Source | Target | Deskrizzjoni tat-tip ta’ vettura rigward il-punti msemmija fil-paragrafi 2.2.1 sa 2.2.4 t’aktar ’il fuq, flimkien mar-restrizzjonjiet dwar it-tagħbija, b’mod partikolari t-tagħbija massima permissibbli fil-but; | opis tipa vozila glede na točke iz odstavkov 2.2.1 do 2.2.4 zgoraj, skupaj z omejitvami glede obremenitve, zlasti največje dovoljene obremenitve prtljažnika; |
Lista tal-apparati presritti mill-manifattur għall-assemblaġġ tad-dawl u tas-sinjalar bid-dawl. | seznam naprav, ki jih proizvajalec določi za sklop svetlobnih in svetlobno-signalnih naprav. |
Il-lista tista’ tinkludi diversi tipi ta’ apparat għal kull operazzjoni. | Seznam lahko vključuje več tipov naprav za vsako funkcijo. |
Kull tip irid ikun identifikat b’mod xieraq (komponent, marka ta’ approvazzjoni tat-tip, isem il-manifattur, eċċ.), minbarra dan rigward kull funzjoni, il-lista tista’ tinkludi l-annotazzjoni addizzjonali “jew apparati ekwivalenti”; | Vsak tip je ustrezno označen (sestavni del, homologacijska oznaka, ime proizvajalca itd.), poleg tega pa lahko seznam za vsako funkcijo vključuje dodatno oznako „ali enakovredne naprave“; |
Disinn ta’ kif inhu mqassam l-apparat tad-dawl u tas-sinjalar bid-dawl kollu, fejn tintwera l-pożizzjoni tad-diversi apparati fuq il-vettura; | pregledna risba celotne svetlobne in svetlobno-signalne opreme, ki prikazuje razporeditev različnih naprav na vozilu; |
Jekk ikun meħtieġ, sabiex tkun verifikata l-konformità tal-preskrizzjonijiet tar-Regolament preżenti, disinn(disinji) ta’ kif inhu mqassam kull fanal individwali fejn tintwera s-superfiċje li ddawwal kif ġiet iddefinita fil-paragrafu 2.9, is-superfiċje li titfa’ d-dawl kif ġiet iddefinita fil-pargrafu 2.8, l-assi ta’ referenza kif ġie ddefinit fil-paragrafu 2.11 u ċ-ċentru ta’ rerferenza kif ġie ddefinit fil-paragrafu 2.12. | če je potrebno zaradi ugotavljanja skladnosti s predpisi tega pravilnika, pregledno(-e) risbo(-e) vsake posamezne svetilke, ki prikazuje(-jo) svetlečo površino iz odstavka 2.9, površino sevanja iz odstavka 2.8, referenčno os iz odstavka 2.11 in referenčno središče iz odstavka 2.12. |
Din l-informazzjoni mhix meħtieġa fil-każ tal-fanal tal-pjanċa ta’ reġistrazzjoni ta’ wara (il-paragrafu 2.7.13); | Ta informacija ni potrebna za svetilko zadnje registrske tablice (odstavek 2.7.13); |
L-applikazzjoni għandha tinkludi dikjarazzjoni tal-metodu li ntuża għad-definizzjoni tas-superfiċje apparenti (ara l-paragrafu 2.10). | vloga vključujeizjavo o metodi, uporabljeni za opredelitev vidne svetleče površine (glej odstavek 2.10); |
Fejn titwaħħal AFS fuq il-vettura, l-applikant għandu jippreżenta deskrizzjoni dettaljata li tipprovdi l-informazzjoni li ġejja: | če je AFS vgrajen v vozilo, vlagatelj predloži podroben opis z naslednjimi informacijami: |
Il-funzjonijiet u l-modalitajiet tad-dawl li għalihom ġiet approvata l-AFS; | svetlobne funkcije in načine, za katere je bil AFS homologiran; |
Is-sinjali ta’ kontroll tal-AFS relatati u l-karatteristiċi tekniċi tagħhom kif ġew iddefiniti skont l-Anness 10 għar-Regolament Nru 123; | ustrezne kontrolne signale AFS in njihove tehnične značilnosti, kot so opredeljeni glede na Prilogo 10 k Pravilniku št. 123; |
