Source | Target | Introduzzjoni u l-ambitu | Uvod in področje uporabe |
F’dawn l-aħħar tletin sena, ix-xandir għadda minn bidliet importanti. | V zadnjih treh desetletjih je prišlo v radiodifuziji do pomembnih sprememb. |
It-tneħħija tal-monopolji, il-miġja ta’ parteċipanti ġodda u l-iżviluppi teknoloġiċi mgħaġġla biddlu mill-qiegħ nett l-ambjent kompetittiv. | Ukinitev monopolov, pojav novih udeležencev in hiter tehnološki razvoj so bistveno spremenili konkurenčno okolje. |
Ix-xandir televiżiv kien tradizzjonalment attività limitata. | Razširjanje televizijskih programskih vsebin je bilo tradicionalno rezervirana dejavnost. |
Sa mill-ħolqien tiegħu, dan kien ipprovdut l-aktar minn impriżi pubbliċi taħt sistema ta’ monopolju, l-aktar minħabba d-disponibbiltà limitata ta’ frekwenzi tax-xandir u l-ostakli kbar għad-dħul fis-suq. | Od samega začetka so ga izvajala javna podjetja z monopolnim položajem, predvsem zaradi omejenega dostopa do oddajniških frekvenc in velikih ovir za vstop na trg. |
Madankollu fis-snin 70 tas-seklu li għadda, żviluppi ekonomiċi u teknoloġiċi għamluha aktar possibbli għall-Istati tal-EFTA biex operaturi oħra jitħallew ixandru. | V sedemdesetih letih prejšnjega stoletja pa je začel gospodarski in tehnološki razvoj državam Efte vedno bolj omogočati, da so v radiodifuzno dejavnost spuščale tudi druge operaterje. |
Għaldqastant, l-Istati tal-EFTA ddeċidew li jintroduċu l-kompetizzjoni fis-suq. | Zato so se države Efte odločile, da bodo na trg vpeljale konkurenco. |
Dan wassal biex il-konsumaturi jkollhom għażla aktar wiesgħa, hekk kif diversi stazzjonijiet oħra u servizzi ġodda saru disponibbli; dan iffavorixxa wkoll il-miġja u l-iżvilupp ta’ operaturi Ewropej b’saħħithom, l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda, u grad ogħla ta’ pluraliżmu fis-settur, li jfisser aktar minn sempliċement id-disponibbiltà ta’ stazzjonijiet u servizzi addizzjonali. | To je potrošnikom zagotovilo večjo izbiro, saj so postali na voljo številni dodatni kanali in storitve. Spodbudilo je tudi nastanek in rast močnih evropskih operaterjev, razvoj novih tehnologij ter večji pluralizem v sektorju, kar pa je več kot samo dostop do dodatnih kanalov in storitev. |
Filwaqt li fetħu s-suq għall-kompetizzjoni, l-Istati tal-EFTA kkunsidraw li x-xandir ta' servizz pubbliku kellu jinżamm, sabiex jiżguraw il-koperatura ta' għadd ta’ oqsma u biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet u l-għanijiet tal-politika pubblika li nkella mhux neċessarjament kienu jiġu ssodisfati bl-aħjar mod. | Ob odpiranju trga konkurenci pa so države Efte menile, da je treba ohraniti storitve javne radiodifuzije kot način za zagotavljanje pokrivanja številnih področij ter za zadovoljevanje potreb in doseganje ciljev javne politike, ki sicer ne bi bili optimalno izpolnjeni. |
Fl-istess ħin, iż-żieda fil-kompetizzjoni, flimkien mal-preżenza ta’ operaturi ffinanzjati mill-Istat, wasslet ukoll għal aktar tħassib dwar kemm kienu jeżistu l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd, u għaldaqstant l-operaturi privati ressqu t-tħassib tagħhom quddiem l-Awtorità. | Obenem sta povečana konkurenca in prisotnost operaterjev, ki jih financira država, povzročila tudi vedno večje pomisleke glede enakih konkurenčnih pogojev, na kar so Nadzorni organ opozorili zasebni operaterji. |
L-ilmenti jallegaw ksur tal-Artikoli 59 u 61 tat-Ftehim taż-ŻEE fir-rigward tal-iffinanzjar pubbliku tax-xandara tas-servizz pubbliku. | Pritožbe navajajo domnevne kršitve členov 59 in 61 Sporazuma EGP v zvezi z javnim financiranjem javnih radiotelevizij. |
