Source | Target | It-tell-tale operattiv huwa mandatorju għall-fanali li jindikaw id-direzzjoni tal-kategoriji 1, 1a, 1b, 2a u 2b. | Opozorilna naprava za delovanje je obvezna za smerne svetilke kategorij 1, 1a, 1b, 2a in 2b. |
Jista’ jkun viżiv jew akustiku jew it-tnejn. | Lahko je vidna, zvočna ali oboje. |
Jekk ikun viżiv għandu jkun dawk li jixgħel u jitfi malajr li, għall-inqas fil-każ ta’ ħsara ta’ kwalunkwe waħda minn dawn il-fanali li jindikaw id-direzzjoni, jew jintefa, jew jibqa’ mixgħul mingħajr ma jixgħel u jitfi malajr, jew juri bidla kbira fil-frekwenza. | Če je vidna, je to utripajoča svetilka, ki ob okvari katere od teh smernih svetilk ugasne ali ostane prižgana brez utripanja ali pa utripa z opazno spremenjeno frekvenco. |
Jekk ikun għal kollox tas-smigħ għandu jinstema’ b’mod ċar u għandu juri bidla kbira fil-frekwenza, mill-inqas fil-każ tal-ħsara ta’ kwalunkwe waħda minn dawn il-fanali wara li jindikaw id-direzzjoni. | Če je samo zvočna, je jasno slišna in ob okvari katere koli od teh smernih svetilk opazno spremeni svojo frekvenco. |
Għandu jkun attivat bis-sinjal prodott skont il-paragrafu 6.4.2 tar-Regolament Nru 6 jew b’mod xieraq ieħor. [16] | Vklopi se s signalom v skladu z odstavkom 6.4.2 Pravilnika št. 6 ali na drug ustrezen način [16]. |
Jekk vettura bil-mutur tkun mgħammra biex tiġbed trejler, trid tkun mgħammra b’tell-tale operattiv viżiv speċjali għall-fanali li jindikaw id-direzzjoni fuq it-trejler ħlief jekk it-tell-tale tal-vettura li tiġbed jippermetti li tkun skoperta l-ħsara ta’ kwalunkwe waħda mill-fanali li jindikaw id-direzzjoni fuq il-kombinazzjoni tal-vetturi li ġiet ifformata b’dan il-mod. | Če je motorno vozilo opremljeno za vleko priklopnika, ima vgrajeno posebno vidno opozorilno napravo za delovanje smernih svetilk na priklopniku, razen kadar že opozorilna naprava vlečnega vozila omogoča ugotovitev okvare katere koli smerne svetilke v tako sestavljeni kombinaciji vozil. |
Għall-fanali li jindikaw id-direzzjoni fakultattivi fuq il-vetturi motorizzati u t-trejlers, it-tell-tale operattiv ma għandux ikun mandatorju. | Za neobvezni smerni svetilki na motornih vozilih in priklopnikih opozorilna naprava za delovanje ni obvezna. |
Id-dawl għandu jkun wieħed li jixgħel u jitfi malajr u għandu jagħmel dan b’rata ta’ 90 ± 30 darba fil-minuta. | Svetilka mora oddajati utripajočo svetlobo s frekvenco 90 ± 30 utripov na minuto. |
It-tħaddim tal-kontroll tas-sinjali bid-dawl għandu jkun segwit f’mhux aktar minn sekonda mill-emissjoni tad-dawl u f’mhux aktar minn sekonda u minn sekonda u nofs minn meta ntefa l-ewwel darba. | Svetilke prvič zasvetijo najkasneje eno sekundo po vklopu naprave za upravljanje smernih svetilk in prvič ugasnejo najpozneje eno sekundo in pol po tem vklopu. |
Jekk il-vettura bil-mutur hija mgħammra biex tiġbed trejler, il-kontroll tal-fanali li jindikaw id-direzzjoni fuq il-vettura li tiġbed għandu wkoll iħaddem il-fanali li jindikaw id-direzzjoni fuq it-trejler. | Če je motorno vozilo opremljeno za vleko priklopnika, vklop naprave za upravljanje svetlobno-signalne naprave na vlečnem vozilu vklopi tudi smerne svetilke na priklopniku. |
Fil-każ ta’ ħsara ta’ fanal li jindika d-direzzjoni waħda, għajr għal xort, l-oħrajn jridu jkomplu jixgħelu u jitfu malajr, imma l-frekwenza f’din il-kundizzjoni tista’ tkun differenti minn dik provduta. | V primeru okvare ene od smernih svetilk, razen pri kratkem stiku, druge smerne svetilke utripajo naprej, frekvenca utripanja v takem stanju pa je lahko drugačna od predpisane. |
Is-sinjal ta’ twissija f’każ ta’ periklu | Varnostne utripalke |
Mandatorja | Obvezna. |
