Source | Target | Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel [1], u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu, | ob upoštevanju Uredbe Sveta (ES) št. 510/2006 z dne 20. marca 2006 o zaščiti geografskih označb in označb porekla za kmetijske proizvode in živila [1], zlasti prvega pododstavka člena 7(4) Uredbe, |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta' Franza għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini "Taureau de Camargue" rreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2036/2001 [2], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1068/2008 [3]. | V skladu s prvim pododstavkom člena 9(1) Uredbe (ES) št. 510/2006 je Komisija proučila vlogo Francije za odobritev spremembe specifikacije za zaščiteno označbo porekla „Taureau de Camargue“, registrirano v skladu z Uredbo Komisije (ES) št. 2036/2001 [2], kakor je bila spremenjena z Uredbo (ES) št. 1068/2008 [3]. |
It-talba għandha l-għan li temenda l-ispeċifikazzjoni billi tippreċiża d-deskrizzjoni tal-prodott, iż-żona ġeografika, il-prova tal-oriġini, il-metodu ta' produzzjoni, it-tikkettar, ir-rekwiżiti nazzjonali u d-dettalji ta' kuntatt tas-servizz kompetenti tal-Istat Membru, tal-grupp u tal-istrutturi ta' kontroll. | Namen zahtevka je sprememba specifikacije z natančno določitvijo opisa proizvoda, geografskega območja, dokazila o poreklu, metode pridobivanja, označevanja, nacionalnih zahtev ter podatkov o pristojni službi v državi članici, skupini vlagateljici in nadzornih organih. |
Il-Kummissjoni eżaminat l-emendi kkonċernati u kkonkludiet li huma ġġustifikati. | Komisija je pregledala zadevne spremembe in odločila, da so utemeljene. |
Billi l-emendi huma minuri skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni tista' tapprovahom mingħajr ma tirrikorri għall-proċedura stipulata fl-Artikoli 5, 6 u 7 tal-istess Regolament, | Ker so to manjše spremembe v smislu člena 9 Uredbe (ES) št. 510/2006, jih Komisija lahko odobri brez uporabe postopka iz členov 5, 6 in 7 navedene uredbe – |
L-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini "Taureau de Camargue" hija b'dan emendata skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament. | Specifikacija zaščitene označbe porekla „Taureau de Camargue“ se spremeni v skladu s Prilogo I k tej uredbi. |
Id-Dokument Uniku li jinkludi l-elementi ewlenin ta' din l-ispeċifikazzjoni jinsab fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. | Enotni dokument z navedbo glavnih elementov specifikacije je v Prilogi II k tej uredbi. |
ĠU L 275, 18.10.2001, p. 9. | UL L 275, 18.10.2001, str. 9. |
ĠU L 290, 31.10.2008, p. 8. | UL L 290, 31.10.2008, str. 8. |
B'dan huma approvati l-emendi li ġejjin fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini "Taureau de Camargue": | V specifikaciji zaščitene označbe porekla „Taureau de Camargue“ se odobrijo naslednje spremembe: |
Aġġornament tar-referenzi fir-rigward tas-servizz kompetenti fl-Istat Membru, il-grupp ta' applikanti u l-istrutturi ta' kontroll. | Posodobljena so bila sklicevanja na pristojno službo v državi članici, skupino vlagateljico in nadzorne organe. |
Deskrizzjoni tal-prodott: fid-deskrizzjoni tal-prodott tiżdied l-età tal-annimali. | Opis proizvoda: opis proizvoda je dopolnjen s podatki o starosti živali. |
Id-dispożizzjoni ma nbidlitx u diġà kienet inkluża taħt l-intestatura "Metodu ta' produzzjoni" fl-ispeċifikazzjoni. | Razvrstitev ni spremenjena in je navedena že v specifikaciji v postavki „metoda pridobivanja“. |
Żona ġeografika: iż-żona ġeografika ma nbidlitx iżda l-lista ta' cantons li tidher fl-ispeċifikazzjoni tal-Komunità ġiet sostitwita b'lista ta' communes. | Geografsko območje: geografsko območje ni spremenjeno, vendar je seznam kantonov, ki je bil naveden v specifikaciji Skupnosti, nadomestil seznam občin. |
Prova tal-oriġini: fl-intestatura żdiedu d-dispożizzjonijiet dwar il-kontroll u l-garanzija tal-oriġini kif ukoll dwar it-traċċabbiltà tal-isem; id-dispożizzjonijiet ġew emendati wara r-riforma tas-sistema ta' kontroll tad-denominazzjonijiet ikkontrollati tal-oriġini Franċiżi. | Dokazilo o poreklu: postavka je dopolnjena z določbami o nadzoru ter o zagotavljanju porekla in sledljivosti označbe, ki so bile spremenjene po reformi sistema nadzora francoskih registriranih označb porekla. |
