Source | Target | Jekk l-inklinazzjoni tiġi espressa f’perċentwal ta’ inklinazzjoni, tista’ tkun ikkalkolata permezz tal-formula li ġejja: | Če je naklon izražen v odstotkih, se lahko izračuna po naslednji formuli: |
fejn: | kjer je: |
hija l-għoli ’l fuq mill-art, f’millimetri, tal-punt karatteristiku li ssemma aktar ’il fuq, imkejjel fuq skrin vertikali perpendikulari għall-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura, imqiegħed f’distanza orizzontali L. | v milimetrih izražena višina nad tlemi zgoraj navedene značilne točke, izmerjene na navpičnem zaslonu, ki je pravokoten na vzdolžno srednjo ravnino vozila, postavljen na vodoravni razdalji L; |
hija l-għoli ’il fuq mill-art, f’millimetri, taċ-ċentru ta’ referenza (li jitqies bħala l-oriġini nominali tal-punt karatteristiku magħżul f’h1): | v milimetrih izražena višina nad tlemi referenčnega središča (ki je vzeto za nominalno izhodišče značilne točke, izbrane pri h1); |
L hija d-distanza, f’millimetri, mill-iskrin saċ-ċentru ta’ referenza. | L v milimetrih izražena razdalja od zaslona do referenčnega središča. |
Il-valuri negattivi juru inklinazzjoni ’l isfel (ara l-figura 1). | Negativne vrednosti pomenijo naklon navzdol (glej sliko). |
Il-valuri pożittivi juru inklinazzjoni ’l fuq. | Pozitivne vrednosti pomenijo naklon navzgor. |
L-inklinazzjoni ’l isfel tar-raġġ baxx ta’ vettura tal-kategorija M1 | Naklon kratkega svetlobnega pramena navzdol pri vozilu kategorije M1 |
Dan id-disinn jirrapprenta vettura tal-kategorija M1, imma l-prinċipju li jintwera japplika ugwalment għal vetturi ta’ kategoriji oħra. | Na tej risbi je vozilo iz kategorije M1, vendar se prikazani način enako uporablja za vozila drugih kategorij. |
Fejn il-vettura ma tinkorporax sistema ta’ invellar tal-fanali, il-varjazzjoni fl-inklinazzjoni tar-raġġ baxx hija identika għall-varjazzjoni fl-inklinazzjoni tal-vettura nfisha. | Kadar vozilo nima vgrajenega sistema za nastavitev naklona žarometov, je spreminjanje naklona kratkega svetlobnega pramena enako spreminjanju naklona vozila samega. |
IL-KUNDIZZJONIJIET TAL-KEJL | MERILNI POGOJI |
Jekk tintuża spezzjoni viżwali tad-disinn tar-raġġ baxx fuq l-iskrin jew jintuża metodu fotometriku, il-kejl għandu jsir f’ambjent mudlam (pereżempju, kamra mudlama) ta’ erja biżżejjed biex il-vettura u l-iskrin jkunu jistgħu jitqiegħdu kif jintwera fil-figura 1. | Če se uporablja vizualno preverjanje oblike kratkega svetlobnega pramena na zaslonu ali fotometrična metoda, se meritev opravi v temnem okolju (na primer v temnem prostoru), ki je dovolj veliko, da se lahko vanj postavita vozilo in zaslon, kot je prikazano na sliki. |
Iċ-ċentri ta’ referenza tal-fanali għandhom ikunu f’distanza mill-iskrin ta’ mill-inqas 10m. | Referenčna središča žarometov so od zaslona oddaljena najmanj 10 m. |
