Source | Target | L-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ għandhom iwettqu testijiet funzjonali tas-SIRENE. | Države članice, ki sodelujejo v SIS 1+, opravijo funkcionalne preskuse SIRENE. |
Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli s-SIS II Ċentrali u l-infrastruttura tal-komunikazzjoni tagħha matul it-twettiq tat-test dwar l-informazzjoni supplimentari. | Med izvajanjem preskusa glede dopolnilnih podatkov da Komisija na voljo centralni SIS II in njegovo komunikacijsko infrastrukturo. |
It-test dwar l-informazzjoni supplimentari għandu jsegwi skeda dettaljata definita mill-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill. | Preskus glede dopolnilnih podatkov poteka po natančnem časovnem načrtu, ki ga v okviru Sveta določijo države članice, ki sodelujejo v SIS 1+. |
It-test dwar l-informazzjoni supplimentari għandu jkun ibbażat fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi definiti mill-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill. | Preskus glede dopolnilnih podatkov temelji na tehničnih specifikacijah, ki jih v okviru Sveta določijo države članice, ki sodelujejo v SIS 1+. |
Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu analizzati mill-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill. | Rezultate preskusa v okviru Sveta analizirajo države članice, ki sodelujejo v SIS 1+. |
L-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ għandhom jiżguraw li r-riżultat tat-test globali jintbagħat lill-Parlament Ewropew. | Države članice, ki sodelujejo v SIS 1+, zagotovijo, da se splošni rezultat poskusa posreduje Evropskemu parlamentu. |
L-Istati Membri li mhux qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ jistgħu jipparteċipaw fit-test dwar l-informazzjoni supplimentari. | Države članice, ki ne sodelujejo v SIS 1+, lahko sodelujejo pri preskusu glede dopolnilnih podatkov. |
Arkitettura interim għall-migrazzjoni | Začasna struktura za migracijo |
Għandha tiġi stabbilita arkitettura interim għall-migrazzjoni, li tkun magħmula mill-komponenti kif stipulat fil-punti (a) u (f) tal-Artikolu 4. | Vzpostavi se začasna struktura za migracijo, sestavljena iz elementov, navedenih v točkah (a) do (f) člena 4. |
Il-konvertitur jgħaqqad is-SIS II Ċentrali u s-C.SIS għal perijodu transitorju. | Pretvornik v prehodnem obdobju poveže centralni SIS II in C.SIS. |
L-N.SIS jigu magħqudin mas-C.SIS u l-N.SIS II jiġu magħqudin mas-SIS II Ċentrali. | N.SIS se povežejos C.SIS, N.SIS II pa s centralnim SIS II. |
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi konvertitur, is-SIS II Ċentrali u l-infrastruttura tal-komunikazzjoni tagħha bħala parti mill-arkitettura interim għall-migrazzjoni. | Komisija zagotovi pretvornik, centralni SIS II in njegovo komunikacijsko infrastrukturo, ki predstavljajo del začasne strukture za migracijo. |
Safejn huwa meħtieġ, il-konvertitur għandu jaqleb id-data f’żewġ direzzjonijiet bejn is-C.SIS u s-SIS II Ċentrali u jżomm is-C.SIS u s-SIS II Ċentrali sinkronizzati. | Pretvornik v potrebnem obsegu dvosmerno pretvarja podatke med C.SIS in centralnim SIS II ter usklajuje C.SIS in centralni SIS II. |
Il-Kummissjoni għandha tittestja l-komunikazzjoni bejn is-SIS II Ċentrali u l-konvertitur. | Komisija preskusi povezavo med centralnim SIS II in pretvornikom. |
Franza għandha tittestja l-komunikazzjoni bejn is-C.SIS u l-konvertitur. | Francija preskusi povezavo med C.SIS in pretvornikom. |
Il-Kummissjoni u Franza għandhom jittestjaw il-komunikazzjoni bejn is-SIS II Ċentrali u s-C.SIS permezz tal-konvertitur. | Komisija in Francija preskusita povezavo med centralnim SIS II in C.SIS prek pretvornika. |
Franza, flimkien mal-Kummissjoni, għandha tqabbad is-C.SIS permezz tal-konvertitur mas-SIS II Ċentrali. | Francija skupaj s Komisijo prek pretvornika poveže C.SIS s centralnim SIS II. |
