Source | Target | Is-selettività | Selektivnost |
Sabiex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, il-miżura trid tiffavorixxi lil ċerti impriżi, il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti jew il-forniment ta’ ċerti servizzi. | Da bi ukrep pomenil državno pomoč, mora dajati prednost nekaterim podjetjem, proizvodnji nekaterega blaga ali zagotavljanju nekaterih storitev. |
L-Iskema ta’ Self Ipotekarju hija selettiva għaliex tiffavorixxi lil ċerti istituzzjonijiet finanzjarji biss. | Shema hipotekarnih posojil je selektivna, če daje prednost samo nekaterim finančnim institucijam. |
Il-fatt li l-impriżi kollha f’settur partikolari jistgħu jibbenefikaw minn miżura ma jwassalx għall-konklużjoni li l-miżura hija ta’ natura ġenerali. | Zgolj na podlagi dejstva, da imajo lahko od ukrepa korist vsa podjetja vdoločenem sektorju, še ne moremo sklepati, da je ta ukrep splošen. |
Aktarx li l-Iskema ta’ Self Ipotekarju tgħawweġ il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti. | Shema hipotekarnih posojil lahko izkrivlja konkurenco in vpliva na trgovino med pogodbenicami. |
L-Iskema ttejjeb il-pożizzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji benefiċjarji billi żżid il-likwidità tal-assi tagħhom u tneħħi sors ta’ volatilità fuq il-karti tal-bilanċ tagħhom, u b’hekk issaħħaħ il-pożizzjoni tagħhom meta mqabbla mal-kompetituri tagħhom f’pajjiżi oħra taż-ŻEE. | Shema izboljša položaj finančne institucije upravičenke s tem, da poveča likvidnost njenih sredstev in odstrani vir nestanovitnosti iz njene bilance, s čimer okrepi njen položaj v primerjavi s konkurenti v drugih državah EGP. |
Fil-prinċipju, il-banek, il-banek ta’ tfaddil u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha li ngħataw liċenzja sabiex joperaw fl-Islanda, irrispettivament mid-daqs tagħhom, huma eliġibbli sabiex japplikaw għall-appoġġ taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju. | Vse banke, hranilnice in kreditne institucije, ki jim je bila podeljena licenca za poslovanje na Islandiji, ne glede na velikost, se načeloma lahko prijavijo za podporo v okviru sheme hipotekarnih posojil. |
Is-servizzi u l-prodotti fis-setturi bankarji u finanzjarji huma nnegozjati fuq livell internazzjonali. | S storitvami in produkti v bančnem in finančnem sektorju se mednarodno trguje. |
Barra minn hekk, fid-dawl ta’ dan, l-Iskema ta’ Self Ipotekarju aktarx li tgħawweġ il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti. | Tudi glede tega lahko shema hipotekarnih posojil izkrivlja konkurenco in vpliva na trgovino med pogodbenicami. |
IR-REKWIŻITI PROĊEDURALI | POSTOPKOVNE ZAHTEVE |
Skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3, “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tiġi infurmata, fi żmien suffiċjenti sabiex tkun tista’ tissottometti l-kummenti tagħha, dwar kwalunkwe pjan ta’ għoti jew ta’ tibdil fl-għajnuna (…). L-Istat kkonċernat m’għandux idaħħal fis-seħħ il-miżuri proposti tiegħu sakemm il-proċedura rriżultat f’deċiżjoni finali”. | V skladu s členom 1(3) dela I Protokola 3 se „Nadzorni organ Efte pravočasno obvesti, kar mu omogoča, da lahko predloži pripombe na kakršne koli načrte izvedbe ali spremembe pomoči […]. Zadevna država ne sme izvajati svojih predlaganih ukrepov, dokler v tem postopku ni sprejeta dokončna odločitev“. |
