Source | Target | Tabella 1/1 | Tabela 1/1 |
Numru kumulattiv ta’ vetturi ttestjati | Skupno število preskušanih vozil |
(daqs tal-kampjun attwali) | (zdajšnja velikost vzorca) |
L-ogħla limitu tad-deċiżjoni li tgħaddi | Prag sprejemljivosti |
L-ogħla limitu tad-deċiżjoni li tfalli | Prag zavrnitve |
Proċedura li tivverifika l-konformità tar-rekwiżiti tal-produzzjoni jekk id-devjazzjoni standard tal-produzzjoni mogħtija mill-fabbrikant ma tkunx sodisfaċenti jew ma teżistix | Postopek za preverjanje skladnosti zahtev proizvodnje, če standardno odstopanje pri proizvodnji, ki ga navede proizvajalec, ni zadovoljivo ali ni na voljo |
Dan l-Appendiċi jiddeskrivi l-proċedura li trid tintuża biex tivverifika li r-rekwiżiti tal-produzzjoni huma konformi għat-test tat-Tip I meta l-evidenza tal-fabbrikant dwar id-devjazzjoni standard tal-produzzjoni ma tkunx sodisfaċenti jew ma teżistix. | V tem dodatku je opisan postopek za preverjanje zahtev preskusa tipa I glede skladnosti proizvodnje, ko dokazila proizvajalca o standardnem odstopanju pri proizvodnji niso zadovoljiva ali niso na voljo. |
Il-qisien tas-sustanzi li jniġġsu msemmija fit-Tabella 1 tal-paragrafu 5.3.1.4 ta’ dan ir-Regolament huma meqjusa bħala li huma normalment imqassma f’log u għandhom l-ewwel jiġu ttrasformati billi jittieħdu l-logaritmi naturali tagħhom. | Meritve onesnaževal iz tabele 1 odstavka 5.3.1.4. tega pravilnika se štejejo za logaritemsko normalno porazdeljene in se najprej pretvorijo na podlagi svojih naravnih logaritmov. |
Ħalli m0 u m jirrappreżentaw id-daqsijiet minimi u massimi tal-kampjun rispettivament (m0 = 3 u m = 32) u ħalli n tirrappreżenta n-numru tal-kampjun attwali. | Oznaki m0 in m označujeta najmanjšo in največjo velikost vzorca (m0 = 3, m = 32), n pa označuje tekočo številko vzorca. |
Jekk il-logaritmi naturali tal-qisien fis-serje huma x1,x2, xi u L huwa l-logaritmu naturali tal-valur tal-limitu għas-sustanza li tniġġes, imbagħad iddefinixxi: | Če so naravni logaritmi meritev v serijah x1,x2, xi in če je L naravni logaritem mejne vrednosti onesnaževala, potem velja: |
It-tabella 1/2 turi l-valuri tan-numri tad-deċiżjonijiet li jgħaddu (An) u li jeħlu (Bn) meta mqabbla man-numru tal-kampjun attwali. | Tabela 1/2 prikazuje vrednosti za odločitev o sprejemu (An) in zavrnitvi motorja (Bn) glede na tekočo številko vzorca. |
L-istatistika tat-test hija l-proporzjon d– | Statistična preskusna vrednost je količnik d– |
u għandha tintuża biex tiddetermina jekk is-serje għaddietx jew weħlitx kif ġej: | in se uporablja pri določanju, ali se serija sprejme ali zavrne: |
Għal mo ≤ n ≤ m | za mo ≤ n ≤ m |
Tgħaddi s-serje jekk d– | serija se sprejme, če je d– |
Ma tgħaddix is-serje jekk d– | serija se zavrne, če je d– |
Ħu kejl ieħor jekk An | opravi se še ena meritev, če je An |
Rimarki | Opombe |
Il-formuli ripetuti li ġejjin huma utli sabiex jinħadmu l-valuri wara xulxin tal-istatistika tat-test: | Naslednje rekurzivne enačbe se uporabljajo za izračun zaporednih statističnih preskusnih vrednosti: |
Daqs minimu tal-kampjun = 3 | Najmanjša velikost vzorca = 3 |
Daqs tal-kampjun | Velikost vzorca |
Il-verifika tal-konformità waqt it-tħaddim | Preverjanje skladnosti vozil v prometu |
INTRODUZZJONI | UVOD |