Il-Kummissjoni, flimkien ma’ Franza u l-Istati Membri l-oħrajn li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+, għandhom jittestjaw l-arkitettura interim għall-migrazzjoni sħiħa skont pjan ta’ ttestjar ipprovdut mill-Kummissjoni. | Komisija skupaj s Francijo in drugimi državami članicami, ki sodelujejo v SIS 1+, preskusi celotno začasno strukturo za migracijo v skladu z načrtom preskusa, ki ga pripravi Komisija. |
Jekk ikun meħtieġ, Franza għandha tagħmel data disponibbli għall-finijiet tal-ittestjar. | Francija po potrebi zagotovi podatke za preskus. |
Migrazzjoni mis-SIS 1+ għas-SIS II | Migracija s SIS 1+ na SIS II |
Għall-migrazzjoni mis-C.SIS għas-SIS II Ċentrali, Franza għandha tagħmel disponibbli l-bażi tad-data tas-SIS 1+ u l-Kummissjoni għandha tintroduċi l-bażi tad-data tas-SIS 1+ fis-SIS II Ċentrali. | Za migracijo s C.SIS na centralni SIS II da Francija na voljo podatkovno zbirko SIS 1+, Komisija pa podatkovno zbirko SIS 1+ vnese v centralni SIS II. |
Data tal-bażi tad-data tas-SIS 1+ imsemmija fl-Artikolu 113(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen m’għandhiex tkun introdotta fis-SIS II Ċentrali. | Podatki iz podatkovne zbirke SIS 1+ iz člena 113(2) Schengenske konvencije se ne vnesejo v centralni SIS II. |
L-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ għandhom jemigraw mill-N.SIS għall-N.SIS II billi jużaw l-arkitettura interim għall-migrazzjoni, bl-appoġġ ta’ Franza u tal-Kummissjoni. | Države članice, ki sodelujejo v SIS 1+, z uporabo začasne strukture za migracijo in ob podpori Francije in Komisije migrirajo z N.SIS na N.SIS II. |
Il-migrazzjoni tas-sistema nazzjonali mis-SIS 1+ għas-SIS II ser tibda bl-illowdjar tad-data tal-N.SIS II, meta dik l-N.SIS II għandu jkun fiha fajl tad-data, il-kopja nazzjonali, li jkun fiha kopja kompluta jew parzjali tal-bażi tad-data tas-SIS II. | Migracija nacionalnega sistema s SIS 1+ na SIS II se začne z nalaganjem podatkov v N.SIS II, kadar ta N.SIS II vsebuje podatkovno zbirko, nacionalno kopijo, ki vsebuje popolno ali delno kopijo iz podatkovne zbirke SIS II. |
L-illowdjar tad-data kif deskritt fl-ewwel subparagrafu għandu jkun segwit minn bidla mill-N.SIS għall-N.SIS II għal kull Stat Membru. | Nalaganju podatkov, kot je opisano v prvem pododstavku, sledi preklop vsake države članice z N.SIS na N.SIS II. |
Il-bidla għandha tibda fid-data li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill, li jaġixxi skont l-Artikolu 71(2) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, wara li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 71(3) ta’ dik id-Deċiżjoni. | Preklop se začne z dnem, ki ga določi Svet v skladu s členom 71(2) Sklepa 2007/533/PNZ, potem ko so izpolnjeni pogoji iz člena 71(3) navedenega sklepa. |
Il-bidla mill-N.SIS għall-N.SIS II għall-Istati Membri kollha għandha titlesta f’inqas minn 12-il siegħa. | Preklop z N.SIS na N.SIS II se za vse države članice zaključi v največ 12 urah. |
L-applikazzjonijiet nazzjonali għall-iskambju ta’ informazzjoni supplementari għandhom jiċċaqalqu għan-netwerk s-TESTA b’mod parallel mal-bidla. | Nacionalne aplikacije za izmenjavo dopolnilnih podatkov migrirajo na omrežje s-TESTA vzporedno s preklopom. |
Il-migrazzjoni għandha tintemm wara perijodu ta’ monitoraġġ intensiv. | Migracija se konča po obdobju intenzivnega spremljanja. |
Dak il-perijodu ta’ monitoraġġ intensiv għandu jkun limitat miż-żmien, u m’għandux jeċċedi 30 jum mid-data tal-bidla tal-ewwel Stat Membru. | To obdobje intenzivnega spremljanja je omejeno in ne presega 30 dni od dneva preklopa v prvi državi članici. |
Il-migrazzjoni għandha ssegwi skeda dettaljata pprovduta mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill. | Migracija poteka po natančnem časovnem načrtu, ki ga v okviru Sveta določijo Komisija in države članice, ki sodelujejo v SIS 1+. |