L-awtoritajiet tal-Islanda nnotifikaw l-Iskema ta’ Self Ipotekarju lill-Awtorità permezz ta’ ittra datata s-27 ta’ Mejju 2009 (Avveniment Nru 519720). | Islandski organi so z dopisom z dne 27. maja 2009 (ev. št. 519720) Nadzornemu organu priglasili shemo hipotekarnih posojil. |
Madankollu, ir-Regoli Supplementari tal-Bord tal-HFF rigward ix-xiri ta’ self ipotekarju minn impriżi finanzjarji daħlu fis-seħħ fil-15 ta’ Jannar 2009, jiġifieri, qabel ma l-Awtorità kienet ħadet deċiżjoni finali rigward in-notifika. | Vendar so dopolnilna pravila odbora sklada SFS v zvezi z nakupom hipotekarnih posojil od finančnih podjetij začela veljati 15. januarja 2009, torej preden je Nadzorni organ sprejel dokončno odločitev glede priglasitve. |
Fid-dawl ta’ dan, l-awtoritajiet tal-Islanda ma rrispettawx l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3. | Glede tega islandski organi niso izpolnili svojih obveznosti iz člena 1(3) dela I Protokola 3. |
IL-KOMPATIBILITÀ TAL-GĦAJNUNA | ZDRUŽLJIVOST POMOČI |
Ġeneralment, il-miżuri ta’ appoġġ imniżżla bħala għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE huma inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE, sakemm ma tapplikax waħda mill-eżenzjonijiet fl-Artikoli 61(2) jew (3) tal-Ftehim ŻEE. | Podporni ukrepi, ki se v skladu s členom 61(1) Sporazuma EGP označijo kot državna pomoč, na splošno niso združljivi z delovanjem Sporazuma EGP, razen če se uporabi katera od izjem iz člena 61(2) ali (3) Sporazuma EGP. |
F’dan il-każ, id-deroga fl-Artikolu 61(2) mhijiex applikabbli għall-għajnuna inkwistjoni li mhijiex imfassla sabiex tikseb xi wieħed mill-objettivi elenkatif’dak l-Artikolu. | Odstopanje iz člena 61(2) se ne uporablja za pomoč, ki je sporna v tej zadevi, saj ta ninamenjena doseganju ciljev iz navedenega člena. |
B’mod simili, id-derogi fl-Artikoli 61(3)(a) u (c) tal-Ftehim ŻEE ma japplikawx għall-miżura ta’ għajnuna li qed tiġi investigata. | Podobno se odstopanja iz člena 61(3)(a) in (c) Sporazuma EGP ne uporabljajo za ukrep pomoči, ki se preiskuje. |
B’mod partikolari, il-miżura ta’ għajnuna ma tingħatax bil-għan li tippromwovi jew tiffaċilita l-iżvilupp ekonomiku ta’ ċerti oqsma jew ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi. | To zlasti pomeni, da ukrep pomoči ni bil dodeljen za spodbujanje ali pospeševanje gospodarskega razvoja nekaterih območij ali nekaterih gospodarskih dejavnosti. |
L-għajnuna inkwistjoni ma hija marbuta mal-ebda investiment fil-kapital ta’ produzzjoni. | Sporna pomoč ni povezana z naložbo v proizvodni kapital. |
Din sempliċiment tnaqqas l-ispejjeż li normalment il-kumpaniji jridu jħallsu sabiex iwettqu l-attivitajiet tan-negozju tagħhom ta’ kuljum, u għaldaqstant, trid tiġi kklassifikata bħala għajnuna operattiva. | Pomoč zgolj znižuje stroške, ki bi jih podjetja običajno morala nositi med opravljanjem vsakodnevnih poslovnih dejavnosti, zato se mora opredeliti kot pomoč za tekoče poslovanje. |