Id-dispożizzjonijiet li qed jiġu applikati biex il-funzjonijiet u l-modalitajiet tad-dawl ta’ quddiem jiġu adattati b’mod awtomatiku skont il-paragrafu 6.22.7.4 ta’ dan ir-Regolament; | določbe, ki se uporabljajo za samodejno prilagoditev funkcij in načinov sprednje osvetlitve v skladu z odstavkom 6.22.7.4 tega pravilnika; |
Struzzjonijiet speċjali, jekk ikun hemm, għall-ispezzjoni tas-sorsi tad-dawl u għall-osservazzjoni viżiva tar-raġġ; | posebna navodila, če obstajajo, za pregled svetlobnih virov in vizualno opazovanje svetlobnega pramena; |
Id-dokumenti skont il-paragrafu 6.22.9.2 ta’ dan ir-Regolament; | dokumente iz odstavka 6.22.9.2 tega pravilnika; |
Il-fanali li ġew iggruppati jew ikkombinati ma’ jew reċiprokament inkorporati fl-AFS; | svetilke, ki so združene ali kombinirane ali integrirane v AFS; |
L-unitajiet tad-dawl li huma ddisinjati sabiex ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 6.22.5 ta’ dan ir-Regolament. | svetilne enote, načrtovane v skladu z zahtevami iz odstavka 6.22.5 tega pravilnika. |
Għal vetturi tal-kategoriji M u N deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet tal-provvista tal-elettriku għall-apparati indikati fil-paragrafi 2.7.9, 2.7.10, 2.7.12, 2.7.14 u 2.7.15 ta' hawn fuq, inkluż, jekk ikun il-każ, informazzjoni dwar provvista speċjali tal-elettriku/apparat elettroniku tal-kontroll tad-dawl jew kontroll ta’ intensitajiet varjabbli. | Za vozila kategorij M in N opis pogojev oskrbe z električno energijo za naprave, navedene v odstavkih 2.7.9, 2.7.10, 2.7.12, 2.7.14 in 2.7.15 zgoraj, po potrebi tudi informacije o posebni oskrbi z električno energijo / elektronski krmilni napravi za nadzor svetlobnega vira ali nadzoru spreminjanja svetilnosti. |
Vettura mhux mgħobbija mgħammra b’sett komplut ta’ apparat tad-dawl u tas-sinjalar bid-dawl, kif provdut fil-paragrafu 3.2.2 t’aktar ’il fuq, u rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandu jkun approvat għandha titressaq quddiem is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ approvazzjoni. | Tehnični službi, ki izvaja homologacijske preskuse, se predloži neobremenjeno vozilo z vgrajeno celotno svetlobno in svetlobno-signalno opremo iz odstavka 3.2.2 zgoraj, ki je vzorčni tip vozila v homologacijskem postopku. |
Id-dokument provdut fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament għandu jkun mehmuż mad-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip. | Homologacijski dokumentaciji se priloži dokument iz Priloge 1 k temu pravilniku. |
Jekk it-tip ta’ vettura mressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament fir-rigward tal-apparati kollha li ġew speċifikati fil-lista, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ vettura. | Če tip vozila, predložen v homologacijo v skladu s tem pravilnikom, izpolnjuje zahteve Pravilnika glede vseh naprav, navedenih na seznamu, se homologacija tega tipa vozila podeli. |
Għandu jiġi assenjat numru ta’ approvazzjoni lil kull tip approvat. | Številka homologacije se določi za vsak homologiran tip. |
L-ewwel żewġ numri tiegħu (bħalissa 05, li jikkorrispondu għas-serje 05 ta’ emendi) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi ewlenija reċenti li saru lir-Regolament fi żmien il-ħruġ tal-approvazzjoni. | Prvi dve števki (zdaj 05 v skladu s spremembami 05) navajata spremembe, vključno z zadnjimi večjimi tehničnimi spremembami Pravilnika ob izdaji homologacije. |