Il-Kapitolu preċedenti dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għax-xandir ta' servizz pubbliku tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat [2]l-ewwel stabbilixxa l-qafas li jirregola l-finanzjament mill-Istat tax-xandir ta' servizz pubbliku. | V prejšnjem poglavju o uporabi pravil o državni pomoči za storitve javne radiodifuzije iz Smernic o državni pomoči [2]je bil določen okvir, ki ureja državno financiranje storitev javne radiodifuzije. |
Dan serva bħala bażi tajba għall-Awtorità biex titratta każijiet fil-qasam tal-finanzjament tax-xandara tas-servizz pubbliku. | Nadzornemu organu je pomenil dobro podlago za obravnavo primerov na področju financiranja javnih radiotelevizij. |
Sadanittant, is-swieq tax-xandir u dawk awdjoviżivi ġew modifikati b’mod fundamentali minn bidliet teknoloġiċi. | V tem času so tehnološke spremembe korenito spremenile radiodifuzijske in avdiovizualne trge. |
Il-pjattaformi u teknoloġiji ta’ distribuzzjoni, bħat-televiżjoni diġitali,l-IPTV, it-televiżjoni ċellulari u l-programmi fuq talba (video on demand), tkattru bil-qawwi. | Znatno se je povečalo število distribucijskih platform in tehnologij, kot so digitalna televizija, spletna televizija (IPTV), mobilna TV in video na zahtevo. |
Dan wassal għal żieda fil-kompetizzjoni bil-preżenza ta’ parteċipanti ġodda, bħalma huma l-operaturi tan-netwerks u l-kumpaniji tal-internet, li qed jidħlu fis-suq. | Konkurenca je z novimi udeleženci, ki vstopajo na trg (npr. omrežni operaterji in spletna podjetja), zaradi tega večja. |
L-iżviluppi teknoloġiċi ppermettew ukoll li jitfaċċaw servizzi tal-midja ġodda bħalma huma s-servizzi ta’ informazzjoni onlajn u s-servizzi mhux lineari jew fuq talba (on-demand). | Tehnološki razvoj je omogočil nastanek novih medijskih storitev, npr. spletne informacijske storitve in nelinearne storitve ter storitve na zahtevo. |
Il-fornitura tas-servizzi awdjoviżivi qed tikkonverġi, u aktar ma jgħaddi żmien il-konsumaturi aktar qed ikollhom il-possibbiltà li jiksbu diversi servizzi fuq pjattaforma jew tagħmir uniku jew li jiksbu kwalunkwe servizz permezz ta’ diversi pjattaformi jew tagħmir. | Na področju zagotavljanja avdiovizualnih storitev prihaja do zbliževanja, saj lahko potrošniki uporabljajo vedno več storitev na eni platformi ali napravi oz. uporabljajo lahko katero koli storitev na več platformah ali napravah. |
Il-varjetà dejjem tikber ta’ għażliet li għandhom il-konsumaturi għall-aċċess ta’ kontenut tal-midja wasslet għal żieda kbira tas-servizzi awdjoviżivi offruti kif ukoll għall-frammentazzjoni tal-udjenzi. | Vedno večja raznolikost možnosti, ki jih potrošniki imajo za dostop do medijskih vsebin, je povzročila povečanje števila ponujenih avdiovizualnih storitev in razdrobitev občinstva. |
Teknoloġiji ġodda wasslu għat-titjib tal-parteċipazzjoni tal-konsumatur. | Nove tehnologije so omogočile boljše sodelovanje potrošnikov. |
Gradwalment il-mudell tradizzjonali ta’ konsum passiv gradwalment qiegħed jinbidel f’parteċipazzjoni attiva u f’kontroll fuq il-kontenut min-naħa tal-konsumaturi. | Tradicionalni model pasivnega potrošništva se postopoma spreminja v dejavno sodelovanje potrošnikov in potrošniški nadzor vsebin. |
Sabiex jilqgħu għall-isfidi l-ġodda, l-entitajiet pubbliċi u privati tax-xandir bdew jiddervsifikaw l-attivitajiet tagħhom, fejn bdew mexjin lejn pjattaformi ġodda ta’ distribuzzjoni u jespandu l-medda tas-servizzi tagħhom. | Da bi bile javne in zasebne radiotelevizije kos novim izzivom, so diverzificirale svoje delavnosti, tako da so začele uporabljati nove distribucijske platforme in razširjale ponudbo svojih storitev. |
