Source | Target | Iridu jintużaw kodiċijiet separati li juru l-istat biex jidentifikaw is-sistemi ta’ kontroll tal-emissjonijiet li jkunu qegħdin jaħdmu sewwa u dawk is-sistemi ta’ kontroll tal-emissjonijiet li jkunu jeħtieġu aktar tħaddim tal-vettura sabiex jiġu evalwati b’mod sħiħ. | Za označevanje pravilno delujočih sistemov za uravnavanje emisij in tistih sistemov za uravnavanje emisij, ki jih je mogoče v celoti oceniti le ob nadaljnjem delovanju vozila, se uporabljajo ločene kode stanja. |
Jekk il-MI jixgħel minħabba modi ta’ tħaddim default tad-deterjorament jew ħsara jew emissjonijiet permanenti, irid jinħażen kodiċi tal-ħsara li jidentifika t-tip ta’ ħsara. | Če je MI sprožen zaradi poslabšanja ali napak ali delovanja v stalnem privzetem načinu emisij, se shrani koda okvare, ki označuje vrsto napake. |
Il-kodiċi tal-ħsara jrid jinħażen ukoll fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 3.3.3.5 u 3.3.4.5 ta’ dan l-anness. | Koda okvare se mora shraniti tudi v primerih iz odstavkov 3.3.3.5 in 3.3.4.5 te priloge. |
Id-distanza li tkopri l-vettura waqt li jinxtegħel il-MI għandha tkun disponibbli fi kwalunkwe ħin permezz ta’ port serjali fuq il-konnettur li jorbot b’mod standard. | Razdaljo, ki jo je vozilo prevozilo, odkar se je MI vključil, je mogoče kadar koli ugotoviti prek serijskega vhoda na standardnem veznem konektorju. |
Fil-każ ta’ vetturi mgħammra b’magni positive-ignition, iċ-ċilindri li ma jaqbdux m’hemmx għalfejn jiġu identifikati b’mod uniku jekk jinħażen kodiċi tal-ħsara waħdieni jew multiplu distint dwar meta ma jaqbadx iċ-ċilindru. | Pri vozilih z motorjem na prisilni vžig ni treba posebej navajati, v katerem valju je prišlo do neuspelega vžiga, če je shranjena koda okvare, ki je različna za odpoved enega ali več cilindrov. |
Tifi tal-MI | Izklapljanje MI |
Jekk ma jkunx għad hemm nuqqas ta’ tqabbid f’livelli li x’aktarx jagħmlu ħsara lill-katalizzatur (kif speċifikat mill-fabbrikant), jew jekk il-magna titħaddem wara bidliet fil-kundizzjonijiet tal-veloċità u tat-tagħbija fejn il-livell ta’ nuqqas ta’ tqabbid ma jikkawżax ħsara lill-katalizzatur, il-MI jista’ jiġi swiċċjat lura lejn kif kien attivat waqt l-ewwel ċiklu tas-sewqan li fih ġie ditektjat il-livell ta’ nuqqas ta’ tqabbid u jista’ jiġi swiċċjat fil-pożizzjoni normali attivata f’ċikli tas-sewqan sussegwenti. | Če ni več neuspelih vžigov v obsegu, ki lahko poškoduje katalizator (po navedbi proizvajalca), ali če motor deluje po spremembi vrtilne frekvence in pogojev obremenitve, pri katerih obseg neuspelih vžigov ne bo povzročil okvare katalizatorja, se lahko MI preklopi v prejšnje stanje sproženja med prvim voznim ciklom, ko je bil ugotovljen obseg neuspelih vžigov, in se pri naslednjih voznih ciklih lahko preklopi v običajni način delovanja. |
Jekk il-MI jiġi swiċċjat lura fl-istat tal-attivazzjoni preċedenti, il-kodiċijiet tal-ħsara korrispondenti u l-kundizzjonijiet tat-twaqqif tar-reġistrazzjoni maħżuna jistgħu jitħassru. | Če se MI preklopi v prejšnje stanje delovanja, se lahko brišejo ustrezne kode okvar in shranjeni zamrznjeni niz o pogojih delovanja motorja ob prvem pojavu napake. |
