Source | Target | F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Awtorità tikkonkludi li l-istima tal-assi mwettqa taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju mhijiex kompatibbli mal-paragrafu 20 tal-IAG. | V takih okoliščinah Nadzorni organ ugotavlja, da vrednotenje sredstev, ki je bilo opravljeno v okviru sheme hipotekarnih posojil, ni skladno s točko 20 smernic o oslabljenih sredstvih. |
Kif diġà ġie spjegat, matul l-investigazzjoni formali, l-awtoritajiet tal-Islanda jipproponu rapport ta’ stima tal-assi mwettaq minn espert finanzjarju indipendenti, ALM, fir-rigward tas-self ipotekarju li diġà huwa soġġett għal tpartit taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju. | Kot je bilo med formalno preiskavo že navedeno, so islandski organi predložili poročilo o vrednotenju sredstev, ki ga je pripravil neodvisni finančni strokovnjak, ALM, v zvezi s hipotekarnimi posojili, ki so že predmet zamenjave v okviru sheme hipotekarnih posojil. |
Madankollu, dan ma jibdilx il-fatt li taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju stess, kif ukoll skont id-dispożizzjonijiet legali rilevanti, l-HFF stess irid iwettaq l-istima tas-self ipotekarju li akkwista taħt l-Iskema. | Vendar to ne spremeni dejstva, da mora v okviru sheme hipotekarnih posojil in v skladu z veljavnimi zakonskimi določbami sklad SFS sam opraviti vrednotenje hipotekarnih posojil, ki jih je prevzel v okviru sheme. |
Kif iddikkjarat fil-Parti II, it-Taqsima 3 aktar ’il fuq, l-Awtorità se tqis l-Iskema ta’ Self Ipotekarju bħala “skema ta’ għajnuna” skont it-tifsira tal-Artikolu 1(d) tal-Parti II tal-Protokoll 3 biss. | Kot je navedeno v delu II (glej razdelek 3), bo Nadzorni organ obravnaval shemo hipotekarnih posojil samo kot „shemo pomoči“ v smislu člena 1(d) dela II Protokola 3. |
Għalhekk, mingħajr preġudizzju għall-istima mwettqa fil-każijiet individwali taħt l-Iskema, l-Iskema ta’ Self Ipotekarju minnha nnifisha ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-IAG. | Ne glede na vrednotenje, ki se v posameznih primerih opravi v okviru sheme, shema hipotekarnih posojil torej sama po sebi ne izpolnjuje pogojev iz smernic o oslabljenih sredstvih. |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li s-sistema għall-istimar tas-self ipotekarju ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-IAG. | Glede na zgoraj navedeno Nadzorni organ ugotavlja, da sistem vrednotenja hipotekarnih posojil ne izpolnjuje pogojev iz smernic o oslabljenih sredstvih. |
L-istima tas-self ipotekarju — il-bażi għall-istima | Vrednotenje hipotekarnega posojila – osnova za vrednotenje |
L-IAG jistabbilixxu wkoll metodu għall-istima tal-assi indeboliti fil-kuntest ta’ miżura ta’ salvataġġ ta’ assi. | Smernice o oslabljenih sredstvih določajo tudi metodo za vrednotenje oslabljenih sredstev na podlagi ukrepa finančne pomoči. |
Il-paragrafi 39 u 40 tal-IAG u l-anness 3 jintroduċu l-kunċetti ta’ “valur oriġinali”, “valur attwali tas-suq”, “valur ekonomiku reali” u “valur tat-trasferiment”. | Točki 39 in 40 smernic o oslabljenih sredstvih in Priloga 3 uvajajo pojme „stroški“, „tekoča tržna vrednost“, „realna ekonomska vrednost“ in „vrednost ob prenosu“. |
Fl-IAG, dawn il-kunċetti huma definiti kif ġej [39]. Il-valur oriġinali jfisser l-ammont kontabbli jew li-valur nominali tas-self bl-indeboliment imnaqqas minnu. | Ti pojmi so opredeljeni v smernicah o oslabljenih sredstvih [39]: Stroški pomenijo knjigovodsko ali nominalno vrednost posojil, zmanjšano za oslabitev. |