Proprju dan l-aħħar, id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tax-xandara tas-servizz pubbliku ffinanzjati minn fondi pubbliċi (bħall-kontenut onlajn, stazzjonijiet ta' interessi speċjali) wasslet għal għadd ta' ilmenti minn parteċipanti oħra fis-suq, inkluż min-naħa ta' pubblikaturi. | Nedavno je diverzifikacija javno financiranih dejavnosti javnih radiotelevizij (kot so spletne vsebine in posebni kanali) sprožila številne pritožbe drugih udeležencev na trgu, vključno z založniki. |
Fis-sentenza Altmark tal-2003 [3], il-Qorti tal-Ġustizja tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Qorti tal-Ġustizja) iddefiniet il-kondizzjonijiet li taħthom il-kumpens għal servizz pubbliku ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat. | Sodišče Evropske unije (v nadaljnjem besedilu: Sodišče) je v svoji sodbi iz leta 2003 v zadevi Altmark [3]opredelilo pogoje, po katerih nadomestilo za opravljanje javne službe ni državna pomoč. |
Fl-2005, l-Awtorità adottat Kapitolu ġdid dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għal servizz pubbliku [4]u introduċietu fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat. | Leta 2005 je Nadzorni organ sprejel novo poglavje o državni pomoči v obliki nadomestila za javne storitve [4]in ga vključil v svoje Smernice o državni pomoči. |
Barra minn hekk, fl-2006, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat-28 ta' Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat rigward għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għal servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali [5], ġiet inkorporata mal-Ftehim taż-ŻEE bħala l-Att imsemmi fil-punt 1(h) tal-Anness XV għall-Ftehim taż-ŻEE, kif adattat mill-Protokoll 1 tiegħu (minn hawn ’il quddiem msejħa d-Deċiżjoni 2005/842/KE) [6]. | Poleg tega je bila leta 2006 v Sporazum EGP kot akt iz točke 1h Priloge XV k Sporazumu EGP, kakor je bil prilagojen s Protokolom 1 k Sporazumu, vključena Odločba Komisije 2005/842/ES z dne 28. novembra 2005 o uporabi člena 86(2) Pogodbe ES za državne pomoči v obliki nadomestila za javne storitve, dodeljene nekaterim podjetjem, pooblaščenim za opravljanje storitev splošnega gospodarskega pomena [5](v nadaljnjem besedilu: Odločba 2005/842/ES) [6]. |
L-Istati tal-EFTA attwalment jinsabu fil-proċess tal-inkorporazzjoni tad-Direttiva 2007/65/KE (id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva) [7], li testendi l-ambitu tar-regolament awdjoviżiv, madwar iż-ŻEE kollha, għas-servizzi ta' midja li qed jitfaċċaw. | Države Efte trenutno izvajajo postopek vključevanja Direktive 2007/65/ES (Direktiva o avdiovizualnih medijskih storitvah) [7], ki razširja področje uporabe pravne ureditve EGP za avdiovizualno področje na medijske storitve v vzponu. |
Dawn il-bidliet fis-suq u fl-ambjent legali sejħu għal aġġornament fil-Kapitolu dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għax-xandir ta' servizz pubbliku. | Te spremembe trga in pravnega okolja so zahtevale posodobitev poglavja o uporabi pravil o državni pomoči za storitve javne radiodifuzije. |
Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-2005 [8]ħabbar li l-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem msejħa l-Kummissjoni) għandha “tirrevedi l-Komunikazzjoni tagħha rigward l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għax-xandir ta' servizz pubbliku. Partikolarment minħabba l-iżvilupp ta’ teknoloġiji diġitali ġodda u tas-servizzi bbażati fuq l-internet, qamu diversi kwistjonijiet ġodda rigward l-ambitu tal-attivitajiet tas-servizz pubbliku". | V Akcijskem načrtu državnih pomoči iz leta 2005 [8]je bilo napovedano, da bo Evropska komisija (v nadaljnjem besedilu: Komisija) „ponovno proučila svoje Sporočilo o uporabi pravil glede državnih pomoči za storitve javne radiodifuzije. Zlasti z razvojem novih digitalnih tehnologij in internetnih storitev so se pojavila nova vprašanja glede področja uporabe dejavnosti storitev javne radiotelevizije“. |
Din tiċċara l-prinċipji segwiti mill-Awtorità fl-applikazzjoni tal-Artikoli 61 u 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE għall-finanzjament pubbliku tas-servizzi awdjoviżivi fis-settur tax-xandir [10], filwaqt li tikkunsidra l-iżviluppi reċenti fis-suq kif ukoll dawk legali. | Pojasnjuje načela, ki jih Nadzorni organ uporablja pri izvrševanju člena 61 in člena 59(2) Sporazuma EGP v zvezi z javnim financiranjem avdiovizualnih storitev v sektorju radiodifuzije [10], ob upoštevanju najnovejšega razvoja trgov in prava. |
Dan il-Kapitolu hu mingħajr ebda ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli tas-suq intern u l-libertajiet fundamentali fil-qasam tax-xandir. | To poglavje ne vpliva na uporabo pravil notranjega trga in temeljnih svoboščin na področju radiodifuzije. |
Ir-rwol tax-xandir ta' servizz pubbliku | Vloga storitev javne radiodifuzije |
Ix-xandir ta' servizz pubbliku, għalkemm għandu rilevanza ekonomika ċara, ma jistax jitqabbel ma’ servizz pubbliku fi kwalunkwe settur ekonomiku ieħor. | Storitve javne radiodifuzije kljub svoji jasni gospodarski pomembnosti niso primerljive s storitvami javne službe v katerem koli drugem gospodarskem sektorju. |
M’hemm l-ebda servizz ieħor li fl-istess ħin ikollu aċċess għal settur tant wiesa’ tal-popolazzjoni, jipprovdilu tant informazzjoni u kontenut, u li meta jagħmel dan ikun qed iwassal u jinfluwenza kemm l-opinjoni tal-individwu kif ukoll dik pubblika. | Nobena druga storitev ne doseže istočasno tako širokega sektorja prebivalcev, mu posredujejo toliko informacij in vsebin, s tem pa prenaša mnenje posameznikov in javnosti ter nanj vpliva. |
Barra minn hekk, ix-xandir ġeneralment jiġi kkunsidrat bħala sors ta’ informazzjoni affidabbli ħafna u jirrappreżenta, għal proporzjon konsiderevoli tal-popolazzjoni, is-sors ewlieni ta’ informazzjoni. | Poleg tega radiodifuzija na splošno velja za zanesljiv vir informacij in je za nezanemarljiv del prebivalstva glavni vir informacij. |
Għalhekk, dan isaħħaħ id-dibattitu pubbliku u fl-aħħar mill-aħħar jista’ jiżgura li, sa ċertu punt, iċ-ċittadini kollha jipparteċipaw fil-ħajja pubblika. | Tako bogati javne razprave in lahko v končni fazi zagotavlja, da vsi državljani do neke mere sodelujejo v javnem življenju. |
B’rabta ma’ dan, is-salvagwardji għall-indipendenza tax-xandir huma ta’ importanza fundamentali, konformi mal-prinċipju ġenerali dwar il-libertà tal-espressjoni kif imnaqqax fl-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, prinċipju tal-liġi ġenerali li r-rispett tiegħu huwa żgurat mill-Qrati tal-Ġustizzja [11]. | V zvezi s tem so ključni zaščitni ukrepi za neodvisnost radiodifuzije, kar je skladno s splošnim načelom svobode izražanja iz člena 10 Evropske konvencije o človekovih pravicah, tj. splošnim pravnim načelom, katerega spoštovanje zagotavlja Sodišče [11]. |
Ir-rwol tas-servizz pubbliku [12]normalment hu rikonoxxut mill-Ftehim taż-ŻEE, partikolarment fl-Artikolu 59(2), li jinqara kif ġej: | Sporazum EGP na splošno priznava vlogo javnih storitev [12], zlasti v členu 59(2), ki se glasi: |
