Source | Target | Anness 9 — Il-metodu għall-kejl tal-medda elettrika ta’ vetturi li jaħdmu b’power train elettrika biss jew b’power train elettrika ibdida u l-medda OVC ta’ vetturi li jaħdmu b’powertrain elettrika ibrida | Priloga 9 – Metoda merjenja električnega dometa vozil z izključno električnim pogonskim sistemom ali hibridnim električnim pogonskim sistemom in dosega zunanjega napajanja vozil s hibridnim električnim pogonskim sistemom |
Anness 10 — Proċedura tat-test tal-emissjonijiet għal vettura mgħammra b’sistema li tirriġenera perjodikament | Priloga 10 – Postopek preskušanja za določanje emisij pri vozilu, opremljenem s sistemom za periodično regeneracijo |
Dan ir-Regolament japplika għal vetturi tal-kategoriji M1 u N1 [1]b’referenza għal: | Ta pravilnik se uporablja za kategorije vozil M1 in N1 [1]glede: |
il-kejl tal-emissjoni tad-diossidu tal-karbonju (CO2) u l-konsum tal-fjuwil u/jew għall-kejl tal-konsum tal-enerġija elettrika u l-medda elettrika tal-vetturi li jaħdmu b’magna ta’ kombustjoni interna biss jew b’power train ibrida elettrika, | meritev emisije ogljikovega dioksida (CO2) in porabe goriva in/ali meritev porabe električne energije in električnega dometa vozil s pogonom izključno na motor z notranjim izgorevanjem ali na hibridni električni pogon |
u għall-kejl tal-konsum ta’ enerġija elettrika u ta’ medda elettrika għall-vetturi li jaħdmu b’power train elettrika biss. | in meritev porabe električne energije in električnega dometa vozil z izključno električnim pogonskim sistemom. |
Huwa ma japplikax għall-kategorija ta’ vettura N1 jekk kemm: | Ne velja za vozilo kategorije N1, če: |
it-tip ta’ magna mwaħħla ma’ dik it-tip ta’ vettura tkun irċeviet approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament Nru 49, kif ukoll | tip motorja, vgrajen v navedeni tip vozila, že ima homologacijo na podlagi Pravilnika št. 49 in |
il-produzzjoni dinjija annwali totali ta’ vetturi N1 tal-manifattur madwar id-dinja tkun inqas minn 2000 unità. | če je skupna letna proizvodnja vozil kategorije N1 tega proizvajalca manjša od 2000 enot. |
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, | V tem pravilniku: |
L-“approvazzjoni ta’ vettura” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura rigward il-kejl tal-konsum tal-enerġija (fjuwil jew enerġija elettrika); | „homologacija vozila“ pomeni homologacijo tipa vozila glede na meritev porabe energije (goriva ali električne energije); |
It-“tip ta’ vettura” tfisser kategorija ta’ vetturi motorizzati li mhumiex differenti f’tali aspetti essenzjali bħall-bodi, il-power train, it-trażmissjoni, il-batterija ta’ trazzjoni (jekk ikun applikabbli), it-tajers u l-massa mhux differenzjati; | „tip vozila“ pomeni kategorijo motornih vozil, ki se ne razlikujejo v bistvenih vidikih, kot so karoserija, pogonski sistem, menjalnik, pogonski akumulator (če se uporablja), pnevmatike in masa neobremenjenega vozila; |
Il-“massa mhux differenzjati” tfisser il-massa tal-vettura lesta biex tibda taħdem mingħajr ekwipaġġ, passiġġieri jew tagħbija, imma bit-tank tal-fjuwil mimli kollu (jekk ikun hemm), bil-likwidu tat-tkessiħ, bil-batteriji ta’ servizz u ta’ trazzjoni, biż-żjut, biċ-ċarġer abbord, biċ-ċarġer mobbli, bl-għodod u bl-istepni, dak kollu li jkun adattat għall-vettura meqjusa u jekk ikun provdut mill-manifattur tal-vettura; | „masa neobremenjenega vozila“ pomeni maso brezhibno delujočega vozila brez posadke, potnikov ali tovora, vendar s polnim rezervoarjem za gorivo (če ga ima), hladilno tekočino, servisnim in pogonskim akumulatorjem, olji, vgrajenim polnilnikom, prenosnim polnilnikom, orodjem in rezervnim kolesom – kar je primerno za zadevno vozilo in če je to zagotovil proizvajalec vozila; |