Il-valur attwali tas-suq ifisser il-valur li l-assi indeboliti setgħu jiksbu fis-suq. | Tekoča tržna vrednost je vrednost, ki bi jo oslabljena sredstva lahko dosegla na trgu. |
Il-valur ekonomiku reali huwa l-valur ekonomiku fit-tul sottostanti tal-assi fuq il-bażi tal-flussi ta’ flus sottostanti u orizzonti ta’ żmien usa’. | Realna ekonomska vrednostje osnovna dolgoročna ekonomska vrednost sredstev na podlagi osnovnih denarnih tokov in širšega časovnega okvira. |
Dan għandu jiġi kkalkolat kemm għal xenarju ta’ bażi kif ukoll għal xenarju ta’ kriżi. | Ta se mora izračunati za osnovni in izjemni scenarij. |
Il-valur tat-trasferiment huwa l-valur attribwit lil assi indeboliti fil-kuntest ta’ programm ta’ salvataġġ tal-assi. | Vrednost ob prenosu je vrednost, ki se pripiše oslabljenim sredstvom v okviru programa finančne pomoči. |
Normalment, l-IAG jipprovdu li jekk il-valur tat-trasferiment ikun ogħla mill-valur attwali tas-suq, tkun involuta għajnuna mill-istat. | Glede na smernice o oslabljenih sredstvih je takrat, ko je vrednost ob prenosu višja od tekoče tržne vrednosti, običajno vključena državna pomoč. |
Sabiex l-għajnuna tkun iddikjarata kompatibbli, it-trasferiment irid ikun inqas minn jew daqs il-valur ekonomiku reali. | Da bi se pomoč lahko štela za združljivo, mora biti vrednost ob prenosu nižja ali enaka realni ekonomski vrednosti. |
L-Artikolu 6 tar-Regoli Supplementari jiddikkjara li l-valur tal-gruppi ta’ self ipotekarju huwa bbażat fuq il-valur skont il-ktieb ta’ kull ipoteka individwali. | Člen 6 dopolnilnih pravil določa, da vrednost skupkov hipotekarnih posojil temelji na knjigovodski vrednosti vsake posamezne hipoteke. |
Normalment, il-valur skont il-ktieb ma jkunx l-istess bħall-valur ekonomiku reali tal-assi, li huwa bbażat fuq flussi ta’ flus sottostanti u orizzonti ta’ żmien usa’. | Knjigovodska vrednost običajno ni enaka realni ekonomski vrednosti sredstev, ki temelji na osnovnih denarnih tokovih in širšem časovnem okviru. |
Fid-dawl ta’ dan li ntqal hawn fuq, l-Awtorità tikkunsidra li l-Gvern tal-Islanda naqas milli juri (jew jikkalkola) li l-valur tat-trasferiment huwa bbażat fuq il-valur ekonomiku reali. | Glede na zgoraj navedeno Nadzorni organ ugotavlja, da islandski vladi ni uspelo prikazati (ali izračunati), da vrednost ob prenosu temelji na realni ekonomski vrednosti. |
L-argumenti tal-awtoritajiet tal-Islanda dwar il-fatt li l-inklużjoni ta’ “riżerva ta’ kreditu” tiżgura li l-valur skont il-ktieb huwa aġġustat għal valur tas-suq ma jistgħux jiġu aċċettati. | Argumenti islandskih organov, da naj bi vključitev „kreditnega varovala“ zagotavljala izravnavo knjigovodske vrednosti s tržno vrednostjo, niso sprejemljivi. |
L-ewwel nett, ir-“riżerva ta’ kreditu” hija mfassla sabiex tipproteġi l-HFF kontra riskju ta’ kreditu biss (billi tipposponi parti mill-konsiderazzjoni għas-self ipotekarju), u mhux sabiex tistabbilixxi valur tas-suq. | Prvič, namen „kreditnega varovala“ je samo zaščita sklada SFS pred kreditnim tveganjem (z odlogom dela plačila za hipotekarna posojila), in ne določitev tržne vrednosti. |
It-tieni nett, wara l-aħħar saldu, l-istituzzjonijiet finanzjarji se jirċievu bonds tal-HFF li jikkorrispondu għall-valur skont il-ktieb tas-self ipotekarju mnaqqas bi kwalunkwe indeboliment realizzat jew mistenni fil-ġejjieni, u mhux jikkorrispondu għall-valur ekonomiku reali tas-self ipotekarju. | Drugič, ob dokončni poravnavi bodo finančne institucije prejele obveznice SFS, ki ustrezajo knjigovodski vrednosti hipotekarnih posojil z odbitkom vseh realiziranih in prihodnjih pričakovanih oslabitev vrednosti, in ne dejanski ekonomski vrednosti hipotekarnih posojil. |
