Source | Target | Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li jiġu ċċarati d-dmirijiet tal-Istati Membri, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur tal-awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. | Da bi se izognili nadaljnjim težavam, se zato zdi nujno razjasniti obveznosti držav članic, zlasti obveznost, da preverijo, ali ima imetnik registracije dostop do dokumentacije, ki izpolnjuje pogoje iz Priloge II k navedeni direktivi. |
Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi li ġew adottati s’issa li jemendaw l-Anness I ta’ dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw is-sustanzi attivi. | Vendar ta razjasnitev državam članicam ali imetnikom registracij ne nalaga novih obveznosti v primerjavi z doslej sprejetimi direktivami o spremembah Priloge I k navedeni direktivi ali uredbami, s katerimi so bile odobrene aktivne snovi. |
Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati [6], għandu jiġi emendat kif xieraq. | V skladu s členom 13(4) Uredbe (ES) št. 1107/2009 bi bilo treba ustrezno spremeniti Prilogo k Izvedbeni uredbi Komisije (EU) št. 540/2011 z dne 25. maja 2011 o izvajanju Uredbe (ES) št. 1107/2009 Evropskega parlamenta in Sveta glede seznama registriranih aktivnih snovi [6]. |
Is-sustanza attiva fosfan, kif speċifikata fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness. | Aktivna snov fosfan, kot je opredeljena v Prilogi I, se odobri v skladu s pogoji iz navedene priloge. |
F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fosfan bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Settembru 2013. | Države članice v skladu z Uredbo (ES) št. 1107/2009 do 30. septembra 2013 po potrebi spremenijo ali prekličejo veljavne registracije fitofarmacevtskih sredstev, ki vsebujejo fosfan kot aktivno snov. |
Sa dik id-data huma għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament ikunu ssodisfati, ħlief dawk identifikati fil-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu dossier jew għandu aċċess għal dossier, li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta’ dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. | Do navedenega datuma zlasti preverijo, ali so izpolnjeni pogoji iz Priloge I k tej uredbi, z izjemo tistih iz stolpca o posebnih določbah iz navedene priloge, in ali ima imetnik registracije dokumentacijo ali dostop do dokumentacije, ki izpolnjuje zahteve iz Priloge II k Direktivi 91/414/EGS v skladu s pogoji iz člena 13(1) do (4) navedene direktive ter člena 62 Uredbe (ES) št. 1107/2009. |
B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-fosfan bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħdaminn bosta sustanzi attivi li lkoll huma elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-Istati Membri, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2013, għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u filwaqt li jqisu l-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. | Z odstopanjem od odstavka 1 države članice znova ocenijo vsako registrirano fitofarmacevtsko sredstvo, ki vsebuje fosfan kot edino aktivno snov ali kot eno od več aktivnih snovi, vključenih v Prilogo k Izvedbeni uredbi (EU) št. 540/2011 najpozneje do 31. marca 2013, po enotnih načelih iz člena 29(6) Uredbe (ES) št. 1107/2009, na podlagi dokumentacije, ki izpolnjuje zahteve iz Priloge III k Direktivi 91/414/EGS, in ob upoštevanju stolpca o posebnih določbah iz Priloge I k tej uredbi. |
Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. | Na podlagi navedene ocene države članice presodijo, ali sredstvo izpolnjuje pogoje iz člena 29(1) Uredbe (ES) št. 1107/2009. |
fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-fosfan bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2014; jew | če sredstvo vsebuje fosfan kot edino aktivno snov, najpozneje do 30. septembra 2014 po potrebi spremenijo ali prekličejo registracijo, ali |
fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-fosfan bħala wieħed minn bosta sustanzi attivi, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni, fejn meħtieġ, sat-30 ta’ Settembru 2014 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew dan l-iritrar fl-att jew atti rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, jew approvaw is-sustanza jew is-sustanzi, skont liema minnhom ikun l-aktar reċenti. | če sredstvo vsebuje fosfan kot eno od več aktivnih snovi, registracijo po potrebi spremenijo ali prekličejo najpozneje do 30. septembra 2014 ali do datuma, določenega za tako spremembo ali preklic v ustreznih aktih, s katerimi so bile zadevne snovi dodane v Prilogo I k Direktivi 91/414/EGS oziroma s katerimi so bile zadevne snovi odobrene, pri čemer se upošteva poznejši datum. |
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 | Spremembe Izvedbene uredbe (EU) št. 540/2011 |
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2012. | V Bruslju, 8. novembra 2012 |
ĠU L 181, 10.7.2008, p. 52. | UL L 181, 10.7.2008, str. 52. |
Jinsab onlajn: www.efsa.europa.eu | Na voljo na spletu: www.efsa.europa.eu. |
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni | Splošno ime, identifikacijske številke |
Fosfan | fosfan |
Nru CAS 7803-51-2 | št. CAS 7803-51-2 |
L-impurità rilevanti arsan ma tridx taqbeż iż-0,023 g/kg fil-materjal tekniku | Relevantna nečistoča arzan ne sme presegati 0,023 g/kg tehničnega materiala. |
L-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu limitati għall-utenti professjonali. | Registracije so omejene na profesionalne uporabnike. |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ analiżi dwar il-fosfan, u b’mod partikolaril-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta’ Settembru 2012. | Za izvajanje enotnih načel iz člena 29(6) Uredbe (ES) št. 1107/2009 se upoštevajo ugotovitve iz poročila o pregledu fosfana in zlasti dodatka I in II h končni različici poročila, ki jo je Stalni odbor za prehranjevalno verigo in zdravje živali pripravil 28. septembra 2012. |
F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu kas b’mod partikolari lil: | V tej celoviti oceni morajo biti države članice zlasti pozorne na: |
il-protezzjoni ta’ operaturi fil-bini ttrattat u madwaru matul it-trattament kif ukoll matul u wara l-arjazzjoni; | zaščito izvajalcev znotraj tretiranih območij in okoli njih med nanosom ter med prezračevanjem in po njem, |
il-protezzjoni tal-ħaddiema fil-bini ttrattat u madwaru matul it-trattament kif ukoll matul u wara l-arjazzjoni; | zaščito delavcev znotraj tretiranih območij in okoli njih med nanosom ter med prezračevanjem in po njem, |
il-protezzjoni tal-persuni fl-inħawi madwar il-bini ttrattat matul it-trattament kif ukoll matul u wara l-arjazzjoni. | zaščito drugih navzočih oseb znotraj tretiranih območij in okoli njih med nanosom ter med prezračevanjem in po njem. |
Il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, bħall-monitoraġġ permanenti tal-konċentrazzjoni tal-fosfan b’apparat awtomatiku, l-użu ta’ apparat ta’ protezzjoni personali u t-twaqqif ta’ żona madwar il-bini ttrattat fejn persuni li jkunu fl-inħawi ma jitħallewx jidħlu, fejn xieraq. | Pogoji uporabe vključujejo ukrepe za zmanjšanje tveganja, kot so stalno spremljanje koncentracije fosfana z avtomatskimi napravami, uporaba osebne zaščitne opreme ter vzpostavitev območja okoli tretiranega območja, kamor je prepovedan vstop drugim navzočim osebam, kadar je to primerno. |
Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta’ analiżi | Več podrobnosti o aktivni snovi in njenih lastnostih je v poročilu o pregledu. |
Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, qed tiżdied l-annotazzjoni li ġejja: | V delu B Priloge k Izvedbeni uredbi (EU) št. 540/2011 se doda naslednji vnos: |