Dan l-appendiċi jistabbilixxi l-kriterji msemmija fil-paragrafu 8.2.7 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-għażla tal-vetturi biex jiġu ttestjati u l-proċeduri għall-kontroll tal-konformità waqt it-tħaddim. | Ta dodatek določa merila iz odstavka 8.2.7 tega pravilnika v zvezi z izbiro vozil za preskušanje in postopki za preverjanje skladnosti vozil v prometu. |
KRITERJI TAL-GĦAŻLA | MERILA ZA IZBOR |
Il-kriterji biex tiġi aċċettata vettura magħżula huma definiti fil-paragrafi 2.1 sa 2.8 ta’ dan l-appendiċi. | Merila za sprejem izbranega vozila so določena v odstavkih 2.1 do 2.8 tega dodatka. |
L-informazzjoni tinġabar billi tiġi eżaminata l-vettura u ssir intervista mas-sid/xufier. | Podatki se zbirajo s pregledom vozila in pogovorom z lastnikom/voznikom. |
Il-vettura għandha tkun ilha taħdem għal mill-inqas 15000 km jew 6 xhur, skont liema minnhom tkun l-aktar tard, u għal mhux aktar minn 100000 km jew 5 snin, skont liema minnhom tkun l-ewwel. | Vozilo mora imeti prevoženih vsaj 15000 km ali se uporabljati vsaj 6 mesecev,kar se zgodi pozneje, in največ 100000 km ali 5 let, kar se zgodi prej. |
Għandu jkun hemm rekord ta’ manutenzjoni li juri li l-vettura nżammet sewwa, pereżempju sarilha s-servis skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-fabbrikant. | Voditi se mora evidenca o vzdrževanju, ki dokazuje, da je bilo vozilo primerno vzdrževano, npr. servisirano v skladu s priporočili proizvajalca. |
Il-vettura ma għandha turi l-ebda indikazzjoni ta’ abbuż (eż tellqu biha, għabbewha żżejjed, tawha fjuwil ħażin, jew xi użu ħażin ieħor), jew fatturi oħrajn (eż tbagħbis) li jistgħu jaffettwaw ir-rendiment tal-emissjonijiet. | Na vozilu ne sme biti nobenih znakov zlorabe (npr. dirkanje, čezmerno natovarjanje, uporaba napačnih goriv ali druge zlorabe) ali drugih dejavnikov (npr. prirejanje), ki lahko vplivajo na nastajanje emisij. |
Fil-każ ta’ vetturi mgħammra b’sistema OBD, għandhom jiġu kkunsidrati l-kodiċi tal-ħsara u l-informazzjoni dwar il-mili maħżuna fil-kompjuter. | Pri vozilih, opremljenih s sistemom OBD, se upoštevajo kode okvar in podatki o prevoženih kilometrih, shranjeni v računalniku. |
Vettura ma għandhiex tintgħażel għall-ittestjar jekk l-informazzjoni maħżuna fil-kompjuter turi li l-vettura ħadmet wara li nħażen kodiċi tal-ħsara u ma saritx tiswija relattivament immedjata. | Vozilo se ne izbere za preskušanje, če je iz podatkov v računalniku razvidno, da se je vozilo uporabljalo tudi potem, ko je računalnik shranil kodo okvare in popravilo ni bilo izvedeno v sorazmerno kratkem času. |
Ma għandhiex tkun saret xi tiswija kbira mhux awtorizzata fuq il-magna jew xi tiswija kbira tal-vettura. | Na vozilu niso bila opravljena večja popravila ali večja nepooblaščena popravila motorja. |
Il-kontenut taċ-ċomb u tal-kubrit f’kampjun tal-fjuwil meħud mit-tank tal-vettura għandu jissodisfa l-istandards applikabbli u ma għandu jkun hemm l-ebda evidenza ta’ għoti ta’ fjuwil ħażin. | Vsebnost svinca in žvepla v vzorcu goriva iz posode za gorivo vozila mora ustrezati veljavnim standardom in na vozilu ne sme biti sledov uporabe napačnih goriv. |
Jistgħu jsiru spezzjonijiet fl-egżost, eċċ. | Pregledi se lahko opravijo v izpušni cevi itd. |