L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja dan in-numru lil tip ieħor ta’ vettura jew lill-istess tip ta’ vettura mressaq b’apparat li mhux speċifikat fil-lista li tissemma fil-paragrafu 3.2.2 t’aktar ’il fuq, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7 ta’ dan ir-Regolament. | Ista pogodbenica ne dodeli te številke drugemu tipu vozila ali istemu tipu vozila, ki je predložen z opremo, ki ni navedena na seznamu iz odstavka 3.2.2 zgoraj, v skladu z določbami iz odstavka 7 tega pravilnika. |
L-avviż ta’ approvazzjoni jew ta’ estensjoni jew ta’ rifjut ta’ approvazzjoni jew ta’ produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta’ tip/parti ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandu jkun ikkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament. | Obvestilo o dodelitvi, razširitvi ali zavrnitvi homologacije ali o dokončni prekinitvi proizvodnje tipa/dela vozila v skladu s tem pravilnikom se pošlje pogodbenicam Sporazuma iz leta 1958, ki uporabljajo ta pravilnik, v obliki, ki je v skladu z vzorcem iz Priloge 1 k temu pravilniku. |
Ma’ kull vettura li tikkonforma mat-tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, b’mod li jolqot l-għajn u f’post faċilment aċċessibbli li ġie speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, għandha titwaħħal marka ta’ approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti fi: | Na vsakem vozilu, ki je v skladu s tipom vozila, homologiranim po tem pravilniku, je na vidnem in zlahka dostopnem mestu, opredeljenem na homologacijskem certifikatu, nameščena mednarodna homologacijska oznaka, sestavljena iz: |
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni [6]; | kroga, ki obkroža črko „E“, sledi ji številčna oznaka države, ki je podelila homologacijo [6]; |
In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru ta’ approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku provdut fil-paragrafu 4.4.1. | številke tega pravilnika, ki ji sledijo črka „R“, pomišljaj in številka homologacije na desni strani kroga iz odstavka 4.4.1. |
Jekk il-vettura tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat, skont wieħed jew aktar mir-Regolamenti annessi għall-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, mhemmx għalfejn jiġi ripetut is-simbolu provdut fil-paragrafu 4.4.1, f’każ ta’ din ix-xorta, in-numri tar-Regolament u tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skont tagħhom ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu provdut fil-paragrafu 4.4.1. | Če je vozilo v skladu s tipom vozila, homologiranim po enem ali več drugih pravilnikih, ki so priloženi Sporazumu, v državi, ki je homologacijo podelila v skladu s tem pravilnikom, ni treba ponoviti simbola iz odstavka 4.4.1; v takem primeru se v navpičnih stolpcih na desni strani simbola iz odstavka 4.4.1 vstavijo številke pravilnika in homologacije ter dodatni simboli vseh pravilnikov, v skladu s katerimi je bila podeljena homologacija, v državi, ki je podelila homologacijo po tem pravilniku. |
Il-marka ta’ approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u għandha tkun indelibbli. | Homologacijska oznaka je jasno čitljiva in neizbrisna. |
Il-marka ta’ approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta’ jew fuq il-pjanċa tad-data tal-vettura mwaħħla mill-manifattur. | Homologacijska oznaka se namesti v bližino podatkovne tablice, ki jo je namestil proizvajalec, ali nanjo. |