Il-Kummissjoni għandha tassisti fil-koordinazzjoni u l-appoġġ tal-attivitajiet komuni matul il-migrazzjoni. | Komisija med migracijo pomaga pri usklajevanju skupnih dejavnosti in jih podpira. |
Qafas legali sostantiv | Pravni okvir |
Għall-fażi tal-illowdjar tad-data tal-migrazzjoni kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(3), id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Konvenzjoni ta’ Schengen għandhom jibqgħu japplikaw għas-SIS 1+. | V migracijski fazi nalaganja podatkov iz prvega pododstavka člena 11(3) se za SIS 1+ še naprej uporabljajo določbe naslova IV Schengenske konvencije. |
Mill-bidla tal-ewwel Stat Membru mill-N.SIS għall-N.SIS II, kif imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(3) ta’ dan ir-Regolament, għandha tapplika d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI. | Od preklopa prve države članice z N.SIS na N.SIS II, kot je določeno v drugem pododstavku člena 11(3) te uredbe, se uporablja Sklep 2007/533/PNZ. |
Dan ir-Regolament għandu jibqa’ japplika għall-arkitettura interim għall-migrazzjoni matul il-migrazzjoni kollha kif imsemmi fl-Artikolu 11(3). | Ta uredba se še naprej uporablja za začasno strukturo za migracijo ves čas trajanja migracije, kot je navedeno v členu 11(3). |
Kooperazzjoni | Sodelovanje |
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw għat-twettiq tal-attivitajiet kollha koperti b’dan ir-Regolament skont ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom. | Države članice in Komisija sodelujejo pri izvajanju vseh dejavnosti iz te uredbe v skladu s svojimi pristojnostmi. |
Il-Kummissjoni għandha b’mod partikolari tipprovdi l-appoġġ meħtieġ fil-livell tas-SIS II Ċentrali għall-ittestjar tal-N.SIS II u l-migrazzjoni lejha. | Komisija na ravni centralnega SIS II zagotovi predvsem potrebno podporo preskusu in migraciji N.SIS II. |
L-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jipprovdu l-appoġġ meħtieġ fil-livell tal-N.SIS II għall-ittestjar tal-arkitettura interim għall-migrazzjoni. | Države članice na ravni N.SIS II zagotovijo predvsem potrebno podporo preskusu začasne strukture za migracijo. |
Sostituzzjoni tat-taqsimiet nazzjonali permezz tal-N.SIS II | Zamenjava nacionalnih delov z N.SIS II |
L-N.SIS II tista’ tissostitwixxi t-taqsima nazzjonali msemmija fl-Artikolu 92 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, u f’dak il-każ l-Istati Membri m’għandhomx għalfejn iżommu fajl bid-data nazzjonali. | N.SIS II lahko nadomesti nacionalni del iz člena 92 Schengenske konvencije, pri čemer državam članicam ni treba razpolagati z nacionalno podatkovno zbirko. |
Jekk xi Stat Membru jissostitwixxi t-taqsima nazzjonali tiegħu bl-N.SIS II, il-funzjonijiet obbligatorji tal-funzjoni ta’ appoġġ tekniku fir-rigward ta’ dik it-taqsima nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 92(2) u (3) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen għandhom isiru funzjonijiet obbligatorji fir-rigward tas-SIS II Ċentrali, mingħajr preġudizzju għall-obbligi imsemmija fl-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 10(1), (2) u (3) ta’ dan ir-Regolament. | Če katera koli država članica nadomesti svoj nacionalni del z N.SIS II, obvezne naloge tehničnega podpornega dela v razmerju do tega nacionalnega dela iz člena 92(2) in (3) Schengenske konvencije postanejo obvezne naloge v razmerju do centralnega SIS II, brez poseganja v obveznosti iz člena 5(1) ter člena 10(1), (2) in (3) te uredbe. |
L-ipproċessar ta’ data u ż-żamma ta’ reġistri fis-SIS II Ċentrali | Obdelava podatkov in vodenje evidence v centralnem SIS II |
Il-bażi tad-data tas-SIS II Ċentrali għandha tkun disponibbli għall-fini li jitwettqu tfittxijiet awtomatizzati fit-territorju ta’ kull Stat Membru. | Podatkovnazbirka centralnega SIS II je dostopna za avtomatizirane poizvedbe na ozemlju vsake države članice. |
