Source | Target | Mid-dokumenti preparatorji tal-laqgħa tal-kunsill muniċipali tas-27 ta’ Frar 2006 jirriżulta li kien hemm dubju dwar il-valur tal-proprjetà u dwar jekk il-prezz tal-bejgħ setax kien jinvolvi għajnuna mill-Istat. | Iz pripravljalnih dokumentov za sejo občinskega sveta dne 27. februarja 2006 je razvidno, da je obstajal dvom glede vrednosti nepremičnine in glede tega, ali bi prodajna cena lahko pomenila državno pomoč. |
Id-dokumenti jirreferu għal ittra mingħand avukat fl-assoċjazzjoni Norveġiża tal-awtoritajiet lokali u reġjonali (il-KS) li waslet fl-istess jum. | Dokumenti se sklicujejo na dopis pravnika Norveške zveze lokalnih in regionalnih organov (KS), prejet istega dne. |
L-ittra semmiet ir-regoli taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat u qalet li bejgħ bi prezz iktar baxx mill-valur tas-suq seta’ jinvolvi għajnuna mill-Istat. | V dopisu so bila navedena pravila o državni pomoči EGP in da bi prodaja pod tržno ceno lahko pomenila državno pomoč. |
Barra minn hekk, l-ittra rreferiet għall-fatt li żewġ offerti, inkluża dik ta’ Haslemoen AS li tkopri l-biċċa l-kbira tal-binjiet tal-Kamp ta’ Ġewwa, flimkien kienu ta’ NOK 6 miljun. | Dopis se je poleg tega skliceval na dejstvo, da sta dve ponudbi, vključno s ponudbo podjetja Haslemoen AS, ki je obsegala večino zgradb ograjenega notranjega dela oporišča, skupaj znašali 6 milijonov NOK. |
Wara li fakkar fil-linji gwida tal-Awtorità għall-bejgħ tal-art u fil-metodi deskritti fihom biex tiġi eskluża l-għajnuna mill-Istat, l-avukat semma t-tieni rapport Agdestein li fih fil-bidu l-valur tal-Kamp ta’ Ġewwa kien iffissat bħala NOK 14,5 miljun. | Potem ko je opozoril na smernice Nadzornega organa za prodajo zemljišč in metode, opisane v smernicah, za izključitev državne pomoči, se je pravnik skliceval na drugo Agdesteinovo poročilo, v katerem je bila vrednost ograjenega notranjega dela oporišča na začetku ocenjena na 14,5 milijona NOK. |
L-avukat qal li meta wieħed iqabbel din iċ-ċifra mal-offerta ta’ NOK 6 miljun, li wieħed jaċċetta l-offerti li kienu daħlu kien jinvolvi riskju konsiderevoli ta’ bejgħ għal prezz iktar baxx mill-valur tas-suq u, b’hekk, ta’ ksur tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. | V primerjavi s ponudbo v višini 6 milijonov NOK je pravnik navedel, da bi sprejetje prejetih ponudb pomenilo precejšnje tveganje prodaje pod tržno ceno in s tem kršenje pravil o državni pomoči. |
Fuq dik il-bażi l-avukat irrakkomanda li ssir valutazzjoni ġdida tal-valur u li l-Kunsill jistenna sakemm tkun saret din il-valutazzjoni qabel ma jadotta deċiżjoni biex ibigħ. | Na podlagi tega je pravnik priporočil, da bi bilo treba izvesti novo oceno vrednosti in da naj svet ne sprejme odločitve o prodaji, dokler ne bo izvedena ta ponovna ocena. |
Fuq dik il-bażi, l-uffiċjal eżekuttiv muniċipali ewlieni (ir-Rådmannen) irrakkomanda lill-Kunsill biex jipposponi l-kwistjoni u jistenna aktar kjarifiki. | Na podlagi tega je direktor občinske uprave (Rådmannen) občinskemu svetu priporočil, da zadevo odloži in počaka na nadaljnje pojasnitve. |
Il-proposta ġiet irrifjutata mill-maġġoranza tal-Kunsill kontra (13 b’6), li approva l-bejgħ iżda ddikjara li għandha tinġabar mingħand l-avukati tal-KS valutazzjoni kif għandu jkun tat-tħassib li jista’ jkun hemm rigward il-kompetizzjoni. | Predlog je zavrnila večina sveta (13 proti 6), ki je prodajo odobril, vendar je navedel, da bi bilo treba od pravnikov KS pridobiti ustrezno oceno tveganja v zvezi z morebitnimi pomisleki glede konkurence. |
