Source | Target | Kumpaniji tal-assigurazzjoni captive joffru servizzi ta’ assigurazzjoni għal primjum f’suq partikolari. | Lastne zavarovalnice ponujajo zavarovalniške storitve za premijo na danem trgu. |
Il-fatt li l-klijenti tagħhom huma limitati biss għal intrapriżi tal-istess grupp li jappartjenu għalih ma jaffettwax din il-konklużjoni. | Dejstvo, da so njihove stranke omejene samo na podjetja iz iste skupine, ki ji pripadajo same, te ugotovitve ne spremeni. |
L-intrapriżi tal-grupp li għalih tappartjeni l-captive għażlu li jixtru assigurazzjoni minn kumpanija oħra fi ħdan il-grupp tagħha li tipprovdi dawn is-servizzi minflok ma xtrawhom mingħand kumpanija ta’ assigurazzjoni terza. | Podjetja iz skupine, ki ji pripada lastna zavarovalnica, so se odločila za nakup zavarovanja od druge družbe znotraj svoje skupine, ki ponuja takšne storitve, namesto da bi jih kupila od tretje zavarovalnice. |
Kif saret referenza hawn taħt, l-Awtorità għalhekk hija tal-opinjoni li s-servizzi pprovduti mill-assiguraturi captive huma alternattiva għax-xiri ta’ assigurazzjoni minn terzi. | Kot je navedeno v nadaljevanju, Nadzorni organ zato meni, da so storitve, ki jih ponujajo lastne zavarovalnice, alternativa nakupu zavarovanja od tretje strani. |
Il-fatt li kumpaniji tal-assigurazzjoni captive jipprovdu domanda għall-assigurazzjoni minn ċerti intrapriżi huwa biżżejjed biex wieħed jikkonkludi li huma qegħdin joffru s-servizzi tagħhom fis-suq. | Dejstvo, da lastne zavarovalnice zadovoljujejo povpraševanje posameznih podjetij po zavarovanju, je zadosten razlog za ugotovitev, da svoje storitve ponujajo na trgu. |
Bl-istabbiliment ta’ captive, l-assigurazzjoni ta’ dawn ir-riskji hija “captive” għal kumpanija waħda tal-grupp, li jfisser li ebda waħda mill-kumpaniji l-oħrajn tal-assigurazzjoni li jkunu attivi fis-suq ma tkun tista’ tikkompeti biex tassigura r-riskji tal-grupp. | Z ustanovitvijo lastne zavarovalnice je zavarovanje teh tveganj „lastno“ eni družbi iz skupine, kar pomeni, da nobena druga zavarovalnica, ki je dejavna na trgu, ne bo mogla konkurirati za zavarovanje tveganj skupine. |
L-assigurazzjoni ta’ dawn ir-riskji normalment tittieħed bl-għażla ta’ fornitur kummerċjali ieħor, iżda minflok, hawn is-servizz qed jiġi pprovdut minn kumpanija tal-assigurazzjoni captive iffurmata mill-grupp. | Ta tveganja bi se običajno zavarovala z izbiro drugega komercialnega ponudnika, vendar tukaj namesto tega storitev zagotavlja lastna zavarovalnica, ki jo je ustanovila skupina. |
Kumpanija tal-assigurazzjoni captive tiġi stabbilita bħala entità legali separata fil-Liechtenstein u titwaqqaf bħal kull kumpanija oħra. | Lastna zavarovalnica je ustanovljena kot ločena pravna oseba v Lihtenštajnu in je oblikovana kot vsaka druga družba. |
Is-servizzi li tipprovdi jsiru bi ħlas, ir-riskju jiġi ttrasferit lilha skont il-kundizzjonijiet tas-suq, iżżomm kontabbiltà separata u hija suġġetta għat-taxxa skont il-liġi nazzjonali. | Storitve, ki jih zagotavlja, so plačane, tveganje se nanjo prenese na čisto poslovni podlagi, vodi lastne računovodske izkaze in je davčna zavezanka v skladu z nacionalno zakonodajo. |
