Source | Target | Il-bażi legali | Pravna podlaga |
L-Iskema ta’ Self Ipotekarju hija bbażata fuq il-Kapitolu V tal-Att Nru 125/2008 tas-6 ta’ Ottubru 2008 dwar l-Awtorità għall-Ħlasijiet mit-Teżor dovuti għal Ċirkostanzi Mhux tas-Soltu tas-Suq Finanzjarju, eċċ. (l-“Att ta’ Emerġenza”) [9], li emenda, fost affarijiet oħrajn, l-Att Nru 44/1998 dwar l-Affarijiet tad-Djar (l-“Att dwar id-Djar”). | Shema hipotekarnih posojil temelji na poglavju V Zakona št. 125/2008 z dne 6. oktobra 2008 o organu za izplačila iz državne blagajne zaradi nepredvidenih razmer na finančnem trgu itd. (v nadaljnjem besedilu: izredni zakon) [9], ki je med drugim spremenil Zakon št. 44/1998 o stanovanjskih zadevah (v nadaljnjem besedilu: stanovanjski zakon). |
Hemm aktar dettalji stabbiliti fir-Regolament Nru 1081/2008 tas-26 ta’ Novembru 2008 dwar l-awtorità tal-Fond ta’ Finanzjament għad-Djar sabiex jixtri bonds garantiti minn ipoteki fid-djar residenzjali u maħruġa minn impriżi finanzjarji (ir-“Regolament”). | Podrobnosti so določene v Uredbi št. 1081/2008 z dne 26. novembra 2008 o pristojnosti Stanovanjskega finančnega sklada za nakup obveznic, zavarovanih s hipotekami na stanovanjske nepremičnine in izdanih s strani finančnih podjetij (v nadaljnjem besedilu: Uredba). |
Ir-Regolament ġie adottat u daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Novembru 2008. | Uredba je bila sprejeta in je začela veljati 27. novembra 2008. |
Barra minn hekk, il-Bord tal-HFF ħareġ Regoli rigward ix-xiri ta’ self ipotekarju minn impriżi finanzjarji (ir-“Regoli Supplementari”) [10]. | Poleg tega je odbor sklada SFS izdal Pravila o nakupu hipotekarnih posojil od finančnih podjetij (v nadaljnjem besedilu: dopolnilna pravila) [10]. |
Wara l-approvazzjoni mill-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali u s-Sigurtà Soċjali, ir-Regoli Supplementari ġew ippubblikati fil-15 ta’ Jannar 2009 u daħlu fis-seħħ fl-istess jum. | Po odobritvi ministra za socialne zadeve in socialno varnost so bila dopolnilna pravila objavljena 15. januarja 2009 in so istega dne začela veljati. |
Anki l-Iskema ta’ Self Ipotekarju daħlet fis-seħħ u bdiet titħaddem minn dak in-nhar. | Shema hipotekarnih posojil je prav tako začela veljati na ta dan. |
L-applikazzjonijiet taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju | Prijave v shemo hipotekarnih posojil |
Taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju, l-istituzzjonijiet finanzjarji eliġibbli jistgħu japplikaw sabiex jagħmlu tpartit ta’ assi (self ipotekarju) mal-HFF. | V okviru sheme hipotekarnih posojil se lahko upravičene finančne institucije prijavijo za zamenjavo sredstev (hipotekarnih posojil) pri skladu SFS. |
Tpartit jirriżulta fl-akkwist permanenti mill-HFF tas-self ipotekarju (jew il-“ġabra ta’ self ipotekarju”) tal-istituzzjoni finanzjarja applikanti bi tpartit mal-bonds eżistenti tal-HFF, li jiġu ttrasferiti lill-istituzzjoni finanzjarja applikanti. | Po zamenjavi sklad SFS trajno prevzame hipotekarna posojila (ali „skupek hipotekarnih posojil“) od finančne institucije vlagateljice v zameno za obstoječe obveznice SFS, ki se prenesejo na finančno institucijo vlagateljico. |