Għaldaqstant, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, u skont il-prinċipji stabbiliti fl-IAG, l-Awtorità ma tistax teskludi li l-għajnuna mill-istat inkompatibbli hija involuta fl-Iskema ta’ Self Ipotekarju. | Torej na podlagi razpoložljivih informacij in v skladu z načeli iz smernic o oslabljenih sredstvih Nadzorni organ ne more izključiti dejstva, da v shemo hipotekarnih posojil ni vključena nezdružljiva državna pomoč. |
Il-qsim tal-piżijiet | Porazdelitev bremena |
Fir-rigward tal-qsim tal-piżijiet, fil-paragrafi 21 sa 25 l-IAG stabbilixxew prinċipju ġenerali li l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom iġarrbu t-telf assoċjat mal-assi indeboliti sal-massimu possibbli. | V zvezi s porazdelitvijo bremena smernice o oslabljenih sredstvih v točkah od 21 do 25 določajo splošno načelo, da bi morale finančne institucije do največje mogoče mere nositi izgube, povezane z oslabljenimi sredstvi. |
Dak jimplika li dawn għandhom iġarrbu t-telf li jirriżulta mid-differenza bejn il-valur attwali tas-suq u l-valur ekonomiku reali tal-assi indeboliti. | To pomeni, da bi morale nositi izgubo, ki izhaja iz razlike med tekočo tržno vrednostjo in realno ekonomsko vrednostjo oslabljenih sredstev. |
Peress li l-HFF ma wettaqx stima skont l-IAG, mhuwiex possibbli li jiġi valutat sa fejn l-istituzzjonijiet finanzjarji eliġibbli jġarrbu sehem mill-piż kif meħtieġ mill-IAG. | Ker sklad SFS ni opravil vrednotenja v skladu s smernicami o oslabljenih sredstvih, ni mogoče oceniti, do kolikšne mere upravičene finančne institucije nosijo breme, kakor določajo smernice o oslabljenih sredstvih. |
Ir-remunerazzjoni | Nadomestilo |
L-Awtorità tinnota li l-Istati tal-EFTA jridu jiżguraw ukoll li “l-ipprezzar ta’ kull salvataġġ tal-assi għandu jinkludi remunerazzjoni għall-Istat li tqis b’mod adegwat ir-riskji ta’ telf futur li jeċċedi dak li huwa pproġettat fid-determinazzjoni tal-“valur ekonomiku reali” u kull riskju addizzjonali li jirriżulta minn valur tat-trasferiment ogħla mill-valur ekonomiku reali” [40]. | Nadzorni organ želi spomniti, da morajo države Efte tudi zagotoviti, da mora „vsako določanje cene finančne pomoči za sredstva vključevati plačilo za državo, ki ustrezno upošteva tveganja prihodnjih izgub, ki presegajo te, napovedane v določitvi ‚realne ekonomske vrednosti‘, ter vsako dodatno tveganje, ki izhaja iz vrednosti sredstev ob prenosu, ki je višja od realne ekonomske vrednosti“ [40]. |
L-IAG jissuġġerixxu li remunerazzjoni bħal din tista’ tkun ipprovduta mit-twaqqif ta’ valur tat-trasferiment tal-assi suffiċjentement taħt il-“valur ekonomiku reali” sabiex jipprovdi għal kumpens adegwat għar-riskju mġarrab mill-Istat [41]. | V skladu s smernicami o oslabljenih sredstvih se tako plačilo lahko zagotovi z določitvijo vrednosti prenosa sredstev dovolj pod „realno ekonomsko vrednostjo“, da se poskrbi za ustrezno nadomestilo za tveganje, ki ga prevzame država [41]. |
Kwalunkwe sistema ta’ pprezzar tkun trid tiżgura li l-kontribuzzjoni ġenerali tal-istituzzjonijiet finanzjarji benefiċjarji tnaqqas l-intervent nett tal-Istat għal dak minimu meħtieġ. | Vsak sistem določanja cen bi moral zagotoviti, da bi splošni prispevek finančnih institucij upravičenk zmanjšal obseg neto državnega poseganja na najmanjše potrebno. |