Kumpaniji tal-assigurazzjoni captive huma tabilħaqq soġġetti għat-tassazzjoni fil-Liechtenstein l-ewwel nett minħabba li huma intrapriżi involuti f’attività ekonomika fil-ġurisdizzjoni. | Lastne zavarovalnice so dejansko predmet obdavčevanja v Lihtenštajnu, v prvi vrsti zato, ker so podjetja, ki opravljajo gospodarsko dejavnost na ozemlju te države. |
Il-ħolqien ta’ kumpanija separata hija għażla deliberata min-naħa ta’ kumpaniji li jiddeċiedu li jifformaw captive, u hija prattika komuni li l-captive titpoġġa f’ġurisdizzjoni ta’ taxxa baxxa biex tibbenefika minn rati ta’ taxxa aktar baxxi. | Oblikovanje ločene družbe je namerna izbira družb, ki se odločijo za ustanovitev lastnih zavarovalnic, in običajna praksa je, da se lastna zavarovalnica ustanovi v državi z nizko davčno stopnjo, da se izkoristijo nižje davčne obveznosti. |
Li kieku ma nħolqitx kumpanija separata ġdida, u r-riskji kienu jkunu awtoassigurati fl-istruttura eżistenti tal-kumpanija, jekk wieħed jitkellem b’mod ġenerali, il-benefiċċju tal-ispejjeż relatati mad-deċiżjoni li ma jitħallsux assiguraturi kummerċjali, jiġi rifless sempliċement f’inqas spejjeż – u għalhekk profitti akbar li jitħallsu bir-rata normali skont il-ġurisdizzjoni fiskali lokali tal-kumpanija. | Če nova ločena družba ne bi bila ustvarjena, tveganja pa bi bila samozavarovana znotraj obstoječe strukture družbe, bi se, splošno rečeno, prihranek pri stroških zaradi odločitve, da se zavarovanja ne plača komercialni zavarovalnici, odrazil v nižjih stroških in posledično večjem dobičku, na katerega se plača davek po običajni stopnji na območju pod davčno pristojnostjo države sedeža družbe. |
Il-ħolqien ta’ kumpanija u din tiġi stabbilita off-shore ifisser li s-servizzi tal-assigurazzjoni jkunu jistgħu jiġu pprovduti barra mill-ġurisdizzjoni(jiet) fiskali lokali tal-kumpanija, u b’hekk il-grupp ikun jista’ jibbenefika (fost affarijiet oħra [23]minn tassazzjoni aktar baxxa fuq profitti li jsiru bħala riżultat tad-deċiżjoni tal-awtoassigurazzjoni [24].Matul l-investigazzjoni formali xi wħud mill-partijiet involuti sostnew li l-captive mhumiex intrapriżi, l-ewwel nett għaliex jipprovdu biss servizzi assigurattivi “in-house”, u t-tieni nett għaliex is-servizzi pprovduti mhumiex offruti mis-suq miftuħ prinċipalment minħabba li dawn jirrigwardjaw riskji komuni ta’ frekwenza għolja li b’mod komuni jinżammu mill-kumpaniji, jew riskji kumplessi ta’ valur għoli li ma jistgħux jiġi assigurati fis-suq jew li jistgħu jiġu assigurati biss bi spiża projbittiva. | Ustanovitev offshore družbe pomeni, da je mogoče zavarovalniške storitve ponujati zunaj davčne pristojnosti države sedeža družbe, kar skupini omogoča, da ima korist (med drugim [23]od nižjega obdavčevanja dobička, pridobljenega zaradi odločitve o samozavarovanju [24].Med formalnim postopkom preiskave so nekatere vpletene strani trdile, da lastne zavarovalnice niso podjetja, prvič, ker ponujajo zavarovanje samo „znotraj skupine“, in drugič, ker ponujene storitve niso na voljo na odprtem trgu, predvsem ker zadevajo običajna in zelo pogosta tveganja, ki jih družbe po navadi zadržijo, ali zapletena tveganja z veliko vrednostjo, ki jih ni mogoče zavarovati na trgu ali jih je mogoče zavarovati samo po nesorazmerno visoki ceni. |
Dispożizzjonijiet “In-house” | „Notranje“ zagotavljanje storitev |