Il-banek, il-banek ta’ tfaddil u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha li ngħatawliċenzja sabiex joperaw fl-Islanda skont l-Att Nru 161/2002 dwar l-Impriżi Finanzjarji jistgħu japplikaw għal tpartit ta’ assi taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju. | Vse banke, hranilnice in kreditne institucije, ki jim je bila podeljena licenca za poslovanje na Islandiji v skladu z Zakonom št. 161/2002 o finančnih podjetjih, se lahko prijavijo za zamenjavo sredstev v okviru sheme hipotekarnih posojil. |
Dan jinkludi sussidjarji u fergħat ta’ banek barranin stabbiliti fl-Islanda. | To vključuje hčerinska podjetja in podružnice tujih bank s sedežem na Islandiji. |
Sabiex tapplika, istituzzjoni finanzjarja trid tibgħat applikazzjoni bil-miktub, li tinkludi l-informazzjoni dwar id-daqs stmat tal-ġabra ta’ self ipotekarju li hi tixtieq tagħmel tpartit tiegħu mal-HFF. | Finančna institucija se lahko prijavi s pisno prošnjo, ki vsebuje informacije o ocenjeni vrednosti skupka hipotekarnih posojil, ki jih želi zamenjati pri skladu SFS. |
Fuq din il-bażi, l-HFF jinnegozja t-termini tat-tranżazzjoni mal-istituzzjoni finanzjarja applikanti. | Na tej podlagi se sklad SFS s finančno institucijo vlagateljico dogovori o pogojih transakcije. |
Element importanti f’dan il-proċess huwa d-determinazzjoni tal-valur tas-self ipotekarju (ara t-taqsima 2.4 aktar ’l isfel). | Pomemben element v tem procesu je določitev vrednosti hipotekarnih posojil (glej razdelek 2.4). |
Jekk l-applikazzjoni tintlaqa’, l-HFF jakkwista l-ġabra ta’ self ipotekarju mill-istituzzjoni finanzjarja applikanti mingħajr il-ħtieġa li jinkiseb permess għat-trasferiment mingħand id-debitur (il-mutwatarju). | Če je prošnja sprejeta, sklad SFS prevzame skupek hipotekarnih posojil od finančneinstitucije vlagateljice, ne da bi moral pridobiti dovoljenje za prenos od dolžnika (posojilojemalca). |
Wara t-tpartit tal-assi, l-HFF jieħu r-rwol ta’ mutwanti fir-rigward tal-mutwatarju taħt is-self ipotekarju, soġġett għat-trasferiment formali tal-atti tal-ipoteka. | Po zamenjavi sredstev sklad SFS prevzame vlogo posojilodajalca hipotekarnega posojila v odnosu do posojilojemalca na podlagi formalnega prenosa hipotekarnih listin. |
L-awtoritajiet tal-Islanda informaw lill-Awtorità li bejn it-22 ta’ Ottubru 2008 u t-18 ta’ Diċembru 2008 seba’ istituzzjonijiet finanzjarji ssottomettew applikazzjonijiet għal tpartit ta’ assi taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju: Keflavik Savings Bank, BYR Savings Bank, Bolungarvik Savings Bank, Ólafsfjarðar Saving Bank, Mýrasýsla Saving Bank, Höfðhverfinga Saving Bank u SPRON. | Islandski organi so Nadzorni organ obvestili, da je med 22. oktobrom 2008 in 18. decembrom 2008 sedem finančnih institucij zaprosilo za zamenjavo sredstev v okviru sheme hipotekarnih posojil, in sicer: Keflavik Savings Bank, BYR Savings Bank, Bolungarvik Savings Bank, Ólafsfjarðar Saving Bank, Mýrasýsla Saving Bank, Höfðhverfinga Saving Bank in SPRON. |
Keflavik Savings Bank, BYR Savings Bank u Bolungarvik Savings Bank daħlu fi ftehimiet ta’ tpartit mal-HFF fit-23 ta’ Marzu 2009, l-20 ta’ Mejju 2009, u t-3 ta’ Lulju 2009 u l-5 ta’ Awwissu 2009 [11]rispettivament. | Keflavik Savings Bank, BYR Savings Bank in Bolungarvik Savings Bank so sklenile pogodbe o zamenjavi s skladom SFS 23. marca 2009, 20. maja 2009 oziroma 3. julija 2009 in 5. avgusta 2009 [11]. |
