Source | Target | Kull vettura approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun immanifattura b’mod li tikkonforma mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 17, 18 u 19 hawn fuq. | Vsako vozilo, homologirano po tem pravilniku, se izdela tako, da izpolnjuje zahteve iz odstavkov 17, 18 in 19 zgoraj, da je v skladu s homologiranim tipom. |
L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 22 hawn fuq ma jiġux osservati. | Homologacija, podeljena za tip vozila v skladu s tem pravilnikom, se lahko prekliče, če niso izpolnjene zahteve iz odstavka 22 zgoraj. |
Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tkun qiegħda tapplika dan ir-Regolament tirtira applikazzjoni li tkun tat qabel, hija għandha tgħarraf immedjatament b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li jkunu qegħdin japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 għal dan ir-Regolament. | Če pogodbenica Sporazuma, ki uporablja ta pravilnik, prekliče homologacijo, ki jo je prej podelila, o tem takoj obvesti druge pogodbenice, ki uporabljajo ta pravilnik, z obrazcem, ki je v skladu z vzorcem iz Priloge 2 k temu pravilniku. |
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf kompletament jimmanifattura tip ta’ vettura approvata skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. | Če imetnik homologacije povsem preneha proizvajati tip vozila, ki je homologiran v skladu s tem pravilnikom, o tem obvesti organ, ki je podelil homologacijo. |
PARTI III — APPROVAZZJONI TAL-IMMOBILIZZATURI U L-APPROVAZZJONI TA’ VETTURA FIR-RIGWARD TAL-IMMOBILIZZATUR TAGĦHA | DEL III – HOMOLOGACIJA NAPRAV ZA IMOBILIZACIJO VOZILA IN HOMOLOGACIJA VOZILA GLEDE NA NJEGOVO NAPRAVO ZA IMOBILIZACIJO VOZILA |
Għall-iskop tal-Parti III ta’ dan ir-Regolament: | V delu III tega pravilnika: |
“Immobilizzatur” ifisser apparat li huwa maħsub sabiex jimpedixxi s-sewqan ta’ vettura bl-enerġija tagħha stess (prevenzjoni tal-użu mhux awtorizzat). | „naprava za imobilizacijo vozila“ pomeni napravo, ki je namenjena temu, da prepreči odpeljati vozilo na normalen način z njegovim lastnim pogonom (preprečitev nedovoljene uporabe); |
“Apparat ta’ kontroll” ifisser l-apparat neċessarju għall-issettjar u/jew it-tifi ta’ immobilizzatur. | „naprava za upravljanje delovanja“ pomeni napravo, ki je potrebna za vključitev (vzpostavitev stanja pripravljenosti za delovanje) in/ali izključitev (ukinitev stanja pripravljenosti za delovanje) naprave za imobilizacijo vozila; |
“Wiri tal-istatus” ifisser kwalunkwe strument maħsub sabiex jindika l-istatus tal-immobilizzatur (issettjat/mitfi, bdil ta’ ssettjat għal mitfi u viċi-versa). | „sklop za prikaz stanja“ pomeni vsako napravo, ki je namenjena za prikaz stanja, v katerem je naprava za imobilizacijo vozila (vključena/izključena, prehod iz vključenega stanja v izključeno in obratno); |
“Stat meta jkun issettjat” ifisser l-istat li fih il-vettura ma tistax tinstaq b’mod normali bl-enerġija tagħha stess. | „vključeno stanje“ pomeni stanje, v katerem vozila ni mogoče voziti normalno ob uporabi njegove lastne moči; |
“Stat meta jkun mitfi” ifisser l-istat li fih il-vettura tista’ tinstaq b’mod normali. | „izključeno stanje“ pomeni stanje, v katerem je mogoče vozilo normalno voziti; |
“Ċavetta” tfisser kwalunkwe strument iddisinjat u mibni biex jipprovdi metodu sabiex titħaddem sistema tal-għeluq, li tkun imfassla u mibnija sabiex titħaddem biss minn dak l-istrument. | „ključ“ pomeni vsako napravo, ki je zasnovana in izdelana z namenom, da omogoči delovanje blokirnega sistema, ki je zasnovan in izdelan tako, da ga je mogoče upravljati samo s to napravo; |