Madankollu, peress li l-Iskema ta’ Self Ipotekarju ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-IAG fir-rigward tal-istima, mhuwiex possibbli li jiġi stmat jekk l-awtoritajiet tal-Islanda kkonfermawx mar-rekwiżit ta’ remunerazzjoni. | Vendar ker shema hipotekarnih posojil ne izpolnjuje zahtev glede vrednotenja iz smernic o oslabljenih sredstvih, ni mogoče oceniti, ali so islandski organi izpolnili zahtevo za nadomestilo. |
Kif diġà ġie spjegat, l-awtoritajiet tal-Islanda argumentaw li l-istituzzjonijiet finanzjarji benefiċjarji huma mitluba tariffa ta’95 punt bażi (bp), li tiżdied mal-valur oriġinali tal-kapital tal-HFF, meta jidħlu fi ftehim taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju. | Kot je že zgoraj navedeno, islandski organi trdijo, da finančnim institucijam upravičenkam zaračunavajo pristojbino v višini 95 bazičnih točk, ki se prišteje stroškom kapitala sklada SFS ob sklenitvi pogodbe na podlagi sheme hipotekarnih posojil. |
Madankollu, skont l-informazzjoni disponibbli għall-Awtorità, 95 bp huwa l-primjum attawli li l-HFF ġeneralment jitlob lill-klijenti sabiex ikopri l-ispejjeż operattivi (25 bp), ir-riskju ta’ ħlas minn qabel (50 bp) u t-telf ta’ kreditu (20 bp) għal self ipotekarju regolari. | Po informacijah, ki so na voljo Nadzornemu organu, je 95 bazičnih točk trenutna premija, ki jo sklad SFS običajno zaračuna strankam za pokritje stroškov poslovanja (25 bazičnih točk), tveganja predplačila (50 bazičnih točk) in kreditnih izgub (20 bazičnih točk) za običajna hipotekarna posojila. |
Għalhekk, filwaqt li l-Awtorità tifhem li dan se jaffettwa l-valur tal-bonds tal-HFF ittrasferiti lil istituzzjoni finanzjarja benefiċjarja; madankollu, l-HFF se jġarrab dawn l-ispejjeż f’rabta mal-ġestjoni tas-self ipotekarju ttrasferit matul il-perjodu tal-ipoteki. | Čeprav Nadzorni organ razume, da bo to vplivalo na vrednost obveznic SFS, ki se prenesejo na finančno institucijo upravičenko, bo sklad SFS kljub temu imel take stroške v povezavi z upravljanjem prenesenih hipotekarnih posojil med hipotekarnim obdobjem. |
Sal-lum, l-Awtorità ma rċiviet l-ebda prova dokumentata li turi bil-kontra [42]. | Do danes Nadzorni organ ni prejel nobenih dokumentarnih dokazil, ki temu nasprotujejo [42]. |
Fid-dawl ta’ dan, it-tariffa ta’ 95 bp ma tistax titqies bħala remunerazzjoni mħallsa mill-istituzzjonijiet finanzjarji benefiċjarji lill-Istat. | Glede na to se pristojbina 95 bazičnih točk ne more upoštevati kot plačilo, ki jo finančne institucije upravičenke plačajo državi. |
Il-kamp ta’ applikazzjoni u t-tul ta’ żmien mingħajr limiti | Neomejen obseg in trajanje |
L-awtoritajiet tal-Islanda la speċifikaw xi limitu ta’ żmien għall-Iskema ta’ Self Ipotekarju u lanqas ma speċifikaw xi limitu ta’ żmien li matulu l-istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu japplikaw sabiex jidħlu fl-Iskema ta’ Self Ipotekarju (l-hekk imsejjaħ “il-perjodu ta’ applikazzjoni”) [43].L-IAG jeħtieġu li sabiex il-miżuri ta’ salvataġġ tal-assi jitqiesu kompatibbli mal-Ftehim ŻEE, id-dewmien tagħhom ma jridx imur lil hinn mill-perjodu tal-kriżi finanzjarja [44]. | Islandski organi niso opredelili niti časovnega roka za shemo hipotekarnih posojil niti niso opredelili časovnega obdobja, v okviru katerega se lahko finančne institucije prijavijo v shemo hipotekarnih posojil (tako imenovano „vstopno okno“) [43].Da bi se ukrepi finančne pomoči za oslabljena sredstva lahko šteli za združljive s Sporazumom EGP, smernice o oslabljenih sredstvih določajo, da njihovo trajanje ne sme biti daljše od obdobja finančne krize [44]. |