Ma għandu jkun hemm l-ebda indikazzjoni ta’ xi problema li tista’ tipperikola s-sigurtà tal-persunal tal-laboratorju. | Na vozilu ne sme biti znakov kakršnih koli težav, ki lahko ogrožajo varnost osebja v laboratoriju. |
Il-komponenti kollha tas-sistema ta’ kontra t-tniġġis li hemm fuq il-vettura għandhom ikunu konformi mal-approvazzjoni tat-tip applikabbli. | Vsi sestavni deli sistema za preprečevanje onesnaževanja na vozilu morajo biti skladni z veljavno homologacijo. |
ID-DIJANJOŻI U L-MANUTENZJONI | UGOTAVLJANJE NAPAK IN VZDRŽEVANJE |
Id-dijanjożi u kull manutenzjoni normali meħtieġa għandha ssir fuq vetturi aċċettati biex jiġu ttestjati, qabel ma jitkejlu l-emissjonijiet tal-egżost, skont il-proċedura stipulata fil-paragrafi 3.1 sa 3.7 ta’ hawn taħt. | Ugotavljanje napak in potrebno redno vzdrževanje na vozilih, sprejetih za preskušanje, se opravi pred merjenjem emisij izpušnih plinov po postopku iz odstavkov 3.1 do 3.7 spodaj. |
Għandhom isiru l-kontrolli li ġejjin: kontrolli fuq il-filter tal-arja, iċ-ċintorini tas-sigurtà kollha, il-livelli tal-fluwidi kollha, il-kappa tar-radjatur, il-pajpijiet tal-vakwu u l-wajers tal-elettriku kollha marbuta mas-sistema ta’ kontra t-tniġġis għall-integrità; kontrolli fuq l-ignixin, il-kejl tal-fjuwil u komponenti tal-mekkaniżmi ta’ kontra t-tniġġis għal aġġustamenti ħżiena u/jew tbagħbis. | Opravijo se naslednji pregledi: pregled neoporečnosti zračnega filtra, vseh pogonskih jermenov, vseh nivojev tekočin, pokrova hladilnika, vseh vakuumskih cevi in električne napeljave, povezane s sistemom za preprečevanje onesnaževanja; pregled vžiga, odmerjanja goriva in sestavnih delov naprave za preprečevanje onesnaževanja zaradi morebitnih napak v nastavitvah in/ali nepooblaščenih sprememb. |
Id-diskrepanzi kollha għandhom jiġu rreġistrati. | Vsa odstopanja se zapišejo. |
Is-sistema OBD għandha tiġi kkontrollata sabiex ikun ivverifikat li qiegħda taħdem sewwa. | Preveri se pravilno delovanje sistema OBD. |
Kwalunkwe indikazzjoni ta’ ħsara għandha tiġi rreġistrata fil-memorja tal-OBD u għandhom isiru t-tiswijiet meħtieġa. | Vse prijave napak v spominu OBD se zabeležijo in opravijo se potrebna popravila. |
Jekk l-indikatur ta’ ħsara fl-OBD jirreġistra ħsara waqt ċiklu tal-prekundizzjonament, il-ħsara tista’ tiġi identifikata u msewwija. | Če indikator napak OBD ugotovi napako v ciklu predkondicioniranja, se lahko okvara identificira in odpravi. |
It-test jista’ jerġa’ jsir u jintużaw ir-riżultati ta’ dik il-vettura msewwija. | Preskus se lahko ponovi in uporabijo se rezultati popravljenega vozila. |
Is-sistema tal-ignixin għandha tiġi kkontrollata u l-komponenti difettużi jinbidlu, pereżempju l-ispark plaggs, il-kejbils, eċċ. | Pregleda se sistem vžiga in pomanjkljivi sestavni deli se zamenjajo, na primer vžigalne svečke, kabli itd. |
Il-kompressjoni għandha tiġi kkontrollata. | Preveri se kompresija. |
Jekk ir-riżultat ma jkunx sodisfaċenti, il-vettura għandha tiġi miċħuda. | Če rezultat ni zadovoljiv, se vozilo zavrne. |
Il-parametri tal-magna għandhom jiġu kkontrollati skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-fabbrikant u, jekk ikun meħtieġ, jiġu aġġustati. | Parametri motorja se preverijo po specifikacijah proizvajalca in se po potrebi nastavijo. |