Għall-ħsarat l-oħra kollha, il-MI jista’ jiġi diżattivat wara tliet ċikli ta’ sewqan f’sekwenza sussegwenti li matulhom is-sistema ta’ monitoraġġ responsabbli biex tixgħel il-MI ma tibqax tidditektja l-ħsara u jekk ma tkunx ġiet identifikata xi ħsara oħra li kieku tattiva indipendentement il-MI. | Pri vseh drugih napakah se lahko MI izklopi po treh zaporednih voznih ciklih, med katerimi sistem spremljanja, ki vključi MI, ne zazna več okvare in če še ni bila odkrita nobena druga napaka, ki bi samostojno vključila MI. |
Tħassir ta’ kodiċi tal-ħsara | Izbris kode okvare |
Is-sistema OBD tista’ tħassar kodiċi tal-ħsara u d-distanza koperta u l-informazzjoni tat-twaqqif tar-reġistrazzjoni jekk l-istess ħsara ma tiġix irreġistrata mill-ġdid f’mill-anqas 40 ċiklu ta’ tisħin tal-magna. | Sistem OBD lahko zbriše kodo okvare in prevoženo razdaljo ter zamrznjeni niz podatkov, če ista napaka ni bila ponovno zapisana po vsaj 40 ciklih ogrevanja motorja. |
Vetturi tal-gass li jieħdu żewġ fjuwils | Bivalentna vozila na plinsko gorivo |
B’mod ġenerali, għall-vetturi tal-gass li jieħdu żewġ tipi ta’ fjuwil, għal kull tip ta’ fjuwil (petrol u NG/bijometanu/LPG) japplikaw ir-rekwiżiti kollha tal-OBD bħal vettura li tieħu tip wieħed ta’ fjuwil. | Na splošno se za vozila na plinasto gorivo z dvogorivnim motorjem za vsako vrsto goriva (bencinsko gorivo in zemeljski plin/biometan/tekoči naftni plin) tako kot za vozila z enogorivnim motorjem uporabljajo zahteve OBD. |
Għal dan il-għan għandha tintuża waħda miż-żewġ opzjonijiet li ġejjin fil-paragrafi 3.9.1 jew 3.9.2 jew kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom. | V ta namen se uporabi ena od naslednjih dveh možnosti iz odstavkov 3.9.1 in 3.9.2 ali njuna poljubna kombinacija. |
Sistema OBD waħda għaż-żewġ tipi ta’ fjuwil. | En sistem OBD za obe vrsti goriva. |
Il-proċeduri li ġejjin għandhom jitwettqu għal kull dijanjosi f’sistema OBD waħda għal tħaddim fuq il-petrol u fuq l-(NG/bijometanu)/LPG, jew b’mod indipendenti mill-fjuwil li jkun qiegħed jintuża dak il-ħin jew b’mod speċifiku għat-tip ta’ fjuwil: | Naslednji postopki se izvedejo za vsako diagnostiko v posameznem sistemu OBD za delovanje v vozilih na bencinsko gorivo in zemeljski plin/biometan/tekoči naftni plin, bodisi neodvisno od trenutno uporabljenega goriva ali pa posebej za posamezno gorivo: |
Attivazzjoni tal-indikatur tal-ħsara (MI) (ara l-paragrafu 3.5 ta’ dan l-anness); | aktiviranje indikatorja napak (MI) (glej odstavek 3.5 te priloge); |
Ħażna tal-kodiċi tal-ħsara (ara l-paragrafu 3.6 ta’ dan l-anness); | shranjevanje kode okvar (glej odstavek 3.6 te priloge); |
Tifi tal-MI (ara l-paragrafu 3.7 ta’ dan l-anness); | izklop indikatorja napak (MI) (glej odstavek 3.7 te priloge); |
Tħassir ta’ kodiċi tal-ħsara (ara l-paragrafu 3.8 ta’ dan l-anness). | izbris kode okvar (glej odstavek 3.8 te priloge). |
Sabiex jiġu mmonitorjati komponenti jew sistemi, tista’ tintuża jew dijanjosi separata għal kull tip ta’ fjuwil jew dijanjosi komuni. | Za sestavne dele ali sisteme, ki jih je treba spremljati, se lahko uporabi bodisi ločena diagnostika za vsako vrsto goriva bodisi skupna diagnostika. |
Is-sistema OBD tista’ tinżamm f’kompjuter wieħed jew f’għadd ta’ kompjuters. | Sistem OBD je lahko vgrajen v enega ali več računalnikov. |