“Override” tfisser karatteristika tad-diżinn li tillokkja l-immobilizzatur fil-kundizzjoni ta’ mitfi. | „varnostni sistem“ pomeni konstrukcijsko značilnost, ki omogoča blokiranje naprave za imobilizacijo vozila v položaju, v katerem je njeno delovanje izključeno; |
“Rolling code” ifisser kodiċi elettroniku li jikkonsisti minn diversi elementi li l-kombinazzjoni tinbidel b’mod każwali wara kull tħaddim tat-taqsima tat-trażmissjoni. | „spremenljiva koda“ pomeni elektronsko kodo, ki je sestavljena iz več elementov, pri kateri se kombinacija naključno spreminja po vsaki vključitvi oddajnega sklopa; |
“Tip ta’ immobilizzatur” ifisser sistemi li ma jvarjawx b’mod sinifikanti minn xulxin f’aspetti importanti bħal: | „tip naprave za imobilizacijo vozila“ pomeni sisteme, ki se bistveno ne razlikujejo v pomembnih vidikih, kot so: |
id-diżinn tat-tħaddim tagħhom fuq is-sistema(i) rilevanti tal-vettura (kif imsemmi fil-paragrafu 32.1 hawn isfel). | način njihovega delovanja na ustreznem(-ih) sistemu(-ih) vozila (kot je navedeno v odstavku 32.1 spodaj); |
“Tip ta’ vettura fir-rigward tal-immobilizzatur tagħha” ifisser vetturi li ma jvarjawx b’mod sinifikanti minn xulxin f’aspetti importanti bħal: | „tip vozila glede na njegov alarmni sistem“ pomeni vozila, ki se bistveno ne razlikujejo v pomembnih vidikih, kot so: |
karatteristiċi tal-vettura li jinfluwenzaw b’mod sinifikanti l-prestazzjonijiet tal-immobilizzatur; | lastnosti vozila, ki precej vplivajo na zmogljivosti naprave za imobilizacijo vozila; |
it-tip u d-diżinn tal-immobilizzatur. | tip in zasnova naprave za imobilizacijo vozila. |
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ IMMOBILIZZATUR | VLOGA ZA HOMOLOGACIJO NAPRAVE ZA IMOBILIZACIJO VOZILA |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ immobilizzatur għandha tiġi sottomessa mill-manifattur jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu. | Vlogo za homologacijo naprave za imobilizacijo vozila vloži proizvajalec naprave za imobilizacijo vozila ali njegov ustrezno pooblaščeni zastopnik. |
L-applikazzjoni għal kull tip ta’ immobilizzatur għandha tkun akkumpanjata minn: | Za vsak tip naprave za imobilizacijo vozila mora biti vlogi priloženo: |
Dokument ta’ informazzjoni stabbilit skont il-mudell muri fl-Anness 1 A, il-Parti 1. u li jagħti deskrizzjoni tal-karatteristiċi tekniċi tal-immobilizzatur, il-miżuri meħuda kontra l-attivazzjoni aċċidentali tiegħu u l-metodu ta’ installazzjoni għal kull marka u tip ta’ vettura li fuqha huwa intenzjonat li jitwaħħal l-immobilizzatur. | opisni list, skladen z vzorcem iz dela 1 Priloge 1A, z opisom tehničnih značilnosti naprave za imobilizacijo vozila, ukrepov za preprečevanje njene nenamerne vključitve ter načina vgradnje za vse znamke in tipe vozil, v katere se naprava za imobilizacijo vozila lahko vgradi; |
Vettura(i) mgħammra bl-immobilizzatur li t-tip tiegħu jrid jiġi approvat, magħżula mill-applikant bi ftehim mas-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni. | vozilo ali vozila, opremljena z napravo za imobilizacijo vozila, ki jo je treba homologirati, ki jih izbere vlagatelj v soglasju s tehnično službo, pristojno za opravljanje homologacijskih preskusov; |
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ VETTURA | VLOGA ZA HOMOLOGACIJO VOZILA |