Il-miżuri ta’ salvataġġ tal-assi mhumiex approvati għal perjodu ta’ żmien mingħajr limiti. | Ukrepi finančne pomoči za oslabljena sredstva se ne odobrijo za neomejeno obdobje. |
Fuq il-bażi tal-prattika ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri ta’ salvataġġ tal-assi huwa ġeneralment approvat għal massimu ta’ sitt xhur. | Glede na prakso odločitev Evropske komisije se vstopno okno ukrepov finančne pomoči običajno odobri za največ šest mesecev. |
Kwalunkwe estensjoni għad-dewmien tal-perjodu ta’ applikazzjoni (ġeneralment għal sitt xhur oħra) trid tiġi nnotifikata mill-ġdid ferm minn qabel u għandha tikkunsidra l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni fis-swieq finanzjarji rilevanti. | Vsa podaljšanja trajanja vstopnega okna (običajno za dodatnih šest mesecev) je treba ponovno priglasiti dovolj vnaprej ob upoštevanju razvoja dogodkov na zadevnih finančnih trgih. |
L-iskemi ta’ salvataġġ tal-assi jistgħu jiġu approvati għal perjodu massimu ta’ sentejn, jekk ir-rapporti biannwali jkunu sottomessi lill-Awtorità [45]. | Sheme finančne pomoči za oslabljena sredstva se lahko odobrijo za obdobje do največ dveh let, če se Nadzornemu organu predložijo polletna poročila [45]. |
B’mod simili, l-awtoritajiet tal-Islanda ma speċifikawx baġit totali għall-Iskema ta’ Self Ipotekarju, u l-anqas ma stmaw nefqa annwali taħt l-Iskema. | Islandski organi tudi niso opredelili skupnega proračuna za shemo hipotekarnih posojil ali ocenili letnih izdatkov v okviru sheme. |
Ma ssottomettewx numru stmat ta’ benefiċjarji jew limitu għall-valur tal-assi potenzjalment eliġibbli għal tpartit ta’ assi skont l-Iskema. | Prav tako niso predložili ocene števila upravičencev ali omejitve vrednosti sredstev, ki so potencialno upravičena do zamenjave sredstev na podlagi sheme. |
Għalhekk, l-Iskema ta’ Self Ipotekarju tidher li ma għandhiex limitu fil-kamp ta’ applikazzjoni, u għaldaqstant, mhijiex proporzjonata, kif meħtieġ skont l-IAG. | Zato se zdi, da je področje uporabe sheme hipotekarnih posojil neomejeno in torej ni sorazmerno, kakor določajo smernice o oslabljenih sredstvih. |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni sottomessa mill-awtoritajiet tal-Islanda, l-Awtorità waslet għall-konklużjoni li l-Iskema ta’ Self Ipotekarju tinvolvi l-għoti ta’ għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE, li mhuwiex kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE għar-raġunijiet stabbiliti aktar ’il fuq. | Na podlagi informacij, ki so jih predložili islandski organi, Nadzorni organ ugotavlja, da shema hipotekarnih posojil vključuje dodelitev državne pomoči v smislu člena 61(1) Sporazuma EGP, ki iz zgoraj navedenih razlogov ni združljiva z delovanjem Sporazuma EGP. |
Madankollu, l-għotjiet individwali mogħtija taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat dwar assi indeboliti, huma kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE. [46]L-Iskema ta’ Self Ipotekarju ġiet notifikata lill-Awtorità wara li daħlet fis-seħħ u qabel ma l-Awtorità laħqet ħadet deċiżjoni finali fir-rigward tan-notifika. | Kljub temu so posamezne dodelitve pomoči v okviru sheme hipotekarnih posojil, ki izpolnjujejo merila iz smernic o državni pomoči v zvezi z oslabljenimi sredstvi, združljive z delovanjem Sporazuma EGP [46].Shema hipotekarnih posojil je bila priglašena Nadzornemu organu po tem, ko je že začela veljati, in preden je Nadzorni organ sprejel dokončno odločitev v zvezi s priglasitvijo. |