Kif ingħad hawn fuq, saru referenzi speċifiċi matul l-investigazzjoni għad-deċiżjoni tal-Awtorità fir-rigward tal-Amministrazzjoni Norveġiża tat-Toroq Møre u l-Uffiċċju Distrettwali ta’ Romsdal. | Kakor je bilo navedeno zgoraj, so bila med preiskavo podana natančna sklicevanja na odločbo Nadzornega organa v zvezi z Norveško upravo za javne ceste, okrajnim uradom Møre in Romsdal. |
L-Amministrazzjoni Norveġiża tat-Toroq ġiet organizzata mill-ġdid fl-1995 u nqasmet f’uffiċċji distrettwali, kull wieħed b’dipartiment tal-produzzjoni responsabbli għall-kostruzzjoni u ż-żamma tat-toroq, mini u pontijiet, u dipartiment amministrattiv bir-responsabbiltà li jordna x-xogħlijiet u jamministra l-offerti pubbliċi. | Norveška uprava za javne ceste je bila preoblikovana leta 1995, ko je bila razdeljena na okrajne urade, od katerih ima vsak proizvodni oddelek, odgovoren za gradnjo in vzdrževanje cest, predorov in mostov, ter upravni oddelek, odgovoren za naročanje del in upravljanje javnih naročil. |
Id-dipartimenti tal-produzzjoni wettqu xogħlijiet li jaqgħu fl-ambitu tar-responsabbiltajiet tal-Amministrazzjoni tat-Toroq skont standards ta’ kwalità u kundizzjonijiet ta’ qafas applikabbli, iżda ma kinux involuti f’xi xogħol li ma jaqax taħt ir-responsabbiltajiet tal-Amministrazzjoni tat-Toroq, pereżempju fis-suq miftuħ. | Proizvodni oddelki so izvajali naloge, ki spadajo pod pristojnost uprave za javne ceste, v skladu z veljavnimi standardi kakovosti in okvirnimi pogoji, vendar niso opravljali dela, ki ne spada na področje pristojnosti uprave za javne ceste, na primer storitev na odprtem trgu. |
Minħabba li d-Dipartiment tal-Produzzjoni tal-Uffiċċju Distrettwali ta’ Møre u ta’ Romsdal wettaq l-attivitajiet tiegħu b’mod limitat għall-Istat “in-house”, l-Awtorità kkonkludiet li dawk l-attivitajiet ma kinux jikkompetu f’suq ma’ atturi oħra tas-suq. | Ker je proizvodni oddelek okrajnega urada Møre in Romsdal svoje dejavnosti, omejene na državo, opravljal kot „notranje“ storitve, je Nadzorni organ ugotovil, da te dejavnosti ne konkurirajo drugim akterjem na trgu. |
Għaldaqstant, id-Dipartiment ma kienx ikkunsidrat bħala intrapriża u għalhekk, l-iffinanzjar tiegħu ma kienx għajnuna mill-Istat. | V skladu s tem se oddelek ni štel za podjetje, njegovo financiranje pa tako ni bilo državna pomoč. |
Il-partijiet interessati argumentaw li l-istess raġunament għandu japplika għall-kumpaniji ta’ assigurazzjoni captive. | Zainteresirane strani so trdile, da bi bilo treba za lastne zavarovalnice uporabiti enako utemeljitev. |
L-Awtorità ma taqbilx ma’ din il-pożizzjoni. | Nadzorni organ se s tem stališčem ne strinja. |
B’mod konsistenti mal-każistika [25], il-prinċipji li saret referenza għalihom fid-deċiżjoni dwar l-Amministrazzjoni Norveġiża tat-Toroq huma applikabbli fil-każ ta’ awtoritajiet pubbliċi li jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jwettqu servizzi pubbliċi mingħajr ma joħorġu kuntratti għall-offerti fis-suq miftuħ. | V skladu s sodno prakso [25]se načela, navedena v odločbi o Norveški upravi za javne ceste, lahko uporabijo za javne organe, ki uporabijo svojo pravico, da javne storitve opravljajo sami, ne da bi ponudili javni razpis na prostem trgu. |