Il-“massa ta’ referenza” tfisser il-massa mhux differenzjat tal-vettura miżjuda b’figura uniformi ta’ 100 kg; | „referenčna masa“ pomeni maso neobremenjenega vozila, povečano za enotno maso 100 kg; |
Il-“massa massima” tfisser il-massa massima teknikament permissibbli ddikjarata mill-manifattur (din il-massa tista’ tkun ikbar mill-massa massima awtorizzata mill-amministrazzjoni nazzjonali); | „največja dovoljena masa“ pomeni največjo tehnično dovoljeno maso po navedbi proizvajalca (ta masa je lahko večja od največje dovoljene mase, ki jo odobri državni upravni organ); |
Il-“massa tat-test” għall-vetturi purament elettriċi, tfisser il-“massa ta’ referenza” għall-vetturi tal-kategorija M1 u l-massa mhux differenzjati flimkien ma’ nofs it-tagħbija sħiħa għall-vetturi tal-kategorija N1; | „preskusna masa“ za povsem električna vozila pomeni „referenčno maso“ za vozila kategorije M1 in maso neobremenjenega vozila skupaj s polovico polne obremenitve za vozila kategorije N1; |
“Trakk” tfisser vettura bil-mutur tal-kategorija N1 li tkun iddisinnjata u mibnija esklussivament jew prinċiparjament sabiex iġġorr il-merkanzija; | „tovornjak“ pomeni vozilo kategorije N1, ki je zasnovano in izdelano izključno ali predvsem za prevoz blaga; |
“Vann” tfisser trakk li jkollu l-kabina integrata fil-bodi; | „dostavno vozilo“ pomeni tovornjak z vgrajeno kabino; |
L-“apparat li jistartja kiesaħ” tfisser apparat li jarrikkixxi temporanjament it-taħlita tal-arja/tal-fjuwil tal-magna, biex jgħin l-istartjar; | „naprava za hladni zagon“ pomeni napravo, ki začasno obogati zmes zraka in goriva v motorju in tako pospeši zagon; |
L-“għajnuna għall-istartjar” tfisser apparat li jgħin lill-magna tistartja mingħajr l-arrikkiment tat-taħlita tal-arja/tal-fjuwil, eż. glow plug (apparat li jintuża biex issaħħan il-kompartiment tal-kombustjoni tal-magni diżil f’kundizzjonijiet kesħin biex jgħin ħalli l-karozza tistartja mill-kiesaħ), il-ħin mibdul tal-injezzjoni, eċċ.; | „pomoč pri zagonu“ pomeni napravo, ki pomaga zagnati motor brez obogatitve zmesi zraka in goriva v motorju, npr. žarilne svečke, spremembe časa vbrizga itd.; |
Il-“power train” tfisser is-sistema ta’ apparat(i) ta’ ħażna tal-enerġija, ta’ konvertitur(i) tal-enerġija u ta’ trażmissjoni(jiet) li tikkonverti l-enerġija maħżuna għal enerġija mekkanika li titwassal fir-roti għall-propulsjoni tal-vettura; | „pogonski sistem“ pomeni sistem naprav(-e) za shranjevanje energije, pretvornika(-ov) energije in menjalnika(-ov), ki pretvarja(-jo) shranjeno energijo v mehansko energijo, ki jo prenašajo do koles in tako poganjajo vozilo; |
Il-“vettura b’magna ta’ kombustjoni interna” tfisser vettura li taħdem b’magna ta’ kombustjoni interna biss; | „vozilo z motorjem z notranjim izgorevanjem“ pomeni vozilo s pogonom izključno na motor z notranjim izgorevanjem; |
