Source | Target | Fl-għażla tal-Partijiet Kontraenti għandhom jitqiesu fatturi bħad-differenzi fil-fjuwils, il-kundizzjonijiet ambjentali, il-veloċitajiet medji fit-triq, u l-qasma bejn is-sewqan urban/fl-awtostrada. | Pri izbiri pogodbenic se upoštevajo dejavniki, kot so razlike med gorivi, okoljski pogoji, povprečne hitrosti na cestah in porazdelitev vožnje po mestu/avtocesti. |
Fl-għażla tal-Partijiet Kontraenti għat-teħid tal-kampjuni tal-vetturi, il-fabbrikant jista’ jagħżel vetturi minn Parti Kontraenti li titqies bħala partikolarment rappreżentattiva. | Pri izbiri pogodbenic za vzorčenje vozil lahko proizvajalec izbere vozila iz pogodbenice, ki se šteje za posebej reprezentativno. |
F’dan il-każ, il-fabbrikant għandu juri lill-Awtorità tal-Approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip li l-għażla hija rappreżentattiva (eż. billi s-suq ikollu l-akbar bejgħ annwali ta’ familja ta’ vetturi fi ħdan il-Parti Kontraenti applikabbli). | V tem primeru mora proizvajalec homologacijskemu organu, ki je odobril homologacijo, dokazati, da je izbor reprezentativen (npr. s tem, da ima trg najvišjo letno prodajo družine vozila v zadevni pogodbenici). |
Meta familja ta’ waqt it-tħaddim tkun teħtieġ li jiġu ttestjati aktar minn lott ta’ kampjun wieħed kif definit fil-paragrafu 9.3.5, il-vetturi fit-tieni u fit-tielet lottijiet tal-kampjun għandhom jirriflettu kundizzjonijiet operattivi tal-vetturi differenti minn dawk magħżula għall-ewwel kampjun. | Kadar je za družino v prometu treba preskusiti več kot eno vzorčno skupino v skladu z odstavkom 9.3.5, morajo vozila v drugi in tretji vzorčni skupini odražati drugačne pogoje delovanja vozila kot vozila, izbrana za prvi vzorec. |
L-ittestjar tal-emissjonijiet jista’ jsir f’faċilità tat-testijiet li tinsab f’suq jew f’reġjun differenti minn fejn intgħażlu l-vetturi. | Preskus emisij se lahko izvede v preskuševalnem laboratoriju, ki je na drugem trgu ali v drugi regiji kot območje, iz katerega so bila vozila izbrana. |
It-testijiet ta’ konformità waqt it-tħaddim mill-fabbrikant għandhom jitwettqu b’mod kontinwu fejn jirriflettu ċ-ċiklu ta’ produzzjoni tat-tipi ta’ vetturi applikabbli fi ħdan familja partikolari ta’ vetturi waqt it-tħaddim. | Proizvajalec nenehno izvaja preskuse skladnosti vozil v prometu, tako da odražajo proizvodni cikel ustreznih tipov vozil znotraj določene družine vozil v prometu. |
Il-perjodu massimu ta’ żmien bejn il-bidu ta’ żewġ kontrolli tal-konformità waqt it-tħaddim ma għandux jaqbeż it-18-il xahar. | Obdobje med začetkoma dveh preverjanj skladnosti vozil v prometu ne sme presegati 18 mesecev. |
Fil-każ ta’ tipi ta’ vetturi koperti minn estensjoni għall-approvazzjoni tat-tip li ma kinitx teħtieġ test tal-emissjonijiet, dan il-perjodu jista’ jiġi estiż għal 24 xahar. | V primeru tipov vozila, ki so vključeni v razširitev homologacije, za katero ni bil potreben preskus emisij, je to obdobje mogoče podaljšati na največ 24 mesecev. |
Meta tiġi applikata l-proċedura statistika definita fl-Appendiċi 4, in-numru ta’ lottijiet tal-kampjun għandu jiddependi mill-volum ta’ bejgħ annwali ta’ familja waqt it-tħaddim fit-territorji ta’ organizzazzjoni reġjonali (eż il-Komunità Ewropea), kif definit fit-tabella li ġejja: | Pri uporabi statističnega postopka iz Dodatka 4 je število vzorčnih skupin odvisno od letno prodane količine vozil iz družine v prometu na območjih regionalne organizacije (npr. Evropske skupnosti), kot je določeno v spodnji tabeli: |