Għalhekk, l-awtoritajiet tal-Islanda implimentaw l-għajnuna inkwistjoni mhux skont il-liġi bi ksur tal-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3. | Torej so islandski organi nezakonito izvedli zadevno pomoč in s tem kršili člen 1(3) dela I Protokola 3. |
Bħala segwitu mill-Artikolu 14 tal-Parti II tal-Protokoll 3, dik l-għajnuna mhux skont il-liġi li hija inkompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat taħt il-Ftehim ŻEE trid tiġi rkuprata mill-benefiċjarji. | Iz člena 14 dela II Protokola 3 izhaja, da morajo upravičenci vrniti nezakonito pomoč, ki je nezdružljiva s pravili o državni pomoči iz Sporazuma EGP – |
L-Iskema ta’ Self Ipotekarju tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat li hija inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE. | Shema hipotekarnih posojil pomeni državno pomoč, ki ni združljiva z delovanjem Sporazuma EGP v smislu člena 61(1) Sporazuma EGP. |
Minħabba li l-awtoritajiet tal-Islanda naqsu milli jikkonformaw mar-rekwiżit li jinnotifikaw lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA qabel ma jimplimentaw l-Iskema ta’ Self Ipotekarju, skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3, l-Iskema ta’ Self Ipotekarju tinvolvi għajnuna mill-Istat mhux skont il-liġi. | Ker islandski organi pred izvajanjem sheme hipotekarnih posojil niso izpolnili zahteve po priglasitvi sheme Nadzornemu organu Efte v skladu s členom 1(3) dela I Protokola 3, shema hipotekarnih posojil vključuje nezakonito državno pomoč. |
L-awtoritajiet tal-Islanda għandhom ineħħu l-Iskema ta’ Self Ipotekarju b’effett immedjat u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupraw kwalunkwe għajnuna inkompatibbli u mhux skont il-liġi mogħtija taħt l-Iskema ta’ Self Ipotekarju, kif speċifikat fl-Artikolu 1 u fl-Artikolu 2. | Islandski organi morajo razveljaviti shemo hipotekarnih posojil s takojšnjim učinkom in sprejeti potrebne ukrepe za vračilo nezdružljive in nezakonito dodeljene pomoči v okviru sheme hipotekarnih posojil, kot je navedeno v členu 1 in členu 2. |
Sat-30 ta’ Awwissu 2011, l-awtoritajiet tal-Islanda għandhom jinformaw lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA bil-miżuri li ħadu sabiex jikkonformaw ma’ din id-deċiżjoni. | Islandski organi do 30. avgusta 2011 obvestijo Nadzorni organ Efte o ukrepih, sprejetih za uskladitev s to odločbo. |
L-għajnuna li trid tiġi rkuprata għandha tinkludi l-imgħax (inkluż l-imgħax kompost) mid-data li fiha kienet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji sad-data ta’ rkupru tagħha. | Pomoč, ki jo je treba vrniti, vključuje obresti (vključno z obrestnimi obrestmi) od datuma, ko je bila dana na voljo upravičencem, do datuma njenega vračila. |
L-imgħax għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 195/04/COL. | Obresti se izračunajo na podlagi člena 9 Odločbe št. 195/04/COL. |
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Islanda. | Ta odločba je naslovljena na Republiko Islandijo. |
L-unika verżjoni awtentika ta’ din id-deċiżjoni hija dik bil-lingwa Ingliża. | Besedilo te odločbe v angleškem jeziku je edino verodostojno. |
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2011. | V Bruslju, 29. junija 2011 |
Id-Deċiżjoni 195/04/COL tal-14.7.2004, ippubblikata fil-ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 26, 25.5.2006, p. 1, kif emendati. | Odločba 195/04/COL z dne 14. julija 2004, objavljena v UL L 139, 25.5.2006, str. 37, in v Dopolnilu EGP št. 26, 25.5.2006, str. 1, kakor je bila spremenjena. |