Żewġ sistemi OBD separati, waħda għal kull tip ta’ fjuwil. | Dva ločena sistema OBD, eden za vsako vrsto goriva. |
Il-proċeduri li ġejjin għandhom jitwettqu indipendentement minn xulxin meta l-vettura titħaddem bil-petrol jew bl-(NG/bijometanu)/LPG: | Naslednji postopki se izvedejo neodvisno drug od drugega, kadar vozilo deluje na bencinsko gorivo ali zemeljski plin/biometan/tekoči naftni plin: |
Is-sistemi OBD separati jistgħu jinżammu f’kompjuter wieħed jew f’għadd ta’ kompjuters. | Ločen sistem OBD je lahko vgrajen v enega ali več računalnikov. |
Rekwiżiti speċifiċi fir-rigward tat-trażmissjoni ta’ sinjali dijanjostiċi minn vetturi tal-gass li jieħdu żewġ fjuwils. | Posebne zahteve glede prenosa diagnostičnih signalov pri vozilih na plinasto gorivo z dvogorivnim motorjem. |
Fuq talba minn strument ta’ skannjar dijanjostiku, is-sinjali dijanjostiċi għandhom jintbagħtu f’wieħed jew aktar indirizzi tas-sors. | Na zahtevo iz diagnostičnega pregledovalnika se diagnostični signali prenesejo na enega ali več izvornih naslovov. |
L-użu tal-indirizzi tas-sors hu deskritt fl-ISO DIS 15031-5 “Vetturi tat-Triq - Komunikazzjoni bejn il-vetturi u t-tagħmir estern tal-ittestjar għad-dijanjostiċi relatati mal-emissjonijiet — Parti 5: Servizzi dijanjostiċi marbuta mal-emissjonijiet”, datat l-1 ta’ Novembru 2001. | Uporaba izvornih naslovov je opisana v standardu ISO DIS 15031-5 „Cestna vozila – Povezava med vozili in zunanjo preskuševalno opremo za diagnostiko, povezano z emisijami – Del 5: Diagnostične storitve, povezane z emisijami“ z dne 1. novembra 2001. |
L-identifikazzjoni ta’ informazzjoni speċifika għat-tip ta’ fjuwil tista’ titwettaq: | Določiti je mogoče specifične informacije za posamezno gorivo: |
Bl-użu tal-indirizzi tas-sors; u/jew | z uporabo izvornih naslovov in/ali |
Bl-użu ta’ swiċċgħall-għażla tal-fjuwil; u/jew | z uporabo stikala za izbiro goriva in/ali |
Bl-użu ta’ kodiċijiet tal-ħsara speċifiċi għat-tip ta’ fjuwil. | z uporabo kod okvar za posamezno gorivo. |
Rigward il-kodiċi tal-istat (kif deskritt fil-paragrafu 3.6 ta’ dan l-anness), għandha tintuża waħda miż-żewġ opzjonijiet li ġejjin, jekk waħda jew aktar mill-prontezza tar-rappurtar dijanjostiku tkun speċifika għat-tip ta’ fjuwil: | Kar zadeva kodo stanja (kot je opisano v odstavku 3.6 te priloge), je treba uporabiti eno od naslednjih dveh možnosti, če je en ali več sistemov za diagnostiko, ki javlja pripravljenost, specifičen za posamezno gorivo: |
Il-kodiċi tal-istat ikun speċifiku għall-fjuwil, jiġifieri l-użu ta’ żewġ kodiċijiet tal-istat, wieħed għal kull tip ta’ fjuwil; | koda stanja je specifična za posamezno gorivo, tj. uporaba dveh kod stanja, eno za vsako vrsto goriva; |
Il-kodiċi tal-istat għandu jindika sistemi ta’ kontroll evalwati b’mod sħiħ għaż-żewġ tipi ta’ fjuwil (petrol u (NG/bijometanu)/LPG) meta s-sistemi ta’ kontroll ikunu evalwati b’mod sħiħ għal wieħed mit-tipi ta’ fjuwil. | koda stanja navaja v celoti ocenjene sisteme za nadzor emisij za obe vrsti goriva (bencinsko gorivo in zemeljski plin/biometan/tekoči naftni plin), kadar so sistemi za nadzor emisij v celoti ocenjeni za eno vrsto goriva. |