Normalment, l-għajnuna operattiva ma titqiesx xierqa sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti reġjuni kif speċifikat fl-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE. | Običajno se šteje, da pomoč za tekoče poslovanje ni primerna za pospeševanje razvoja nekaterih gospodarskih dejavnosti ali nekaterih območij, kakor je določeno v členu 61(3)(c) Sporazuma EGP. |
L-għajnuna operattiva titħalla ssir biss f’ċerti ċirkustanzi speċjali (perżempju, għal ċerti tipi ta’ għajnuna ambjentali jew reġjonali), fejn il-Linji Gwida rilevanti tal-Awtorità jipprovdu għal eżenzjoni bħal din. | Pomoč za tekoče poslovanje je dovoljena samo v posebnih okoliščinah (na primer za nekatere vrste okoljevarstvene ali regionalne pomoči), če ustrezne smernice Nadzornega organa dovoljujejo tako izjemo. |
L-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim ŻEE jippermetti lill-Awtorità sabiex tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE jekk din tkun imfassla “sabiex tirrimedja taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru tal-KE jew ta’ Stat tal-EFTA”. | Člen 61(3)(b) Sporazuma EGP določa, da lahko Nadzorni organ razglasi pomoč za združljivo z delovanjem Sporazuma EGP, če je to potrebno „za odpravljanje resne motnje v gospodarstvu države članice ES ali države Efte“. |
L-Awtorità tfakkar li, b’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea u l-prattika ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Awtorità u tal-Kummissjoni Ewropea (il-“Kummissjoni”), l-Artikolu 61(3)(b) għandu jiġi applikat b’mod ristett u l-miżuri kkonċernati jridu jindirizzaw taqlib fl-ekonomija nazzjonali sħiħa [35].L-Awtorità tirrikonoxxi li l-Iskema ta’ Self Ipotekarju ġiet adottata matul il-kriżi finanzjarja internazzjonali attwali u bħala reazzjoni għal din. | Nadzorni organ opozarja, da je treba v skladu s sodno prakso Evropskega sodišča ter prakso odločanja Nadzornega organa in Evropske komisije (v nadaljnjem besedilu: Komisija) člen 61(3)(b) uporabljati omejeno in da morajo sporni ukrepi obravnavati motnje v celotnem nacionalnem gospodarstvu [35].Nadzorni organ priznava, da je bila shema hipotekarnih posojil sprejeta med sedanjo mednarodno finančno krizo in kot odziv nanjo. |
Fl-Islanda, b’mod partikolari l-banek ta’ tfaddil żgħar ħabbtu wiċċhom ma’ problemi ta’likwidità minħabba d-diffikultajiet finanzjarji mġarrba mill-banek il-kbar, li tradizzjonalment ipprovdew finanzjament lill-banek ta’ tfaddil iż-żgħar. | Na Islandiji so se zlasti majhne hranilnice srečevale z likvidnostnimi težavami kot posledico finančnih težav večjih bank, ki so običajno zagotavljale financiranje majhnim hranilnicam. |
Għall-kuntrarju tal-impriżi finanzjarji l-kbar, il-banek ta’ tfaddil ma għandhomx aċċess dirett għall-finanzjament mill-Bank Ċentrali tal-Islanda. | Za razliko od večjih finančnih podjetij hranilnice nimajo neposrednega dostopa do financiranja Islandske centralne banke. |
Kif iddikkjarat fid-deċiżjoni tagħha li tiftaħ proċedura formali ta’ investigazzjoni, l-Awtorità tqis li l-qafas adatt sabiex tiġi vvalutata l-kompatibilità tal-Iskema ta’ Self Ipotekarju huma l-Linji Gwida tal-Assi Indeboliti (IAG), li huma bbażati fuq l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim ŻEE. | Kot je navedeno v odločbi o začetku formalnega postopka preiskave, Nadzorni organ meni, da so smernice o oslabljenih sredstvih, ki temeljijo na členu 61(3)(b) Sporazuma EGP, ustrezen okvir za oceno združljivosti sheme hipotekarnih posojil. |