L-art li fuqha jsir il-kejl għandha tkun kemm jista’ jkun possibbli ċatta u orizzontali, sabiex ir-riproduċibilità tal-kejl tal-inklinazzjoni tar-raġġ baxx tkun assigurata bi preċiżjoni ta’ ± 0,5 mrad (inklinazzjoni ta’ ± 0,05 fil-mija). | Tla, na katerih se opravljajo meritve, so čim bolj ploska in vodoravna, tako da je zagotovljena ponovljivost meritev naklona kratkega svetlobnega pramena s točnostjo ± 0,5 mrad (± 0,05 % naklon). |
Jekk jintuża skrin, l-immarkar, il-pożizzjoni u l-orjentazzjoni tiegħu b’relazzjoni għall-art u għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, għandhom ikunu tali r-riproduċibilità tal-kejl tal-inklinazzjoni tar-raġġ baxx tista’ tkun assigurata bi preċiżjoni ta’ ± 0,5 mrad (inklinazzjoni ta’ ± 0,05 fil-mija). | Če se uporablja zaslon, so njegova označitev, položaj in usmeritev glede na tla in vzdolžno srednjo ravnino vozila takšne, da je zagotovljena ponovljivost meritev naklona kratkega svetlobnega pramena s točnostjo ± 0,5 mrad (± 0,05 % naklon). |
Waqt il-kejl, it-temperatura ambjentali għandha tkun ta’ bejn l-10 u t-30 °C. | Med meritvami je temperatura okolice med 10 in 30 °C. |
IL-PREPARAZZJONI TAL-VETTURA | PRIPRAVA VOZILA |
Il-kejl għandu jsir fuq vettura li vvjaġġat distanza ta’ bejn l-1000 km u l-10000 km, preferibbilment 5000 km. | Meritve se opravijo na vozilu, ki je prevozilo od 1000 do 10000 km, po možnosti 5000 km. |
It-tajers għandhom jintefħu għall-pressjoni ta’ tagħbija sħiħa speċifikata mill-manifattur tal-vettura. | Pnevmatike so napolnjene s tlakom, ki ga določi proizvajalec vozila za polno obremenitev. |
Il-vettura għandha timtela għal kollox mill-ġdid (fjuwil, ilma, żejt) u tkun mgħammra bl-aċċessorji u bl-għodod kollha speċifikati mill-manifattur. | Vozilo je v celoti oskrbljeno (z gorivom, vodo, oljem) ter opremljeno z vsem priborom in orodjem, ki ju določi proizvajalec. |
Il-mili għal kollox mill-ġdid bil-fjuwil jfisser li t-tank tal-fjuwil irid jimtela mhux inqas minn 90 fil-mija ta’ kemm jesa. | Popolna oskrba z gorivom pomeni, da se napolni vsaj 90 % prostornine rezervoarja. |
Il-vettura għandu jkollha l-brejk tal-ipparkjar mhux inġaġġjat u l-gerboks fin-newtrali. | Vozilo mora imeti sproščeno ročno zavoro in menjalnik v prostem teku. |
Il-vettura għandha tkun ikkundizzjonata għal mill-inqas 8 sigħat fit-temperatura speċifikata fil-paragrafu 3.4 t’aktar ’il fuq. | Vozilo se kondicionira najmanj osem ur pri temperaturi iz odstavka 3.4 zgoraj. |
Jekk jintuża metodu fotometriku jew viżiv, sabiex ikun iffaċilitat il-kejl, fuq il-vettura li qed tiġi ttestjata preferibbilment għandhom jiġu installati fanali b’punt ta’ waqfien tar-raġġ baxx iddefinit sew. | Če se uporablja fotometrična ali vizualna metoda, so na vozilu, ki se preskuša, po možnosti vgrajeni žarometi z izrazito mejo svetlo-temno, kar olajša meritve. |
Biex jinkiseb qari aktar preċiż huma permessi mezzi oħra (pereżempju, it-tneħħija tal-lenti tal-fanal). | Dovoljeni so tudi drugi načini, da se dobijo natančnejši odčitki (na primer odstranitev leče z žarometa). |
IL-PROĊEDURA TAT-TEST | PRESKUSNI POSTOPEK |