Jekk l-ebda waħda mil-lestezza tar-rappurtar dijanjostiku ma tkun speċifika għat-tip ta’ fjuwil, f’dak il-każ irid jiġi sostnut biss kodiċi wieħed tal-istat. | Če noben od sistemov, ki javlja pripravljenost, ni specifičen za posamezno gorivo, mora biti podprta samo ena koda stanja. |
REKWIŻITI MARBUTA MAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAS-SISTEMI DIJANJOSTIĊI ABBORD | ZAHTEVE ZA HOMOLOGACIJO VGRAJENIH SISTEMOV ZA DIAGNOSTIKO NA VOZILU |
Fabbrikant jista’ jitlob lill-awtorità biex sistema OBD tiġi aċċettata għall-approvazzjoni tat-tip anki jekk is-sistema jkun fiha defiċjenza waħda jew aktar b’tali mod li r-rekwiżiti speċifiċi ta’ dan l-anness ma jintlaħqux kollha. | Proizvajalec lahko od homologacijskega organa zahteva, da se sistem OBD sprejme za homologacijo, čeprav ima ta sistem eno ali več pomanjkljivosti, tako da posebne zahteve iz te priloge niso v celoti izpolnjene. |
Meta tkun qiegħda tikkunsidra t-talba, l-awtorità għandha tistabbilixxi jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-anness tkunx impossibbli jew mhux raġonevoli. | Pri obravnavanju tega zahtevka homologacijski organ ugotovi, ali je izpolnjevanje zahtev iz te priloge tehnično nemogoče ali nerazumno. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni għandha tikkunsidra dejta mill-fabbrikant li tiddeskrivi fatturi bħal, iżda li mhumiex limitati għal, il-vijabilità teknika, il-ħin ta’ preparazzjoni u ċ-ċikli tal-produzzjoni fosthom l-introduzzjoni jew it-tneħħija ta’ magni jew disinji ta’ vetturi u titjib ipprogrammat tal-kompjuters, sakemm is-sistema OBD li tirriżulta tibqa’ effikaċi biex tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u li l-fabbrikant ikun wera livell aċċettabbli ta’ sforz biex jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. | Homologacijski organ upošteva navedbe proizvajalca, ki med drugim vsebujejo tudi podatke o tehnični izvedljivosti, času zagona proizvodnje in proizvodnih ciklih, ki vključujejo fazo uvajanja ali fazo opustitve proizvodnje motorjev ali konstrukcijo vozila ter programirane izboljšave računalnikov, stopnjo pričakovane učinkovitosti sistema OBD glede izpolnjevanja zahtev iz tega pravilnika in to, ali si je proizvajalec dovolj prizadeval za izpolnjevanje zahtev iz tega pravilnika. |
L-awtorità mhi se taċċetta l-ebda talba ta’ defiċjenza li tinkludi n-nuqqas sħiħ ta’ moniter dijanjostiku meħtieġ. | Homologacijski organ ne bo ugodil pomanjkljivemu zahtevku, ki sploh ne vključuje zahtevanega diagnostičnega spremljanja. |
L-awtorità mhi se taċċetta l-ebda talba ta’ defiċjenza li ma tirrispettax il-limiti massimi tal-OBD fil-paragrafu 3.3.2. | Homologacijski organ ne bo ugodil pomanjkljivemu zahtevku, ki ne upošteva mejnih vrednosti za sistem OBD iz odstavka 3.3.2. |
Fl-istabbiliment tal-ordni identifikat tad-defiċjenzi, id-defiċjenzi marbuta mal-paragrafi 3.3.3.1, 3.3.3.2 u 3.3.3.3 ta’ dan l-anness għall-magni positive-ignition u l-paragrafi 3.3.4.1, 3.3.4.2 u 3.3.4.3 ta’ dan l-anness għall-magni compression-ignition għandhom jiġu identifikati l-ewwel. | Pri določanju pomanjkljivosti se najprej ugotavljajo pomanjkljivosti v zvezi z odstavki 3.3.3.1, 3.3.3.2 in 3.3.3.3 te priloge za motorje na prisilni vžig ter odstavki 3.3.4.1, 3.3.4.2 in 3.3.4.3 te priloge za motorje na kompresijski vžig. |