"Intrapriżi li huma fdati bl-operat tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali jew li għandhom il-karattru ta’ monopolju li jagħmel introjtu għandhom ikunu suġġetti għar-regoli li jinsabu f’dan il-Ftehim, partikolarment għar-regoli dwar il-kompetizzjoni, safejn u sakemm l-applikazzjoni ta’ regoli bħal dawn ma jfixklux il-qadi tad-dmirijiet, fil-liġi jew fil-fatt, ta’ biċċiet ta’ xogħol assenjati lilhom. L-iżvilupp tal-kummerċ m'għandux ikun affetwat sa tali punt li jkun kuntrarju għall-interess tal-Partijiet Kontraenti". | „Podjetja, pooblaščena za opravljanje storitev splošnega gospodarskega pomena, oziroma podjetja, ki imajo značaj dohodkovnega monopola, ravnajo po pravilih iz tega sporazuma, zlasti po pravilih o konkurenci, kolikor uporaba takšnih pravil pravno ali dejansko ne ovira izvajanja posebnih nalog, ki so jim dodeljene. Na razvoj trgovine se ne sme vplivati v tolikšni meri, da bi bilo to v nasprotju z interesi pogodbenic.“ |
L-importanza tax-xandir ta' servizz pubbliku għal ħajja soċjali, demokratika u kulturali ġiet affermata mill-ġdid fl-Att msemmi fil-punt 33 tal-Anness XI tal-Ftehim taż-ŻEE (Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fil-Kunsill tal-25 ta' Jannar 1999 rigward ix-xandir ta' servizz pubbliku) [13], kif adattat mill-Protokoll 1 tiegħu (minn hawn ’il quddiem msejħa r-Riżoluzzjoni rigward ix-xandir ta' servizz pubbliku) [14]. | Pomen storitev javne radiodifuzije za družbeno, demokratično in kulturno življenje je bil znova potrjen tudi v aktu iz točke 33 Priloge XI k Sporazumu EGP (Resolucija Sveta in predstavnikov vlad držav članic, ki so se 25. januarja 1999 sestali v okviru Sveta v zvezi s storitvami javne radiodifuzije) [13], kakor je bila prilagojena s Protokolom 1 k Sporazumu (v nadaljnjem besedilu: Resolucija v zvezi s storitvami javne radiodifuzije) [14]. |
Kif enfasizzat f’din ir-Riżoluzzjoni: dwar ix-xandir ta' servizz pubbliku "l-aċċess pubbliku wiesa', mingħajr diskriminazzjoni u fuq il-bażi ta’ opportunitajiet indaqs, għal diversi stazzjonijiet u servizzi hija prekundizzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-mandat speċjali tas-servizz pubbliku tax-xandir". | Kakor je poudarjeno v Resoluciji v zvezi s storitvami javne radiodifuzije, je dostop širše javnosti, brez diskriminacije in na temelju enakih možnosti, do različnih kanalov in storitev, nujen predpogoj za izpolnjevanje posebnih obveznosti, ki jih imajo storitve javne radiodifuzije. |
Barra minn hekk, ix-xandir ta' servizz pubbliku jeħtieġ li "jibbenefika minn progress teknoloġiku", iġib "lill-pubbliku l-benefiċċji tas-servizzi ġodda awdjoviżivi u ta’ informazzjoni u t-teknoloġiji ġodda" u jdaħħlu "l-iżvilupp u d-diversifikazzjoni ta’ attivitajiet fl-era diġitali". | Poleg tega morajo storitve javne radiodifuzije „koristiti ugodnosti tehnološkega razvoja“, prinašati „javnosti ugodnosti novih avdiovizualnih in informacijskih storitev in novih tehnologij“ ter slediti „razvoju in diverzifikaciji dejavnosti v digitalni dobi“. |
Fl-aħħar, "servizz ta' xandir pubbliku jrid ikun jista' jkompli jipprovdi firxa aktar wiesgħa ta’ programmi bil-mandat tiegħu kif definit mill-Istati Membri sabiex jindirizza s-soċjetà fl-intier tagħha; f’dan il-kuntest ikun ġust li x-xandir ta' servizz pubbliku jilħaq udjenzi wiesgħa". | Končno, „storitve javne radiodifuzije morajo še naprej omogočati široko paleto programov v skladu s svojim poslanstvom, ki so ga opredelile države članice, tako da lahko naslavljajo družbo kot celoto; v tem smislu je legitimno, da se s storitvami javne radiodifuzije skuša doseči široko občinstvo“. |
