Source | Target | Skont il-pjan ta’ żvilupp tal-awtostrada, kien ipprojbit li tinbena xi ħaġa aktar viċin minn 35 m tat-triq. Peress li l-proprjetà hija dejqa ħafna u tinstab viċin it-triq, din il-limitazzjoni timplika li kważi 90% tal-proprjetà kienet soġġetta għal din il-projbizzjoni. | V načrtu za razvoj avtocest je prepovedana gradnja objektov v oddaljenosti od avtoceste manj kot 35 m. Ker je nepremičnina zelo ozka in blizu ceste, ta omejitev pomeni, da prepoved velja za skoraj 90 % nepremičnine. |
Barra minn hekk, kif jirriżulta mit-Taqsima 1 tal-Ftehim u skont il-pjan ta’ żvilupp ta’ triq pubblika, parti mill-proprjetà kienet ippjanata li tintuża fi triq ġdida li tinstab ħdejn l-awtostrada eżistenti. | Poleg tega je v skladu z oddelkom 1 pogodbe in načrtom za razvoj javnih cest za del nepremičnine predvideno, da bo uporabljen za novo cesto, ki bo potekala poleg obstoječe avtoceste. |
Approssimament 1/3 tal-proprjetà se jiġi meħud mit-triq il-ġdida. | Nova cesta bi zajela približno tretjino nepremičnine. |
Asker Brygge trid tenfassiza wkoll l-inċertezza fir-rigward tal-kondizzjonijiet tal-proprjetà. | Podjetje Asker Brygge želi poudariti tudi negotovost glede stanja nepremičnine. |
Kif iddikjarat hawn fuq, il-proprjetà inkwistjoni ġiet meqjusa bħala diffiċli ħafna li tiġi żviluppata minħabba l-kondizzjonijiet tal-ħamrija tagħha. | Kot je bilo navedeno, je za razvoj zadevne nepremičnine veljalo, da je zaradi stanja tal težaven. |
Barra minn hekk ġie meqjus bħala probabbli li l-ħamrija u x-xatt kienu mniġġsa ħafna. | Poleg tega se je štelo, da so tla in obrežje verjetno zelo onesnaženi. |
Għaldaqstant, meta Asker Brygge kkuntattjat lill-Muniċipalità fl-2001 bil-għan li tixtri l-art, ġie meqjus mill-Muniċipalità bħala kważi impossibbli li l-art tiġi żviluppat għall-attività tan-negozju. | Tako je bilo leta 2001, ko se je podjetje Asker Brygge obrnilo na občino z namenom nakupa zemljišča, po mnenju slednje zemljišče skoraj nemogoče razviti tako, da bi omogočalo poslovno dejavnost. |
La Asker Brygge lanqas il-Muniċipalità ma kellhom informazzjoni suffiċjenti jew eżatta fir-rigward ta’ dawn il-kwistjonijiet, u l-iżvilupp se jeħtieġ analiżi konsiderevoli tal-kondizzjonijiet tal-proprjetà. | Natančnih informacij v zvezi s tem nista imela niti podjetje Asker Brygge niti občina, za razvoj pa bi bila potrebna obsežna analiza stanja nepremičnine. |
Asker Brygge tirrikonoxxi li l-limitazzjonijiet imsemmija hawn fuq iridu jitqiesu bħala piżijiet fuq il-proprjetà li influwenzaw b’mod ċar il-valur tas-suq tagħha. | Podjetje Asker Brygge meni, da je treba navedene omejitve upoštevati kot obremenitev nepremičnine, ki je vsekakor vplivala na njeno tržno vrednost. |
Barra minn hekk, l-Awtorità ma tistax tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq ċirkostanzi fattwali sussegwenti. | Poleg tega se Nadzorni organ v svoji oceni ne more opreti na poznejše dejanske okoliščine. |
Dan ikun jimplika li l-Awtorità tibbaża d-deċiżjoni tagħha permezz ta’ fatti li ma kinux disponibbli għall-Muniċipalità meta daħlet fil-Ftehim. | Tako ravnanje bi pomenilo, da Nadzorni organ odločitev sprejema na podlagi dejstev, s katerimi občina ob sklenitvi pogodbe ni razpolagala. |