Barra minn hekk, il-Kunsill ta s-setgħa lill-kumitat eżekuttiv tal-muniċipalità (il-Formannskapet) biex jivvaluta r-riskju [15]. | Poleg tega je občinski svet pooblastil občinski izvršni odbor (Formannskapet) za izvedbo ocene tveganja [15]. |
L-Awtorità ma ġietx ipprovduta b’tali valutazzjonijiet sussegwenti tar-riskju kif talab il-Kunsill. | Nadzornemu organu ta naknadna ocena tveganja, ki jo je odredil občinski svet, ni bila predložena. Vendar je občina pojasnila, da je cenilec nepremičnine. |
Il-kalkoli tat-2 ta’ Mejju 2006, li se jiġu deskritti f’iktar dettall iktar ’l isfel, ġew ippreżentati sabiex juru li l-muniċipalità biegħet id-29 binja għal prezz ogħla mill-ispiża primarja tagħha nnifisha. | Izračuna z dne2. maja 2006, ki bosta podrobneje opisana v nadaljevanju, sta bila predložena v dokaz, da je občina 29 zgradb prodala po ceni, višji od lastnih osnovnih stroškov. |
Madankollu, mhuwiex ċar għall-Awtorità jekk dawn il-kalkoli ġewx ippreżentati lill-muniċipalità, u tqiesu minnha, qabel ma l-kuntratt ġie finalment iffirmat. | Vendar Nadzornemu organu ni jasno, ali je občina ta izračuna prejela in ju obravnavala pred dokončnim podpisom pogodbe. |
Fil-korrispondenza tagħha mal-Awtorità, il-muniċipalità indikat li l-valutazzjonijiet kienu ġew ikkunsidrati qabel ma ġie approvat formalment il-ftehim tal-bejgħ. | V korespondenci z Nadzornim organom je občina navedla, da sta se oceni upoštevali pred uradno odobritvijo prodajne pogodbe. |
Madankollu, m’hemm referenza għal tali valutazzjonijiet fl-ebda mit-traskrizzjonijiet jew dokumenti preparatorji tal-laqgħat tal-kunsill muniċipali jew tal-kumitat eżekuttiv muniċipali li, kif issemma hawn fuq, kien ngħata s-setgħa biex jivvaluta r-riskju ta’ tħassib li seta’ jkun hemm rigward il-kompetizzjoni. | Vendar v zapisnikih ali pripravljalnih dokumentih s sej občinskega sveta ali izvršnega občinskega odbora, ki je bil, kot je navedeno zgoraj, pooblaščen za oceno tveganja v zvezi z morebitnimi pomisleki glede konkurence, ni nobenih sklicevanj na ti oceni. |
Fl-ewwel waħda miż-żewġ valutazzjonijiet tal-prezz tal-bejgħ tat-2 ta’ Mejju 2006, ġie stmat li l-ammont li inizjalment kien tħallas mill-muniċipalità għall-akkwist tal-Kamp ta’ Ġewwa fl-2005, kien NOK 12,4 miljun. | V prvi od dveh ocen prodajnih cen z dne 2. maja 2006 je bilo ocenjeno, da je bil znesek, ki ga je občina prvotno plačala za nakup ograjenega notranjega dela oporišča leta 2005, 12,4 milijona NOK. |
Il-punt tat-tluq għall-valutazzjoni kien it-tieni rapport Agdestein, li fih il-valur tal-Kamp ta’ Ġewwa ġie stmat bħala NOK 15,5 miljun (ara l-paragrafu 11 aktar ’il fuq). | Izhodiščna točka za oceno je bilo drugo Agdesteinovo poročilo, v katerem je bila vrednost ograjenega notranjega dela oporišča ocenjena na 15,5 milijona NOK (glej odstavek 11 zgoraj). |
Minn dak l-ammont, tnaqqsu NOK 3,1 miljun. | Od tega zneska je bilo odštetih 3,1 milijona NOK. |
Dan it-tnaqqis kien għall-iskont ta’ madwar 20% li ngħata lill-muniċipalità talli akkwistat Haslemoen Leir kollu kemm hu bħala entità waħda (ara l-paragrafi 10 u 12 aktar ’il fuq). | Ta odbitek je bil približno 20-odstotni popust, ki se je občini priznal zaradi nakupa celotnega oporišča Haslemoen Leir kot ene enote (glej odstavka 10 in 12 zgoraj). |
Fuq din il-bażi, il-valutazzjoni kkonkludiet li NOK 12,4 miljun kienu jirrappreżentaw valur “medju” tal-Kamp ta’ Ġewwa. | Na podlagi tega je bilo v oceni sklenjeno, da je 12,4 milijona NOK „povprečna“ vrednost ograjenega notranjega dela oporišča. |