L-Anness 2 għal dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki ta’ approvazzjoni. | Priloga 2 k temu pravilniku prikazuje primere namestitev homologacijskih oznak. |
L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI | SPLOŠNE SPECIFIKACIJE |
L-apparat tad-dawl u tas-sinjalar bid-dawl għandhom ikunu mwaħħla b’tali mod li f’kundizzjonijiet normali ta’ użu, kif iddefiniti fil-paragrafi 2.24, 2.24.1 u 2.24.2, u minkejja kwalunkwe vibrazzjoni li għaliha jistgħu jkunu soġġetti, iżommu l-karatteristiċi provduti f’dan ir-Regolament u jippermettu li l-vettura tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. | Svetlobne in svetlobno-signalne naprave so vgrajene tako, da pri običajnih pogojih uporabe iz odstavkov 2.24, 2.24.1 in 2.24.2 ter kljub tresljajem, ki so jim morda izpostavljene, ohranijo značilnosti, predpisane v tem pravilniku, in zagotavljajo, da vozilo izpolnjuje zahteve tega pravilnika. |
B’mod partikolari, ma għandux ikun possibbli li l-fanali jkunu aġġustati ħażin b’mod involontarju. | Zlasti ne sme biti mogoče nenamerno spreminjati nastavitve svetilk. |
Il-fanali li jdawlu, li ġew deskritti fil-paragrafi 2.7.9, 2.7.10 u 2.7.19, għandhom ikunu installati b’tali mod li l-aġġustament korrett tal-orjentazzjoni tagħhom jista’ jitwettaq faċilment. | Žarometi iz odstavkov 2.7.9, 2.7.10 in 2.7.19 so vgrajeni tako, da je pravilna nastavitev njihove usmeritve preprosta. |
Fil-każ ta' fanali mgħammra b'miżuri kontra l-iskumdità ta' utenti oħra tat-triq f'pajjiż fejn it-traffiku jinsab fuq in-naħa tat-triq opposta għal dak tal-pajjiż li għalih ġie ddisinjat il-fanal, dawn il-miżuri għandhom jinkisbu awtomatikament jew mill-utent tal-vettura bil-vettura pparkjata mingħajr il-bżonn ta' għodod speċjali (minbarra dawk ipprovduti mal-vettura [7]). | Pri žarometih, opremljenih z ukrepi za preprečevanje motenja drugih udeležencev v prometu v državi, kjer promet poteka po drugi strani ceste kot v državi, v kateri je bil žaromet načrtovan, je tak ukrep samodejen ali ga uporabnik lahko namesti na parkiranem vozilu brez uporabe posebnega orodja (ki ni orodje, priloženo vozilu [7]). |
Għandhom jingħataw struzzjonijiet dettaljati mill-manifattur tal-vettura mal-vettura. | Podrobna navodila proizvajalec vozila zagotovi skupaj z vozilom. |
Għall-apparati kollha tas-sinjalar bid-dawl, inklużi dawk immuntati fuq il-panils tal-ġenb, l-assi ta’ referenza tal-fanal meta mwaħħal fuq il-vettura jrid ikun parallel għall-pjan tal-ġarr tal-vettura fit-triq; barra minn hekk, irid ikun perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura fil-każ tar-retrorifletturi tal-ġenb u tal-fanali li jimmarkaw il-ġnub u parallel għal dak il-pjan fil-każ tal-apparati tas-sinjali l-oħra kollha. | Pri vseh svetlobno-signalnih napravah, vključno s tistimi, ki so vgrajene v stranske stene, je referenčna os svetilke, ko je ta vgrajena v vozilo, vzporedna z ravnino stika med vozilom in cestiščem; poleg tega je pravokotna na vzdolžno srednjo ravnino vozila pri bočnih odsevnikih in bočnih svetilkah ter vzporedna s to ravnino pri vseh drugih signalnih napravah. |
F’kull direzzjoni, għandha titħalla tolleranza ta’ ± 3°. | V vsaki smeri je dovoljeno odstopanje ± 3°. |
Barra minn hekk, irid ikun hemm konformità ma’ kwalunkwe struzzjoni speċifika rigward it-twaħħil li ġiet stabbilita mill-manifattur. | Poleg tega se upoštevajo vsa posebna navodila o vgradnji, ki jih je določil proizvajalec. |
