Source | Target | Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-implimetazzjoni, fl-applikazzjoni u fl-iżvilupp tal-acquis [24]ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt G, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE [25]. | Ta uredba predstavlja za Lihtenštajn razvoj določb schengenskega pravnega reda v smislu Protokola, podpisanega med Evropsko unijo, Evropsko skupnostjo, Švicarsko konfederacijo in Kneževino Lihtenštajn o pristopu Kneževine Lihtenštajn k Sporazumu med Evropsko unijo, Evropsko skupnostjo in Švicarsko konfederacijo o pridružitvi Švicarske konfederacije k izvajanju, uporabi in razvoju schengenskega pravnega reda [24], ki spadajo na področje iz točke G člena 1 Sklepa 1999/437/ES v povezavi s členom 3 Sklepa Sveta 2011/350/EU [25]. |
B’mod konformi mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Tratttat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. | V skladu s členoma 1 in 2 Protokola (št. 22) o stališču Danske, ki je priložen Pogodbi o Evropski uniji in Pogodbi o delovanju Evropske unije, Danska ne sodeluje pri sprejetju te uredbe, ki zato zanjo ni zavezujoča in se v njej ne uporablja. |
Peress li dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, b’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi f’perijodu ta’ sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament jekk hix ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha. | Ker ta uredba nadgrajuje schengenski pravni red, se Danska v skladu s členom 4 navedenega protokola v šestih mesecih od dne, ko Svet sprejme to uredbo, odloči, ali bo to uredbo prenesla v svoje nacionalno pravo. |
Ir-Renju Unit qed jieħu sehem f’dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 5(1) tal-Protokoll (Nru 19) dwar l-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness għat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen [26]. | Združeno kraljestvo sodeluje pri tej uredbi v skladu s členom 5(1) Protokola (št. 19) o schengenskem pravnem redu, vključenem v okvir Evropske unije, ki je priložen Pogodbi o Evropski uniji in Pogodbi o delovanju Evropske unije, in členom 8(2) Sklepa Sveta 2000/365/ES z dne 29. maja 2000 o prošnji Združenega kraljestva Velika Britanija in Severna Irska za sodelovanje pri izvajanju nekaterih določb schengenskega pravnega reda [26]. |
L-Irlanda qed tieħu sehem f’dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 5(1) tal-Protokoll (Nru 19) dwar l-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness għat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen [27]. | Irska sodeluje pri tej uredbi v skladu s členom 5(1) Protokola (št. 19) o schengenskem pravnem redu, vključenem v okvir Evropske unije, ki je priložen Pogodbi o Evropski uniji in Pogodbi o delovanju Evropske unije, in členom 6(2) Sklepa Sveta 2002/192/ES z dne 28. februarja 2002 o prošnji Irske, da sodeluje pri izvajanju nekaterih določb schengenskega pravnega reda [27]. |
Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti għall-parteċipazzjoni parzjali tal-Irlanda u tar-Renju Unit fl-acquis ta’ Schengen kif determinat bid-Deċiżjonijiet 2000/365/KE u 2002/192/KE rispettivament. | Ta uredba ne posega v dogovora o delnem sodelovanju Irske in Združenega kraljestva pri izvajanju schengenskega pravnega reda, kakor sta določena v sklepih Sveta 2000/365/ES oziroma 2002/192/ES. |
Fir-rigward ta’ Ċipru, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq, jew inkella huwa relatat mal-acquis ta’ Schengen fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003. | Za Ciper ta uredba predstavlja akt, ki temelji na schengenskem pravnem redu oziroma je z njim kako drugače povezan v smislu člena 3(2) Akta o pristopu iz leta 2003. |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat u ta opinjoni fid-9 ta’ Lulju 2012 [28], | (44) Evropski nadzornik za varstvo podatkov je, po z njim opravljenem posvetovanju, podal mnenje 9. julija 2012 [28]– |
Għan ġenerali | Splošni cilj |