Is-sinjal għandu jingħata minn tħaddim fl-istess ħin tal-fanali li jindikaw id-direzzjoni skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.5 t’aktar ’il fuq. | Varnostno utripanje nastane s hkratnim delovanjem smernih svetilk v skladu z zahtevami iz odstavka 6.5 zgoraj. |
Kif ġie speċifikat fil-paragrafu 6.5.2. | Kot je določeno v odstavku 6.5.2. |
Il-wisa’: Kif ġie speċifikat fil-paragrafu 6.5.4.1. | Po širini: kot je določeno v odstavku 6.5.4.1. |
L-għoli: Kif ġie speċifikat fil-paragrafu 6.5.4.2. | Po višini: kot je določeno v odstavku 6.5.4.2. |
It-tul: Kif ġie speċifikat fil-paragrafu 6.5.4.3. | Po dolžini: kot je določeno v odstavku 6.5.4.3. |
Is-sinjal għandu jitħaddem permezz ta’ kontroll manwali separat li jippermetti li l-fanali li jindikaw id-direzzjoni kollha jixgħelu u jitfu malajr b’mod sinkronizzat. | Varnostne utripalke se upravljajo z ločeno napravo z ročnim upravljanjem, ki omogoča sočasno utripanje vseh smernih svetilk. |
Is-sinjal ta’ twissija f’każ ta’ periklu jista’ jiġi attivat b’mod awtomatiku fil-każ li vettura tkun involuta f’ħabta jew warad-deattivazzjoni tas-sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza, kif ġie speċifikat fil-paragrafu 6.22. | Varnostne utripalke se lahko vklopijo samodejno, če je vozilo udeleženo v trčenju ali po izključitvi signala za zaustavitev v sili, kot je določeno v odstavku 6.22. |
F’każi ta’ din ix-xorta, jista’ jintefa manwalment. | V takšnem primeru se lahko ročno izključijo. |
Id-dawl ta’ twissija li jixgħel u jitfi malajr, li jista’ jaħdem flimkien mat-tell-tales(s) li ġie(ġew) speċifikat(i) fil-paragrafu 6.5.8. | Utripajoča opozorilna lučka, ki lahko deluje skupaj z opozorilno(-imi) napravo(-ami) iz odstavka 6.5.8. |
Kif ġie speċifikat fil-paragrafu 6.5.9. | Kot so določene v odstavku 6.5.9. |
Jekk vettura motorizzata hija mgħammra biex tiġbed trejler, il-kontroll tas-sinjal ta’ twissija f’każ ta’ periklu għandu wkoll ikun jista’ jattiva l-fanali li jindikaw id-direzzjoni fuq it-trejler. | Če je motorno vozilo opremljeno za vleko priklopnika, lahko naprava za upravljanje varnostnih utripalk vklopi tudi smerne svetilke na priklopniku. |
Is-sinjal ta’ twissija f’każ ta’ periklu għandu jkun jista’ jaħdem anki jekk l-apparat li jistartja jew jitfi l-magna jkun f’pożizzjoni li jagħmilha impossibbli li l-magna tistartja. | Varnostne utripalke delujejo tudi, če je naprava za zagon in ustavitev motorja v položaju, v katerem motorja ni mogoče zagnati. |
Il-fanal ta’ waqfien (Ir-Regolament Nru 7) | Zavorna svetilka (Pravilnik št. 7) |
L-apparati tal-kategorija S1 jew S2 mandatorji fuq il-kategoriji ta’ vetturi kollha. | Naprave kategorije S1 ali S2 obvezna na vseh kategorijah vozil. |
L-apparati tal-kategorija S3 jew S4 mandatorji fuq il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1, ħlief għall-karozzi tax-xażi (chassis-cabs) u dawk il-vetturi tal-kategorija N1 bi spazju miftuħ għat-tagħbija; fakultattivi fuq kategoriji ta’ vetturi oħra. | Naprave kategorije S3 ali S4 obvezna na vozilih kategorij M1 in N1, razen na vozilih s podvozjem s kabino in na vozilih kategorije N1 z odprtim prostorom za tovor; na drugih kategorijah vozil ni obvezna. |
Żewġ apparati tal-kategorija S1 jew S2 u apparat wieħed tal-kategorija S3 jew S4 fuq il-kategoriji ta’ vetturi kollha | Dve napravi kategorije S1 ali S2 in ena naprava kategorije S3 ali S4 na vseh kategorijah vozil. |
Ħlief fil-każ fejn jiġi installat apparat tal-kategorija S3 jew S4, fuq vetturi fil-kategoriji M2, M3, N2, N3, O2, O3, u O4 jistgħu jiġu installati żewġ apparati fakultattivi tal-kategorija S1 jew S2. | V vozila kategorij M2, M3, N2, N3, O2, O3, in O4 se lahko vgradita dve neobvezni napravi kategorije S1 ali S2 razen, če je vgrajena naprava kategorije S3 ali S4. |