Qabel jew fil-ħin tal-approvazzjoni tat-tip, ma għandha tingħata l-ebda defiċjenza fir-rigward tar-rekwiżiti tal-paragrafu 6.5, ħlief il-paragrafu 6.5.3.4 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness. | Pred podelitvijo homologacije ali ob podelitvi homologacije niso dopustne pomanjkljivosti glede na zahteve iz odstavka 6.5, razen odstavka 6.5.3.4 Dodatka 1 te priloge. |
Perjodu ta’ defiċjenza | Obdobje, v katerem so pomanjkljivosti dopustne |
Defiċjenza tista’ tiġġebbed għal perjodu ta’ sentejn wara d-data tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod adegwat li jkunu meħtieġa modifiki sostanzjali fil-ħardwer tal-vettura u żmien addizzjonali ta’ preparazzjoni ta’ aktar minn sentejn biex tiġi rranġata d-defiċjenza. | Pomanjkljivost je dopustna še dve leti od datuma podelitve homologacije za tip vozila, razen če je mogoče ustrezno dokazati, da so za odpravo pomanjkljivosti potrebne večje spremembe računalniške opreme vozila ter več kakor dveletni časovni zamik. |
F’dak il-każ, id-defiċjenza tista’ tiġġebbed għal perjodu ta’ mhux aktar minn tliet snin. | V tem primeru je pomanjkljivost dopustna za obdobje do treh let. |
Fabbrikant jista’ jitlob lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tagħti defiċjenza b’mod retrospettiv meta dik id-defiċjenza tinstab wara l-approvazzjoni tat-tip oriġinali. | Proizvajalec lahko od homologacijskega organa zahteva sprejetje pomanjkljivostis povratnim učinkom, če se pomanjkljivost odkrije, ko je bila homologacija že podeljena. |
F’dan il-każ, id-defiċjenza tista’ tiġi mġebbda fuq perjodu ta’ sentejn wara d-data tan-notifika lid-dipartiment amministrattiv sakemm ma jkunx ippruvat sew li jkunu meħtieġa modifiki sostanzjali fil-ħardwer tal-vettura u żmien addizzjonali ta’ preparazzjoni ta’ aktar minn sentejn biex tiġi rranġata d-defiċjenza. | V tem primeru je pomanjkljivost dovoljena v obdobju dveh let po datumu obvestila upravnemu organu, razen če je mogoče ustrezno dokazati, da so za odpravo pomanjkljivosti potrebne večje spremembe računalniške opreme vozila ter več kakor dveletni časovni zamik. |
L-awtorità għandha tgħarraf bid-deċiżjoni tagħha li tagħti talba għal defiċjenza lill-Partijiet l-oħra kollha għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament. | Homologacijski organ obvesti vse ostale pogodbenice Sporazuma iz leta 1958, ki uporabljajo ta pravilnik, o odločitvi o ugoditvi zahtevi za sprejetje pomanjkljivosti. |
AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONITAL-OBD | DOSTOP DO PODATKOV OBD |
L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip jew l-emendi ta’ approvazzjoni tat-tip għandhom ikunu akkumpanjati mill-informazzjoni rilevanti dwar is-sistema OBD tal-vettura. | Vsem zahtevkom za homologacijo ali spremembo homologacije so priloženi ustrezni podatki v zvezi s sistemom OBD. |
Din l-informazzjoni rilevanti għandha tippermetti lill-fabbrikanti ta’ komponenti ta’ sostituzzjoni jew modifikati biex jagħmlu l-partijiet li jiffabbrikaw kompatibbli mas-sistema OBD tal-vettura bl-iskop ta’ tħaddim mingħajr ħsara u li jassiguraw lill-utent tal-vettura li ma jkollux ħsarat. | Ti podatki omogočijo proizvajalcem nadomestnih delov ali naknadno vgradljivih sestavnih delov, da izdelujejo dele, ki so združljivi s sistemom OBD zaradi zagotavljanja neoporečnega delovanja sistema OBD in zavarovanja uporabnika vozila pred napakami. |