Il-varjazzjonijiet jew f’inklinazzjoni tar-raġġ baxx jew fl-inklinazzjoni tal-vettura, jiddependi mill-metodu magħżul, għandhom jitkejlu separatament għal kull naħa tal-vettura. | Spreminjanje naklona kratkega svetlobnega pramena ali vozila se, odvisno od izbrane metode, meri ločeno za vsako stran vozila. |
Ir-riżultati miksuba kemm mill-fanali tal-lemin u kemm minn dawk tax-xellug fil-kundizzjonijiet tat-tagħbija kollha li ġew speċifikati fl-Anness 5, għandhom ikunu fi ħdan il-limiti li ġew stabbilit fil-paragrafu 5.5 t’aktar ’l isfel. | Rezultati za leve in desne žaromete pri vseh stanjih obremenitve iz Priloge 5 so znotraj omejitev iz odstavka 5.5 spodaj. |
It-tagħbija għandha tkun applikata bil-mod il-mod mingħajr ma l-vettura tkun soġġetta għal xokkijiet eċċessivi. | Obremenitev se dodaja postopno, brez izpostavljanja vozila pretiranim sunkom. |
Fejn titwaħħal AFS, il-kejl għandu jsir meta l-AFS tkun fl-istat newtrali tagħha. | Če je vgrajen AFS, se meritve izvedejo pri nevtralnem položaju AFS. |
Id-determinazzjoni tal-inklinazzjoni inizjali mkejla | Določitev izmerjenega osnovnega naklona |
Il-vettura għandha tkun ippreparata kif ġie speċifikat fil-paragrafu 4 t’aktar ’il fuq u tkun mgħobbija kif ġie speċifikat fl-Anness 5 (l-ewwel kundizzjoni tat-tagħbija tal-kategorija tal-vettura rispettiva). | Vozilo se pripravi, kot je določeno v odstavku 4 zgoraj, in obremeni, kot je določeno v Prilogi 5 (prvo stanje obremenitve vozila iz ustrezne kategorije). |
Qabel kull kejl, il-vettura għandha tkun imbandla kif ġie speċifikat fil-paragrafu 5.4 t’aktar ’l isfel. | Pred vsako meritvijo se vozilo zaniha, kot je določeno v odstavku 5.4 spodaj. |
Il-kejl għandu jsir tliet darbiet. | Meritve se opravijo trikrat. |
Jekk l-ebda wieħed mit-tliet riżultati mkejla ma jvarja b’aktar minn 2 mrad (inklinazzjoni ta’ 0,2 fil-mija) mill-valur aritmetiku intermedju tar-riżultati, dak il-valur intermedju għandu jkun ir-riżultat finali. | Če se noben od treh izmerjenih rezultatov ne razlikuje za več kot 2 mrad (0,2 % naklon) od aritmetične sredine rezultatov, ta sredina pomeni končni rezultat. |
Jekk kwalunkwe qies ivarja mill-valur aritmetiku intermedju tar-riżultati b’aktar minn 2 mrad (inklinazzjoni ta’ 0,2 fil-mija), għandha titieħed serje oħra ta’ 10 qisien, fejn il-valur aritmetiku intermedju tagħhom għandu jkun ir-riżultat finali. | Če se katera meritev razlikuje od aritmetične sredine rezultatov za več kot 2 mrad (0,2 % naklon), se opravi še 10 meritev, njihova aritmetična sredina pa pomeni končni rezultat. |
Il-metodi tal-kejl | Merilne metode |
Jista’ jintuża kwalunkwe metodu biex jitkejlu l-varjazzjonijiet tal-inklinazzjoni sakemm il-qari jkun preċiż fi ħdan ± 0,2 mrad ( inklinazzjoni ta’ ± 0,02 fil-mija). | Za meritve odstopanj naklona se lahko uporabijo katere koli metode, če so odčitki v okviru točnosti ± 0,2 mrad (± 0,02 % naklon). |
It-trattament tal-vettura f’kull kundizzjoni ta’ tagħbija | Priprava vozila v vsakem posamičnem stanju obremenitve |