L-Artikolu 1(d) tal-Parti II tal-Protokoll 3 jispeċifika li: “ ‘skema ta’ għajnuna’ għandha tfisser kull att li abbażi tiegħu, mingħajr ma jkunu meħtieġa miżuri implimentattivi oħra, jistgħu jingħataw għajnuniet individwali lill-impriżi definiti fi ħdan l-att f’manjiera ġenerali u astratta u kull azzjoni li abbażi tagħha għajnuna li m’hijiex magħquda ma’ proġett speċifiku tista’ tingħata lil impriża waħda jew aktar għal perjodu ta’ żmien indefinit u/jew għal ammont indefinit”. L-Awtorità ħadet il-pożizzjoni (li l-awtoritajiet tal-Islanda ma oġġezzjonawx għaliha) li l-Iskema ta’ Self Ipotekarju hija bbażata fuq regoli — l-Att dwar id-Djar, ir-Regolament u r-Regoli Supplementari — li fuq il-bażi tagħhom, mingħajr ma jkunu meħtieġa aktar miżuri ta’ implimentazzjoni, jistgħu jsiru l-għotjiet ta’ għajnuna individwali lill-impriżi definiti f’dawk ir-regoli b’mod ġenerali u astratt. Għaldaqstant, l-Iskema ta’ Self Ipotekarju tikkwalifika bħala skema ta’ għajnuna fis-sens tal-Artikolu 1(d) tal-Parti II tal-Protokoll 3. | Torej se shema hipotekarnih posojil lahko šteje za shemo pomoči v smislu člena 1(d) dela II Protokola 3. |
F’dan ir-rigward, l-Awtorità tfakkar li fil-Kawża C-310/99, il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea ddikkjarat li: “Ma kien hemm l-ebda ħtieġa li d-deċiżjoni kkontestata tinkludi analiżi tal-għajnuna mogħtija fil-kawżi individwali fuq il-bażi tal-iskema. Huwa bissfl-istadju ta’ rkupru tal-għajnuna li jkun meħtieġ li tiġi vverifikata s-sitwazzjoni individwali ta’ kull impriża kkonċernata.” [36].B’konformità ma’ dik il-ġurisprudenza, l-Awtorità vvalutat l-Iskema ta’ Self Ipotekarju fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-Iskema (u mhux fuq l-ispeċifiċitajiet tal-għotjiet individwali li saru taħt l-Iskema). | V zvezi s tem Nadzorni organ želi spomniti, da je Sodišče v sodbi v zadevi C-310/99 izjavilo, da: „[n]i bilo potrebe, da bi izpodbijana odločitev vsebovala analizo pomoči, dane v posameznih primerih na podlagi sheme. Šele v fazi izterjave pomoči je treba pregledati posamezno stanje vsakega zadevnega podjetja.“ [36].V skladu z navedeno sodno prakso je Nadzorni organ ocenil shemo hipotekarnih posojil na podlagi značilnosti sheme (namesto z značilnostmi posameznih dodelitev pomoči v okviru sheme). |
Kif spjegaw aktar ’il fuq, l-awtoritajiet tal-Islanda argumentaw li l-Awtorità għandha tqis l-Iskema ta’ Self Ipotekarju bħala parti mir-ristrutturar kurrenti tas-settur tal-banek ta’ tfaddil tal-Islanda u li din għandha tiġi valutata skont il-linji gwida ta’ ristrutturar tal-Awtorità applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji matul il-kriżi finanzjarja (il-“linji gwida ta’ ristrutturar tal-banek”) [37]. | Kot je navedeno zgoraj, islandski organi trdijo, da bi moral Nadzorni organ shemo hipotekarnih posojil obravnavati kot del tekočega prestrukturiranja islandskega sektorja hranilnic in da bi jo bilo treba oceniti na podlagi smernic Nadzornega organa za prestrukturiranje, ki se uporabljajo za finančne institucije v finančni krizi (v nadaljnjem besedilu: smernice za prestrukturiranje bančništva) [37]. |