Kif irreferiet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-każ Stadt Halle [26]: “Awtorità pubblika li tkun awtorità kontraenti għandha l-possibilità li twettaq id-dmirijiet mgħoddija lilha fl-interess pubbliku billi tuża r-riżorsi amministrattivi, tekniċi u oħrajn tagħha stess mingħajr ma tkun obbligata li tirrikorri għal entitajiet esterni li ma jiffurmawx parti mid-dipartimenti tagħha stess.” Billi rreferiet għad-differenza bejn xenarju bħal dan u wieħed li jinvolvi intrapriża privata, il-Qorti kompliet tgħid li “għandu jiġi osservat.. li r-relazzjoni bejn awtorità pubblika li tkun awtorità kontraenti u d-dipartimenti tagħha hija regolata skont kunsiderazzjonijiet u rekwiżiti xierqa għall-insegwiment ta’ objettivi fl-interess pubbliku. Kull investiment kapitali privat f’intrapriża, min-naħa l-oħra, isegwi kunsiderazzjonijiet xierqa għal interessi privati u jsegwi objettivi ta’ tip differenti.” | Sodišče je v sodbi Stadt Halle [26]navedlo: „Javni organ, ki je naročnik, lahko izpolni naloge v javnem interesu, ki so mu naložene, z lastnimi upravnimi, tehničnimi in drugimi sredstvi, in se ni dolžan obrniti na zunanje subjekte, ki niso del njegovih služb.“ Pri obravnavi razlike med takšnim scenarijem in scenarijem, ki vključuje zasebno podjetje, je še navedlo, da „je treba najprej poudariti, da je razmerje med javnim organom, ki je naročnik, in njegovimi službami urejeno na način in na podlagi zahtev, ki so lastne uresničevanju ciljev v javnem interesu. Nasprotno pa se kakršno koli vlaganje zasebnega kapitala v kako podjetje pokori zasebnim interesom in zasleduje drugačne cilje.“ |
L-Awtorità, b’mod konformi ma’ dan ir-raġunament, tikkunsidra li l-pożizzjoni legali u fattwali tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni captive hija differenti ħafna minn dik tal-awtoritajiet pubbliċi li jipprovdu servizzi relatati ma’ ħtieġa pubblika. | Nadzorni organ v skladu s takšno utemeljitvijo meni, da je pravni in dejanski položaj lastnih zavarovalnic zelo drugačen od položaja javnih organov, ki opravljajo storitve za javne potrebe. |
Kumpaniji tal-assigurazzjoni captive jipprovdu servizzi kummerċjali għal intrapriżi privati u mhumiex f’pożizzjoni komparabbli – u kull għajnuna pprovduta lilhom mill-istat permezz ta’ eżenzjonijiet fiskali għandha tiġi kkunsidrata f’dak il-kuntest. | Lastne zavarovalnice zagotavljajo komercialne storitve zasebnim podjetjem in niso v primerljivem položaju – zato je treba vsako pomoč, ki jim jo država dodeli z davčnimi oprostitvami, obravnavati v tem okviru. |
Captives li jipprovdu servizzi li mhumiex disponibbli minn fornituri ta’ assigurazzjoni kummerċjali | Lastne zavarovalnice, ki zagotavljajo storitve, ki niso na voljo pri komercialnih zavarovalnicah |
Dan l-aħħar, il-Kummissjoni Ewropea temmet investigazzjoni settorjali dwar l-industrija Ewropea tal-assigurazzjoni. | Evropska komisija je nedavno dokončala sektorsko preiskavo evropskega zavarovalniškega sektorja. |
Fir-rapport interim tagħha [27], il-Kummissjoni spjegat li intrapriżi tal-assigurazzjoni jistgħu jiġu kklassifikati b’modi diversi, pereżempju [28]: | V vmesnem poročilu [27]je razložila, da je zavarovalnice mogoče razvrstiti na različne načine, na primer [28]: |
skont jekk humiex kumpaniji ta’ assigurazzjoni titolari jew assiguraturi reċiproċi; | glede na to, ali so zavarovalne delniške družbe ali vzajemne zavarovalnice, |
skont il-linja(i) ta’ assigurazzjoni li jissottoskrivu; | glede na panogo ali panoge zavarovanja, ki jih sklepajo, |