Is-suspension tal-vettura u kwalunkwe parti oħra li huwa probabbli li se taffettwa l-inklinazzjoni tar-raġġ baxx għandha tkun attivata skont il-metodi li ġew deskritti aktar ’l isfel. | Vzmetenje vozila in vsi drugi sestavni deli, ki bi lahko vplivali na naklon kratkega svetlobnega pramena, se pripravijo po spodaj opisanih metodah. |
Madanakollu, l-awtoritajiet tekniċi u l-manifatturi jistgħu jipproponu b’mod konġunt metodi oħra (jew sperimentali jew ibbażati fuq kalkoli), speċjalment meta t-test jagħti problemi partikolari, sakemm kalkoli ta’ din ix-xorta jkunu validi b’mod ċar. | Vendar lahko tehnične službe in proizvajalci skupaj predlagajo druge metode (preskusne ali take, ki temeljijo na izračunih), zlasti kadar preskus pomeni določene težave, če so takšni izračuni očitno veljavni. |
Il-vetturi tal-kategorija M1 b’suspension konvenzjonali | Vozila kategorije M1 z običajnim vzmetenjem |
Bil-vettura wieqfa fis-sit tal-kejl u, jekk ikun meħtieġ, bir-roti jistrieħu fuq pjattaformi bir-roti (li jridu jintużaw jekk in-nuqqas tagħhom iwassal għal restrizzjoni tal-moviment tas-suspension li huwa probabbli li jaffetwaw r-riżultati tal-kejl), bandal il-vettura għal mill-inqas tliet ċikli kompluti, fejn għal kull ċiklu, l-ewwel it-tarf ta’ wara u mbagħad it-tarf ta’ quddiem tal-vettura jiġi mbuttat ’l isfel. | Vozilo, ki stoji na merilnem mestu in po potrebi s kolesi na pomičnih ploščadih (ki se uporabijo, če bi bilo sicer omejeno gibanje vzmetenja, kar bi lahko vplivalo na rezultate meritev), se ziblje neprekinjeno vsaj tri celotne cikle, pri čemer se pri vsakem ciklu najprej potisne navzdol zadnji in nato prednji del vozila. |
Is-sekwenza tat-tbandiil għandha tintemm meta jkun ikkompletat iċ-ċiklu. | Zaporedje zibanja se konča s sklenitvijo cikla. |
Qabel ma jsir il-kejl, il-vettura għandha titħalla tieqaf tiċċaqlaq waħidha. | Pred začetkom meritev se vozilo pusti, da se spontano umiri. |
Minflok ma jintużaw pjattaformi bir-roti, l-istess effett jista’ jinkiseb billi l-vettura tiġi mċaqilqa lura u ’l quddiem għal mill-inqas tidwira kompluta ta’ rota. | Enak rezultat se lahko namesto z uporabo pomičnih ploščadi doseže s premikanjem vozila nazaj in naprej najmanj za celoten vrtljaj kolesa. |
Il-vetturi tal-kategoriji M2, M3 u N b’suspension konvenzjonali | Vozila kategorij M2, M3 in N z običajnim vzmetenjem |
Jekk il-metodu tat-trattament għall-vetturi tal-kategorija M1 li ġie deskritt fil-paragrafu 5.4.1 ma jkunx possibbli, jista’ jintuża l-metodu li ġie deskritt fil-paragrafu 5.4.2.2 jew 5.4.2.3. | Če metoda priprave iz odstavka 5.4.1 za vozila kategorije M1 ni mogoča, se lahko uporabi metoda iz odstavka 5.4.2.2 ali 5.4.2.3. |
Bil-vettura wieqfa fis-sit tal-kejl u bir-roti mal-art, bandal il-vettura billi temporanjament tvarja t-tagħbija. | Vozilo, ki stoji na merilnem mestu, s kolesi na tleh se ziblje z začasnim spreminjanjem obremenitve. |
Bil-vettura wieqfa fis-sit tal-kejl u bir-roti mal-art, attiva s-suspension tal-vettura u l-partijiet l-oħra kollha li jistgħu jaffetwaw l-inklinazzjoni tar-raġġ baxx billi jintuża apparat tal-vibrazzjoni. | Ko vozilo stoji na merilnem mestu s kolesi na tleh, se z vibracijami sprožijo njegovo vzmetenje in vsi drugi sestavni deli, ki bi lahko vplivali na naklon kratkega svetlobnega pramena. |