Metodu ta' produzzjoni: fl-intestatura żdiedu d-dispożizzjonijiet li jidhru fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u li jiddefinixxu d-denominazzjoni kkontrollata tal-oriġini. | Metoda pridobivanja: postavka je dopolnjena z določbami iz nacionalnih predpisov o registriranih označbah porekla. |
Għalhekk, ġew introdotti l-kriterji dwar l-għażla ġenetika tar-razez, it-tagħbija massima u l-metodi għall-kalkolu tal-unitajiet tal-bhejjem. | Uvedenaso merila za genetsko selekcijo pasem, največje število in podrobna pravila za izračun GVŽ. |
Barra minn dan, qed tingħata aktar informazzjoni ddettaljata dwar il-projbizzjoni tal-input ta' għalf kompost u ta' trattamenti terapewtiċi awtorizzati. | Poleg tega so dodana pojasnila o prepovedi dodajanja sestavljenih krmnih mešanic in dovoljenem zdravljenju. |
Qed jiġu introdotti dawk id-dispożizzjonijiet marbuta mal-qatla tal-annimali li huma inklużi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali (it-teħid tal-annimali, it-trasport, il-qatla, it-trattament tal-karkassa). | Uvedene so določbe o zakolu iz nacionalnih predpisov (odvzem živali, prevoz, usmrtitev, ravnanje s trupom). |
Bl-istess mod, żdiedet dispożizzjoni, li tinsab fil-legiżlazzjoni nazzjonali, dwar il-qtugħ fiż-żona ġeografika ddefinita. | Dodane so tudi določbe o razseku na geografskem območju, navedene v nacionalnih predpisih. |
Id-dispożizzjonijiet li jikkoinċidu mar-regolamenti ġenerali (kontroll ta' mard li jittieħed, l-implimentazzjoni ta' klassifikazzjoni tal-karkassi skont l-iskala Europ) huma mħassra. | Določbe, ki se prekrivajo s splošno ureditvijo (obvladovanje nalezljivih bolezni, faza razvrščanja trupov v skladu z lestvico Europ), se črtajo. |
Tikkettar: il-grupp xtaq li l-użu tas-simbolu tad-DPO tal-Unjoni Ewropa jsir obbligatorju. | Označevanje: skupina vlagateljica želi uvesti obvezno uporabo znaka ZOP Evropske unije. |
Rekwiżiti nazzjonali: ir-rekwiżiti nazzjonali huma ssupplimentati minn tabella li tittratta l-punti prinċipali li għandhom jiġu vverifikati, kif ukoll il-metodu ta' evalwazzjoni tagħhom, hekk kif previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' Franza. | Nacionalne zahteve: dopolnjene so s preglednico glavnih točk, ki jih je treba preveriti, in metodo njihovega ocenjevanja, kot je določeno v francoski nacionalni zakonodaji. |
DOKUMENT UNIKU | ENOTNI DOKUMENT |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel | Uredba Sveta (ES) št. 510/2006 o zaščiti geografskih označb in označb porekla za kmetijske proizvode in živila |
"TAUREAU DE CAMARGUE" | „TAUREAU DE CAMARGUE“ |
Nru tal-KE: FR-PDO-0105-0314-17.10.2011 | Št. ES: FR-PDO-0105-0314-17.10.2011 |
IĠP ( ) DPO ( X ) | ZGO ( ) ZOP ( X ) |
“Taureau de Camargue” | „Taureau de Camargue“ |
Stat Membru jew pajjiż terz | Država članica ali tretja država |
Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel | Opis kmetijskega proizvoda ali živila |
Tip ta' prodott | Vrsta proizvoda |
Klassi 1.1: Laħam u l-ġewwieni friski | Skupina 1-1: sveže meso (in drobovina). |
Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem f’(1) | Opis proizvoda, za katerega se uporablja ime iz 1. točke |
Id-denominazzjoni tal-oriġini "Taureau de Camargue" hija laħam frisk ta' annimali rġiel jew nisa li ġejjin minn razez lokali, jiġifieri mir-razza "raço di Biou", ir-razza "de Combat" (razza li tissejjaħ ukoll "Brave"), jew minn taħlita ta' dawn iż-żewġ razez li jkunu twieldu, trabbew, inqatlu u tqattgħu fiż-żona ġeografika. | „Taureau de Camargue“ je označba porekla za sveže meso samcev ali samic živali lokalnih pasem, to je pasme „raço di Biou“, pasme „de Combat“ (ki se imenuje tudi „brave“) ali križancev teh dveh pasem, ki so bile skotene, vzrejene, zaklane in razsekane na geografskem območju. |
L-annimali jrid ikollhom tal-anqas 18-il xahar. | Živali so stare najmanj 18 mesecev. |
Il-maturazzjoni tal-karkassi fil-biċċerija għandha ddum, mill-anqas, tmienja u erbgħin siegħa, u ma għandhiex iddum iktar minn 5 ijiem. | Čas zorenja trupov v klavnici mora biti najmanj 48 ur in največ 5 dni. |
Il-karkassi ma għandhomx jiżnu inqas minn 100 kg għall-finijiet fiskali, ħlief għall-għoġġiela ta’ bejn 18 u 30 xahar, li għalihom il-piż huwa ffissat għal 85 kg. | Hladna teža trupov ne sme biti nižja od 100 kg, razen za telice od 18 do 30 mesecev starosti, za katere je določena najnižja teža 85 kg. |