Il-“power train elettrika” tfisser sistema li tikkonsisti minn apparat wieħed jew aktar ta’ ħażna tal-enerġija elettrika (eż. batterija, flywheel elettromekkanika jew superkapaċitatur), apparat wieħed jew aktar li jikkundizzjona l-qawwa elettrika u magna elettrika waħda jew aktar li tikkonverti l-enerġija elettrika maħżuna għal enerġija mekkanika li titwassal fir-roti għall-propulsjoni tal-vettura; | „električni pogonski sistem“ pomeni sistem, ki ga sestavlja ena ali več naprav za shranjevanje električne energije (npr. akumulator, elektromehanski vztrajnik ali super kondenzator), ena ali več naprav za kondicioniranje električne energije ter eden ali več električnih strojev, ki pretvarjajo shranjeno energijo v mehansko energijo, ki jo prenašajo do koles in tako poganjajo vozilo; |
“Vettura purament elettrika” tfisser vettura li taħdem b’power train elettrika biss; | „povsem električno vozilo“ pomeni vozilo na izključno električni pogon; |
“Power train ibrida” tfisser power train b’mill-inqas żewġ konvertituri tal-enerġija differenti u żewġ sistemi ta’ ħażna tal-enerġija differenti (abbord il-vettura) għall-fini tal-propulsjoni tal-vettura; | „hibridni pogonski sistem“ pomeni pogonski sistem z najmanj dvema različnima pretvornikoma energije in dvema različnima sistemoma za shranjevanje energije (v samem vozilu) za potrebe pogona vozila; |
“Power train elettrika ibrida” tfisser power train li, għall-fini ta’ propulsjoni mekkanika, tiġbed l-enerġija miż-żewġ sorsi ta’ enerġija/qawwa maħżuna fuq il-vettura li ġejjin: | „hibridni električni pogonski sistem“ pomeni pogonski sistem, ki za mehanski pogon črpa energijo iz naslednjih dveh virov shranjene energije/moči v vozilu: |
fjuwil konsumabbli | iz potrošnega goriva in |
apparat tal-ħażna l-enerġija elettrika/saħħa (eż: batterija, kapaċitatur, flywheel/ġeneratur, eċċ.); | iz naprave za shranjevanje električne energije (npr.: akumulator, kondenzator, vztrajnik/dinamo …); |
“Il-medda OVC”: id-distanza totali koperta matul ċikli kkombinati kompluti jibqgħu għaddejjin sakemm l-enerġija li tiġi mill-iċċarġjar estern tal-batterija (jew apparat ieħor tal-ħażna tal-enerġija elettrika) tispiċċa, kif imkejla skont il-proċedura deskritta fl-Anness 9; | „doseg zunanjega napajanja vozila“: celotna razdalja, prevožena med popolno izvedenim kombiniranim ciklom, dokler se energija, prenesena z zunanjim polnjenem akumulatorja (ali druge naprave za shranjevanje električne energije) ne izrabi, kakor je izmerjeno v skladu s postopkom iz Priloge 9; |
“Vettura ibrida (HV)” tfisser vettura li taħdem b’power train ibrida; | „hibridno vozilo (HV)“ pomeni vozilo s hibridnim pogonskim sistemom; |
“Vettura elettrika ibrida (HEV)” tfisser vettura li taħdem b’power train elettrika ibrida; | „hibridno električno vozilo (HEV)“ pomeni vozilo s hibridnim električnim pogonskim sistemom; |
Il-“medda elettrika”, għall-vetturi li jaħdmu b’power train elettrika biss jew b’power train elettrika ibrida bi ċċarġjar mhux fuq il-vettura, tfisser id-distanza li tista’ tinstaq elettrikament fuq batterija waħda għalkollox iċċarġjata (jew apparat ieħor ta’ ħażnatal-enerġija elettrika) kif imkejla skont il-proċedura li ġiet deskritta fl-Anness 9, | „električni domet“ za vozila z izključno električnim pogonskim sistemom ali s hibridnim električnim pogonskim sistemom z napajanjem iz zunanjega vira pomeni razdaljo, ki jo je mogoče prevoziti na elektriko z enim popolnoma napolnjenim akumulatorjem (ali drugo napravo za shranjevanje električne energije), merjeno v skladu s postopkom iz Priloge 9; |
“Sistema li tirriġenera perjodikament” tfisser apparat kontra t-tniġġis (eż. konvertitur katalitiku, nasba għall-partikulati) li jeħtieġ proċess perjodiku ta’ riġenerazzjoni f’inqas minn 4000 km ta’ tħaddim normali tal-vettura. | „sistem za periodično regeneracijo“ pomeni napravo za preprečevanje onesnaževanja (npr. katalizator, lovilnik delcev), pri kateri je po manj kot 4000 km običajnega delovanja vozila potreben postopek redne regeneracije. |