Biss, meta l-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura ma jinstabx fuq panil fiss tal-bodi, imma jissepara parti waħda li tiċċaqlaq jew żewġ partijiet li jiċċaqilqu tal-vettura (eż. bibien), u mhemmx biżżejjed spazju biex jiġi installat apparat wieħed tal-kategorija S3 jew S4 fuq il-pjan medjan lonġitudinali ’l fuq minn partijiet li jiċċaqilqu ta’ din ix-xorta, jew: | Le če vzdolžna srednja ravnina ni na pritrjenem delu karoserije, ampak ločuje enega ali dva premična dela vozila (npr. vrata), in če ni dovolj prostora za vgradnjo naprave kategorije S3 ali S4 na vzdolžno srednjo ravnino nad takšnimi premičnimi deli: |
jistgħu jiġu installati żewġ apparati tal-kategorija S3 jew S4 tat-tip “D”; jew | se lahko vgradita dve napravi kategorije S3 ali S4 tipa „D“ ali |
jista’ jiġi installat apparat wieħed tal-kategorija S3 jew S4 spostat fuq ix-xellug jew fuq il-lemin tal-pjan medjan lonġitudinali, jew | se lahko vgradi naprava kategorije S3 ali S4 na levi ali desni strani vzdolžne srednje ravnine ali |
jista' tiġi installata sistema ta' fanali interdipendenti tal-kategorija S3 jew S4. | se lahko vgradi sistem soodvisnih svetilk kategorije S3 ali S4. |
Fil-wisa’: | Po širini: |
Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1: | Za vozila kategorij M1 in N1: |
Għall-kategoriji S1 jew S2 l-apparati li jippuntaw fuq is-superfiċje apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura ma għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura; | Za naprave kategorije S1 ali S2, pri katerih od vzdolžne srednje ravnine vozila najbolj oddaljena točka na vidni svetleči površini v smeri referenčne osi ni oddaljena več kot 400 mm od skrajnega zunanjega roba vozila. |
Għad-distanza bejn it-truf ta’ ġewwa tas-superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza mhemm l-ebda rekwiżit speċjali. | V zvezi z razdaljo med notranjimi robovi vidnih svetlečih površin v smeri referenčnih osi ni posebnih zahtev. |
Għall-kategoriji ta’ vetturi l-oħra kollha: | Za vse druge kategorije vozil: |
Għall-apparati tal-kategorija S1 jew S2 id-distanza bejn it-truf ta’ ġewwa tas-superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza għandha tkun mhux inqas minn 600 mm. Din id-distanza tista’ titnaqqas għal 400 mm jekk il-wisa’ totali tal-vettura hija inqas minn 1300 mm. | Pri napravah kategorije S1 ali S2 razdalja med notranjima robovoma vidnih svetlečih površin v smeri referenčne osi ne sme biti krajša od 600 mm. Ta razdalja je lahko skrajšana na 400 mm, kadar je skupna širina vozila manjša od 1300 mm. |
Għall-apparati tal-kategorija S3 jew S4: iċ-ċentru ta’ referenza għandu jinstab fuq il-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. | Pri napravah kategorije S3 ali S4: referenčno središče je na vzdolžni srednji ravnini vozila. |
Madanakollu, fil-każ fejn jiġu installati ż-żewġ apparati tal-kategorija S3 jew S4, skont il-paragrafu 6.7.2, għandhom jiġu ppożizzjonati mill-aktar qrib possibbli tal-pjan medjan lonġitudinali, wieħed fuq kull naħa ta’ dan il-pjan. | Vendar če se vgradita dve napravi kategorije S3 ali S4 v skladu z odstavkom 6.7.2, se namestita čim bližje vzdolžni srednji ravnini, po ena na vsaki strani te ravnine. |
Fil-każ fejn, skont il-paragrafu 6.7.2, ikun permess fanal wieħed tal-kategorija S3 jew S4 mqiegħda lil hinn mil-linja ewlenija tal-pjan medjan lonġitudinali, din il-pożizzjoni lilhinn mil-linja ewlenija ma għandhiex teċċedi l-150 mm mill-pjan medjan lonġitudinali għaċ-ċentru ta’ referenza tal-fanal. | Če je v skladu z odstavkom 6.7.2 dovoljen zamik svetilke kategorije S3 ali S4 od vzdolžne srednje ravnine, ta razdalja ne presega 150 mm od vzdolžne srednje ravnine do referenčnega središča svetilke. |