Il-laħam tat-"Taureau de Camargue" huwa kkaratterizzat mill-kulur aħmar skur tiegħu; huwa tari u bi ftit xaħam. | Meso „Taureau de Camargue“ je mehko meso intenzivno rdeče barve z malo maščobe. |
Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss) | Surovine (samo za predelane proizvode) |
Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss) | Krma (samo za proizvode živalskega izvora) |
L-għalf prinċipali għandu jkun dak mill-mergħa, ħlief fil-perjodu tax-xitwa, li matulu jista' jiġi pprovdut suppliment tal-għalf li jkun jikkonsisti biss minn tiben u ċereali miż-żona ġeografika. | Glavni vir hrane mora biti paša, razen pozimi, ko se lahko kot dopolnilna krma uporabijo seno in žita, pridelana izključno na geografskem območju. |
F'kull każ, l-għalf kompost, inkluż għalf immedikat, mhuwiex awtorizzat. | Uporaba sestavljenih krmnih mešanic, vključno z medicirano krmo, ni dovoljena v nobenem primeru. |
Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita | Posebni proizvodni postopki, ki jih je treba izvajati na opredeljenem geografskem območju |
L-annimali għandhom jitwieldu, jitrabbew, jinqatlu u jitqattgħu fiż-żona ġeografika ddefinita. | Živali morajo biti skotene, vzrejene, zaklane in razsekane na geografskem območju. |
Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ. | Posebna pravila za rezanje, ribanje, pakiranje itn. |
Il-qtugħ tal-karkassi jrid isir fiż-żona ġeografika ddefinita: fil-fatt, il-karkassi tal-annimali maqtula għad-DPO "Taureau de Camargue" huma normalment iżgħar minn dawk tal-merħla għall-qatla, u għalhekk jinħtieġ għarfien speċjali biex isir l-aqwa użu minn dawn il-karkassi żgħar. | Trupi morajo biti razsekani na geografskem območju, saj so trupi živali, ki se zakoljejo za ZOP „Taureau de Camargue“, v povprečju manjši od trupov drugega klavnega goveda, zato mora osebje imeti posebno znanje za boljši izkoristek teh majhnih trupov. |
Dan l-għarfien baqa' biss fiż-żona ġeografika ddefinita, li hija prattikament l-unika żona fit-territorju Franċiż li fiha jitkabbru ż-żewġ razez tad-DPO "Taureau de Camargue". | To znanje se je ohranilo samo na geografskem območju, saj se pasmi za ZOP „Taureau de Camargue“ dejansko nista razvili drugje na francoskem ozemlju. |
Regoli speċifiċi għat-tikkettar | Posebna pravila za označevanje |
L-identifikazzjoni tal-laħam DPO "Taureau de Camargue" ssir meta l-karkassa tkun sħiħa, minn x'ħin isir l-użin fuq il-linja tal-qtil sal-ħruġ mill-kamra tat-tkessiħ. | Meso se z zaščiteno označbo porekla „Taureau de Camargue“ označi v fazi, ko je trup cel, med tehtanjem hladne teže in koncem ohlajanja. |
Imbagħad, fuq il-muskoli differenti (tmien punti), jiġi applikat timbru li jidentifika d-DPO. | Trup se z identifikacijskim žigom ZOP takoj označi na različnih mišicah (osem mest). |
Dan it-timbru huwa pprovdut mill-istitut nazzjonali tal-oriġini u l-kwalità. | Ta žig izdajo službe „Institut national de l’origine et de la qualité“ (Nacionalni inštitut za poreklo in kakovost). |
Sal-aħħar stadju ta’ distribuzzjoni, il-karkassa u l-biċċiet tal-laħam imqattgħin minnha jkunu akkumpanjati minn tikketta ta' identifikazzjoni li tippreċiża tal-anqas: | Trup in deli trupa so vse do končnega distributerja opremljeni z etiketo, na kateri so navedeni vsaj naslednji podatki: |
l-isem tad-denominazzjoni; | naziv označbe; |
in-numru tal-qatla; | klavna številka; |
l-isem tal-impriża agrikola li rabbiethom; | nešifriran naziv vzrejnega centra; |
l-isem u l-indirizz tal-biċċerija jew tal-istabbiliment fejn inqatlu; | naziv in naslov razsekovalnice ali klavnice; |
il-logo tad-DPO tal-Unjoni Ewropea. | znak ZOP Evropske unije. |
Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika ddefinita | Kratka opredelitev geografskega območja |
Biex ikun intitolat għal denominazzjoni tal-oriġini, il-laħam irid ikun ġej mill-"manades" (farms għat-trobbija tal-barrin tar-"raço di Biou") jew mill-"ganaderías" (farms għat-trobbija tal-barrin tar-razza "Combat") li jinsabu fiż-żona ġeografika ddefinita. | Da je meso upravičeno do označbe porekla, morajo živali za to meso izvirati iz „manades“ (centri za vzrejo bikov pasme „raço di Biou“) ali „ganaderias“ (centri za vzrejo bikov pasme „de Combat“) na geografskem območju. |