Dan jista’ jkun pjattaforma li tivvibra li fuqha jistrieħu r-roti. | Za to se lahko uporabi vibracijsko ploščad, na kateri stojijo kolesa. |
Il-vetturi b’suspension mhux konvenzjonali, fejn il-magna trid tkun qed taħdem. | Vozila z neobičajnim vzmetenjem, pri katerih mora biti motor vključen |
Qabel ma jsir kwalunkwe kejl stenna sakemm il-vettura tkun assumiet l-attitudni finali tagħha bil-magna taħdem. | Preden se opravi katera koli meritev, se počaka,da vozilo zavzame končni položaj z vključenim motorjem. |
Il-kejl | Meritve |
Il-varjazzjoni tal-inklinazzjoni tar-raġġ baxx għandha tkun ivvalutata għal kull waħda mill-kundizzjonijiet tat-tagħbija differenti b’relazzjoni għall-inklinazzjoni inizjali mkejla li ġiet iddeterminata skont il-paragrafu 5.2 t’aktar ’il fuq. | Spreminjanje naklona kratkega svetlobnega pramena se ugotovi za vsako različno stanje obremenitve glede na izmerjeni osnovni naklon, določen v skladu s točko 5.2 zgoraj. |
Jekk il-vettura tkun mgħammra b’sistema ta’ invellar tal-fanali, din tal-aħħar għandha tkun aġġustata għall-pożizzjonijiet li ġew speċifikati mill-manifattur għal kundizzjonijiet tat-tagħbija partikolari (skont l-Anness 5). | Če ima vozilo vgrajen sistem za ročno nastavitev naklona žarometov, se ti nastavijo na položaje, ki jih določi proizvajalec za navedena stanja obremenitve (v skladu s Prilogo 5). |
L-ewwelnett, għandu jsir kejl wieħed f’kull kundizzjoni tat-tagħbija. | Za začetek se opravi posamezna meritev za vsako stanje obremenitve. |
Ir-rekwiżiti għandhom jiġu sodisfatti jekk, għall-kundizzjonijiet tat-tagħbija kollha, il-varjazzjoni fl-inklinazzjoni tkun fi ħdan il-limiti kkalkulati (pereżempju, fi ħdan id-differenza bejn l-inklinazzjoni inizjali ddikjarata u l-limiti t’isfel u ta’ fuq li ġew speċifikati għall-approvazzjoni) b’marġni tas-sikurezza ta’ 4 mrad(inklinazzjoni ta’ 0,4 fil-mija). | Zahteve so izpolnjene, če je pri vseh stanjih obremenitve spreminjanje naklona znotraj izračunanih omejitev (na primer znotraj razlike med navedenim osnovnim naklonom ter spodnjo in zgornjo omejitvijo, kot sta določeni za homologacijo), z varnostnim mejnim območjem 4 mrad (0,4 % naklon). |
Jekk ir-riżultat(i) ta’ kwalunkwe kejl ma jkunx(jkunux) fi ħdan il-marġni tas-sikurezza indikat fil-paragrafu 5.5.1 jew jeċċedi(u) l-valuri ta’ limitu, għandhom jittieħdu tliet qisien oħra fil-kundizzjonijiet tat-tagħbija li jikkorrispondu għal dan(dawn) ir-riżultat(i) kif ġie speċifikat fil-paragrafu 5.5.3. | Če rezultati katerih koli meritev niso znotraj varnostnega mejnega območja iz odstavka 5.5.1 ali presegajo mejne vrednosti, se za to stanje obremenitve opravijo tri dodatne meritve, kot je določeno v odstavku 5.5.3. |
Għal kull waħda mill-kundizzjonijiet tat-tagħbija t’aktar ’il fuq: | Za vsako od zgornjih stanj obremenitve: |