Kwalunkwe żieda fil-valur tal-proprjetà wara l-2001 hija minħabba f’xogħol li jitwettaq minn Asker Brygge. | Vsako povečanje vrednosti nepremičnine po letu 2001 je posledica del, ki jih izvaja podjetje Asker Brygge. |
Mingħajr ix-xogħol imwettaq minn Asker Brygge iż-żona x’aktarx xorta tibqa’ mhux żviluppata b’valur monetarju limitata ħafna għall-muniċipalità. | Brez del, ki jih izvaja to podjetje,zemljišče verjetno še vedno ne bi bilo razvito, njegova denarna vrednost za občino pa bi bila zelo nizka. |
Ir-rilevanza tal-valur fl-2007 | Ustreznost vrednosti leta 2007 |
Sal-punt li l-valur tal-2007 huwa rilevanti, l-Awtorità għandha tqis u tnaqqas il-valur miżjud li huwa riżultat tax-xogħol imwettaq minn Asker Brygge mill-2001 sal-2007. | Če je vrednost leta 2007 ustrezna, jo bo Nadzorni organ upošteval in odštel dodano vrednost, ki je posledica del, ki jih je v letih od 2001 do 2007 izvedlo podjetje Asker Brygge. |
Remunerazzjoni għall-opzjoni | Plačilo za nakupno opcijo |
L-obbligu li jiġi ffinanzjat xogħol ta' riċerka, li jammonta approssimament għal NOK 4 jew 5 miljun, irid, fl-opinjoni ta’ Asker Brygge, jitqies meta tiġi vvalutata r-remunerazzjoni għall-opzjoni mogħtija lil Asker Brygge. | Pri oceni plačila za nakupno opcijo, ki jo je prejelo podjetje Asker Brygge, je treba po mnenju slednjega upoštevati obveznost financiranja raziskovalnih del, ki znaša okoli 4 ali 5 milijonov NOK. |
Inġenerali din il-metodoloġija mhix ħaġa rari bħala bażi għall-iffissar tal-prezz ta' opzjoni fir-rigward ta’ art mhux żviluppata bħal f'dan il-każ. | Na splošno ta metodologija ni neobičajna podlaga za določanje cene nakupne opcije nerazvitega zemljišča kakor v tem primeru. |
Il-valutazzjonijiet tal-valur | Ocena vrednosti |
Issir referenza għall-valutazzjoni tal-valur imwettqa minn TJB Eiendomstaksering paġna 6-9, li fiha l-istimatur jibbaża l-valutazzjoni tiegħu fuq il-fatt li huwa possibbli li jitħammel ix-xatt sabiex jiġu stabbiliti aktar spazji għad-dgħajjes u jiġu stabbiliti btieħi għall-ħżin tad-dgħajjes fiż-żona tal-art. | Navedeno je sklicevanje na strani od 6 do 9 ocene vrednosti, ki jo je opravilo podjetje TJB Eiendomstaksering, kjer cenilec svojo oceno utemeljuje z dejstvom, da je obrežje mogoče poglobiti, s čimer bi pridobili dodatne priveze in prostor za shranjevanje plovil na kopnem. |
Issir referenza wkoll għall-valutazzjoni ta' Takstsenteret dwar il-valur, paġni 14 u 15, li tibbaża l-valutazzjoni tagħha wkoll fuq dan l-iżvilupp tal-proprjetà. | Navedeno je tudi sklicevanje na strani 14 in 15 iz ocene vrednosti podjetja Takstsenteret, katerega ocena prav tako temelji na takem razvoju nepremičnine. |
Madankollu, meta l-Ftehim ġie konkluż fl-2001 dan l-iżvilupp tal-proprjetà la kien intenzjonat u lanqas meqjus bħala possibbli mill-Muniċipalità u Asker Brygge. | Vendar ob sklenitvi pogodbe leta 2001 niti občina niti podjetje Asker Brygge nista načrtovala takega razvoja nepremičnine ali ga štela za verjetnega. |
Barra minn hekk, minħabba l-kondizzjonijiet tax-xatt taħt iż-żona tal-art, u sabiex jiġi evitat l-ispostament tal-massa u ħsara lis-sisien ta’ pont li jservi bħala triq viċin tal-proprjetà, l-Amministrazzjoni Pubblika tat-Toroq ipprojbixxiet aktar tħammil fiż-żona. | Poleg tega je uprava za javne ceste zaradi stanja obrežja pod kopenskim območjem, ter da bi preprečila izpodrivanje zemlje in poškodbe cestnega mostu v bližini nepremičnine, prepovedala nadaljnje poglabljanje zemljišča. |
Għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE | Državna pomoč v smislu člena 61(1) Sporazuma EGP |
L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE jinqara kif ġej: | Člen 61(1) Sporazuma EGP se glasi: |
“Bla ħsara għal dispożizzjonijiet kuntrarji f’dan il-Ftehim, kwalunkwe għajnuna, tkun f’liema forma tkun, mogħtija mill- Istati Membri tal-KE, l-Istati tal-EFTA jew permezz ta’ riżorsi tal- Istat li twassal għal tfixkil jew theddida ta’ tfixkil għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti, safejn tolqot il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, tkun inkompatibbli mal-funzjanament ta’ dan il-Ftehim.” | „Razen če ta sporazum ne določa drugače, je vsaka pomoč, ki jo dodelijo države članice ES, države Efte ali je dodeljena v kakršni koli obliki iz državnih sredstev, ki izkrivlja ali bi lahko izkrivljala konkurenco z dajanjem prednosti posameznim podjetjem ali proizvodnji posameznega blaga, nezdružljiva z delovanjem tega sporazuma, kolikor škodi trgovini med pogodbenicami.“ |
Il-prinċipju tal-investitur fis-suq | Načelo tržnega vlagatelja |
Kieku t-tranżazzjoni twettqet skont il-prinċipju tal-investitur tal-ekonomija fis-suq, jiġifieri, jekk il-muniċipalità biegħet l-art għall-valur tas-suq tagħha u l-kondizzjonijiet tat-tranżazzjoni kienu jkunu aċċettabbli għal bejjiegħ privat, it-tranżazzjoni ma kinitx tinvolvi l-għoti tal-għajnuna mill-Istat. | Transakcija ne bi vključevala dodelitve državne pomoči, če bi se izvedla v skladu z načelom vlagatelja v tržnem gospodarstvu, tj. če bi občina zemljišče prodala po njegovi tržni vrednosti in bi bili pogoji transakcije sprejemljivi za zasebnega prodajalca. |
Il-bejgħ tal-art seta’ jikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat jekk il-bejgħ ma twettaqx bil-prezz tas-suq. | Prodaja zemljišča bi se lahko štela za državno pomoč, če zemljišče ne bi bilo prodano po tržni ceni. |
Bħala punt ta’ tluq, il-valutazzjoni ta’ jekk proprjetà nbigħetx b'valur tas-suq għandha tiġi vvalutata fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt. | Kot izhodiščno točko je treba oceno, ali je bila nepremičnina prodana po tržni vrednosti, opraviti v času sklenitve pogodbe. |
Iċ-ċirkostanzi ta’ dan il-bejgħ tal-art huma kemmxejn partikolari fis-sens li jeżistu diversi ftehimiet li jikkonċernaw il-bejgħ: Ftehim dwaropzjoni tal-2001, ftehim estiż dwar opzjoni tal-2004 u ftehim ta’ bejgħ tal-2007. | Okoliščine te prodaje zemljišča so zaradi več prodajnih pogodb (opcijske pogodbe iz leta 2001, podaljšane opcijske pogodbe iz leta 2004 in prodajne pogodbe iz leta 2007) nekoliko posebne. |
Il-ftehim dwar opzjoni mhux biss ta lil Asker Brygge dritt li takkwista l-proprjetà fi kwalunkwe ħin partikolari matul is-snin li kellhom jiġu, iżda anke ffissa l-prezz għal trasferiment aktar tard. | V opcijski pogodbi ni bila samo določena pravica podjetja Asker Brygge do nakupa nepremičnine kadar koli v naslednjih letih, temveč tudi cena za poznejši prenos lastništva. |