Is-SIS II Ċentrali għandha tipprovdi s-servizzi meħtieġa għad-dħul u l-ipproċessar tad-data tas-SIS 1+, l-aġġornament online tal-kopji nazzjonali tal-N.SIS II, is-sinkronizzazzjoni ta’ u l-konsistenza bejn il-kopji nazzjonali tal-N.SIS II u l-bażi tad-data tas-SIS II Ċentrali u tipprovdi l-operazzjonijiet għall-inizjalizzazzjoni u r-restawr tal-kopji nazzjonali tal-N.SIS II. | Centralni SIS II zagotavlja potrebne storitve za vnašanje in obdelavo podatkov SIS 1+, spletno posodabljanje nacionalnih kopij N.SIS II, usklajevanje in povezovanje nacionalnih kopij N.SIS II in podatkovne zbirke centralnega SIS II ter za postopek za zagon in obnovitev nacionalnih kopij N.SIS II. |
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Titolu IV tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, il-Kummissjoni għandha tiżgura li kull aċċess għal, u kull skambju ta’ data personali fi ħdan is-SIS II Ċentrali jiġu rreġistrati għall-finijiet ta’ verifika dwar jekk it-tfittxija tkunx skont il-liġi jew le, ta’ monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data u sabiex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-SIS II Ċentrali u tas-sistemi nazzjonali, l-integrità u s-sigurtà tad-data. | Komisija brez poseganja v ustrezne določbe naslova IV Schengenske konvencije zagotovi, da se vsak dostop do osebnih podatkov in vsaka njihova izmenjava v okviru centralnega SIS II evidentira zaradi preverjanja zakonitosti iskanja, spremljanja zakonitosti obdelave podatkov ter zagotavljanja pravilnega delovanja centralnega SIS II in nacionalnih sistemov ter celovitosti in varnosti podatkov. |
Ir-reġistri għandhom juru, b’mod partikolari, id-data u l-ħin tad-data trasmessa, id-data użata biex isiru tfittxijiet, ir-referenza għad-data trasmessa u l-isem tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-ipproċessar tad-data. | Evidenca vsebuje zlasti datum in čas prenosa podatkov, podatke, ki so bili uporabljeni pri iskanju, navajanje prenesenih podatkov in ime pristojnega organa, odgovornega za obdelavo podatkov. |
Ir-reġistri jistgħu jintużaw biss għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 3 u għandhom jitħassru mhux qabel sena u mhux iktar tard minn tliet snin wara li jkunu nħolqu. | Evidenca se lahko uporablja samo za namene iz odstavka 3 in se izbriše najprej eno in najpozneje tri leta po nastanku. |
Ir-reġistri jistgħu jinżammu għal perijodu itwal jekk ikunu meħtieġa għall-proċeduri ta’ monitoraġġ li jkunu diġà bdew. | Evidenca se lahko hrani dalj časa, če je potrebna za nadzorne postopke, ki so že v teku. |
L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 60(1) u l-Artikolu 61(1) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI responsabbli mill-kontroll dwar jekk it-tfittxija tkunx skont il-liġi jew le, mill-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar ta’ data, mill-awtomonitoraġġ u biex jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-SIS II Ċentrali, l-integrità u s-sigurtà tad-data, għandhom, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, ikollhom aċċess, sal-limiti tal-kompetenzi tagħhom u fuq talba tagħhom, għal dawk ir-reġistri bil-għan li jaqdu l-kompiti tagħhom. | Pristojni organi iz členov 60(1) in 61(1) Sklepa 2007/533/PNZ, odgovorni za preverjanje zakonitosti iskanja, spremljanje zakonitosti obdelave podatkov, samonadzor in zagotavljanje pravilnega delovanja centralnega SIS II ter celovitosti in varnosti podatkov, imajo v skladu z določbami Sklepa 2007/533/PNZ v mejah svojih pristojnosti in na zahtevo pri izvajanju svojih nalog dostop do te evidence. |
L-ispejjeż li jirriżultaw mill-migrazzjoni, it-test komprensiv, it-test dwar l-informazzjoni supplimentari, il-manutenzjoni u l-miżuri ta’ żvilupp fil-livell ta’ SIS II Ċentrali jew li jikkonċernaw l-infrastruttura tal-komunuikazzjoni għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. | Stroški, ki nastanejo zaradi migracije, celovitega preskusa, preskusa glede dopolnilnih podatkov ter ukrepov za vzdrževanje in razvoj na ravni centralnega SIS II ali v zvezi s komunikacijsko infrastrukturo, se krijejo iz splošnega proračuna Unije. |