Jekk isseħħ riġenerazzjoni ta’ apparat kontra t-tniġġis mill-inqas darba għal kull test tat-Tip I u li jkun diġà rriġenera mill-inqas darba matul iċ-ċiklu ta’ preparazzjoni tal-vettura, se titqies bħala sistema li tirriġenera kontinwament, li ma teħtieġx proċedura speċjali ta’ test. | Če se regeneracija naprave za preprečevanje onesnaževanja opravi vsaj enkrat s preskusom tipa I in se je naprava regenerirala že najmanj enkrat v ciklu priprave vozila, se naprava šteje za sistem za periodično regeneracijo, za katerega ni potreben poseben preskusni postopek. |
L-Anness 10 ma japplikax għal sistemi li jirriġeneraw kontinwament. | Priloga 10 se ne uporablja za sisteme za periodično regeneracijo. |
Fuq it-talba tal-manifattur, il-proċedura tat-test speċifika għal sistemi li jirriġeneraw perjodikament mhux se tapplika għal apparat riġenerattiv jekk il-manifattur jipprovdi dejta lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li, matul iċ-ċikli fejn isseħħ riġenerazzjoni, l-emissjoni tas-CO2 ma teċċedix il-valur iddikjarat b’aktar minn 4 fil-mija wara l-qbil tas-servizz tekniku. | Na zahtevo proizvajalca se preskusni postopek, značilen za sisteme za periodično regeneracijo, ne bo uporabljal za regenerativno napravo, če proizvajalec homologacijskemu organu predloži podatke, iz katerih je razvidno, da v ciklih, v katerih poteka regeneracija, emisija CO2 ob soglasju tehnične službe ne presega deklarirane vrednosti za več kot 4 odstotke. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura rigward il-kejl tal-emissjoni tad-diossidu tal-karbonju u tal-konsum tal-fjuwil u/jew il-kejl tal-konsum tal-enerġija elettrika u tal-medda elettrika għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu li ġie akkreditat b’mod xieraq. | Vlogo za homologacijo tipa vozila glede na meritev emisije ogljikovega dioksida in porabe goriva in/ali meritev porabe električne energije in električnega dometa predloži proizvajalec vozila ali njegov pooblaščeni zastopnik. |
Għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li qed jissemmew aktar ‘l isfel, fi tliet kopji, u mill-partikolaritajiet li ġejjin: | Vlogi morajo biti priloženi spodaj navedeni dokumenti v treh izvodih in naslednji podatki: |
Deskrizzjoni tal-karatteristiċi essenzjali tal-vettura li jinkludi l-partikolaritajiet kollha li jissemmew fl-Anness 1, fl-Anness 2 jew fl-Anness 3, skont it-tip ta’ power train. | Opis bistvenih značilnosti vozila, vključno z vsemi podatki iz Priloge 1, Priloge 2 ali Priloge 3, odvisno od tipa pogonskega sistema. |
Fuq it-talba tas-servizz tekniku inkarigat mit-testijiet jew tal-manifattur, għal vetturi speċifiċi li huma partikolarment effiċjenti fil-fjuwil tista’ titqies informazzjoni teknika komplementari. | Na zahtevo tehnične službe, pristojne za opravljanje preskusov, ali proizvajalca se pri določenih vozilih s posebno nizko porabo goriva lahko upoštevajo dopolnilni tehnični podatki. |
Deskrizzjoni tal-karatteristiċi bażiċi tal-vettura, inklużi dawk li ntużaw fl-abbozzar tal-Anness 4. | Opis osnovnih lastnosti vozila, vključno s tistimi, uporabljenimi pri pripravi osnutka Priloge 4. |