Is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) stabbilita skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Konvenzjoni ta’ Schengen (SIS 1+), għandha tiġi sostitwita b’sistema ġdida, is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen II (SIS II), li l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tagħha huma rregolati bid-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI. | Schengenski informacijski sistem (SIS), vzpostavljen v skladu z določbami naslova IV Schengenske konvencije (SIS 1+), se nadomesti z novim sistemom, schengenskim informacijskim sistemom II (SIS II), katerega vzpostavitev, delovanje in uporabo ureja Sklep 2007/533/PNZ. |
Skont il-proċeduri u t-tqassim tal-kompiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, is-SIS II għandha tiġi żviluppata mill-Kummissjoni u l-Istati Membri bħala sistema integrata unika u għandha titħejja għat-tħaddim. | V skladu s postopki in določbami o razdelitvi nalog, določenimi v tej uredbi, Komisija in države članice razvijajo SIS II kot enotni integrirani sistem, ki se pripravi za delovanje. |
“SIS II Ċentrali” tfisser il-funzjoni ta’ appoġġ tekniku tas-SIS II li fiha bażi tad-data, il-“bażi tad-data tas-SIS II”, u interfaċċja nazzjonali uniformi (NI-SIS); | „centralni SIS II“ pomeni tehnični podporni del SIS II, ki vsebuje podatkovno zbirko (v nadaljnjem besedilu: „podatkovna zbirka SIS II“) in enoten nacionalni vmesnik (NI-SIS); |
“C.SIS” tfisser il-funzjoni ta’ appoġġ tekniku tas-SIS 1+, li fiha l-bażi tad-data ta’ referenza għas-SIS 1+ u l-interfaċċja nazzjonali uniformi (N.COM); | SIS“ pomeni tehnični podporni del SIS 1+, ki vsebuje referenčno podatkovno zbirko za SIS 1+ in enoten nacionalni vmesnik (N.COM); |
“N.SIS” tfisser is-sistema nazzjonali tas-SIS 1+, li tikkonsisti fis-sistemi ta’ data nazzjonali li jikkomunikaw mas-C.SIS; | SIS“ pomeni nacionalni sistem SIS 1+, sestavljen iz nacionalnih podatkovnih sistemov, ki so povezani s C.SIS; |
“N.SIS II” tfisser is-sistema nazzjonali tas-SIS II, li tikkonsisti fis-sistemi ta’ data nazzjonali li jikkomunikaw mas-SIS II Ċentrali; | SIS II“ pomeni nacionalni sistem SIS II, sestavljen iz nacionalnih podatkovnih sistemov, ki so povezani s centralnim SIS II; |
“konvertitur” tfisser għodda teknika li tippermetti komunikazzjoni konsistenti u affidabbli bejn is-C.SIS u s-SIS II Ċentrali, li tiżgura l-funzjonalitajiet previsti fl-Artikolu 10(3) u li tippermetti l-konverżjoni u s-sinkronizzazzjoni tad-data bejn is-C.SIS u s-SIS II Ċentrali; | „pretvornik“ pomeni tehnično orodje, ki omogoča skladno in zanesljivo povezavo med C.SIS in centralnim SIS II ter zagotavlja funkcije iz člena 10(3) in omogoča pretvorbo in usklajevanje podatkov med C.SIS in centralnim SIS II; |
“test komprensiv” tfisser it-test imsemmi fl-Artikolu 71(3)(c) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI; | „celovit preskus“ pomeni preskus iz člena 71(3)(c) Sklepa 2007/533/PNZ; |
“test dwar informazzjoni supplimentari” tfisser testijiet funzjonali bejn l-Uffiċċji SIRENE. | „preskus dopolnilnih podatkov“ pomeni funkcionalne preskuse med uradi SIRENE. |
Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ fir-rigward tal-kompiti li ġejjin: | Ta uredba določa naloge in odgovornosti Komisije in držav članic, ki sodelujejo v SIS 1+, v zvezi z naslednjimi nalogami: |
il-manutenzjoni u l-kontinwazzjoni tal-iżvilupp tas-SIS II; | vzdrževanju in nadaljnjem razvoju SIS II; |
test komprensiv tas-SIS II; | celovitem preskusu SIS II; |
test dwar informazzjoni supplimentari; | preskusu dopolnilnih podatkov; |
il-kontinwazzjoni tal-iżvilupp u l-ittestjar ta’ konvertitur; | nadaljnjem razvoju in preskušanju pretvornika; |
l-istabbiliment u l-ittestjar ta’ arkitettura interim għall-migrazzjoni; | vzpostavitvi in preskušanju začasne strukture za migracijo; |
il-migrazzjoni mis-SIS 1+ għas-SIS II. | migraciji s SIS 1+ na SIS II. |
Komponenti tekniċi tal-arkitettura interim għall-migrazzjoni | Tehnični elementi začasne strukture za migracijo |