Jekk il-vettura jonqosha 800 km għal servis ta’ manutenzjoni skedat, dak is-servis għandu jsir skont l-istruzzjonijiet mogħtija mill-fabbrikant. | Če vozilu manjka manj kot 800 km do naslednjega rednega servisa, se vzdrževanje opravi po navodilih proizvajalca. |
Irrispettivament mill-qari tal-odometru, il-filtri taż-żejt u tal-arja jistgħu jitbiddlu fuq it-talba tal-fabbrikant. | Ne glede na zapis prevoženih kilometrov na števcu se lahko na zahtevo proizvajalca zamenjata olje in zračni filter. |
Kif tiġi aċċettata l-vettura, il-fjuwil għandu jiġi sostitwit bil-fjuwil ta’ referenza tat-test tal-emissjonijiet xieraq, sakemm il-fabbrikant ma jaċċettax li jintuża l-fjuwil tas-suq. | Ob sprejemu vozila se gorivo nadomesti s primernim referenčnim gorivom za preskušanje emisij, razen če proizvajalec soglaša z uporabo tržno dostopnega goriva. |
Fil-każ ta’ vetturi mgħammra b’sistemi li jirriġeneraw perjodikament kif definit fil-paragrafu 2.20, għandu jiġi stabbilit jekk il-vettura hijiex qiegħda toqrob lejn perjodu ta’ riġenerazzjoni. (Il-fabbrikant għandu jingħata l-opportunità li jikkonferma dan). | Če so vozila opremljena s sistemi z redno regeneracijo iz odstavka 2.20, je treba ugotoviti, ali se vozilo približuje obdobju regeneracije. (Proizvajalcu mora biti dana možnost, da to potrdi). |
Jekk dan ikun il-każ, il-vettura trid tinstaq sal-aħħar tar-riġenerazzjoni. | Če je tako, je treba vozilo voziti do konca regeneracije. |
Jekk ir-riġenerazzjoni ssir waqt li jkunu qegħdin jitkejlu l-emissjonijiet, imbagħad għandu jsir test ieħor biex ikun żgurat li r-riġenerazzjoni tkompliet. | Če se regeneracija začne med merjenjem emisij, je treba izvesti dodatni preskus za zagotovitev, da je regeneracija končana. |
Imbagħad għandu jsir test ġdid komplut, u r-riżultati tal-ewwel u tat-tieni test ma għandhomx jiġu kkunsidrati. | Potem se v celoti opravi nov preskus, pri čemer se ne upoštevajo rezultati prvega in drugega preskusa. |
Bħala alternattiva għall-paragrafu 3.8.1, jekk il-vettura tkun qiegħda toqrob lejn riġenerazzjoni, il-fabbrikant jista’ jitlob li jintuża ċiklu ta’ kundizzjonar speċifiku biex jiżgura li ssir dik ir-riġenerazzjoni (pereżempju, dan jista’ jinvolvi veloċità għolja, sewqan b’tagħbija kbira). | Kot nadomestno možnost za zahteve iz odstavka 3.8.1 lahko proizvajalec, če se vozilo približuje regeneraciji, zahteva, da se uporabi poseben cikel kondicioniranja za zagotovitev te regeneracije (npr. to lahko vključuje visokohitrostno vožnjo, vožnjo pri večji obremenitvi). |
Il-fabbrikant jista’ jitlob li l-ittestjar isir eżatt wara r-riġenerazzjoni jew wara ċ-ċiklu tal-kundizzjonament speċifikat mill-fabbrikant u l-prekundizzjonament tat-test normali. | Proizvajalec lahko zahteva, da se preskušanje izvede takoj po regeneraciji ali po ciklu kondicioniranja, ki ga določi proizvajalec, in običajnem preskusnem predkondicioniranju. |
L-ITTESTJAR WAQT IT-TĦADDIM | PRESKUŠANJE VOZIL V PROMETU |
Meta jitqies li jkun hemm bżonn kontroll fuq il-vetturi, it-testijiet tal-emissjonijiet skont l-Anness 4a ta’ dan ir-Regolament jitwettqu fuq vetturi prekundizzjonati magħżula skont ir-rekwiżiti tal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Appendiċi. | Če se ugotovi, da je pregled vozil potreben, se preskusi emisij v skladu s Prilogo 4a tega pravilnika opravijo na predkondicioniranih vozilih, izbranih v skladu z zahtevami iz odstavkov 2 in 3 tega dodatka. |