It-tieni valutazzjoni ddatata fl-istess jum, it-2 ta’ Mejju 2006, fiha kalkolu tal-valur tal-binjiet fil-Kamp ta’ Ġewwa, inklużi d-29 binja li kienu jaqgħu taħt il-kuntratt ma’ Haslemoen AS. | Druga ocena z istega dne, tj. 2. maja 2006, vsebuje izračun vrednosti zgradb v ograjenem notranjem delu oporišča, vključno z 29 zgradbami iz pogodbe s podjetjem Haslemoen AS. |
Il-kalkolu ma kienx ibbażat fuq valutazzjoni tal-valur tal-binjiet bħala tali iżda poġġa l-ispiża primarja ta’ NOK 12,4 miljun tal-Kamp ta’ Ġewwa bħala punt tat-tluq, qabel ma naqqas il-valur stmat tal-binjiet fil-Kamp ta’ Ġewwa li ma nbigħux lil Haslemoen AS. | Izračun ni temeljil na oceni vrednosti zgradb kot takih, temveč so se pri izračunu kot izhodiščna točka uporabili osnovni stroški ograjenega notranjega dela oporišča v znesku 12,4 milijona NOK, potem pa se je odbila ocenjena vrednost zgradb v ograjenem notranjem delu oporišča, ki se niso prodale podjetju Haslemoen AS. |
L-ewwel nett, il-kalkolu wassal għal stima tal-valur totali ta' madwar NOK 3,67 miljun ta’ 5 binjiet [16]li baqgħu f’idejn il-muniċipalità ta’ Våler. | Priizračunu je bilo ocenjeno, da je skupna vrednost 5 zgradb [16], ki so ostale v lasti občine Våler, približno 3,67 milijona NOK. |
Dan il-valur kien ibbażat parzjalment fuq il-valur pont (jew 50%) tal-valuri stabbiliti mill-ewwel rapport Agdestein (ara l-paragrafu 11 aktar ’il fuq). | Ta vrednost je delno temeljila na premostitveni vrednosti (ali 50 %) vrednosti, določenih v prvem Agdesteinovem poročilu (glej odstavek 11 zgoraj). |
Fil-każ ta’ tnejn mill-binjiet, iżda, għall-kalkolu ntużaw valutazzjonijiet individwali aktar riċenti u ogħla tal-valur. | Za dve od teh zgradb sta se pri izračunu namesto tega uporabili novejši in višji oceni posameznih vrednosti. |
Dawn kienu l-binja nru 3 (il-binja tal-ġinnasju) u dik nru 45 (binja b’diversi funzjonijiet, li fiha mħażen, uffiċċji u ħanut tax-xogħol). | To sta bili zgradba št. 3 (telovadnica) in zgradba št. 45 (kombinirana zgradba s skladišči, pisarnami in delavnico). |
Fl-ewwel rapport Agdestein il-binja nru 45 ġiet ivvalutata bħala li tiswa NOK 1,9 miljun [17]. | V prvem Agdesteinovem poročilu je bila vrednost zgradbe št. 45 ocenjena na 1,9 milijona NOK [17]. |
Għalhekk, il-valur pont kien NOK 950000. | Premostitvena vrednost je bila torej 950000 NOK. |
Madankollu, il-valutazzjoni iktar reċenti tal-valur tal-binja nru 45 li rrefera għaliha l-kalkolu kienet stmat il-valur bħala NOK 3 miljun. | Vendar je bila v okviru novejše ocene vrednosti zgradbe št. 45, na katero se je izračun skliceval, vrednost ocenjena na 3 milijone NOK. |
L-4 binjiet l-oħrajn li l-muniċipalità żammet f’idejha (il-binjiet bin-numri 32, 34, 44 u 3) kienu stmati li jiswew NOK 662500. | Vrednost ostalih 4 zgradb, ki jih je občina obdržala (zgradbe št. 32, 34, 44 in 3), je bila ocenjena na 662500 NOK. |
Għalhekk, il-valur totali tal-5 binjiet tal-muniċipalità kien iffissat bħala NOK 3662500 (= bejn wieħed u ieħor 3,67 miljun). | Skupna vrednost 5 občinskih zgradb je bila torej določena na 3662500 NOK (tj. približno 3,67 milijona). |
It-tieni tnaqqis fil-kalkolu kien jikkonċerna 11-il binja oħra fil-Kamp ta’ Ġewwa li fil-każ tagħhom il-kalkolu għamel referenza għal offerta ta’ NOK 5 miljun mingħand Norsk Trafikksenter, datata s-26 ta’ April 2006 [18]. | Naslednji odbitek v izračunu se je nanašal na 11 drugih zgradb v ograjenem notranjem delu oporišča, v zvezi s katerimi se je izračun skliceval na ponudbo podjetja Norsk Trafikksenter z dne 26. aprila 2006 za 5 milijonov NOK [18]. |