Il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, bħall-monitoraġġ permanenti tal-konċentrazzjoni tal-fosfan b’apparat awtomatiku, l-użu ta’ apparat ta’ protezzjoni personali u t-twaqqif ta’ żona madwar il-bini ttrattat fejn persuni li jkunu fl-inħawi ma jitħallewx jidħlu, fejn xieraq.” | Pogoji uporabe vključujejo ukrepe za zmanjšanje tveganja, kot so stalno spremljanje koncentracije fosfana z avtomatskimi napravami, uporaba osebne zaščitne opreme ter vzpostavitev območja okoli tretiranega območja, kamor je prepovedan vstop drugim navzočim osebam, kadar je to primerno.“ |
Għall-fosfan il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/566/KE [3]. | S Sklepom Komisije 2008/566/ES [3]je bilo potrjeno, da fosfan izpolnjuje pogoje iz člena 80(1)(a) Uredbe (ES) št. 1107/2009. |
dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tar-regoli tal-oriġini użati għall-għanijiet tal-iskema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati sabiex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal-Gwatemala fir-rigward tal-esportazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tas-sajd lejn l-Unjoni | o odstopanju od Uredbe (EGS) št. 2454/93 glede pravil o poreklu, ki se uporabljajo za namene sheme splošnih tarifnih preferencialov, namenjenemu upoštevanju posebnega položaja Gvatemale glede izvoza nekaterih ribiških proizvodov v Unijo |
IL-KUMMISSJONI EWROPEA | EVROPSKA KOMISIJA JE – |
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu, | ob upoštevanju Uredbe Sveta (EGS) št. 2913/92 z dne 12. oktobra 1992 o carinskem zakoniku Skupnosti [1], zlasti člena 247 Uredbe, |
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 89(1)(b) tiegħu, | ob upoštevanju Uredbe Komisije (EGS) št. 2454/93 z dne 2. julija 1993 o določbah za izvajanje Uredbe Sveta (EGS) št. 2913/92 o carinskem zakoniku Skupnosti [2], zlasti člena 89(1)(b) Uredbe, |
Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 [3]li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009, l-Unjoni tat preferenzi tariffarji ġeneralizzati lill-Gwatemala. | Z Uredbo Sveta (ES) št. 732/2008 [3]o uporabi sheme splošnih tarifnih preferencialov od 1. januarja 2009 je Unija Gvatemali podelila splošne tarifne preferenciale. |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jistabbilixxi d-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinanti li għandha tintuża għall-għan tal-iskema tal-preferenzi tariffarji ġeneralizzati (“GSP”). | Uredba (EGS) št. 2454/93 uvaja opredelitev pojma „izdelki s poreklom“, ki se uporablja za namene sheme splošnih tarifnih preferencialov (GSP). |
L-Artikolu 89 ta’ dak ir-Regolament jipprovdi għal deroga minn dik id-definizzjoni favur il-pajjiżi benefiċjarji li jibbenefikaw mill-GSP. | Člen 89 navedene uredbe določa odstopanje od navedene opredelitve v korist državam upravičenkam, ki koristijo ugodnosti iz GSP. |
Permezz ta’ ittra ddatata l-24 ta’ Jannar 2012, il-Gwatemala ppreżentat talba għal deroga mir-regoli dwar l-oriġini tal-GSP skont l-Artikolu 89 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. | Z dopisom z dne 24. januarja 2012 je Gvatemala predložila zahtevek za odstopanje od pravil o poreklu za namene GSP v skladu s členom 89 Uredbe (EGS) št. 2454/93. |
Permezz tal-ittri ddatati t-28 ta’ Marzu 2012, il-21 ta’ Ġunju 2012 u s-27 ta’ Ġunju 2012, il-Gwatemala ppreżentat informazzjoni addizzjonali b’appoġġ għal din it-talba. | Z dopisi z 28. marca 2012, 21. junija 2012 in 27. junija 2012 je Gvatemala predložila dodatne informacije v podporo temu zahtevku. |
It-talba tikkonċerna kwantità totali annwali ta’ 4000 tunnellata ta’ flettijiet ta’ tonn imsajrin, iffriżati u ppakkjati permezz tal-vakwu magħrufin bħala “flettijiet” (minn hawn ’il quddiem “flettijiet tat-tonn”) tal-kodiċi NM 16041416 għall-perjodu mill-1 ta’ April 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2013. | Zahtevek zadeva celotno letno količino 4000 ton kuhanih, zamrznjenih in vakuumsko pakiranih filetov tuna, znanih kot „loins“ (v nadaljnjem besedilu: fileti tuna) z oznako KN 16041416 za obdobje od 1. aprila 2012 do 31. decembra 2013. |