L-ewwel ftehim milħuq taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju kien ftehim ta’ trasferiment ta’ self ipotekarju ffirmat fit-23 ta’ Marzu 2009 bejn l-HFF u l-Keflavik Savings Bank għal valur totali ta’ ISK 9959972471,00 [12]. | Prva pogodba, sklenjena v okviru sheme hipotekarnih posojil, je bila pogodba o prenosu hipotekarnih posojil, ki sta jo 23. marca 2009 podpisala sklad SFS in Keflavik Savings Bank v skupni vrednosti 9959972471,00 ISK [12]. |
Il-ftehimiet mal-BYR Savings Bank u l-Bolungarvik Savings Bank ammontaw għall-valur ta’ ISK 2707559690,00, u ISK 477141823,00 u ISK 425924422,00, rispettivament. | Pogodbe z BYR Savings Bank in Bolungarvik Savings Bank so bile sklenjene v vrednosti 2707559690,00 ISK oziroma 477141823,00 ISK in 425924422,00 ISK. |
L-applikazzjonijiet mill-erba’ banek l-oħra msemmija hawn fuq ġew miċħuda. | Prošnje ostalih štirih zgoraj navedenih bank so bile zavrnjene. |
L-istima tas-self ipotekarju u l-bonds tal-HFF taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju | Vrednotenje hipotekarnih posojil in obveznic SFS v okviru sheme hipotekarnih posojil |
Taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju, l-HFF huwa meħtieġ jgħaddi minn diversi stadji sabiex jivvaluta l-valur tal-ġabra ta’ self ipotekarju ta’ istituzzjoni finanzjarja applikanti u tal-bonds tal-HFF li jrid isir it-tpartit magħhom. | V okviru sheme hipotekarnih posojil se od sklada SFS zahteva, da v več korakih oceni vrednost skupka hipotekarnih posojil posamezne finančne institucije vlagateljice in obveznic SFS, ki so predmet zamenjave. |
L-Artikolu 3 tar-Regolament [13]u l-Artikolu 6 [14]tar-Regoli Supplementari jispeċifikaw li l-HFF “għandu jwettaq il-valutazzjoni tal-valur tal-bonds offruti lill-Fond” u li “bħala regola, il-valur skont il-kotba tas-self għandu jkun il-bażi għal prezzhom.” Fi kliem ieħor, l-HFF stess iwettaq valutazzjoni “b’mod intern” tal-valur tas-self ipotekarju. | Člen 3 Uredbe [13]in člen 6 [14]dopolnilnih pravil določata, da mora sklad SFS „opraviti oceno vrednosti obveznic, ki se ponujajo Skladu,“ in da bo „njihova cena praviloma temeljila na knjigovodski vrednosti posojila.“ Z drugimi besedami, sklad SFS sam opravi „interno“ oceno vrednosti hipotekarnih posojil. |
Dan jibbaża dik il-valutazzjoni fuq il-valur skont il-ktieb tas-self. | Pri tej oceni se opira na knjigovodsko vrednost posojil. |
L-għażla tas-self ipotekarju mill-HFF [15] | Izbira hipotekarnih posojil s strani sklada SFS [15] |
L-ewwel nett, qabel ma jagħti stima tal-valur ta’ ġabra ta’ self ipotekarju, l-HFF għandu jikkunsidra jekk għandux l-interess li jakkwista s-self. | Pred oceno vrednosti skupka hipotekarnih posojil mora sklad SFS preučiti, ali je prevzem posojil sploh v njegovem interesu. |
Għal dan il-għan, l-HFF jivvaluta s-self fuq il-bażi tal-qagħda ta’ ħlas tad-debitur, il-proporzjon bejn is-self u l-valur (LTV - Loan-To-Value) tas-self ipotekarju, l-istatus ta’ inadempjenza tiegħu, u t-termini tal-kuntratt tas-self ipotekarju. | V ta namen sklad SFS oceni posojila na podlagi plačilnega statusa dolžnika, razmerja med višino hipotekarnega posojila in vrednostjo nepremičnine (indeks LTV), njegovega statusa glede neporavnanih obveznosti in pogojev iz pogodbe o hipotekarnem posojilu. |