Madankollu, it-tpartit taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju ma jeħtieġ l-ebda ristrutturar ġenerali tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jibbenefikaw mill-Iskema. | Kljub temu zamenjava v okviru sheme hipotekarnih posojil ne zahteva nobenega splošnega prestrukturiranja finančnih institucij, ki imajo korist od sheme. |
L-Iskema ta’ Self Ipotekarju tista’ tiġi applikata għal kull istituzzjoni finanzjarja, irrispettivament minn jekk dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji humiex qed jiġu ristrutturati. | Shema hipotekarnih posojil se lahko uporablja za vse finančne institucije ne glede na to, ali so take finančne institucije v fazi prestrukturiranja ali ne. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Awtorità tqis li l-linji gwida xierqa applikabbli għall-miżuri mhumiex linji gwida ta’ ristrutturar tal-banek. | V tem primeru Nadzorni organ meni, da smernice za prestrukturiranje bančništva niso ustrezne smernice za ta ukrep. |
Kif stabbilit aktar ’il fuq, il-karatteristiċi tal-Iskema ta’ Self Ipotekarju huma b’tali mod li l-kundizzjonijiet huma fis-seħħ sabiex japplikaw l-IAG. | Kot je navedeno zgoraj, so značilnosti sheme hipotekarnih posojil take, da so izpolnjeni pogoji za uporabo smernic o oslabljenih sredstvih. |
L-applikazzjoni tal-IAG — l-eligibilità ta’ assi | Uporaba smernic o oslabljenih sredstvih – upravičenost sredstev |
Kif intqal diġà, l-awtoritajiet tal-Islanda xeħtu dubju dwar l-applikabilità tal-IAG għat-tpartit ta’ assi speċifikat taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju fuq il-bażi li s-self ipotekarju soġġett għall-ftehimiet ta’ tpartit mhuwiex assi indeboliti. | Kot je že navedeno, so islandski organi izrazili pomisleke glede možnosti uporabe smernic o oslabljenih sredstvih za zamenjavo sredstev v okviru sheme hipotekarnih posojil, in sicer so navedli, da hipotekarna posojila, ki so predmet pogodb o zamenjavi, niso oslabljena sredstva. |
L-awtoritajiet tal-Islanda jargumentaw li s-self ipotekarju jirrappreżenta l-assi li huma l-aktar finanzjarment attraenti li huma proprjetà tal-banek u li għaldaqstant, mhumiex indeboliti. | Islandski organi trdijo, da hipotekarna posojila predstavljajo finančno najprivlačnejša sredstva, ki jih imajo banke, in torej niso oslabljena. |
L-IAG jiddefinixxu l-assi indeboliti bħala: “[a]ssi komunement imsejħa ‘assi tossiċi’ (eż. titoli Amerikani msejsa fuq ipoteki u koperturi u derivattivi assoċjati), li taw bidu għall-kriżi finanzjarja u li fil-parti l-kbira m’għadhomx likwidi jew huma suġġetti għal tnaqqis qawwi tal-valur tagħhom …”. | V skladu s smernicami o oslabljenih sredstvih so oslabljena sredstva opredeljena kot: „tako imenovana ‚slaba aktiva‘ (npr. hipotekarno zavarovani vrednostni papirji v ZDA ter z njimi povezani posli zavarovanja pred tveganji in izvedeni finančni instrumenti), zaradi katere je nastala finančna kriza in ki je postala v veliki meri nelikvidna ali se je njena vrednost močno zmanjšala …“. |
L-IAG jispeċifikaw ukoll li meta jiġi ddeterminat jekk l-assi humiex indeboliti, huwa meħtieġ li jittieħed approċċ pragmatiku u jitħalla jkun hemm ftit flessibilità [38]. | Smernice o oslabljenih sredstvih tudi določajo, da je pri ugotavljanju, ali so sredstva oslabljena, treba ravnati pragmatično in dopustiti določeno prožnost [38]. |