Reġistrazzjonijiet għal kull sena kalendarja | Število registracij v koledarskem letu |
Numru ta’ lottijiet tal-kampjun | Število vzorčnih skupin |
Aktar minn 200000 | nad 200000 |
Fuq il-bażi tal-verifika msemmija fil-paragrafu 9.2, l-Awtorità tal-Approvazzjoni għandha tadotta waħda mid-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet li ġejjin: | Homologacijski organ na podlagi revizije iz odstavka 9.2 sprejme eno od naslednjih odločitev in ukrepov: |
Tiddeċiedi li l-konformità waqt it-tħaddim ta’ tip ta’ vettura jew ta’ familja ta’ vetturi ta’ waqt it-tħaddim hija sodisfaċenti u ma tieħu l-ebda azzjoni oħra; | odloči, da je skladnost tipa vozila v prometu ali vozila družine v prometu zadovoljiva in ne sprejme nadaljnjih ukrepov; |
Tiddeċiedi li d-dejta pprovduta mill-fabbrikant mhijiex biżżejjed sabiex tintlaħaq deċiżjoni u, għalhekk, titlob informazzjoni jew dejta tat-testijiet addizzjonali mingħand il-fabbrikant; | odloči, da so podatki, ki jih zagotovi proizvajalec, nezadostni za odločitev, in od proizvajalca zahteva dodatne podatke ali podatke o preskusu; |
Tiddeċiedi li fuq il-bażi tad-dejta mill-programmi tal-ittestjar tas-sorveljanza tal-Awtorità tal-Approvazzjoni jew tal-Parti Kontraenti, dik l-informazzjoni pprovduta mill-fabbrikant mhijiex biżżejjed sabiex tintlaħaq deċiżjoni u, għalhekk, titlob informazzjoni jew dejta tat-testijiet addizzjonali mingħand il-fabbrikant; | odloči, da so na podlagi podatkov iz programov nadzornega preskušanja, ki jih izvaja homologacijski organ ali pogodbenica, podatki, ki jih je predložil proizvajalec, nezadostni za sprejem odločitve, in od proizvajalca zahteva dodatne informacije ali preskusne podatke; |
Tiddeċiedi li l-konformità waqt it-tħaddim ta’ tip ta’ vettura, li hija parti minn familja ta’ waqt it-tħaddim, mhijiex sodisfaċenti u, għalhekk, tipproċedi biex tali tip ta’ vettura jiġi ttestjat skont l-Appendiċi 3. | odloči, da je skladnost tipa vozila v prometu, ki je del družinevozil v prometu, nezadovoljiva, in nadaljuje s preskusom tipa na vozilu skladno z Dodatkom 3. |
Fejn it-testijiet tat-Tip I jitqiesu li huma meħtieġa għall-kontroll tal-konformità tal-mekkaniżmi li jikkontrollaw l-emissjonijiet għar-rendiment tagħhom waqt it-tħaddim, tali testijiet għandhom jitwettqu billi tintuża proċedura tat-test li tissodisfa l-kriterji statistiċi definiti fl-Appendiċi 2. | Če so preskusi tipa I potrebni za preverjanje skladnosti naprav za uravnavanje emisij z zahtevami za njihovo delovanje, se taki preskusi izvajajo s preskusnim postopkom, ki izpolnjuje statistična merila iz Dodatka 2. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni, b’kooperazzjoni mal-fabbrikant, għandha tagħżel kampjun ta’ vetturi li għamlu biżżejjed mili u li l-użu tagħhom f’kundizzjonijiet normali jista’ jkun żgurat b’mod raġonevoli. | Homologacijski organ v sodelovanju s proizvajalcem izbere vzorec vozil z zadostnim številom prevoženih kilometrov, za katera je ustrezno zagotovljeno, da so bila uporabljena pri običajnih pogojih. |
Il-fabbrikant għandu jkun ikkonsultat dwar l-għażla tal-vetturi fil-kampjun u jitħalla jattendi għall-kontrolli ta’ konferma fuq il-vetturi. | Pri izbiri vozil v vzorcu se posvetuje s proizvajalcem in mu omogoči prisotnost pri potrditvenih pregledih vozil. |