Tali miżuri jistgħu jinkudu, fost l-oħrajn, “miżuri mmirati lejn it-tisħiħ tad-diversità tal-midja, ukoll permezz xandir ta' servizz pubbliku” [16]. | Ti ukrepi lahko vključujejo tudi „ukrepe za povečevanje raznolikosti medijev, tudi s storitvami javne radiodifuzije“ [16]. |
Dawn il-valuri tax-xandir pubbliku huma importanti wkoll fl-ambjent il-ġdid tal-midja li qed jinbidel malajr. | Te vrednote javne radiodifuzije so enako pomembne v okolju novih medijev, ki se hitro spreminja. |
Dan ġie enfasizzat ukoll fir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-pluraliżmu tal-midja u d-diversità tal-kontenut tal-midja [17], u l-mandat tal-midja tas-servizz pubbliku fis-soċjetà tal-informazzjoni [18]. | To je bilo poudarjeno tudi v priporočilih Sveta Evrope o pluralnosti medijev in raznolikosti medijskih vsebin [17]ter o poslanstvu javnih medijev v informacijski družbi [18]. |
Din ir-Rakkomandazzjoni li ssemmiet tappella lill-membri tal-Kunsill tal-Ewropa biex "jiggarantixxu midja tas-servizz pubbliku (…) f'manjiera trasparenti u responsabbli" u "jagħmilha possibbli li l-midja tas-servizzi pubbliku tirrispondi bis-sħiħ u b'mod effettiv għall-isfidi tas-soċjetà tal-informazzjoni, fir-rispett tal-istruttura doppja pubblika/privata tal-panorama tal-midja elettronika Ewropea u bl-attenzjoni dovuta għal kwistjonijiet b'rabta mas-suq u l-kompetizzjoni". | V slednjem priporočilu so članice Sveta Evrope pozvane, naj pregledno in odgovorno jamčijo javne medije ter naj jim „omogočijo, da se temeljito in učinkovito odzovejo na izzive informacijske družbe, hkrati pa spoštujejo dvojnost strukture (javno/zasebno) evropske pokrajine elektronskih medijev ter upoštevajo tržna in konkurenčna vprašanja“. |
Fl-istess ħin u minkejja dan ta' hawn fuq, għandu jkun innotat li x-xandara kummerċjali, li numru minnhom huma soġġetti għar-rekwiżiti tas-servizz pubbliku, ukoll għandhom rwol sinjifikanti biex jinkisbu l-għanijiet tar-Riżoluzzjoni li tirrigwarda x-xandir ta' servizz pubbliku billi dawn jikkontribwixxu għall-pluraliżmu, isaħħu d-dibattitu kulturali u politiku u jwessgħu l-għażla ta’ programmi. | Hkrati pa je treba kljub navedenemu povedati, da so tudi zasebne radiotelevizije, od katerih morajo številne izpolnjevati zahteve, ki veljajo za opravljanje javne službe, zelo pomembne za uresničevanje ciljev Resolucije v zvezi s storitvami javne radiodifuzije, ker prispevajo k pluralizmu, bogatijo kulturne in politične razprave ter povečujejo izbiro programov. |
Barra minn hekk, pubblikaturi ta' gazzetti u ta' midja stampata oħra huma wkoll garanti importanti ta' pubbliku informat b'mod oġġettiv u tad-demokrazija. | Poleg tega so časopisni založniki in drugi tiskani mediji pomembni za objektivno obveščanje javnosti in demokracijo. |
Peress li dawn l-operaturi qegħdin jikkompetu ma' xandara ta' fuq l-Internet, dawn il-fornituri tal-midja kummerċjali kollha huma kkonċernati mill-effetti negattivi potenzjali li l-għajnuna mill-Istat lil xandara tas-servizz pubbliku tista' tħalli fuq l-iżvilupp ta' mudelli kummerċjali ġodda. | Ker so ti akterji zdaj konkurenca radiotelevizijam na internetu, so ponudniki komercialnih medijskih storitev zaskrbljeni zaradi morebitnih negativnih učinkov, ki bi jih imela državna pomoč javnim radiotelevizijam na razvoj novih poslovnih modelov. |