Sabiex tiġi żgurata l-migrazzjoni mis-SIS 1+ għas-SIS II, il-komponenti li ġejjin għandhom ikunu disponibbli safejn neċessarju: | Za zagotovitev migracije s SIS 1+ na SIS II se v potrebnem obsegu zagotovijo naslednji elementi: |
is-C.SIS u l-konnessjoni mal-konvertitur; | C.SIS in povezava s pretvornikom; |
l-infrastruttura tal-komunikazzjoni għas-SIS 1+ li tippermetti lis-C.SIS tikkomunika mal-N.SIS; | komunikacijska infrastruktura za SIS 1+, ki omogoča povezavo C.SIS z N.SIS; |
l-N.SIS; | N.SIS; |
is-SIS II Ċentrali, l-NI-SIS u l-infrastruttura tal-komunikazzjoni għas-SIS II li tippermetti lis-SIS II Ċentrali tikkomunika mal-N.SIS II u l-konvertitur; | centralni SIS II, NI-SIS in komunikacijska infrastruktura za SIS II, ki omogoča povezavo centralnega SIS II z N.SIS II in pretvornikom; |
l-N.SIS II; | N.SIS II; |
il-konvertitur. | pretvornik. |
Franza għandha tagħmel disponibbli u topera s-C.SIS f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Schengen. | Francija da v skladu z določbami Schengenske konvencije na voljo C.SIS, ki ga tudi upravlja. |
L-Istati Membri għandhom ikomplu jiżviluppaw l-N.SIS II. | Države članice nadalje razvijajo N.SIS II. |
L-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ għandhom iżommu l-N.SIS f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Schengen. | Države članice, ki sodelujejo v SIS 1+, vzdržujejo N.SIS v skladu z določbami Schengenske konvencije. |
L-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ għandhom jagħmlu disponibbli u joperaw l-infrastruttura tal-komunikazzjoni għas-SIS 1+. | Države članice, ki sodelujejo v SIS 1+, dajo na voljo komunikacijsko infrastrukturo za SIS 1+, ki jo tudi upravljajo. |
Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-attivitajiet u tipprovdi l-appoġġ meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-kompiti u r-responsabbiltajiet imsemmijin fil-paragrafi 1 sa 3. | Komisija usklajuje dejavnosti in zagotavlja potrebno podporo za izpolnjevanje nalog in odgovornosti iz odstavkov 1 do 3. |
Kontinwazzjoni tal-iżvilupp | Nadaljnji razvoj |
L-atti ta’ implimentazzjoni meħtieġa biex jitkompla l-iżvilupp tas-SIS II kif imsemmi fl-Artikolu 5(1), b’mod partikolari l-miżuri meħtieġa għall-korrezzjoni tal-iżbalji, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami definita fl-Artikolu 17(2). | Izvedbeni akti, potrebni za nadaljnji razvoj SIS II iz člena 5(1), zlasti ukrepi, potrebni za odpravo napak, se sprejmejo v skladu s postopkom pregleda iz člena 17(2). |
L-atti ta’ implimentazzjoni meħtieġa biex jitkompla l-iżvilupp tas-SIS II kif imsemmi fl-Artikolu 5(3), safejn dak jikkonċerna l-interfaċċja nazzjonali uniformi filwaqt li tkun żgurata l-kompatibbiltà tal-N.SIS II mas-SIS II Ċentrali, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami definita fl-Artikolu 17(2). | Izvedbeni akti, potrebni za nadaljnji razvoj SIS II iz člena 5(3), če se nanašajo na enoten nacionalni vmesnik, ki zagotavlja združljivost N.SIS II s centralnim SIS II, se sprejmejo v skladu s postopkom pregleda iz člena 17(2). |
Attivitajiet prinċipali | Glavne dejavnosti |
Il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ għandhom iwettqu test komprensiv. | Komisija in države članice, ki sodelujejo v SIS 1+, opravijo celovit preskus. |
Għandha tiġi stabbilita arkitettura interim għall-migrazzjoni u għandu jitwettaq test ta’ dik l-arkitettura mill-Kummissjoni flimkien ma’ Franza u l-Istati Membri l-oħrajn li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+. | Vzpostavi se začasna struktura za migracijo, ki jo preskusi Komisija skupaj s Francijo in drugimi državami članicami, ki sodelujejo v SIS 1+. |
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ għandhom iwettqu l-migrazzjoni mis-SIS 1+ għas-SIS II. | Komisija in države članice, ki sodelujejo v SIS 1+, preidejo s SIS 1+ na SIS II. |
L-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ għandhom iwettqu test dwar l-iskambju tal-informazzjoni supplimentari. | Države članice, ki sodelujejo v SIS 1+, preskusijo izmenjavo dopolnilnih podatkov. |
