostem pretoku takih podatkov [19]. |
L-Awtoritajiet ta’ Sorveljanza Nazzjonali huma responsabbli għas-superviżjoni tal-ipproċessar tad-data personali tas-SIS 1+ fuq it-territorju tal-Istati Membri rispettivi tagħhom u jibqgħu responsabbli għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data personali tas-SIS II fuq it-territorju tal-Istat Membru rispettiv tagħhom. | Nacionalni nadzorni organi so odgovorni za nadzor obdelave osebnih podatkov v SIS 1+ na ozemlju svoje države članice in so še naprej odgovorni za spremljanje zakonitosti obdelave osebnih podatkov v SIS II na ozemlju posamezne države članice. |
Għalhekk, waqt li għal ragunijiet ta’ ċertezza legali, il-fażi ta’ bidlau l-perijodu ta’ monitoraġġ intensiv li matulhom l-arkitettura interim għall-migrazzjoni tibqa’ teżisti għandhom ikunu kemm jista’ jkun qosra, il-Kunsill f’każ ta’ diffikultajiet tekniċi, għandu jkun jista’ jistabbilixxi d-data finali għat-tmiem tal-migrazzjoni f’konformità mal-Artikolu 55(2) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 71(2) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI. | Zato bi sicer faza preklopa in obdobje intenzivnega spremljanja, ko začasna struktura za migracijo še obstaja, zaradi pravne varnosti morala biti čim krajša in Svet bi moral imeti možnost, da v primeru tehničnih težav določi končni datum za dokončanje migracije v skladu s členom 55(2) Uredbe (ES) št. 1987/2006 in členom 71(2) Sklepa 2007/533/PNZ. |
Billi l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li tiġi stabbilita l-arkitettura interim għall-migrazzjoni u l-migrazzjoni tad-data mis-SIS 1+ għas-SIS II, ma jkunux jistgħu jintlaħqu sew mill-Istati Membri u, għaldaqstant jistgħu, minħabba fl-iskala tad-daqs jew fl-effetti tal-azzjoni, jiġu milħuqa aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. | Ker ciljev te uredbe, torej vzpostavitve začasne strukture za migracijo ter prenos podatkov s SIS 1+ na SIS II, države članice ne morejo zadovoljivo doseči in ker se te cilje zaradi obsega in učinkov ukrepa lažje doseže na ravni Unije, lahko Unija sprejme ukrepe v skladu z načelom subsidiarnosti iz člena 5 Pogodbe o Evropski uniji. |
Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. | V skladu z načelom sorazmernosti iz navedenega člena ta uredba ne presega tistega, kar je potrebno za doseganje navedenih ciljev. |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. | Ta uredba spoštuje temeljne pravice in upošteva načela, priznana zlasti v Listini Evropske unije o temeljnih pravicah. |
Sabiex fl-2012 jingħata effett lill-faċilità finanzjarja li tista’ tiġi pprovduta lill-Istati Membri mill-baġit ġenerali tal-Unjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu. | Da bi v letu 2012 začel učinkovati finančni instrument, ki bi lahko bil državam članicam zagotovljen iz splošnega proračuna Unije v skladu s to uredbo, bi ta uredba morala začeti veljati dan po objavi. |
Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar fl-implimentazzjoni, fl-applikazzjoni u fl-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen [20]li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt G, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE [21]dwar ċertiarranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim. | Ta uredba predstavlja za Islandijo in Norveško razvoj določb schengenskega pravnega reda v smislu Sporazuma med Svetom Evropske unije in Republiko Islandijo ter Kraljevino Norveško o pridružitvi obeh k izvajanju, uporabi in razvoju schengenskega pravnega reda [20], ki spadajo na področje iz točke G člena 1 Sklepa Sveta 1999/437/ES [21]o nekaterih izvedbenih predpisih za uporabo navedenega sporazuma. |
Fir-rigward tal-Isvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-implimetazzjoni, fl-applikazzjoni u fl-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen [22]li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt G, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE [23]. | Ta uredba predstavlja za Švico razvoj določb schengenskega pravnega reda v smislu Sporazuma med Evropsko unijo, Evropsko skupnostjo in Švicarsko konfederacijo o pridružitvi Švicarske konfederacije k izvajanju, uporabi in razvoju schengenskega pravnega reda [22], ki spadajo na področje iz točke G člena 1 Sklepa 1999/437/ES, v povezavi s členom 3 Sklepa Sveta 2008/146/ES [23]. |