skont jekk humiex assiguraturi diretti (primarji) jew rijassiguraturi; | glede na to, ali so neposredne (primarne) zavarovalnice ali pozavarovalnice, |
skont jekk humiex indipendenti minn xi xerrej ta’ assigurazzjoni partikolari jew jekk humiex affiljati mill-qrib ma’ xerrej partikolari jew ma’ grupp ta’ xerrejja (bħal fil-każ ta’ assiguraturi u rijassiguraturi ta’ captive). | glede na to, ali so neodvisne od kupcev zavarovanj ali tesno povezane z določenim kupcem ali skupino kupcev (kot to drži za lastne zavarovalnice in pozavarovalnice). |
Il-kompetizzjoni fis-suq tal-assigurazzjoni hija milquta mid-disponibilità ta’ alternattivi fil-ħruġ ta’ prodotti tradizzjonali tal-assigurazzjoni [29]. | Na konkurenco na zavarovalniškem trgu vpliva razpoložljivost drugih možnosti poleg nakupa tradicionalnih zavarovalnih produktov [29]. |
L-Awtorità hija tal-opinjoni li jeżistu tliet alternattivi ewlenin: assigurazzjoni reċiproka, assigurazzjoni captive u prodotti għat-Trasferiment ta’ Riskji Alternattivi [30]. | Nadzorni organ meni, da obstajajo tri glavne nadomestne možnosti: samozavarovanje, zavarovanje pri lastni zavarovalnici in produkti za alternativne metode prenosa tveganja [30]. |
F’kull każ, ir-raġuni primarja għala jintuża sostitut għall-assigurazzjoni hija l-potenzjal għat-tnaqqis tal-ispejjeż. | V vsakem od teh primerov je glavni razlog za uporabo nadomestne možnosti priložnost za znižanje stroškov. |
Kumpanija tal-assigurazzjoni captive tagħmilha possibbli li d-dħul mill-investimenti fuq il-primjums jinżamm fil-grupp u tippermetti potenzjalment aktar flessibilità fil-mudell tal-primjums. | Lastna zavarovalnica omogoča, da dobiček od vlaganja v premije ostane v skupini in lahko omogoča večjo prilagodljivost pri vzorcu premij. |
Għalkemm dawn mhumiex neċessarjament sostituti perfetti għall-assigurazzjoni, joħolqu grad ta’ trażżin kompetittiv fis-suq tal-assigurazzjoni. | Čeprav to niso nujno popolne zamenjave za zavarovanje, deloma zavirajo konkurenco na trgu zavarovanj. |
Għalhekk, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni captive jitqiesu bħala alternattiva għal kumpaniji terzi tal-assigurazzjoni, disponibbli fis-suq. | Lastne zavarovalnice se tako štejejo za nadomestne možnosti za zavarovanje pri tretji strani, ki je na voljo na trgu. |
Skont ir-Rapport tal-Kummissjoni, “klijenti kummerċjali kbar (u huma dejjem akbar, minħabba li ħafna huma l-prodott ta’attività M&A), issa jistgħu jagħmlu użu mill-kobor tagħhom biex jiġġustifikaw il-fatt li jixtru inqas assigurazzjoni milli aktar. Iżommu espożizzjonijiet ogħla, jieħdu tnaqqis fiskali akbar, u jużaw dejjem aktar il-captive u vetturi korporattivi oħrajn, skont il-preferenza milli jużaw assigurazzjoni kummerċjali sħiħa.” | V skladu s poročilom Komisije „velike komercialne stranke (ki so čedalje večje, saj jih je veliko nastalo z združitvami in prevzemi) lahko zdaj s svojo velikostjo utemeljijo kupovanje manj zavarovanj namesto več. Ohranijo več izpostavljenosti, uporabljajo večje odbitne postavke in čedalje pogosteje raje uporabijo lastne zavarovalnice in druge poslovne možnosti namesto popolnega komercialnega zavarovanja.“ |
Ir-rapport tal-Kummissjoni jgħid li l-objettivi ewlenin meta tiġi stabbilita captive huma: | V poročilu Komisije je navedeno, da so glavni cilji pri ustanavljanju lastne zavarovalnice: |