F’dan ir-rigward l-Awtorità kkunsidrat jekk Asker Brygge ħallsitx għall-opzjoni bħala tali, u jekk il-kondizzjonijiet favorevoli għax-xerrej jidhrux li huma bbilanċjati mill-obbligi korrispondenti għax-xerrej jew id-drittijiet għall-bejjiegħ. | Nadzorni organ je v zvezi s tem proučil, ali je podjetje Asker Brygge plačalo nakupno opcijo kot tako ter ali se ugodni pogoji za kupca zdijo skladni z ustreznimi obveznostmi kupca oziroma pravicami prodajalca. |
L-Awtorità kkonkludiet li wieħed ma jistax jgħid li l-ftehim dwar opzjoni bħala tali jikkonforma mal-prinċipju tal-investitur fis-suq privat. | Nadzorni organ je sklenil, da se opcijska pogodba kot taka ne more šteti za skladno z načelom zasebnega tržnega vlagatelja. |
Il-prezz tas-suq tal-ftehim dwar opzjoni ffirmat fl-2001 | Tržna cena opcijske pogodbe, sklenjene leta 2001 |
Jista’ jkun hemm numru ta’ raġunijiet kummerċjalment sodi sabiex wieħed jidħol fi ftehim taħt kondizzjonijiet partikolari. | Za sklenitev pogodbe pod danimi pogoji lahko obstajajo številni tržno utemeljeni razlogi. |
Meta ma jkun hemm l-ebda spjegazzjoni plawsibbli għall-għażla tal-muniċipalità, il-miżura tista’ tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat. | Če za izbiro občine ne obstaja verjetna razlaga, se ukrep lahko šteje za državno pomoč. |
Il-karatteristiċi ewlenin tal-ftehim dwar opzjoni li huma rilevanti għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat huma (i) il-prezz miftiehem ta’ NOK 8 miljun, aġġustat skont l-indiċi tal-prezz tal-konsumatur, (ii) id-dritt ta’ negozjar mill-ġdid miftiehem għal Asker Brygge f’każ li l-prezzijiet tal-proprjetà jonqsu konsiderevolment qabel ma tkun ġiet invokata l-opzjoni (ma kien hemm l-ebda dritt korrispondenti ta’ negozjar mill-ġdid għall-muniċipalità f’każ li l-prezzijiet tal-proprjetà jiżdiedu konsiderevolment), (iii) il-ħlas f’żewġ pagamenti, fejn 70 % tal-prezz tal-bejgħ jitħallas sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011, iżda l-ebda imgħax ma jitħallas għal dan il-dewmien. | Glavni sestavni deli opcijske pogodbe, pomembni za oceno državne pomoči, so (i) dogovorjena cena 8 milijonov NOK, prilagojena glede na indeks cen življenjskih potrebščin; (ii) pravica do ponovnih pogajanj, dogovorjena za podjetje Asker Brygge, če bi prišlo do občutnega znižanja cen nepremičnin pred uveljavitvijo nakupne opcije (dogovora o podobni pravici do ponovnih pogajanj za občino, če bi prišlo do občutnega zvišanja cen nepremičnin, ni bilo); (iii) plačilo v dveh obrokih, pri čemer naj bi bilo 70 % kupnine plačanih najpozneje do 31. decembra 2011, za ta odlog pa se ne bi zaračunale obresti. |
Fl-2004, il-muniċipalità u Asker Brygge tawlu l-ftehim dwar opzjoni sal-2014, iżda ma mmodifikaw l-ebda waħda mill-kondizzjonijiet l-oħra għat-tranżazzjoni [4]. | Leta 2004 sta občina in podjetje Asker Brygge podaljšala opcijsko pogodbo do leta 2014, vendar drugih pogojev transakcije nista spremenila [4]. |
Għaldaqstant, mhuwiex ċar għall-Awtorità fuq liema bażi l-muniċipalità waslet għall-prezz mifthiem ta’ NOK 8 miljun għall-bejgħ tal-art. | Zato Nadzorni organ ne more ugotoviti, na kateri podlagi je občina določila ceno 8 milijonov NOK za prodajo zemljišča. |