Fin-nuqqas ta’ struzzjonijiet speċifiċi, l-għoli u l-orjentazzjoni tal-fanali għandhom ikunu verifikati meta l-vettura ma tkunx mgħobbija u meta tkun fuq superfiċje ċatta u orizzontali fil-kundizzjoni ddefinita fil-paragrafi 2.24, 2.24.1 u 2.24.2 u, fil-każ fejn tiġi installata AFS, bis-sistema fl-istat newtrali tagħha. | Kadar ni posebnih navodil, se višina in usmeritev svetilk preverita pri vozilu, ki neobremenjeno stoji na ravni vodoravni površini pri pogojih iz odstavkov 2.24, 2.24.1 in 2.24.2 in v nevtralnem stanju, če je vgrajen AFS. |
Fin-nuqqas ta’ struzzjonijiet speċifiċi, il-fanali li jikkostitwixxu par għandhom: | Kadar ni posebnih zahtev, za svetilke, ki sestavljajo par, velja: |
Jitwaħħlu fuq il-vettura b’mod simmetriku b’relazzjoni għall-pjan medjan lonġitudinali (din l-istima għandha tkun ibbażata fuq il-forma ġeometrika esterna tal-fanal u mhux fuq it-tarf tas-superfiċje li ddawwal li tissemma fil-paragrafu 2.9); | v vozilo se vgradijo simetrično glede na vzdolžno srednjo ravnino (ocena mora temeljiti na zunanji geometrijski obliki svetilke in ne na robu njene svetleče površine iz odstavka 2.9); |
Ikunu simmetriċi waħda għall-oħra b’relazzjoni għall-pjan medjan lonġitudinali; dan ir-rekwiżit ma jkunx validu rigward l-istruttura interna tal-fanal; | so simetrične ena na drugo glede na vzdolžno srednjo ravnino; ta zahteva ne velja za notranjo zgradbo svetilke; |
Jissodisfaw l-istess rekwiżiti kolorimetriċi; u jkollhom sostanzjalment karatteristiċi fotometriċi identiċi. | izpolnjujejo iste kolorimetrične zahteve in imajo precej podobne fotometrične značilnosti. |
Dan ma għandux japplika għal par imqabbel ta’ fanali għaċ-ċpar fuq quddiem tal-Klassi F3. | To ne velja za usklajen par žarometov za meglo razreda F3; |
Ikollhom sostanzjalment karatteristiċi fotometriċi identiċi. | imajo skoraj enake fotometrične značilnosti. |
Fuq vetturi li s-sura esterna tagħhom tkun asimmetrika, ir-rekwiżiti t’aktar ’il fuq għandhom ikunu sodisfatti kemm jista’ jkun. | Pri vozilih, ki imajo asimetrično zunanjo obliko, se zgornje zahteve čim bolj upoštevajo. |
Fanali iggruppati, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati | Združene, kombinirane ali integrirane svetilke |
Il-fanali jistgħu jkunu ggruppati, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati waħda mal-oħra sakemm ir-rekwiżiti kollha rigward il-kulur, il-pożizzjoni, l-orjentazzjoni, il-viżibilità ġeometrika, il-konnessjonijiet elettriċi u r-rekwiżiti l-oħra, jekk ikun hemm, jiġu sodisfatti. | Svetilke so lahko združene, kombinirane ali integrirane, če so izpolnjene vse zahteve v zvezi z barvo, položajem, usmeritvijo, geometrijsko vidnostjo, električnimi vezavami in morebitne druge zahteve. |
Ir-rekwiżiti fotometriċi u kolorimetriċi ta' fanal għandhom jiġu sodisfatti meta l-funzjonijiet l-oħra kollha li magħhom dan il-fanal ikun iggruppat, ikkombinat jew inkorporat reċiprokament, ikunu MITFIJA. | Fotometrične in kolorimetrične zahteve svetilke so izpolnjene, ko so vse druge funkcije, s katerimi je ta svetilka združena, kombinirana ali integrirana, izklopljene. |