Il-fabbrikant għandu jkun awtorizzat, taħt is-superviżjoni tal-Awtorità tal-Approvazzjoni, li jwettaq kontrolli, anki ta’ natura qerrieda, fuq dawk il-vetturi b’livelli ta’ emissjonijiet li jaqbżu l-valuri tal-limitu bil-għan li jistabbilixxi l-kawżi possibbli ta’ deterjorament li ma jistgħux jiġu attribwiti lill-fabbrikant innifsu (eż. l-użu ta’ petrol biċ-ċomb qabel id-data tat-test). | Proizvajalec je pooblaščen, da pod nadzorom homologacijskega organa opravi preglede, tudi porušitvene narave, na vozilih, katerih ravni emisij presegajo mejne vrednosti, da se ugotovijo morebitni vzroki za poslabšanje, ki ga ni mogoče pripisati proizvajalcu (npr. uporaba osvinčenega bencina pred datumom preskusa). |
Fejn ir-riżultati tal-kontrolli jikkonfermaw tali kawżi, dawk ir-riżultati tat-testijiet għandhom jiġu esklużi mill-kontroll tal-konformità. | Če rezultati pregledov potrdijo take vzroke, se taki rezultati preskusov izključijo iz preverjanja skladnosti. |
PENALI GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI | KAZNI ZA NESKLADNOST PROIZVODNJE |
L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ vettura skont din l-emenda, tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 8.1 ta’ hawn fuq jew jekk il-vettura jew vetturi meħuda ma jgħaddux mit-testijiet preskritti fil-paragrafu 8.1.1 ta’ hawn fuq. | Homologacija, podeljena za tip vozila v skladu s to spremembo, se lahko prekliče, če niso izpolnjene zahteve iz odstavka 8.1 zgoraj ali če vozilo ali vozila ne opravi/opravijo uspešno preskusov iz odstavka 8.1.1 zgoraj. |
Jekk Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, hija għandha minnufih tgħarraf b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament. | Če pogodbenica, ki uporablja ta pravilnik, prekliče homologacijo, ki jo je podelila, o tem takoj obvesti druge pogodbenice, ki uporabljajo ta pravilnik, s sporočilom na obrazcu, ki je v skladu z vzorcem iz Priloge 2 k temu pravilniku. |
IL-PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX, | POPOLNEM PRENEHANJU PROIZVODNJE, |
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għal kollox il-fabbrikazzjoni ta’ tip ta’ vettura approvata skont dan ir-Regolament, huwa għandu jgħarraf b’dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-tip li tkun tat l-approvazzjoni. | Če imetnik homologacije povsem preneha proizvajati tip vozila, odobrenega v skladu s tem pravilnikom, o tem obvesti homologacijski organ, ki je odobril tip vozila. |
Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tgħarraf b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ kopji tal-formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament. | Ko navedeni organ prejme ustrezno sporočilo, o tem obvesti druge pogodbenice Sporazuma iz leta 1958, ki uporabljajo ta pravilnik, z izvodi sporočila v obliki, ki je v skladu z vzorcem iz Priloge 2 k temu pravilniku. |
Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 06, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 06. | Od uradnega začetka veljavnosti sprememb 06 nobena pogodbenica, ki uporablja ta pravilnik, ne sme zavrniti odobritve v skladu s tem pravilnikom, kot je bil spremenjen s spremembami 06. |
Dispożizzjonijiet speċjali | Posebne določbe |
Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jagħtu l-approvazzjonijiet għal dawk il-vetturi li jikkonformaw mal-livelli preċedenti ta’ dan ir-Regolament, bil-kundizzjoni li l-vetturi jkunu intiżi għall-esportazzjoni lejn pajjiżi li japplikaw ir-rekwiżiti relatati fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali tagħhom. | Pogodbenice, ki uporabljajo ta pravilnik, lahko še naprej podeljujejo homologacije tistim vozilom, ki so v skladu s prejšnjimi stopnjami tega pravilnika, če so vozila namenjena za izvoz v države, ki bodo zadevne zahteve uvedle v svoje nacionalne zakonodaje. |