It-talba turi li, mingħajr id-deroga, il-kapaċità tal-industrija tal-ipproċessar tal-ħut tal-Gwatemala sabiex tkompli tesporta l-flettijiet tat-tonn eliġibbli għat-trattament tariffarju preferenzjali lejn l-Unjoni tista’ tiġi affetwata b’mod sinifikanti. | Zahtevek kaže, da bi bila brez tega odstopanja bistveno prizadeta zmožnost gvatemalske industrije predelave rib, da še naprej izvaža v Unijo filete tuna, upravičene do preferencialne tarifne obravnave. |
Id-deroga hija għaldaqstant meħtieġa sabiex tagħti lill-Gwatemala żmien biżżejjed biex tħejji l-industrija tal-ipproċessar tal-ħut tagħha biex tikkonforma mar-regoli għall-akkwist tal-oriġini preferenzjali tal-flettijiet tat-tonn. | Odstopanje je zato potrebno, da bi imela Gvatemala na voljo dovolj dolgo obdobje za uskladitev svoje industrije predelave rib s pravili za pridobitev preferencialnega porekla filetov tuna. |
Dan iż-żmien biżżejjed huwa meħtieġ sabiex il-gvern u l-industriji tal-ipproċessar tal-Gwatemala jiżguraw biżżejjed flussi ta’ tonn li joriġinaw mill-pajjiż. | Tako dovolj dolgo obdobje je potrebno, da bi vlada in predelovalna industrija Gvatemale zagotovili ustrezne tokove tuna s poreklom v državo. |
Minħabba l-flussi tal-provvista u x-xejriet tal-produzzjoni eżistenti, id-deroga għandha tingħata fir-rigward ta’ kwantitajiet annwali ta’ 1975 tunnellata għal flettijiet tat-tonn tal-kodiċi NM ex16041416. | Zaradi obstoječih dobavnih tokov in načinov proizvodnje je treba odstopanje odobriti za letno količino 1975 ton za filete tuna z oznako KN ex16041416. |
Konsegwentement, l-ammonti tal-kwoti għandhom jiġu stabbiliti għal 1975 tunnellata għall-2012, u 987,5 tunnellata għall-2013. | V skladu s tem bi morala znašati kvota za leto 2012 1975 ton, za leto 2013 pa 987,5 tone. |
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-esportazzjonijiet tal-ħut ipproċessat eliġibbli għat-trattament tariffarju preferenzjali mill-Gwatemala lejn l-Unjoni, id-deroga għandha tingħata b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2012. | Da bi zagotovili neprekinjenost izvoza predelanih rib, upravičenih do preferencialne tarifne obravnave, iz Gvatemale v Unijo, je treba odstopanje odobriti z retroaktivnim učinkom od 1. januarja 2012. |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza u sabiex il-flettijiet tat-tonn tal-kodiċi NM ex16041416 jibbenefikaw mid-deroga, huwa xieraq li jiġi stipulat b’mod espliċitu li l-materjal li ma joriġinax biss li jintuża għall-manifattura tal-imsemmija flettijiet tat-tonn għandu jkun tonn ta’ intestaturi HS 0302 jew 0303. | Zaradi jasnosti in da bi se pri filetih tuna z oznako KN ex16041416 lahko izkoristilo odstopanje, je primerno izrecno določiti, da so ribe brez porekla, ki se lahko uporabljajo za proizvodnjo navedenih filetov tuna, lahko le tuni z oznako HS 0302 ali 0303. |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jistipula r-regoli dwar il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. | Uredba (EGS) št. 2454/93 določa pravila v zvezi z upravljanjem tarifnih kvot. |
Sabiex tkun żgurata l-ġestjoni effiċjenti b’kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet tal-Gwatemala, l-awtoritajiet doganali tal-Unjoni u l-Kummissjoni, dawk ir-regoli għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kwantitajiet importati skont id-deroga mogħtija permezz ta’ dan ir-Regolament. | Da bi zagotovili učinkovito upravljanje, ki ga v tesnem sodelovanju izvajajo organi Gvatemale, carinski organi Unije in Komisija, bi se morala navedena pravila smiselno uporabljati za količine, uvožene v skladu z odstopanjem, ki je odobreno s to uredbo. |