Bl-istess mod, dik l-informazzjoni rilevanti għandha tippermetti lill-fabbrikanti tal-għodod dijanjostiċi u tat-tagħmir tat-test jagħmlu għodod u tagħmir li jipprovdu dijanjosi effettiva u preċiża tas-sistemi li jikkontrollaw l-emissjonijiet tal-vettura. | Podobno ti ustrezni podatki omogočijo proizvajalcem diagnostičnih orodij in preskusne opreme izdelavo orodij in opreme, ki zagotavljajo učinkovito in točno diagnozo sistemov vozila za uravnavanje emisij. |
Meta jintalbu, id-Dipartimenti Amministrattivi għandhom ipoġġu għad-dispożizzjoni ta’ kwalunkwe fabbrikant interessat ta’ komponenti, strumenti dijanjostiċi jew tagħmir tat-test, mingħajr diskriminazzjoni, l-Appendiċi 1 tal-Anness 2 li fih l-informazzjoni rilevanti dwar is-sistema OBD. | Na zahtevo upravni organi izdelajo Dodatek 1 Priloge 2, v katerem so navedeni ustrezni podatki o sistemu OBD, ki so na voljo vsem zainteresiranim proizvajalcem sestavnih delov, diagnostičnih orodij ali preskusne opreme pod enakimi pogoji. |
Jekk Dipartiment Amministrattiv jirċievi talba minn xi fabbrikant interessat ta’ komponenti, strumenti dijanjostiċi jew tagħmir tat-test għal informazzjoni dwar is-sistema OBD ta’ vettura li tkun ġiet approvata għat-tip skont verżjoni preċedenti tar-Regolament, | Če proizvajalec sestavnih delov, diagnostičnih orodij ali preskusne opreme zahteva od upravnega organa podatke o sistemu OBD, ki mu je bila podeljena homologacija v skladu s prejšnjo različico Pravilnika, |
Il-fabbrikant għandu jissottometti din l-informazzjoni lid-Dipartiment Amministrattiv fi żmien xahrejn mit-talba; | proizvajalec predloži te podatke upravnemu organu v dveh mesecih od zahteve; |
Id-dipartiment Amministrattiv għandu jgħaddi din l-informazzjoni lid-dipartimenti Ammnistrattivi tal-Partijiet Kontraenti u d-dipartiment Amministrattiv li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip oriġinali għandu jehmeż din l-informazzjoni mal-Anness 1 tal-informazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura. | upravni organ posreduje te podatke upravnim organom pogodbenic, upravni organ, ki je podelil prvotno homologacijo, pa priloži te podatke Prilogi 1 homologacijske dokumentacije. |
Dan ir-rekwiżit m’għandu jinvalida l-ebda approvazzjoni li tkun ingħatat qabel skont ir-Regolament Nru 83 u lanqas iżomm milli jsiru estensjonijiet għal dawk l-approvazzjonijiet skont it-termini tar-Regolament li bih ikunu ngħataw. | Ta zahteva ne razveljavi homologacije, ki je že bila podeljena v skladu s Pravilnikom št. 83 in ne prepreči razširitev takšnih homologacij v skladu s Pravilnikom, na podlagi katerega so bile homologacije prvotno podeljene. |
L-informazzjoni tista’ tintalab biss għall-komponenti ta’ sostituzzjoni jew ta’ manutenzjoni li huma soġġetti għall-approvazzjoni tat-tip UNECE, jew għal komponenti li jiffurmaw parti minn sistema li tkun soġġetta għall-approvazzjoni tat-tip tal-UNECE. | Podatki se lahko zahtevajo le za nadomestne ali servisne dele, za katere je potrebna homologacija UNECE, ali za sestavne dele, ki so del sistema, za katerega je potrebna homologacija UNECE. |