L-ispejjeż li jirriżultaw mill-istallazzjoni, il-migrazzjoni, l-ittestjar, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistemi nazzjonali, kif ukoll mill-kompiti li għandhom isiru mis-sistemi nazzjonali skont dan ir-Regolament, għandhom jitħallsu minn kull Stat Membru kkonċernat kifprevist mill-Artikolu 119(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen. | Stroške, ki nastanejo zaradi postavitve, migracije, preskusa, vzdrževanja in razvoja nacionalnih sistemov ter zaradinalog, ki jih bodo izvajali nacionalni sistemi na podlagi te uredbe, krije zadevna država članica, kot je določeno v členu 119(2) Schengenske konvencije. |
Minbarra l-assistenza finanzjarja pprovduta mill-Fond għall-Fruntieri Esterni, l-Unjoni tista’ tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għan-nefqiet tal-Istati Membri għall-migrazzjoni u l-attivitajiet tal-ittestjar relatati mal-migrazzjoni tagħhom li jsiru skont l-Artikoli 8, 9, 10(8) u 11 ta’ dan ir-Regolament biex jiġu koperti attivitajiet speċifiċi u ddefiniti sewwa. | Kot dopolnitev finančne podpore Sklada za zunanje meje Unija lahko zagotovi finančni prispevek za izdatke držav članic za njihovo migracijo in dejavnosti preskušanja, povezanih z migracijo, ki se izvajajo v skladu s členi 8, 9, 10(8) in 11 te uredbe, da se pokrijejo posebne in natančno opredeljene dejavnosti. |
Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni relatata mal-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tieħu l-forma ta’ għotjiet kif previst mit-Titolu VI tar-Regolament Finanzjarju. | Prispevek Unije, ki se nanaša na dejavnosti iz prvega pododstavka, je v obliki donacij, kot je določeno v naslovu VI finančne uredbe. |
Dik il-kontribuzzjoni m’għandhiex taqbeż 75 % tan-nefqiet eliġibbli ta’ kull Stat Membru u m’għandhiex taqbeż EUR 750000 għal kull Stat Membru. | Ta prispevek ne sme presegati 75 % upravičenih izdatkov za vsako državo članico in ne sme presegati 750000 EUR na državo članico. |
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta, tiddeċiedi u tamministra l-operazzjoni ta’ kofinanzjament b’konformità mal-proċeduri tal-baġit u oħrajn, b’mod partikolari dawk preskritti fir-Regolament Finanzjarju. | Komisija oceni in odloča o sofinanciranju ter z njim upravlja v skladu s proračunskimi in drugimi postopki, zlasti tistimi iz finančne uredbe. |
Kull Stat Membru li jitlob tali kontribuzzjoni finanzjarja għandu jipprepara previżjoni finanzjarja li tindika t-tqassim tal-ispejjeż operattivi kif ukoll amministrattivi tal-attivitajiet marbuta għall-ittestjar u l-migrazzjoni. | Vsaka država članica, ki zahteva tak finančni prispevek, pripravi finančno napoved z razčlenitvijo operativnih in upravnih stroškov dejavnosti, povezanih s preskušanjem in migracijo. |
Meta l-Istati Membri jużaw il-fondi tal-Unjoni għan-nefqiet tagħhom, dawk in-nefqiet għandhom ikunu raġonevoli u konformi mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda, b’mod partikolari valur għal flus u kosteffikaċja. | Če države članice za svoje izdatke uporabijo sredstva Unije, morajo biti navedeni izdatki sprejemljivi in skladni z načeli dobrega finančnega poslovodenja, zlasti gospodarnosti in stroškovne učinkovitosti. |
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar l-użu tagħhom tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni sa mhux iktar tard minn sitt xhur wara d-data tal-bidla stabbilita mill-Kunsill, li jaġixxi skont l-Artikolu 71(2) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI. | Države članice predložijo Komisiji poročilo o njihovi uporabi prispevka Unije najpozneje šest mesecev od datuma preklopa, ki ga določi Svet v skladu členom 71(2) Sklepa 2007/533/PNZ. |