Kif diġà ġie nnotat, il-banek ta’ tfaddil li bħalissa qed jieħdu sehem fl-Iskema ta’ Self Ipotekarju normalment jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom permezz ta’ depożiti ta’ klijenti u billi jieħdu self mill-banek prinċipali tal-Islanda. | Kot je bilo že ugotovljeno, hranilnice, ki trenutno sodelujejo v shemi hipotekarnih posojil, običajno financirajo svoje dejavnosti skozi depozite strank in z najemanjem posojil od večjih islandskih bank. |
Jekk dan ma jkunx biżżejjed sabiex ikomplu l-operazzjonijiet, il-perkors normali tan-negozju għal bank ta’ tfaddil ikun li jbiegħ uħud mill-assi tiegħu (pereżempju, self ipotekarju). | Če se izkaže, da to ni dovolj za nadaljevanje dejavnosti, je običajni potek poslovanja tak, da hranilnice prodajo nekaj svojih sredstev (na primer hipotekarnih posojil). |
Madankollu, l-awtoritajiet tal-Islanda spjegaw li l-banek prinċipali tal-Islanda huma falluti u għaddejjin minn fażi ta’ ristrutturar, u dan wassal sabiex is-self minn dawn il-banek isir ineżistenti. | Vendar islandski organi pojasnjujejo, da so glavne islandske banke v stečaju in v postopku prestrukturiranja, kar izključuje posojila od teh bank. |
Barra minn hekk, id-depożiti tal-klijenti waħedhom mhumiex biżżejjed sabiex ikopru l-finanzjament meħtieġ tal-banek ta’ tfaddil. | Poleg tega samo depoziti strank ne zadostujejo za pokritje finančnih potreb hranilnic. |
L-awtoritajiet tal-Islanda informaw lill-Awtorità li t-tielet alternattiva — ta’ bejgħ tal-assi — ma kinitx possibbli minħabba l-kriżi finanzjarja. | Islandski organi so Nadzorni organ obvestili, da tretja možnost, namreč odprodaja sredstev, zaradi finančne krize ni bila mogoča. |
Kien f’dan il-kuntest li ġiet imnedija l-Iskema ta’ Self Ipotekarju. | Shema hipotekarnih posojil je bila uvedena ob upoštevanju teh okoliščin. |
L-Awtorità tikkunsidra li l-fatt li l-banek ta’ tfaddil ma setgħux ibiegħu s-self ipotekarju tagħhom fis-suq jimplika li dawk l-assi huma non-likwidi u, għaldaqstant, indeboliti. | Po mnenju Nadzornega organa dejstvo, da hranilnice niso bile sposobne prodati svojih hipotekarnih posojil na trgu, pomeni, da so ta sredstva nelikvidna in torej oslabljena. |
L-Anness 3 tal-IAG fih lista ta’ kategoriji ta’ assi indeboliti li huma meqjusa eliġibbli għal miżuri ta’ salvataġġ ta’ assi. | Priloga 3 k smernicam o oslabljenih sredstvih vsebuje seznam kategorij oslabljenih sredstev, ki so upravičena do ukrepov finančne pomoči za oslabljena sredstva. |
Il-lista tinkludi l-ipoteki tad-djar. | Na seznamu so tudi stanovanjske hipoteke. |
Fid-dawl ta’ dan, sabiex tinstab kompatibbli mal-Ftehim ŻEE, l-Iskema ta’ Self Ipotekarju trid tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-kompatibilità ta’ salvataġġ ta’ assi kif stabbilit fl- IAG. | S tega vidika mora shema hipotekarnih posojil, da bi se lahko štela za združljivo s Sporazumom EGP, izpolnjevati pogoje za združljivost s finančno pomočjo za oslabljena sredstva, kakor so določeni v smernicah o oslabljenih sredstvih. |
Il-kundizzjonijiet rilevanti jitqiesu fit-taqsimiet 3.2 sa 3.6 aktar ’l isfel. | Ustrezni pogoji so obravnavani v razdelkih od 3.2 do 3.6 spodaj. |