Meta immobilizzatur approvat skont il-Parti III ta’ dan ir-Regolament ikun qiegħed jintuża ġewwa vettura sottomessa għal approvazzjoni skont il-Parti III ta’ dan ir-Regolament, ma għandhomx jiġu ripetuti t-testijiet li jrid jgħaddi minnhom immobilizzatur sabiex tinkiseb l-approvazzjoni tal-vettura skont il-Parti III ta’ dan ir-Regolament. | Če se naprava za imobilizacijo vozila, homologirana v skladu z delom III tega pravilnika, uporablja v vozilu, predloženem v homologacijo v skladu z delom III tega pravilnika, se preskusi, ki jih je morala naprava za imobilizacijo vozila prestati za pridobitev homologacije vozila v skladu z delom III tega pravilnika, ne ponovijo. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-immobilizzaturi tagħha għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu. | Vlogo za homologacijo tipa vozila glede na njegove naprave za imobilizacijo vozila vloži proizvajalec vozila ali njegov ustrezno pooblaščeni zastopnik. |
Hija għandha tkun akkumpanjata minn dokument ta’ informazzjoni li jagħti deskrizzjoni tal-karatteristiċi tal-immobilizzatur u l-metodu tal-installazzjoni għal kull marka u tipta’ vettura li fuqha huwa intenzjonat li jkun installat l-immobilizzatur skont il-mudell muri fl-Anness 1 A, il-Parti 2 jew 3, skont il-każ. | Vlogi se priloži opisni list z opisom tehničnih značilnosti naprave za imobilizacijo vozila ter načina vgradnje za vse znamke in tipe vozil, v katere se naprava lahko vgradi, v skladu z vzorcem iz dela 2 oz. 3 Priloge 1A. |
Tista’ tiġi aċċettata vettura li ma tkunx tinkludi l-komponenti kollha relatati mat-tip sakemm ikun jista’ jintwera mill-applikant għas-sodisfazzjon tal-Awtorità Kompetenti, li n-nuqqas tal-komponenti mħollija barra ma għandu ebda effett fuq ir-riżultati tal-verifiki, għal dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. | Vozilo, ki nima vseh sestavnih delov, ki ustrezajo tipu, se lahko sprejme samo, če lahko vlagatelj pristojnemu organu zadovoljivo dokaže, da, kar zadeva zahteve tega pravilnika, odsotnost sestavnih delov ne vpliva na rezultate preverjanja. |
Meta jkun qiegħed jintuża immobilizzatur approvat skont il-Parti III ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi pprovduta wkoll lis-Servizz Tekniku l-komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip. | Če se uporablja naprava za imobilizacijo vozila, homologirana v skladu z delom III tega pravilnika, se tehnični službi predloži tudi sporočilo o homologaciji naprav za imobilizacijo vozila. |
APPROVAZZJONI TA’ IMMOBILIZZATUR | HOMOLOGACIJA NAPRAVE ZA IMOBILIZACIJO VOZILA |
Jekk l-immobilizzatur sottomess għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 31, 32, u 33 hawn isfel, għandha tingħata l-approvazzjoni ta’ dak it-tip ta’ immobilizzatur. | Če naprava za imobilizacijo vozila, predložena v homologacijo v skladu s tem pravilnikom, izpolnjuje zahteve iz odstavkov 31, 32 in 33 spodaj, se homologacija za ta tip naprave za imobilizacijo vozila podeli. |
L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ immobilizzatur. | Ista pogodbenica ne sme dodeliti iste številke drugemu tipu naprave za imobilizacijo vozila. |
L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ immobilizzatur skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li jkunu qegħdin japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 3 għal dan ir-Regolament. | Obvestilo o podelitvi, razširitvi ali zavrnitvi homologacije tipa naprave za imobilizacijo vozila v skladu s tem pravilnikom se sporoči pogodbenicam Sporazuma, ki uporabljajo ta pravilnik, na obrazcu, ki je v skladu z vzorcem iz Priloge3 k temu pravilniku. |