li jinkiseb benefiċċju sħiħ ta’ tekniki ta’ kontroll tar-riskju ta’ kumpanija omm/grupp billi jitħallsu primjums ibbażati fuq l-esperjenza proprja; | pridobitev polnih ugodnosti matične družbe/tehnik skupine za upravljanje tveganja s plačevanjem premijna podlagi lastnih izkušenj, |
li jiġu evitati l-ispejjeż ġenerali u dawk amministrattivi tal-assiguratur dirett; | izogibanje režijskim in upravnim stroškom neposredne zavarovalnice, |
li jinżamm fil-grupp il-massimu possibbli tal-primjums u d-dħul mill-investimenti fuqhom; | ohranitev toliko premij in dobička od naložb, kolikor je mogoče znotraj skupine, |
li jinkisbu vantaġġi fiskali u l-ispiża aktar baxxa (inqas rigoruża) f’bażi offshore; | davčne prednosti in nižji stroški zaradi (manj stroge) zakonodaje na offshore sedežu, |
li jinkiseb livell aktar baxx ta’ primjum għal riskju ġenerali bix-xiri ta’ rijassigurazzjoni “bl-ingrossa” u b’nefqa aktar baxxa minn dik meħtieġa mill-assiguratur konvenzjonali jew dak dirett. | nižja skupna stopnja premij za tveganja z nakupom pozavarovanja „na debelo“ in po nižji ceni, kot bi jo zahtevala običajna ali neposredna zavarovalnica. |
L-Awtorità ma taqbilx mad-dikjarazzjonijiet ta’ ċerti partijiet terzi li s-servizzi pprovduti mill-captive mhumiex alternattivi ta’ assigurazzjoni kummerċjali. | Nadzorni organ se ne strinja s trditvami nekaterih tretjih strani, da storitve, ki jih ponujajo lastne zavarovalnice, niso nadomestna možnost za komercialno zavarovanje. |
Kif ġie ddikjarat hawn fuq, l-Awtorità tikkunsidra li assigurazzjoni captive hija servizz sostitwibbli b’assigurazzjoni kummerċjali [31]. | Kakor je bilo navedeno zgoraj, Nadzorni organ meni, da je zavarovanje pri lastni zavarovalnici storitev, s katero je mogoče nadomestiti komercialno zavarovanje [31]. |
Għalkemm jista’ jkun il-każ li ċerti riskji ma jistgħux ikunu assigurati fis-suq (jew, pjuttost, ma jistgħux jiġu assigurati bil-prezz li xerrej potenzjali jikkunsidra li jkun raġonevoli), l-Awtorità ma taċċettax li kumpaniji tal-assigurazzjoni captive jipprovdu b’mod esklussiv servizzi tal-assigurazzjoni li mhumiex disponibbli minn assiguraturi kummerċjali. | Čeprav je mogoče res, da nekaterih tveganj ni mogoče zavarovati na trgu (ali, verjetneje, jih ni mogoče zavarovati po ceni, ki bi se morebitnemu kupcu zdela razumna), se Nadzorni organ ne more strinjati, da lastne zavarovalnice ponujajo izključno zavarovalne storitve, ki niso na voljo pri komercialnih zavarovalnicah. |
Barra minn dan, l-Awtorità ma taċċettax li dak li jista’ jkun ipprezzar projbittiv minn assiguraturi kummerċjali jfisser li kumpaniji tal-assigurazzjoni captive mhumiex involutif’attivitajiet ekonomiċi b’kompetizzjoni ma’ dawk l-assiguraturi. | Nadzorni organ se poleg tega ne more strinjati, da to, da komercialne zavarovalnice morda postavljajo nesorazmerno visoke cene, pomeni, da se lastne zavarovalnice ne ukvarjajo z gospodarsko dejavnostjo, pri kateri bi konkurirale tem zavarovalnicam. |
Intrapriżi li jappartienu lil grupp għandhom l-għażla li jassiguraw ir-riskji tagħhom (obbligatorji u voluntarji) ma’ assiguratur kummerċjali jew joħolqu kumpanija ta’ assigurazzjoni captive. | Podjetja, ki pripadajo skupini, lahko izbirajo, ali bodo svoja (obvezna in prostovoljna) tveganja zavarovala pri komercialni zavarovalnici ali ustanovila lastno zavarovalnico. |