L-istima tas-self ipotekarju — l-espert indipendenti | Ovrednotenje hipotekarnega posojila – neodvisni strokovnjak |
Fl-ewwel punt tal-paragrafu 20 tal-IAG hemm speċifikat li: “Applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom ikunu […]fuq il-bażi ta’ valutazzjoni xierqa, iċċertifikata minn esperti indipendenti rikonoxxuti […].” | Prva alinea točke 20 smernic o oslabljenih sredstvih določa: „Prošnje za pomoč morajo […]na podlagi ustreznega vrednotenja, ki ga potrdijo priznani neodvisni strokovnjaki […].“ |
L-Artikolu 3 tar-Regolament jispeċifika li l-HFF irid iwettaq stima tal-valur tal-assi tas-self ipotekarju offruti lill-Fond. | Člen 3 Uredbe določa, da mora sklad SFS opraviti oceno vrednosti sredstev iz hipotekarnih posojil, ki se ponujajo Skladu. |
Dan huwa x’jiġri anki fil-prattika: l-assi li sar tpartit tagħhom taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju huma valutati mill-HFF. | To se v praksi tudi dejansko izvaja: sredstva, ki se zamenjajo v okviru sheme hipotekarnih posojil, ovrednoti sklad SFS. |
Għalhekk, l-assi li sar tpartit tagħhom taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju mhumiex stmati minn espert indipendenti, xi ħaġa li tmur kontra r-rekwiżiti tal-IAG. | Torej sredstev, ki se zamenjajo v okviru sheme hipotekarnih posojil, v nasprotju z zahtevami iz smernic o oslabljenih sredstvih ne ovrednoti neodvisni strokovnjak. |
Il-fatt li element wieħed tal-valutazzjoni tal-istima — il-metodu tar-riskju ta’ kreditu — tħejja minn espert indipendenti (KPMG tal-Islanda) ma jfissirx awtomatikament li l-valutazzjoni għandha tittwettaq minn espert indipendenti. | Dejstvo, da je en element ocene vrednosti – metodo kreditnega tveganja – pripravil neodvisni strokovnjak (KPMG Islandija), še ne pomeni, da je treba šteti, da je neodvisni strokovnjak opravil celotno oceno. |
Element ieħor importanti tal-valutazzjoni, l-aktar id-determinazzjoni tal-bażi għall-valutazzjoni (jiġifieri, l-għażla ta’ self ipotekarju eliġibbli, il-bażi għall-valur (valur skont il-ktieb), il-prestazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu, u d-deċiżjoni dwar kif tiġi kkalkolata r-riżerva ta’ kreditu u kif jiġi determinat l-ammont korrispondenti dovut fil-bonds tal-HFF) huwa determinat mir-Regolament jew mill-HFF waħdu. | Drug pomemben element ocene, namreč določitev osnove za oceno (to so izbira upravičenih hipotekarnih posojil, osnova za vrednost (knjigovodska vrednost), ocena kreditnega tveganja ter odločitev o načinu izračuna kreditnega varovala in določitev pripadajočega zneska v obliki obveznic SFS), se določi na podlagi Uredbe ali ga določi samo sklad SFS. |
Il-fatt li espert indipendenti pprovda metodu għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu ma jibdilx il-fatt li fil-verità, l-HFF stess japplika dak il-metodu; fi kliem ieħor, iwettaq l-istima hu stess. | Čeprav je neodvisni strokovnjak predložil metodo za oceno kreditnega tveganja, to ne spremeni dejstva, da metodo dejansko uporablja sklad SFS oziroma z drugimi besedami dasklad sam opravlja vrednotenje. |
Mhemm l-ebda skrutinju dwar jekk l-HFF japplikax dan il-metodu, u jekk jagħmel dan, kif japplikah. | Nihče ne nadzira, ali sklad SFS uporablja navedeno metodo in kako. |