Mal-komponent(i) prinċipali tal-immobilizzatur li jikkonforma ma’ tip ta’ immobilizzatur approvat skont dan ir-Regolament, għandha titwaħħal, b’mod ċar u faċilment aċċessibbli speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, marka ta’ approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti minn: | Na glavnem(-ih) sestavnem(-ih) delu(-ih) naprave za imobilizacijo vozila, ki je v skladu s tipom naprave za imobilizacijo vozila, homologiranem po tem pravilniku, je na vidnem in lahko dostopnem mestu, opredeljenem na homologacijskem obrazcu, nameščena mednarodna homologacijska oznaka, sestavljena iz: |
Bħala alternattiva għall-marka ta’ approvazzjoni deskritta fil-paragrafu 29.4 hawn fuq, għandu jinħareġ ċertifikat tal-konformità għal kull immobilizzatur offrut għall-bejgħ. | Namesto homologacijske oznake, opisane v odstavku 29.4 zgoraj, se lahko izda potrdilo o skladnosti za vsako napravo za imobilizacijo vozila, ki je v prodaji. |
Meta manifattur ta’ immobilizzatur iforni immobilizzatur approvat mhux immarkat lil manifattur ta’ vettura, sabiex jitwaħħal minn dak il-manifattur bħala apparat oriġinali għal mudell ta’ vettura jew firxa ta’ mudelli ta’ vettura, il-manifattur tal-immobilizzatur għandu jforni numru ta’ kopji taċ-ċertifikat tal-konformità lill-manifattur tal-vettura, suffiċjenti għal dak il-manifattur biex jikseb l-approvazzjoni tal-vettura skont il-paragrafu 30 ta’ dan ir-Regolament. | Če proizvajalec naprave za imobilizacijo vozila dobavi proizvajalcu vozila homologirano napravo za imobilizacijo vozila brez homologacijske oznake, ki naj bi jo ta proizvajalec vgradil kot originalno opremo v določen model vozila ali vrsto modelov vozil, mora proizvajalec naprave za imobilizacijo vozila proizvajalcu vozila dostaviti dovolj veliko število kopij potrdila o skladnosti, da lahko ta proizvajalec pridobi homologacijo vozila v skladu z odstavkom 30 tega pravilnika. |
Jekk l-immobilizzatur ikun iffurmat minn komponenti separati, il-komponent(i) prinċipali tiegħu għandhom iġorru marka ta’ referenza u ċ-ċertifikat tal-konformità għandu jipprovdi lista ta’ dawn il-marki ta’ referenza. | Če je naprava za imobilizacijo vozila izdelana iz ločenih sestavnih delov, mora(-jo) njen(-i) glavni sestavni del(-i) imeti referenčno oznako, potrdilo o skladnosti pa mora vsebovati seznam takih referenčnih oznak. |
APPROVAZZJONI TA’ VETTURA | HOMOLOGACIJA VOZILA |
Jekk il-vettura sottomessa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 31, 32, u 33 hawn isfel, għandha tingħata l-approvazzjoni ta’ dik it-tip ta’ vettura. | Če vozilo, predloženo v homologacijo v skladu s tem pravilnikom, izpolnjuje zahteve iz odstavkov 31, 32 in 33 spodaj, se homologacija za ta tip vozila podeli. |
L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li jkunu qegħdin japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 4 għal dan ir-Regolament. | Obvestilo o podelitvi, razširitvi ali zavrnitvi homologacije tipa vozila v skladu s tem pravilnikom se sporoči pogodbenicam Sporazuma, ki uporabljajo ta pravilnik, na obrazcu, ki je v skladu z vzorcem iz Priloge 4 k temu pravilniku. |
In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, simbolu “A” jew “I” jew “AI” li jindika jekk il-vettura ġietx approvata fir-rigward tas-sistema tal-allarm tagħha jew l-immobilizzaturi tagħha jew kombinazzjoni tat-tnejn, daxx u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 30.4.1. | številke tega pravilnika, ki ji sledijo črka „R“, simbol „A“ ali „I“ ali „AI“, ki nakazuje, ali je bilo vozilo homologirano glede na njegov alarmni sistem ali njegove naprave za imobilizacijo vozila ali kombinacijo obojega, pomišljaj in homologacijska številka desno od kroga, opisanega v odstavku 30.4.1. |