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-appoġġ meħtieġ fil-livell tas-SIS II Ċentrali għall-attivitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4. | Komisija na ravni centralnega SIS II zagotavlja potrebno podporo dejavnostim iz odstavkov 1 do 4. |
L-attivitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 3 għandhom jiġu kkoordinati mill-Kummissjoni u l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill. | Dejavnosti iz odstavkov 1 do 3 v okviru Sveta usklajujejo Komisija in države članice, ki sodelujejo v SIS 1+. |
Test Komprensiv | Celovit preskus |
It-test komprensiv m’għandux jibda qabel ma l-Kummissjoni tkun iddikjarat li hija tqis il-livell ta’ suċċess tat-testijiet imsemmijin fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2008/173/ĠAI bħala suffiċjenti biex jinbeda tali test. | Celovit preskus se ne sme začeti, preden Komisija ne izjavi, da je po njenem mnenju raven uspešnosti preskusov iz člena 1 Sklepa 2008/173/PNZ dovolj visoka, da se tak preskus lahko začne. |
Għandu jitwettaq test komprensiv bl-għan li jiġu kkonfermati, b’mod partikolari, l-ikkompletar mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ tal-arranġamenti tekniċi meħtieġa sabiex tkun ipproċessata d-data tas-SIS II u t-turija li l-livell ta’ prestazzjoni tas-SIS II huwa mill-anqas l-istess bħal dak miksub mis-SIS 1+. | Opravi se celovit preskus, katerega namen je zlasti potrditi, da so Komisija in države članice, ki sodelujejo v SIS 1+, vzpostavile potrebno tehnično ureditev za obdelavo podatkov SIS II, in dokazati, da SIS II deluje vsaj tako uspešno kot SIS 1+. |
It-test komprensiv għandu jitwettaq mill-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ għall- N.SIS II u mill-Kummissjoni għas-SIS II Ċentrali. | Celovit preskus za N.SIS II opravijo države članice, ki sodelujejo v SIS 1+, za centralni SIS II pa Komisija. |
It-test komprensiv għandu jsegwi skeda dettaljata definita mill-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni. | Celovit preskus poteka po natančnem časovnem načrtu, ki ga v sodelovanju s Komisijo v okviru Sveta določijo države članice, ki sodelujejo v SIS 1+. |
It-test komprensiv għandu jkun ibbażat fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi definiti mill-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni. | Celovit preskus temelji na tehničnih specifikacijah, ki jih v sodelovanju s Komisijo v okviru Sveta določijo države članice, ki sodelujejo v SIS 1+. |
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill għandhom jiddefinixxu l-kriterji biex jiġi determinat jekk l-arranġamenti tekniċi meħtieġa għall-ipproċessar tad-data tas-SIS II humiex kompluti u jekk il-livell ta’ prestazzjoni tas-SIS II huwiex mill-anqas ekwivalenti għal dak miksub mis-SIS 1+. | Komisija in države članice, ki sodelujejo v SIS 1+, v okviru Sveta določijo merila za preverjanje, ali je bila vzpostavljena potrebna tehnična ureditev za obdelavo podatkov SIS II in ali SIS II deluje vsaj tako uspešno kot SIS 1+. |
Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu analizzati permezz tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, mill-Kummissjoni u l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill. | Rezultate preskusa v okviru Sveta analizirajo Komisija in države članice, ki sodelujejo v SIS 1+, pri čemer se uporabijo merila iz odstavka 6 tega člena. |
Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu vvalidati skont l-Artikolu 71(3)(c) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI. | Rezultati preskusa se potrdijo v skladu s členom 71(3)(c) Sklepa 2007/533/PNZ. |
L-Istati Membri li mhux qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ jistgħu jipparteċipaw fit-test komprensiv. | Države članice, ki ne sodelujejo v SIS 1+, lahko sodelujejo pri celovitem preskusu. |
Ir-riżultati tagħhom m’għandhomx jaffettwaw il-validazzjoni ġenerali ta’ dak it-test. | Njihovi rezultati ne vplivajo na splošno potrditev tega preskusa. |
Test dwar informazzjoni supplimentari | Preskus glede dopolnilnih podatkov |