L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI | IMENA IN NASLOVI TEHNIČNIH SLUŽB, KI IZVAJAJO HOMOLOGACIJSKE PRESKUSE, TER UPRAVNIH ORGANOV |
Il-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u miċ-ċertifikazzjoni tal-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta’ approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħrajn. | Pogodbenice Sporazuma iz leta 1958, ki uporabljajo ta pravilnik, sekretariatu Združenih narodov sporočijo imena in naslove tehničnih služb, ki izvajajo homologacijske preskuse ter podelijo homologacijo in ki se jim pošljejo certifikati, izdani v drugih državah, ki potrjujejo podelitev, razširitev ali zavrnitev ali preklic homologacije. |
Kif definit fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (id-dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Amend.2 kif emendat l-aħħar mill-Emenda 4). | Kot je določeno v Prilogi 7 h Konsolidirani resoluciji o proizvodnji vozil (R.E.3) (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Sprem.2, kot je bil nazadnje spremenjen s Sprem.4). |
L-approvazzjoni A ġiet ikkanċellata. | Homologacija A preklicana. |
Is-serje 05 tal-emendi għal dan ir-Regolament jipprojbixxu l-użu tal-petrol biċ-ċomb. | Spremembe 05 tega pravilnika prepovedujejo uporabo osvinčenega bencina. |
1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Pajjiżi l-Baxxi, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, 15 (vakanti), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Bjelorussja, 29 għall-Estonja, 30 (vakanti), 31 għall-Bosnja-Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vakanti), 34 għall-Bulgarija, 35 (il-Kazakistan), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vakanti), 39 għall-Azerbajġan, 40 għal dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vakanti), 42 għall-Komunità Ewropea (l-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha billi jużaw is-simbolu ECE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vakanti), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t’Isfel, 48 għan-New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malasja, 53 għat-Tajlandja, 54 u 55 (vakanti), 56 għall-Montenegro, 57 (Vakanti) u 58 għat-Tuneżija. | 1 za Nemčijo, 2 za Francijo, 3 za Italijo, 4 za Nizozemsko, 5 za Švedsko, 6 za Belgijo, 7 za Madžarsko, 8 za Češko, 9 za Španijo, 10 za Srbijo, 11 za Združeno kraljestvo, 12 za Avstrijo, 13 za Luksemburg, 14 za Švico, 15 (prosto), 16 za Norveško, 17 za Finsko, 18 za Dansko, 19 za Romunijo, 20 za Poljsko, 21 za Portugalsko, 22 za Rusko federacijo, 23 za Grčijo, 24 za Irsko, 25 za Hrvaško, 26 za Slovenijo, 27 za Slovaško, 28 za Belorusijo, 29 za Estonijo, 30 (prosto), 31 za Bosno in Hercegovino, 32 za Latvijo, 33 (prosto), 34 za Bolgarijo, 35 za Kazahstan, 36 za Litvo, 37 za Turčijo, 38 (prosto), 39 za Azerbajdžan, 40 za Nekdanjo jugoslovansko republiko Makedonijo, 41 (prosto), 42 za Evropsko skupnost (homologacije dodelijo države članice z uporabo svojih oznak ECE), 43 za Japonsko, 44 (prosto), 45 za Avstralijo, 46 za Ukrajino, 47 za Južno Afriko, 48 za Novo Zelandijo, 49 za Ciper, 50 za Malto, 51 za Republiko Korejo, 52 za Malezijo, 53 za Tajsko, 54 in 55 (prosto), 56 za Črno goro, 57 (prosto) in 58 za Tunizijo. |