Sabiex ikun hemm sorveljanza effiċjenti tal-operat tad-deroga, huwa neċessarju li jiġi stabbilit l-obbligu għall-awtoritajiet tal-Gwatemala biex jikkomunikaw regolarment lill-Kummissjoni d-dettalji tal-Formola A taċ-ċertifikati tal-oriġini li ġew maħruġa. | Da bi omogočili učinkovito spremljanje izvajanja odstopanja, je treba določiti obveznost organov Gvatemale, da Komisijo redno obveščajo o podrobnostih izdanih potrdil o poreklu (obrazec A). |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, | Ukrepi iz te uredbe so v skladu z mnenjem Odbora za carinski zakonik – |
Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 72, 73 u 75 sa 79 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, flettijiet ta’ tonn imsajrin, iffriżati u ppakkjati permezz tal-vakwu magħrufin bħala “flettijiet” tal-kodiċi NM ex16041416 prodotti fil-Gwatemala minn tonn li ma joriġinax tal-intestatura HS 0302 jew 0303 għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw fil-Gwatemala f’konformità mat-termini stabbiliti fl-Artikoli 2, 3 u 4 ta’ dan ir-Regolament. | Z odstopanjem od členov 72, 73 in 75 do 79 Uredbe (EGS) št. 2454/93 se kuhani, zamrznjeni in vakuumsko pakirani fileti tuna, znani kot „loins“, z oznako KN ex16041416, proizvedeni v Gvatemali iz tuna brez porekla z oznako HS 0302 ali 0303, štejejo kot izdelki s poreklom iz Gvatemale v skladu s pogoji iz členov 2, 3 in 4 te uredbe. |
Id-deroga prevvista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti esportati mill-Gwatemala u ddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013 u sal-kwantitajiet stipulati fl-Anness ma’ dan ir-Regolament. | Odstopanje iz člena 1 velja za izdelke, ki se izvažajo iz Gvatemale in se deklarirajo za sprostitev v prosti promet v Uniji v obdobju od 1. januarja 2012 do 30. junija 2013, in sicer do količin, določenih v Prilogi k tej uredbi. |
Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness ma’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. | Količine iz Priloge k tej uredbi se upravljajo v skladu s členi 308a, 308b in 308c Uredbe (EGS) št. 2454/93. |
L-awtoritajiet tad-dwana tal-Gwatemala għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jagħmlu kontrolli kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1. | Carinski organi Gvatemale sprejmejo potrebne ukrepe za opravljanje količinskih pregledov pri izvozu izdelkov iz člena 1. |
Il-kaxxa 4 tal-Formola A taċ-ċertifikati ta’ oriġini maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Gwatemala skont dan ir-Regolament ikollha waħda minn dawn id-dikjarazzjonijiet: | V polju 4 na potrdilih o poreklu (obrazec A), ki jih v skladu s to uredbo izdajo pristojni organi Gvatemale, je eden od naslednjih zaznamkov: |
“Derogation — Regulation (EU) No 1044/2012”; | „Derogation — Commission Implementing Regulation (EU) No 1044/2012“, |
“Excepción — Reglamento de Ejecución (UE) no 1044/2012 de la Comisión”. | „Excepción — Reglamento de Ejecución (UE) no 1044/2012 de la Comisión “. |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Gwatemala għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, sa tmiem ix-xahar ta’ wara kull kwart tas-sena ċivili, dikjarazzjoni kull tliet xhur tal-kwantitajiet li dwarhom inħarġu Formoli A taċ-ċertifikati tal-oriġini skont dan ir-Regolament u n-numri tas-serje ta’ dawk iċ-ċertifikati. | Pristojni organi Gvatemale Komisiji do konca meseca, ki sledi posameznemu koledarskemu četrtletju, pošljejo četrtletno poročilo o količinah, za katere so bila v skladu s to uredbo izdana potrdila o poreklu (obrazec A), in zaporedne številke navedenih potrdil. |
Għandu japplikamill-1 ta’ Jannar 2012. | Uporablja se od 1. januarja 2012. |
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. | Ta uredba je zavezujoča v celoti in se neposredno uporablja v vseh državah članicah. |