Jekk il-vettura tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat skont wieħed jew aktar mir-Regolamenti annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan il-Ftehim, ma jkunx hemm għalfejn jiġi ripetut is-simbolu preskritt fil-paragrafu 30.4.1; f’każ bħal dan, ir-Regolament u n-numri tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li bihom ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitpoġġew f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 30.4.1. | Če je vozilo v skladu s tipom vozila, homologiranem po enem ali več drugih pravilnikih, priloženih Sporazumu, v državi, ki je podelila homologacijo v skladu s tem pravilnikom, simbola, predpisanega v odstavku 30.4.1 ni treba ponoviti; v takem primeru se v navpičnih stolpcih desno od simbola, predpisanega v odstavku 30.4.1, vstavijo številka pravilnika in homologacijska številka ter dodatni simboli iz vseh pravilnikov, v skladu s katerimi je bila podeljena homologacija v državi, ki je podelila homologacijo po tem pravilniku. |
L-immobilizzatur irid ikun jista’ jiġi ssettjat u mitfi skont dawn ir-rekwiżiti. | Napravo za imobilizacijo vozila mora biti mogoče vključiti in izključiti v skladu z naslednjimi zahtevami. |
Jekk l-immobilizzatur ikun jinkludi l-possibbiltà ta’ trażmissjoni bir-radju, eż. għall-issettjar jew tifi, huwa għandu jikkonforma mal-istandards rilevanti tal-ETSI (ara n-nota tal-qiegħ 2/pertinenti għall-paragrafu 5.3), eż. EN 300 220-1 V1.3.1. (2000-09), EN 300 220-2 V1.3.1. (2000-09), EN 300 220-3 V1.1.1. (2000-09) u EN 301 489-3 V1.2.1. (2000-08) (fosthom kwalunkwe rekwiżiti rakkomandati). | Če je mogoče delovanje naprave za imobilizacijo vozila upravljati daljinsko z radijskim prenosom (signalom), na primer za njeno vključitev ali izključitev, mora biti v skladu z ustreznimi standardi ETSI (glej opombo 2, ki se nanaša na odstavek 5.3), na primer EN 300 220-1 V1.3.1 (2000-09), EN 300 220-2 V1.3.1 (2000-09), EN 300 220-3 V1.1.1 (2000-09) in EN 301 489-3 V1.2.1 (2000-08) (vključno z vsemi priporočenimi zahtevami). |
Il-frekwenza u l-enerġija massima rradjata tat-trażmissjonijiet tar-radju għall-issettjar u t-tifi tal-immobilizzatur iridu jikkonformaw mal-CEPT/ERC (ara n-nota tal-qiegħ 3/pertinenti għall-paragrafu 5.3) Rakkomandazzjoni 70-03 (17 ta’ Frar 2000) dwar l-użu ta’ apparat ta’ medda qasira (ara n-nota tal-qiegħ 4/għall-paragrafu 5.3). | Frekvenca in največja moč oddajanja radijskih signalov za vključitev in izključitev naprave za imobilizacijo vozila morata biti v skladu s priporočilom CEPT/ERC (glej opombo 3, ki se nanaša na odstavek 5.3) 70-03 (17. februar 2000) v zvezi z uporabo naprav kratkega dosega (glej opombo 4 k odstavku 5.3). |
L-immobilizzatur u l-installazzjoni tiegħu jridu jkunu ddisinjati b’mod li kwalunkwe vettura mgħammra tibqa’ tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi. | Naprava za imobilizacijo vozila mora biti zasnovana in vgrajena tako, da vsako vozilo, opremljeno z njo, še naprej izpolnjuje tehnične zahteve. |
Ma għandux ikun possibbli għal immobilizzatur li jidħol fl-istat issettjat meta ċ-ċavetta tat-tqabbid tkun fil-magna taħdem, ħlief meta: | Naprave za imobilizacijo vozila ne sme biti mogoče vključiti, ko je ključ za vžig v položaju, ki omogoča delovanje motorja, razen ko: |
il-vettura tkun mgħammra jew maħsuba biex tiġi mgħammra għal skopijiet ta’ ambulanza, brigata għat-tifi tan-nar jew pulizija; jew | je vozilo opremljeno ali predvideno, da se opremi za namene reševanja, gasilske in policijske namene, ali |
issuq makkinarju li jkun jifforma parti minn, jew immuntat fuq, il-vettura għal skopijiet differenti milli biex issuq il-vettura; jew | poganjati mehanizme, ki so del vozila ali vgrajeni v vozilu za druge namene in ne za vožnjo, ali |