In-numri suċċessivi għandhom jingħataw lil pajjiżi oħrajn fl-ordni kronoloġika li biha jirratifikaw jew jaderixxu mal-Ftehim dwar l-Adozzjoni ta’ Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għal Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għar-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri assenjati għandhom jiġu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim. | Nadaljnje številčne oznake se dodelijo drugim državam v kronološkem zaporedju, po katerem ratificirajo Sporazum o sprejetju enotnih tehničnih predpisov za cestna vozila, opremo in dele, ki se lahko vgradijo v cestna vozila in/ali uporabijo na njih, in o pogojih za vzajemno priznanje homologacij, podeljenih na podlagi teh predpisov, ali pristopijo k njemu, generalni sekretar Združenih narodov pa tako dodeljene številčne oznake sporoči pogodbenicam Sporazuma. |
Meta vettura li tieħu żewġ fjuwils tiġi kkombinata ma’ vettura flex fuel, ikunu applikabbli ż-żewġ rekwiżiti tat-testijiet. | Ko je vozilo z dvogorivnim motorjem kombinirano z vozilom s prilagodljivim tipom goriva, se uporabljata oba niza preskusnih zahtev. |
Din id-dispożizzjoni hija temporanja, filwaqt li aktar rekwiżiti għall-bijodiżil u l-idroġenu għandhom jiġu proposti aktar ‘il quddiem. | Ta določba je začasna; nadaljnje zahteve za vozila na biodizel in vodik bodo predlagane kasneje. |
Għal dan it-test, għandu jintuża l-fjuwil applikabbli għat-temperaturi baxxi tal-ambjent. | Za ta preskus je treba uporabiti gorivo za nizko temperaturo okolja. |
Fin-nuqqas ta’ speċifikazzjoni ta’ fjuwil ta’ referenza ta’ livell tax-xitwa, għandu jintlaħaq qbil bejn l-Awtorità tal-Approvazzjoni u l-fabbrikant dwar il-fjuwil applikabbli ta’ livell tax-xitwa għal dan it-test skont l-ispeċifikazzjonijiet eżistenti tas-suq. | Če ni specifikacije zimskega referenčnega goriva, se o primernem zimskem gorivu za ta preskus dogovorita homologacijski organ in proizvajalec v skladu z obstoječimi tržnimi specifikacijami. |
Bħalissa għaddej l-iżvilupp ta’ fjuwil ta’ referenza għal din l-applikazzjoni. | Razvoj referenčnega goriva za to uporabo je v teku. |
L-istandard tal-piż tal-partikuli separati ta’ positive ignition għandu japplika biss għal vetturi b’magni ta’ injezzjoni diretta. | Standardi za maso delcev pri prisilnem vžigu veljajo samo za vozila z motorji z neposrednim vbrizgavanjem goriva. |
Għajr għal vetturi ddisinjati biex iġorru aktar minn sitt okkupanti u vetturi li l-piż massimu tagħhom jaqbeż l-2500 kg. | Razen za vozila, namenjena prevozu več kot šestih potnikov, in vozila, katerih največja masa presega 2500 kg. |
U vetturi tal-kategorija M1 speċifikati fin-nota (1). | In vozila kategorije M1, opredeljena v opombi 1. |
Il-valur Lambda għandu jiġi kkalkulat billi tintuża l-ekwazzjoni simplifikata msejħa Brettschneider kif ġej:λ = CO2 + CO2 + O2 + Hcv4 · 3,53,5 + COCO2 – Ocv2 · CO2 + CO1 + Hcv4 – Ocv2 · CO2 + CO + K1 · HCFejn:[]Konċentrazzjoni fil-mija fil-volum,K1 Il-fattur tal-konverżjoni mill-kejl NDIR għall-kejl FID (ipprovdut mill-fabbrikant tal-apparat tal-kejl),H cv Il-proporzjon atomiku tal-idroġenu għall-karbonju,(a) għall-petrol (E5) 1,89(b) għal-LPG 2,53(c) għall-NG/bijometan 4,0(d) għall-etanol (E85) 2,74O cv Il-proporzjon atomiku tal-ossiġnu għall-karbonju,(a) għall-petrol (E5) 0,016(b) għal-LPG 0,0(c) għall-NG/bijometan 0,0(d) għall-etanol (E85) 0,39 | Vrednost lambda se izračuna s poenostavljeno Brettschneiderjevo enačbo:λ = CO2 + CO2 + O2 + Hcv4 · 3,53,5 + COCO2 – Ocv2 · CO2 + CO1 + Hcv4 – Ocv2 · CO2 + CO + K1 · HCKjer je:[]koncentracija v volumenskem odstotkuK1 pretvorbeni faktor iz meritve NDIR v meritev FID (ki ga zagotovi proizvajalec merilne opreme)H cv atomsko razmerje med vodikom in ogljikom(a) pri bencinu (E5) 1,89(b) pri LPG 2,53(c) pri NG/biometanu 4,0(d) pri etanolu (E85) 2,74O cv atomsko razmerje med kisikom in ogljikom(a) pri bencinu (E5) 0,016(b) pri LPG 0,0(c) pri NG/biometanu 0,0(d) pri etanolu (E85) 0,39 |