Għall-apparati tal-kategorija S1 jew S2: | Za naprave kategorije S1 ali S2: |
’Il fuq mill-art, mhux inqas minn 350 mm u mhux aktar minn 1500 mm (2100 mm jekk is-sura tal-qafas jagħmilha impossibbli li wieħed iżomm fi ħdan l-1500 mm u jekk il-fanali fakultattivi ma jiġux installati). | nad tlemi, najmanj 350 mm in največ 1500 mm (2100 mm, če oblika karoserije onemogoča vgradnjo svetilke pod zgornjo mejo 1500 mm in če neobvezni svetilki nista vgrajeni). |
Jekk il-fanali fakultattivi jiġu installati, għandhom jiġu ppożizzjonati f’għoli li jkun kompatibbli mar-rekwiżiti tal-wisa’ u tas-simmetrija tal-fanali u f’distanza vertikali kbira daqskemm is-sura tal-qafas tagħmilha possibbli, imma mhux inqas minn 600 mm ’il fuq mill-fanali mandatorji. | Če se vgradita neobvezni svetilki, se namestita na višino v skladu z zahtevami vzvezi s širino in simetrijo svetilk ter sta tako visoko nad obveznima svetilkama, kolikor to omogoča oblika karoserije, vendar najmanj 600 mm. |
Għall-apparati tal-kategorija S3 jew S4: | Za naprave kategorije S3 ali S4: |
Il-pjan orizzontali tanġenzjali mat-tarf ta' taħt tas-superfiċje apparenti għandu: jew ma jkunx aktar minn 150 mm taħt il-pjan orizzontali tanġenzjali għat-tarf t’isfel tas-superfiċje esposta tal-ħġieġ jew tal-igglejżjar tat-tieqa ta’ wara, jew ma jkunx inqas minn 850 mm ’il fuq mill-art. | je vodoravna ravnina, ki se dotika spodnjega roba vidne svetleče površine: največ 150 mm pod vodoravno ravnino, ki se dotika spodnjega roba izpostavljene površine stekla ali zasteklitve zadnjega okna, ali najmanj 850 mm nad tlemi. |
Madanakollu, il-pjan orizzontali tanġenzjali għat-tarf t’isfel tas-superfiċje apparenti tal-apparat tal-kategorija S3 jew S4 għandu jkun ’il fuq mill-pjan orizzontali tanġenzjali għat-tarf ta’ fuq tas-superfiċje apparenti tal-apparati tal-kategorija S1 jew S2. | Vendar je vodoravna ravnina, ki se dotika spodnjega roba vidne svetleče površine naprave kategorije S3 ali S4, nad vodoravno ravnino, ki se dotika zgornjega roba vidne svetleče površine naprav kategorije S1 ali S2. |
Fit-tul: | Po dolžini: |
Għall-apparati tal-kategorija S1 jew S2: fuq wara tal-vettura. | Za naprave kategorije S1 ali S2: na zadnjem delu vozila. |
Għall-apparati tal-kategorija S3 jew S4: l-ebda rekwiżit speċjali. | Za naprave kategorije S3 ali S4: ni posebnih zahtev. |
L-angolu orizzontali: | Vodoravni kot: |
Għall-apparati tal-kategorija S1 jew S2: 45° fuq ix-xellug u fuq il-lemin tal-assi lonġitudinali tal-vettura; | Za naprave kategorije S1 ali S2: 45° na levo in desno stran vzdolžne osi vozila. |
Għall-apparati tal-kategorija S3 jew S4: 10° fuq ix-xellug u fuq il-lemin tal-assi lonġitudinali tal-vettura. | Za naprave kategorije S3 ali S4: 10° na levo in desno stran vzdolžne osi vozila. |
L-angolu vertikali: | Navpični kot: |
Għall-apparati tal-kategorija S1 jew S2: 15° ’il fuq minn u taħt l-orizzontali. | Za naprave kategorije S1 ali S2: 15° nad vodoravno ravnino in pod njo. |
Madanakollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5° jekk l-għoli tal-fanal jkun inqas minn 750 mm. L-angolu vertikali ’l fuq mill-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5° fil-każ ta’ fanali fakultattivi mhux inqas minn 2100 mm ’il fuq mill-art; | Vendar se lahko navpični kot pod vodoravno ravnino zmanjša na 5°, če je višina svetilke manj kot 750 mm. Navpični kot nad vodoravno ravnino se lahko zmanjša na 5°, če neobvezne svetilke niso manj kot 2100 mm nad tlemi. |
Għall-apparati tal-kategorija S3 jew S4: 10° ’il fuq minn u 5° taħt l-orizzontali. | Za naprave kategorije S3 ali S4: 10° nad vodoravno ravnino in 5° pod njo. |
Lejn wara tal-vettura | Proti zadnjemu delu vozila. |