Vettura, rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat, għandha titressaq quddiem is-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ approvazzjoni. | Vozilo, ki predstavlja tip vozila, za katerega se zahteva homologacija, se predloži tehničnim službam, pristojnim za opravljanje homologacijskih preskusov. |
Għall-vetturi M1 u N1, bit-tip approvat fejn jidħlu l-emissjonijiet tagħhom skont ir-Regolament Nru 83, waqt it-test is-servizz tekniku se jikkontrolla li l-vettura, jekk taħdem b’magna ta’ kombustjoni interna biss jew b’power train elettrika ibrida, tikkonforma mal-valuri ta’ limitu applikabbli għal dak it-tip, kif ġie deskritt fir-Regolament Nru 83. | Pri vozilih kategorij M1 in N1, ki so bila homologirana glede emisij skladno s Pravilnikom št. 83, bo tehnična služba med preskusom preverila, ali je to vozilo, če ga poganja izključno motor z notranjim izgorevanjem ali hibridni električni pogonski sistem, ustrezno glede na mejne vrednosti, ki veljajo za ta tip, kot je opisano v Pravilniku št. 83. |
L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-eżistenza ta’ dispożizzjonijiet sodisfaċenti biex tiżgura kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura. | Pristojni organ pred podelitvijo homologacije za tip vozila preveri, ali obstajajo zadovoljivi ukrepi za zagotovitev učinkovitega nadzora skladnosti proizvodnje. |
Jekk l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil u/jew il-konsum tal-enerġija elettrika u l-medda elettrika tat-tip ta’ vettura mressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tkejlu skont il-kundizzjonijiet li ġew speċifikati fil-paragrafu 5 t’aktar ‘l isfel, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ vettura. | Če so bile emisije CO2 in poraba goriva in/ali poraba električne energije in električni domet tipa vozila, predloženega v homologacijo skladno s tem pravilnikom, izmerjeni po pogojih iz odstavka 5 spodaj, se podeli homologacija za ta tip vozila. |
Għandu jiġi assenjat numru ta’ approvazzjoni lil kull tip approvat. | Vsakemu homologiranemu tipu se dodeli homologacijska številka. |
L-ewwel żewġ numri tiegħu għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi (bħalissa 01) li tinkorpora l-aktar emendi tekniċi ewlenin reċenti li saru lir-Regolament fiż-żmien meta nħarġet l-approvazzjoni. | Prvi dve števki (zdaj 01) navajata spremembe, vključno z nedavnimi večjimi tehničnimi spremembami Pravilnika ob izdaji homologacije. |
L-istess Parti Kontraenti m’għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ta’ vettura ieħor. | Ista pogodbenica ne sme dodeliti iste številke drugemu tipu vozila. |
Avviż ta’ approvazzjoni jew ta’ estensjoni jew ta’ rifjut ta’ approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament. | Obvestilo o podelitvi, razširitvi ali zavrnitvi homologacije za tip vozila se v skladu s tem pravilnikom predloži pogodbenicam Sporazuma iz leta 1958, ki uporabljajo ta pravilnik, na obrazcu, ki je skladen z vzorcem iz Priloge 4 k temu pravilniku. |
Ma’ kull vettura li tikkonforma ma’ tip ta’vettura approvat skont dan ir-Regolament, għandha titwaħħal, b’mod li tidher mill-ewwel u f’post aċċessibbli mill-ewwel li ġie speċifikat fil-formola ta’ approvazzjoni marka internazzjonali ta’ approvazzjoni li tikkonsisti minn: | Na vsakem vozilu, ki je v skladu s tipom vozila, homologiranem po tem pravilniku, je na vidnem in zlahka dostopnem mestu, opredeljenem na homologacijskem obrazcu, pritrjena mednarodna homologacijska oznaka, sestavljena iz: |
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi lill-pajjiż li ta l-approvazzjoni [2]; | kroga, ki obkroža črko „E“, sledi ji številčna oznaka države, ki je podelila homologacijo [2]; |