Jekk jagħżlu din tal-aħħar, ikunu qegħdin jeskludu s-suq tal-assigurazzjoni f’dak li għandhom x’jaqsam mar-riskji tagħhom. | Če izberejo drugo možnost, izključijo zavarovalniški trg za svoja tveganja. |
Għalhekk teżisti kompetizzjoni ma’ fornituri oħrajn tal-assigurazzjoni fil-mument tal-ħolqien tal-captive, u f’kull moment li fih il-klijent tal-captive jiddeċiedi safejn jixtieq li jżomm ir-riskju fil-captive jew jixtri assigurazzjoni (jew rijassigurazzjoni) fis-suq miftuħ. | Konkurenca z drugimi ponudniki zavarovanj tako obstaja ob ustanovitvi lastne zavarovalnice in vsakič, ko se stranka lastne zavarovalnice odloča, kolikšno tveganje želi zadržati znotraj lastne zavarovalnice in ali kupiti zavarovanje (ali pozavarovanje) na prostem trgu. |
L-Awtorità tosserva wkoll li kumpaniji tal-assigurazzjoni captive huma bħalissa soġġetti għat-taxxa fil-Liechtenstein, bħal intrapriżi oħra, għalkemm b’eżenzjonijiet u b’rati differenti. | Nadzorni organ ugotavlja tudi, da so lastne zavarovalnice v Lihtenštajnu tako kot druga podjetja davčne zavezanke, čeprav zanje obstajajo izjeme in drugačne davčne stopnje. |
Għalhekk, l-Awtorità kkonkludiet li l-attivitajiet imwettqa minn kumpaniji tal-assigurazzjoni captive meta jipprovdu servizzi ta’ assigurazzjoni (jew rijassigurazzjoni) għall-kumpaniji assoċjati tagħhom jikkostitwixxu attività ekonomika. | Nadzorni organ je zato ugotovil, da dejavnosti, ki jih opravljajo lastne zavarovalnice pri zagotavljanju storitev zavarovanja (ali pozavarovanja) za pridružene družbe, pomenijo gospodarsko dejavnost. |
Fuq dik il-bażi, il-kumpaniji huma intrapriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. | Na podlagi tega so te družbe podjetja v smislu člena 61(1) Sporazuma EGP |
Vantaġġ | Prednost |
Il-miżura tagħti vantaġġ lill-kumpaniji tal-assigurazzjoni captive li jaqgħu taħt is-sezzjoni 82a tal-Att dwar it-Taxxa billi teħlishom minn xi ħlasijiet (nuqqas ta’ pagament ta’ taxxa fuq id-dħul u pagament imnaqqas biss tat-taxxa kapitali) li normalment jitħallsu mill-baġit tagħhom. | Ukrep daje lastnim zavarovalnicam, ki ustrezajo členu 82a davčnega zakona, prednost, ko jih oprošča dajatev (neplačilo davka na dobiček in plačilo zmanjšanega davka na kapital), ki bi jih drugače morale plačati iz svojih sredstev. |
Il-ħlas tat-taxxi hija spiża operattiva mġarrba minn intrapriża matul il-proċess normali tal-attività ekonomika tagħha, li normalment din tħallasha l-intrapriża stess. | Plačilo davkov je operativni strošek, ki nastane pri običajni gospodarski dejavnosti podjetja, običajno pa ga nosi podjetje samo. |
B’mod ġenerali, il-kwalifika għal rata ta’ tassazzjoni aktar baxxa milli normalment tkun dovuta jew l-eżenzjoni mill-ħlas ta’ taxxi jagħtu vantaġġ lill-kumpaniji li jkunu eliġibbli. | Upravičenost do nižje davčne stopnje od običajne ali oprostitev plačila davkov na splošno daje prednost upravičenim družbam. |
Dawn il-kumpaniji jingħataw vantaġġ għaliex l-ispiża operattiva tagħhom tonqos meta mqabbla ma’ dik ta’ oħrajn li jkunu f’pożizzjoni reali u legali simili. | Tem družbam je dana prednost, ker se njihovi operativni stroški znižajo v primerjavi z drugimi družbami, ki so v podobnem dejanskem in pravnem položaju. |