Fuq din il-bażi, l-HFF jaqsam is-self ipotekarju fi tliet kategoriji: | Na tej podlagi sklad SFS hipotekarna posojila razdeli v tri kategorije: |
self ipotekarju mhux inadempjenti li jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ self ġenerali tal-HFF; | hipotekarna posojila brez neporavnanih obveznosti, ki izpolnjujejo vse splošne zahteve sklada SFS za dodelitev posojil; |
self ipotekarju ieħor mhux inadempjenti li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ self ġenerali kollha tal-HFF; | druga hipotekarna posojila brez neporavnanih obveznosti, ki ne izpolnjujejo vseh splošnih zahtev sklada SFS za dodelitev posojil; |
self ipotekarju inadempjenti. | neporavnana hipotekarna posojila. |
Dak is-self ipotekarju li jaqa’ fl-ewwel żewġ kolonni huwa eliġibbli għal tpartit taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju. | Hipotekarna posojila, ki spadajo v prvi dve kategoriji, so upravičena do zamenjave v okviru sheme hipotekarnih posojil. |
Madankollu, is-self ipotekarju fil-kategorija c) huwa eliġibbli biss jekk is-self ipotekarju jitneħħa mill-ġabra ta’ dejn u jekk it-tariffi u l-ispejjeż kollha jitħallsu qabel it-tpartit. | Hipotekarna posojila iz kategorije (c) so lahko upravičena samo, če se izterjava dolgov loči od hipotekarnega posojila in so bile pred zamenjavo poravnane vse pristojbine in stroški. |
L-iffissar tal-valur tas-self ipotekarju mill-HFF | Določitev vrednosti hipotekarnih posojil s strani sklada SFS |
L-Artikolu 3 tar-Regolament u l-Artikolu 6 tar-Regoli Supplementari jispeċifikaw li l-HFF huwa meħtieġ jibbaża l-prezz tax-xiri tas-self ipotekarju fuq il-valur tas-suq tagħhom. | Člen 3 Uredbe in člen 6 dopolnilnih pravil določata, da mora sklad SFS pri nakupni ceni hipotekarnih posojil izhajati iz njihove tržne vrednosti. |
Madankollu, l-Artikolu 6 jispeċifika wkoll li l-HFF irid jibbaża l-valur tas-suq fuq il-valur skont il-ktieb tas-self ipotekarju (li jippermetti għar-riskju ta’ ħlas minn qabel, ta’ spejjeż tal-operazzjoni u fatturi oħrajn). | Vendar člen 6 tudi določa, da mora sklad SFS tržno vrednost opreti na knjigovodsko vrednost hipotekarnih posojil (s pridržkom tveganja predplačila, stroškov poslovanja in drugih dejavnikov). |
Dan li ntqal l-aħħar ġie kkonfermat lill-Awtorità mill-awtoritajiet tal-Islanda. | Slednje so islandski organi potrdili Nadzornemu organu [16]. |
L-awtoritajiet tal-Islanda kkonfermaw ukoll li l-valur skont il-ktieb ta’ kull self individwali huwa l-ammont prinċipali misluf lill-mutwatarju, mingħajr tniżżil fil-valur. | Islandski organi so tudi potrdili, da je knjigovodska vrednost vsakega posameznega posojila sestavljena iz zneska glavnice, dane na voljo posojilojemalcu, brez zmanjšanja [17]. |
It-tielet pass huwa li jiġi ddeterminat ir-riskju ta’ kreditu assoċjat mas-self ipotekarju inkwistjoni. | V tretjem koraku se opredeli kreditno tveganje, povezano z zadevnimi hipotekarnimi posojili. |
Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament u l-Artikolu 5 tar-Regoli Supplementari, f’dak ir-rigward, l-HFF iħaddem mudell ta’ riskju ta’ kreditu li huwa pprovdut mid-ditta KPMG tal-Islanda li permezz tiegħu titwettaq il-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal-ġabriet ta’ self ipotekarju fuq il-bażi ta’ standard internazzjonali, imsejjaħ Basel II dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-kapital tal-istituzzjonijiet finanzjarji. | V skladu s členom 3 Uredbe in členom 5 dopolnilnih pravil sklad SFS v ta namen uporabi model kreditnega tveganja, ki ga je zasnoval KPMG Islandija in v skladu s katerim se opravi ocena kreditnega tveganja skupkov hipotekarnih posojil na podlagi mednarodnega standarda Basel II o oceni kapitalskega tveganja finančnih institucij. |
Il-valutazzjoni tinvolvi l-kalkolu tat-telf mistenni billi jiġu mmultiplikati dawn it-tliet fatturi li ġejjin: il-probabilità ta’ inadempjenza, it-telf fil-każ ta’ inadempjenza u l-iskopertura għall-inadempjenza. | V oceno je zajet izračun pričakovane izgube s pomnožitvijo naslednjih treh dejavnikov: verjetnosti neplačila, izgube ob neplačilu in izpostavljenosti neplačilu. |
Kull waħda minn dawn il-varjabbli hija valutata għal kull self ipotekarju u għal kull sena tal-perjodu tas-self. | Te spremenljivke se ocenijo za vsako hipotekarno posojilo in za vsako leto posojilnega obdobja. |
Il-mudell huwa bbażat fuq għadd ta’ parametri mfassla sabiex jivvalutaw it-telf ta’ kreditu probabbli għal self individwali, kifukoll fuq għadd ta’ parametri ta’ fatturi makroekonomiċi li x’aktarx jinfluwenzaw is-self ipotekarju. | Model temelji na številnih parametrih, katerih namen je oceniti morebitne kreditne izgube za posamezna posojila, in na številnih makroekonomskih dejavnikih, ki bi lahko vplivali na hipotekarna posojila. |
Il-parametri użati fil-valutazzjoni tas-self individwali huma: (i) is-self għall-valur; u (ii) l-istorja tal-ħlas. | Parametri, uporabljeni pri oceni posameznih posojil, so: (i) razmerje med višino hipotekarnega posojila in vrednostjo nepremičnine ter (ii) zgodovina preteklih plačil. |
L-analiżi makroekonomika hija tbassir ta’ terminu medju (sal-2014) tal-prezzijiet tas-suq immobbiljari, l-inflazzjoni, l-iżviluppi fil-pagi, u fatturi oħra li x’aktarx iħallu impatt fuq il-ġabra ta’ self ipotekarju b’mod ġenerali. | Makroekonomska analiza je srednjeročna napoved (do leta 2014) cen nepremičnin, inflacije, gibanja plač in drugih dejavnikov, ki bi lahko na splošno vplivali na skupek hipotekarnih posojil. |
Wara l-2014, ċifra fissa ta’ telf ta’ kreditu hija supponuta fuq il-bażi tal-esperjenza fl-imgħoddi. | Po letu 2014 se predvidi pavšalni znesek kreditne izgube na podlagi izkušenj iz preteklosti. |
Wara d-determinazzjoni tar-riskju ta’ kreditu mill-HFF, il-valur skont il-ktieb ma jiġix imnaqqas minnufih bil-valur tar-riskju ta’ kreditu. | Potem ko sklad SFS opredeli kreditno tveganje, se knjigovodska vrednost ne zmanjša takoj za vrednost kreditnega tveganja. |
Il-valur tar-riskju ta’ kreditu jintuża biss sabiex jiġi ddeterminat il-valur tal-bonds li l-istituzzjoni finanzjarja applikanti se tirċievi fil-mument tat-tpartit. | Vrednost kreditnega tveganja se uporabi samo za določitev vrednosti obveznic, ki jih bo finančna institucija vlagateljica prejela ob zamenjavi. |
Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament u l-Artikolu 6 tar-Regoli Supplementari, l-HFF juża r-riskju ta’ kreditu mistenni sabiex jistabbilixxi “riżerva ta’ kreditu”. | V skladu s členom 3 Uredbe in členom 6 dopolnilnih pravil sklad SFS uporabi ocenjeno kreditno tveganje za opredelitev „kreditnega varovala“. |
Dan ifisser li l-ewwel nett, l-istituzzjoni finanzjarja se tirċievi biss bonds tal-HFF li jikkorrispondu għal massimu ta’ 80 % tal-valur skont il-ktieb aggregat tal-ġabra ta’ self ipotekarju. | To pomeni, da bo finančna institucija prvotno prejela samo obveznice SFS, ki ustrezajo največ 80 % skupne knjigovodske vrednosti skupka hipotekarnih posojil. |
Ir-riżerva ta’ kreditu tista’ tkun aktar minn dak l-20 % skont it-telf stmat (EL) fir-rigward tal-ġabra ta’ self ipotekarju, u tiżdied bl-ammont ta’ dak it-telf stmat (l-Artikolu 5 tar-Regoli Supplementari). | Kreditno varovalo lahko presega 20 % glede na ocenjeno izgubo v razmerju do skupka hipotekarnih posojil in se poveča za znesek te ocenjene izgube (člen 5 dopolnilnih pravil). |
Ir-riżerva ta’ kreditu dejjem se tkun ogħla mit-telf stmat. | Kreditno varovalo mora vedno presegati ocenjeno izgubo. |
Fil-prattika, l-HFF jikkalkola r-riżerva ta’ kreditu billi jżid 10 % addizzjonali għat-telf mistenni. | V praksi sklad SFS izračuna kreditno varovalo tako, da ocenjeni izgubi prišteje dodatnih 10 %. |
Madwar 8 sa 10 snin wara l-ftehim inizjali, tiġi vvalutata l-prestazzjoni tal-ġabra ta’ self matul dak il-perjodu. | Približno od 8 do 10 let po sklenitvi prvotne pogodbe se oceni uspešnost skupka posojil med navedenim obdobjem. |
Barra minn hekk, f’dak iż-żmien jiġi valutat ir-riskju ta’ kreditu li jħares ’il quddiem tal-ġabra. | Takrat se oceni tudi kreditno tveganje skupka posojil za prihodnje obdobje. |
Skont dawn iż-żewġ elementi, l-istituzzjoni finanzjarja se tirċievi bonds tal-HFF addizzjonali li jammontaw sal-valur tar-riżerva ta’ kreditu. | Glede na oba zgoraj navedena elementa bo finančna institucija prejela dodatne obveznice SFS do vrednosti kreditnega varovala. |
Fi kliem ieħor, jekk wara 8 sa 10 snin parti biss mir-riskju ta’ kreditu tkun immaterjalizzat, jiġifieri, jekk it-telf reali jkun inqas minn dak stmat fi żmien il-ftehim, l-HFF jittrasferixxi bonds li jammontaw sal-valur tar-riżerva ta’ kreditu mnaqqas bit-telf reali, soġġett għall-istima tar-riskju ta’ kreditu li jħares ’il quddiem. | Z drugimi besedami, če se po 8 do 10 letih kreditno tveganje uresniči samo delno, torej če so dejanske izgube manjše, kot je bilo v času sklenitve pogodbe ocenjeno, bo sklad SFS prenesel obveznice do vrednosti kreditnega varovala z odbitkom dejanskih izgub na podlagi ocene kreditnega tveganja za prihodnje obdobje. |
Madankollu, jekk ir-riskju ta’ kreditu jimmaterjalizza bis-sħiħ, jiġifieri, jekk it-telf mistenni jimmaterjalizza kollu kemm hu, l-HFF ma jittrasferixxi l-ebda bonds addizzjonali lill-istituzzjoni finanzjarja. | Vendar če se kreditno tveganje v celoti uresniči, torej če nastanejo vse pričakovane izgube, sklad SFS na finančno institucijo ne bo prenesel nobenih dodatnih obveznic. |