iżżomm l-enerġija elettrika tal-batteriji tal-vettura f’livell meħtieġ sabiex jinstaq dak il-makkinarju jew l-apparat; | ohranjati napolnjenost akumulatorja vozila na ravni, potrebni za poganjanje mehanizmov ali naprav; |
u l-vettura tkun wieqfa bil-brejk tal-ipparkjar applikat. | inko vozilo miruje, pri čemer je uporabljena ročna zavora. |
Meta tintuża din l-eċċezzjoni, dan il-fatt għandu jiġi indikat taħt il-partita 2 tal-addendum għad-dokument ta’ komunikazzjoni (l-Anness 2 għal dan ir-Regolament). | Ko je uporabljena ta izjema, je to treba navesti v točki 2 dodatka k sporočilu (Priloga 2 k temu pravilniku). |
Ma għandux ikun possibbli tagħmel override permanenti ta’ immobilizzatur. | Naprave za imobilizacijo vozila ne sme biti mogoče stalno blokirati. |
L-immobilizzatur għandu jkun iddisinjat u mibni b’mod li meta jkun installat ma jaffettwax ħażin il-funzjoni mfassla u t-tħaddim mingħajr periklu tal-vettura, anki fil-każ ta’ funzjonament ħażin. | Naprava za imobilizacijo vozila mora biti zasnovana in izdelana tako, da takrat, ko je vgrajena, ne vpliva neugodno na predvideno delovanje in varno upravljanje vozila tudi v primeru njene okvare. |
Immobilizzatur għandu jkun iddisinjat u mibni b’mod li, meta jkun installat fuq vettura, skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, ħadd ma jkun jista’ jirrendih ineffettiv jew jeqirdu malajr u mingħajr ma jiġbed l-attenzjoni, eż. bl-użu ta’ għodod, apparat jew fabbrikazzjonijiet irħas u li jinħbew malajr li huma faċilment disponibbli għall-pubbliku ġenerali. | Naprava za imobilizacijo vozila mora biti zasnovana in izdelana tako, da je takrat, ko je v vozilo vgrajena v skladu z navodili proizvajalca, ni mogoče na hitro in brez vzbujanja pozornosti onesposobiti ali pa uničiti, na primer z uporabo cenenega orodja, opreme ali izdelkov, ki jih je mogoče brez težav skriti in so dostopni širši javnosti. |
Għandha tkun xi ħaġa diffiċli u li tieħu l-ħin biex tibdel komponent jew assemblaġġ importanti bl-għan li jinqabeż l-immobilizzatur. | Za onesposobitev naprave za imobilizacijo vozila mora biti za zamenjavo enega od njenih najpomembnejših sestavnih delov ali skupine njenih najpomembnejših sestavnih delov potreben daljši in bolj zapleten poseg. |
Immobilizzatur irid ikun iddisinjat u mibni b’mod li meta jkun installat kif speċifikat mill-manifattur, huwa jkun kapaċi jiflaħ għall-ambjent ta’ ġol-vettura għal tul ta’ żmien raġonevoli (għall-ittestjar ara l-paragrafu 33). | Naprava za imobilizacijo vozila mora biti zasnovana in izdelana tako, da takrat, ko je v vozilo vgrajena v skladu z navodili proizvajalca, lahko razumno dolgo trajajoče časovno obdobje prenaša vplive okolja, ki jim je v vozilu izpostavljena (glede preskusov glej odstavek 33). |
B’mod iżjed partikolari, il-karatteristiċi tal-elettriku tas-sistema taċ-ċirkwiti abbord ma għandhomx jiġu affettwati negattivament biż-żieda tal-immobilizzatur (lead cross-sections, sigurtà tal-kuntatti, eċċ.). | Predvsem pa vgraditev oziroma namestitev naprave za imobilizacijo vozila ne sme neugodno vplivati na električne lastnosti tokokrogov v vozilu (presek kablov, varnost kontaktov itd.). |
Immobilizzatur jista’ jiġi kkombinat ma’ sistemi oħra tal-vettura jew jista’ jiġi integrat fihom (eż. ġestjoni tal-magna, sistemi tal-allarm). | Naprava za imobilizacijo vozila se lahko kombinira z drugimi sistemi na vozilu ali pa se lahko integrira v te sisteme (na primer upravljanje delovanja motorja, alarmni sistemi). |