Anke jekk wieħed jassumi li NOK 8 miljun irrappreżenta l-prezz tas-suq għall-proprjetà bħala tali fl-2001 [5], il-valur tas-suq tal-elementi oħra miftiehma fil-ftehim dwar opzjoni għandhom jiġu vvalutati. | Tudi če se predpostavlja, da je bila cena 8 milijonov NOK enaka tržni ceni nepremičnine kot take leta 2001 [5], bi bilo treba oceniti tržno vrednost drugih elementov, dogovorjenih v opcijski pogodbi. |
Fl-opinjoni tal-Awtorità, kieku kellu jitqies biss il-valur tas-suq għall-proprjetà, dan ikun jinvolvi li Asker Brygge akkwistat l-opzjoni bħala tali b’xejn mingħajr kwalunkwe konsiderazzjoni ekonomika għal dan id-dritt preferenzjali ta’ xiri. | Če bi bilo treba upoštevati samo tržno vrednost nepremičnine, bi po mnenju Nadzornega organa to pomenilo, da je podjetje Asker Brygge nakupno opcijo kot tako dobilo brezplačno in brez gospodarskih razlogov za to prednostno nakupno pravico. |
Kif imsemmi qabel, din l-għażla ppermettiet li l-kumpanija tosserva l-iżvilupp ta’ prezzijiet tal-proprjetà għal numru ta’ snin. | Kot je že bilo navedeno, je ta nakupna opcija podjetju omogočila, da več let spremlja razvoj cen nepremičnin. |
Statistikament, il-prezzijiet tal-proprjetà għandhom it-tendenza li jiżdiedu maż-żmien. | S statističnega vidika se cene nepremičnin običajno sčasoma zvišujejo. |
Barra minn hekk, Asker tinstab viċin Oslo u esperjenzat tkabbir kontinwu fil-popolazzjoni, xi ħaġa li normalment tinfluwenza l-prezzijiet tal-proprjetà b’mod pożittiv. | Poleg tega se število prebivalcev Askerja, ki leži v bližini Osla, nenehno povečuje, zaradi česar se cene nepremičnin običajno zvišajo. |
Il-ftehim dwar opzjoni pprojbixxa lill-muniċipalità milli tbigħ il-proprjetà lil xerrej ieħor, u b'hekk rabtet il-kapital li għalih il-muniċipalità setgħet sabet użijiet alternattivi jew irċeviet imgħax. | V skladu z opcijsko pogodbo občina nepremičnine ni smela prodati drugemu kupcu, zaradi česar so bila sredstva, ki bi jih občina lahko uporabila v drug namen ali bi zanje prejela obresti, vezana. |
Madankollu, il-muniċipalità ma tirċevi l-ebda ħlas jew kumpens f’każ li Asker Brygge tiddeċiedi li ma tixtrix il-proprjetà. | Vendar občina ne bi prejela plačila ali nadomestila, če se podjetje Asker Brygge ne bi odločilo za nakup nepremičnine. |
Barra minn hekk, l-estensjoni fl-2004 tawlet l-għażla b’5 snin addizzjonali mingħajr remunerazzjoni. | Poleg tega je bila s podaljšanjem iz leta 2004 nakupna opcija podaljšana za dodatnih pet let brez plačila. |
Ippermettiet li Asker Brygge tavviċina b’mod attiv lill-muniċipalità sabiex tirregola mill-ġdid il-proprjetà għal finijiet li jżidu l-valur tas-suq. | Podjetju Asker Brygge je omogočala dejaven stik z občino, da bi se nepremičnina uredila tako, da bi se povečala njena tržna vrednost. |
Taħt il-ftehim dwar opzjoni, xi aspetti ta’ kuntratt ta’ bejgħ possibbli fil-futur kienu miftiehma wkoll. | V opcijski pogodbi so bili dogovorjeni tudi nekateri vidiki možne prihodnje prodajne pogodbe. |
B’mod partikolari, fir-rigward tar-regolamentazzjoni mill-ġdid taż-żona, Asker Brygge kellha l-obbligu li tlesti x-xogħlijiet preparatorji li jwasslu għall-proċess ta’ regolamentazzjoni mill-ġdid. | Zlasti v zvezi z ureditvijo zemljišča je bilo podjetje Asker Brygge zavezano k dokončanju pripravljalnih del, ki bi omogočila ureditev. |