Proċedura li tivverifika li r-rekwiżiti tal-produzzjoni huma konformi jekk id-devjazzjoni standard tal-produzzjoni mogħtija mill-fabbrikant tkun sodisfaċenti | Postopek za preverjanje skladnosti zahtev proizvodnje, če je standardno odstopanje pri proizvodnji, ki ga navede proizvajalec, zadovoljivo |
Dan l-appendiċi jiddeskrivi l-proċedura li trid tintuża sabiex tiġi vverifikata l-konformità tal-produzzjoni għat-Test tat-Tip I meta d-devjazzjoni standard tal-produzzjoni tal-fabbrikant tkun sodisfaċenti. | Ta dodatek opisuje postopek, ki ga je treba uporabiti pri preverjanju skladnosti proizvodnje za preskus tipa I, če je proizvajalčevo standardno odstopanje pri proizvodnji zadovoljivo. |
B’daqs ta’ kampjun minimu ta’ 3, il-proċedura tat-teħid tal-kampjuni hija stabbilita sabiex il-probabbiltà li lott jgħaddi mit-test b’40 fil-mija tal-produzzjoni difettuża hija 0,95 (ir-riskju tal-produttur = 5 fil-mija) filwaqt li l-probabbiltà li lott ikun aċċettat b’65 fil-mija tal-produzzjoni difettuża hija 0,1 (ir-riskju tal-konsumatur = 10 fil-mija). | Pri najmanjši velikosti vzorca 3 je postopek vzorčenja določen tako, da je verjetnost, da bo serija uspešno opravila preskus pri 40 % pomanjkljive proizvodnje, 0,95 (tveganje proizvajalca = 5 %) in verjetnost, da bo serija sprejeta pri 65 % pomanjkljive proizvodnje, 0,1 (tveganje potrošnika = 10 %). |
Għal kull waħda mis-sustanzi li jniġġsu mogħtija fit-Tabella 1 tal-paragrafu 5.3.1.4 ta’ dan ir-Regolament, tintuża l-proċedura li ġejja (ara l-Figura 2 ta’ dan ir-Regolament). | Za vsako onesnaževalo iz tabele 1 odstavka 5.3.1.4 tega pravilnika se uporablja naslednji postopek (glej sliko 2 tega pravilnika). |
Fejn: | Pri tem je: |
L il-logaritmu naturali tal-valur tal-limitu għas-sustanza li tniġġes, | L naravni logaritem mejne vrednosti za onesnaževalo, |
il-logaritmu naturali tal-kejl tal-vettura i-th fil-kampjun, | naravni logaritem meritve na i-tem vozilu vzorca, |
s stima tad-devjazzjoni standard tal-produzzjoni (wara li jittieħed il-logaritmu naturali tal-qisien), | s ocena standardnega odstopanja pri proizvodnji (ko se določi naravni logaritem meritev), |
N in-numru tal-kampjun attwali. | n tekoča številka vzorca. |
Aħdem għall-kampjun l-istatistika tat-test li tikkwantifika s-somma tad-devjazzjonijiet standard mil-limitu u mfissra bħala: | Za vzorec se izračuna statistična preskusna vrednost, ki izraža vsoto standardnih odstopanj od mejne vrednosti in je opredeljena kot: |
Imbagħad: | Potem velja: |
Jekk l-istatistika tat-test tkun akbar min-numru tad-deċiżjoni li tgħaddi għad-daqs tal-kampjun imsemmi fit-Tabella 1/1 ta’ hawn taħt, is-sustanza li tniġġes tgħaddi, | če je statistična preskusna vrednost večja od vrednosti za odločitev o sprejemu za velikost vzorca iz tabele 1/1 spodaj, se onesnaževalo sprejme; |
Jekk l-istatistika tat-test tkun inqas min-numru tad-deċiżjoni li ma tgħaddix għad-daqs tal-kampjun imsemmi fit-Tabella 1/1 ta’ hawn taħt, is-sustanza li tniġġes ma tgħaddix; inkella, tiġi ttestjata vettura oħra u l-kalkolu jiġi applikat mill-ġdid fuq il-kampjun b’daqs ta’ kampjun b’unità waħda aktar. | če je statistična preskusna vrednost manjša od vrednosti za odločitev o zavrnitvi za velikost vzorca iz tabele 1/1 spodaj, se onesnaževalo zavrne; v nasprotnem primeru se preskusi dodatno vozilo, izračuni pa se ponovno uporabijo za vzorec, povečan za eno vzorčno enoto. |