In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, minn daxx u min-numru ta’ approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1. | številke tega pravilnika, ki ji sledi črka „R“, pomišljaj in homologacijska številka na desni strani kroga, določenega v odstavku 4.4.1. |
Jekk il-vettura tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat skont Regolament ieħor jew Regolamenti oħra annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 m’hemmx għalfejn jiġi ripetut; f’każ bħal dan, in-numri tar-Regolament u ta’ approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skont tagħhom ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1. | Če je vozilo skladno s tipom vozila, homologiranim po enem ali več drugih pravilnikih, ki so priloženi Sporazumu, v državi, ki je podelila homologacijo v skladu s tem pravilnikom, ni treba ponoviti simbola, predpisanega v odstavku 4.4.1; v takem primeru se številka Pravilnika in homologacijska številka ter dodatni simboli iz vseh pravilnikov, v skladu s katerimi je bila podeljena homologacija, v državi, ki je podelila homologacijo v skladu s tem pravilnikom, vstavijo v navpične stolpce desno od simbola, predpisanega v odstavku 4.4.1. |
Il-marka ta’ approvazzjoni għandha tinqara b’mod ċar u m’għandhiex tkun tista’ titħassar. | Homologacijska oznaka mora biti jasno čitljiva in neizbrisna. |
Il-marka ta’ approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta’ jew fuq il-pjanċa tad-dejta tal-vettura. | Homologacijska oznaka je nameščena blizu tablice s podatki o vozilu ali na njej. |
L-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti tal-marka ta’ approvazzjoni. | Priloga 5 k temu pravilniku podaja primere namestitev homologacijske oznake. |
Il-komponenti li jistgħu jaffettwaw l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil jew il-konsum tal-enerġija elettrika għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, u assemblati b’tali mod li l-vettura, f’użu normali, minkejja l-vibrazzjonijiet li għalihom tista’ tkun soġġetta, tkun tista’ tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. | Sestavni deli, ki lahko vplivajo na emisije CO2 in porabo goriva ali na porabo električne energije, morajo biti zasnovani, izdelani in sestavljeni tako, da lahko vozilo pri normalni uporabi, kljub tresljajem, ki jim je morebiti izpostavljeno, izpolnjuje določbe tega pravilnika. |
Deskrizzjoni tat-testijiet għall-vetturi li jaħdmu b’magna ta’ kombustjoni interna biss | Opis preskusov za vozila s pogonom izključno na motor z notranjim izgorevanjem |
L-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil għandhom jitkejlu skont il-proċedura tat-test li ġiet deskritta fl-Anness 6. | Emisije CO2 in poraba goriva se merita v skladu s preskusnim postopkom, opisanim v Prilogi 6. |
Vetturi li ma jilħqux il-valuri ta’ aċċellerazzjoni u veloċità massima mistennija fiċ-ċiklu tat-test għandhom jitħaddmu bil-pedala tal-aċċelleratur magħfusa kollha sakemm jerġgħu jilħqu l-kurva operattiva meħtieġa. | Vozila, ki ne dosežejo vrednosti pospeška in največje hitrosti, predpisanih za vozni cikel, se vozijo s popolnoma pritisnjenim pedalom za plin, dokler ne dosežejo vrednosti območja predpisane vozne krivulje. |
Devjazzjonijiet miċ-ċiklu tat-test għandhom jiġu mniżżla fir-rapport tat-test. | Odstopanja od preskusnega cikla se zapišejo v poročilo o preskusu. |