Jekk din il-kondizzjoni ma tkunx ġiet sodisfatta, il-muniċipalità ta' Asker setgħet ittemm il-kuntratt. | Če ta pogoj ne bi bil izpolnjen, bi občina Asker lahko prekinila pogodbo. |
L-awtoritajiet Norveġiżi argumentaw li l-opzjoni ma tistax titqies illi ngħatat mingħajr remunerazzjoni, ladarba Asker Brygge bi skambju wettqet l-obbligi relatati mal-ippjanar u r-riċerka. | Norveški organi so trdili, da se ne more šteti, da je bila nakupna opcija odobrena brezplačno, saj se je podjetje Asker Brygge v zameno zavezalo k izpolnjevanju obveznosti glede načrtovanja in raziskav. |
Anke kieku l-muniċipalità ikkunsidrat il-proprjetà bħala diffiċli biex tiġi żviluppata, u ma riditx twettaq ir-riċerka meħtieġa sabiex tiskopri r-riskji relatati ma' kondizzjonijiet diffiċli tal-ħamrija u t-tniġġis, il-ftehim dwar opzjoni ta lil Asker Brygge l-opportunità li taħdem fuqha għal diversi snin qabel ma tiddeċiedi li tixtri l-proprjetà, li fl-opinjoni tal-Awtorità naqqset ir-riskju konsiderevolment. | Tudi če je občina menila, da je razvoj nepremičnine težaven, in ni želela opraviti raziskav, potrebnih za ugotovitev tveganj zaradi težkih talnih pogojev in onesnaževanja, je podjetje Asker Brygge z opcijsko pogodbo dobilo možnost, da pred odločitvijo o nakupu nepremičnine na njej več let izvaja dela, zaradi česar so se po mnenju Nadzornega organa tveganja bistveno zmanjšala. |
Barra minn hekk, kieku l-proprjetà ġiet irregolata mill-ġdid, dan iżid il-valur tal-proprjetà. | Poleg tega bi se v primeru ureditve nepremičnine njena vrednost povečala. |
Għaldaqstant, il-ftehim dwar opzjoni ma nvolva l-ebda riskju reali għal Asker Brygge. | Zato podjetje Asker Brygge z opcijsko pogodbo ni prevzelo dejanskih tveganj. |
L-ammonti li ntefqu fuq ir-riċerka kellhom ikunu ta’ benefiċċju għax-xerrej, u kieku r-riċerka kellha turi li l-proprjetà ma kinitx adattata għall-iżvilupp, ix-xogħlijiet tar-riċerka setgħu jitwaqqfu u l-ispejjeż minimizzati, mingħajr kwalunkwe obbligu li tinxtara l-proprjetà. | Zneski, porabljeni za raziskave, bi kupcu koristili; če pa bi raziskave pokazale, da nepremičnine ni mogoče razviti, bi se lahko raziskovalnadela ustavila in stroški zmanjšali, pri čemer ne bi nastala obveznost nakupa nepremičnine. |
Asker Brygge argumentat li għandu jittieħed inkonsiderazzjoni l-obbligu li jiġi ffinanzjat ix-xogħol tar-riċerka, li intqal li jammonta għal approssimament NOK 4 jew 5 miljun, fil-valutazzjoni tar-remunerazzjoni għall-opzjoni. | Podjetje Asker Brygge je trdilo, da je treba pri oceni plačila za nakupno opcijo upoštevati obveznost financiranja raziskovalnih del, ki naj bi znašala okoli 4 ali 5 milijonov NOK. |
Huwa argumentat li din il-metodoloġija mhix ħaġa rari bħala bażi għall-iffissar tal-prezz ta’ opzjoni fir-rigward ta’ art mhux żviluppata bħal f’dan il-każ. | Podjetje trdi, da ta metodologija ni neobičajna podlaga za določanje cene nakupne opcije nerazvitega zemljišča kakor v tem primeru. |
L-Awtorità tinnota li Asker Brygge ma ssottomettiet l-ebda dokumentazzjoni dwar it-talbiet imsemmija hawn fuq. | Nadzorni organ ugotavlja, da podjetje Asker Brygge ni predložilo dokumentacije o navedenih trditvah. |