Kif tfakkar mid-Directive 2007/65/KE (id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva), "il-koeżistenza ta’ fornituri privati u pubbliċi tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva hija karatteristika li tiddistingwi s-suq tal-midja awdjoviżiva Ewropew". Fil-fatt, huwa fl-interess komuni li tinżamm pluralità ta' offerta ta' midja pubblika u privata bbilanċjata anke fl-ambjent dinamiku tal-midja tal-lum. | Kot je zapisano v Direktivi 2007/65/ES (Direktiva o avdiovizualnih medijskih storitvah), je „soobstoj zasebnih in javnih ponudnikov avdiovizualnih medijskih storitev ena od posebnosti evropskega avdiovizualnega medijskega trga“. Seveda je v skupnem interesu, da se pluralnost uravnotežene javne in zasebne medijske ponudbe ohrani tudi v obstoječem dinamičnem medijskem okolju. |
Il-Kuntest Legali | Pravno ozadje |
L-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għas-servizz ta' xandir pubbliku trid tikkunsidra numru wiesa' ta’ elementi differenti. | Pri uporabi pravil o državni pomoči za storitve javne radiodifuzije je treba upoštevati veliko različnih prvin. |
Il-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat hija bbażata fuq l-Artikoli 61 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat u fuq l-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-Ftehim taż-ŻEE u r-regoli tal-kompetizzjoni, partikolarment, għas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali. | Ocenjevanje državne pomoči temelji na členu 61 Sporazuma EGP o državni pomoči ter členu 59(2) Sporazuma EGP o uporabi pravil Sporazuma EGP in pravil o konkurenci, zlasti v zvezi s storitvami splošnega gospodarskega pomena. |
Il-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar t-Twaqqif ta’ Awtorità tas-Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ Protokoll 3) stabbilixxa r-regoli tal-proċedura f'każijiet tal-għajnuna mill-Istat. | Protokol 3 k Sporazumu o ustanovitvi nadzornega organa in sodišča (v nadaljnjem besedilu: Protokol 3) določa pravila postopka v primerih državne pomoči. |
Il-Ftehim taż-ŻEE ma jinkludix dispożizzjoni simili għall-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem msejjaħ TFUE) (dak li kien l-Artikolu 151 tat-Trattat tal-KE) rigward il-kultura jew "eżenzjoni kulturali" għall-għajnuna għall-promozzjoni ta' kultura simili għal dik li tinsab fl-Artikolu 107(3)(d) tat-TFUE (dak li kien l-Artikolu 87(3)(d) tat-Trattat tal-KE). | Sporazum EGP ne vsebuje določb, ki bi bile podobne členu 167 Pogodbe o delovanju Evropske unije (v nadaljnjem besedilu: PDEU) (prej člen 151 Pogodbe ES) o kulturi ali „kulturne izjeme“ za pomoč, namenjeno spodbujanju kulture, podobne tisti iz člena 107(3)(d) PDEU (prej člen 87(3)(d) Pogodbe ES). |
Madankollu, dan ma jfissirx li eżenzjoni minn miżura bħal din hija eskluża. | Vendar to ne pomeni, da izjeme za takšne ukrepe niso dopuščene. |
Kif aċċettat mill-Awtorità f'kawżi preċedenti, miżuri ta' appoġġ bħal dawn jistgħu jiġu approvati fuq raġunijiet kulturali abbażi l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE [19]. | Kakor je v prejšnjih primerih sprejel Nadzorni organ, se takšni podporni ukrepi lahko odobrijo iz kulturnih razlogov napodlagi člena 61(3)(c) Sporazuma EGP [19]. |
Dawn ir-regoli huma soġġetti għal interpretazzjoni mill-Qorti tal-EFTA fi ħdan il-"pilastru tal-EFTA” u mill-Qorti tal-Ġustizja fi ħdan il-"pilastru tal-Unjoni Ewropea". | Za ta pravila velja razlaga Sodišča Efte znotraj „stebra Efte“ ter Sodišča znotraj „stebra Evropske unije“. |
L-Awtorità adottat ukoll bosta ġabriet ta' linji gwida dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li jikkorrispondu ma' linji gwida simili li nħarġu mill-Kummissjoni. | Nadzorni organ je sprejel tudi več sklopov smernic o uporabi pravil o državni pomoči, ki ustrezajo podobnim smernicam, ki jih je izdala Komisija. |