Madankollu, meta fanal tal-pożizzjonament ta’ quddiem jew ta' wara jkun inkorporat reċiprokament ma' funzjoni waħda jew iktar li jistgħu jiġu attivati flimkien magħha, ir-rekwiżiti dwar il-kulur ta' kull waħda minn dawn il-funzjonijiet l-oħra għandhom jiġu sodisfatti meta l-funzjonijiet inkorporati u l-fanali ta’ pożizzjonament ta’ quddiem jew ta' wara jkunu MIXGĦULA. | Ko pa je prednja ali zadnja pozicijska svetilka integrirana v eno ali več drugih funkcij, ki se lahko skupaj vklopijo, so zahteve glede barve vsake od teh drugih funkcij izpolnjene, ko so integrirane funkcije in prednje ali zadnje pozicijske svetilke vklopljene. |
Il-fanali tal-waqfien u l-fanali li jindikaw id-direzzjoni ma jistgħux ikunu inkorporati reċiprokament. | Zavornih svetilk in smernih svetilk ni dovoljeno integrirati. |
Meta fanali tal-waqfien u fanali li jindikaw id-direzzjoni jiġu ggruppati, għandhom jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin: | Kadar so zavorne svetilke in smerne svetilke združene, morajo biti izpolnjeni naslednji pogoji: |
Kwalunkwe linja dritta orizzontali jew vertikali li tgħaddi mill-projezzjonjiet tas-superfiċji apparenti ta’ dawn il-funzjonijiet fuq pjan perpendikulari għall-assi ta’ referenza, ma għandux jaqsam aktar minn żewġ linji ta’ demarkazzjoni li jisseparaw żoni biswit xulxin ta’ kulur differenti; | nobena vodoravna ali navpična ravna črta, ki poteka skozi projekcije vidnih svetlečih površin teh funkcij na ravnini, ki je pravokotna na referenčno os, ne seka več kot dveh mejnih črt, ki ločujeta sosednje površine različnih barv; |
Ma għandux ikun hemm trikkib tas-superfiċji apparenti tagħhom fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza, abbażi taż-żoni mdawra mill-burduri tas-superfiċji tagħhom li jarmu d-dawl. | njune vidne svetleče površine v smeri referenčne osi glede na površine, očrtane s površinami oddajanja svetlobe, se ne prekrivajo. |
Fejn is-superfiċje apparenti ta’ fanal singolu hija magħmula minn żewġ partijiet distinti jew aktar, għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin: | Kadar je vidna svetleča površina posamične svetilke sestavljena iz dveh ali več samostojnih delov, izpolnjuje naslednje zahteve: |
Jew l-erja totali tal-projezzjoni tal-partijiet distinti fuq pjan tanġenzjali għas-superfiċje esterna tas-superfiċje esterna tal-lenti ta' barra u perpendikulari għall-assi ta’ referenza għandha tokkupa mhux inqas minn 60 fil-mija tal-iżgħar figura kwadrilaterali li tiċċirkoskrivi l-projezzjoni msemmija, jew id-distanza bejn żewġ partijiet distinti biswit xulxin/tanġenzjali ma għandhiex teċċedi 15 mm meta mkejla b’mod perpendikulari għall-assi ta’ referenza. | skupno območje projekcije samostojnih delov na ravnini, ki se dotika zunanje površine zunanje leče in je pravokotna na referenčno os, zavzema najmanj 60 odstotkov najmanjšega štirikotnika, ki je očrtan navedenim projekcijam, ali razdalja med dvema sosednjima/tangencialnima samostojnima deloma ne presega 15 mm, merjeno pravokotno na referenčno os. |
Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għal retroriflettur. | Ta zahteva ne velja za odsevnik. |
Jew, fil-każ ta' fanali interdipendenti, id-distanza bejn is-superfiċji apparenti ma' ġenb xulxin fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza ma tkunx iktar minn 75 mm meta mkejla perpendikolarment mal-assi ta' referenza. | V primeru soodvisnih svetilk razdalja med dvema sosednjima vidnima svetlečima površinama v smeri referenčne osi ne presega 75 mm, merjeno pravokotno na referenčno os. |