Meta żied il-prezz tal-kuntratt, jiġifieri NOK 4 miljun għad-29 binja fil-kuntratt ma’ Haslemoen AS, is-Sur Bakke stima l-valur totali tal-bejgħ tal-Kamp ta' Ġewwa bħala NOK 12,67 miljun (3,67 + 5 + 4 = 12,67 | Ob upoštevanju pogodbene cene v višini 4 milijonov NOK za 29 zgradb v pogodbi s podjetjem Haslemoen AS je cenilec Bakke skupno prodajno ceno ograjenega notranjega dela oporišča ocenil na 12,67 milijona NOK (3,67 + 5 + 4 = 12,67 |
Il-kuntratt bejn il-muniċipalità u Haslemoen AS ġie ffirmat fit-22 ta’ Mejju 2006. | Občina in podjetje Haslemoen AS sta pogodbo podpisala 22. maja 2006. |
KUMMENTI MIN-NAĦA TAL-AWTORITAJIET NORVEĠIŻI | PRIPOMBE NORVEŠKIH ORGANOV |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha tal-24 ta’ Marzu 2010, l-Awtorità esprimiet id-dubji tagħha dwar jekk il-prezz ta’ NOK 4 miljun li Haslemoen AS ħallset biex akkwistat id-29 binja mingħand il-muniċipalità ta’ Våler jirrappreżentax il-valur tas-suq u, għalhekk, jekk il-bejgħ kienx konkluż skont il-prinċipju tal-investitur fis-suq. | Nadzorni organ je v sklepu o začetku postopka z dne 24. marca 2010 izrazil svoje dvome v zvezi s tem, ali je cena v višini 4 milijone NOK, ki jo je podjetje Haslemoen AS plačalo za nakup 29 zgradb od občine Våler, predstavljala tržno vrednost in ali je bila torej prodaja izvedena v skladu z načelom vlagatelja pod tržnimi pogoji. |
B’rispons għad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-awtoritajiet Norveġiżi għaddew lill-Awtorità żewġ ittri li kienu rċevew mingħand il-muniċipalità ta’ Våler [19]. | Norveški organi so v odziv na sklep o začetku postopka poslali dva dopisa občine Våler [19]. |
Il-muniċipalità ta’ Våler irrikonoxxiet il-fatt li ma applikatx wieħed mill-metodi mniżżlin fil-linji gwida tal-Awtorità dwar il-bejgħ tal-artijiet biex tiddetermina l-prezz tas-suq sabiex teskludi l-preżenza ta’ għajnuna mill-Istat, iżda qalet li dan ma jfissirx li huwa fatt li kien hemm għajnuna mill-Istat. | Občina Våler je priznala, da pri določitvi tržne cene ni uporabila ene od metod iz smernic Nadzornega organa za prodajo zemljišč, da bi izključila prisotnost državne pomoči, vendar to še ne pomeni, da je bila državna pomoč prisotna. |
Il-muniċipalità spjegat li “meta kienet qed tbigħ il-binjiet, il-muniċipalità kienet ħerqana biex tistabbilixxi attività ġdida fiż-żona tal-kamp. Għalhekk, meta ffissat il-prezz tal-binjiet, il-muniċipalità aktar tat kas tal-wegħdiet tax-xerrejja li jwettqu pjan li joħloq ix-xogħol milli tal-prinċipji li kienu ntużaw biex jiġi stabbilit il-prezz waqt ix-xiri” [20]. | Občina je pojasnila, da „si je pri prodaji zgradb resnično želela, da bi na območju oporišča vzpostavila novo dejavnost. Zato je občina pri določanju cene zgradb bolj upoštevala obljubljene načrte kupca o vzpostavitvi delovnih mest, kot pa načela, ki so se uporabljala za določitev cene pri nakupu“ [20]. |
Barra minn hekk, il-muniċipalità rreferiet għad-deċiżjoni tal-ftuħ, li fiha l-Awtorità spjegat li sal-punt safejn proċess preċedenti ta’ bejgħ ikun iddetermina l-valur tas-suq, awtorità pubblika tista’ tuża l-ispiża primarja tagħha bħala indikazzjoni tal-valur tas-suq dment li jkun għadda perjodu sinifikanti ta’ żmien minn mindu jkun sar l-akkwist. | Poleg tega se je občina sklicevala na sklep o začetku postopka, v katerem je Nadzorni organ pojasnil, da lahko javni organ v primeru, ko predhodni prodajni postopek določi tržno vrednost, uporabi osnovne stroške kot kazalnik tržne vrednosti, razen če je od nakupa minilo daljše obdobje. |
Il-muniċipalità nnotat li l-Awtorità enfasizzat l-inċertezza inerenti fit-tip ta’ art ikkonċernata, li qabel kienet kamp militari f'post maqtugħ. | Občina je navedla, da je Nadzorni organ izpostavil negotovost v zvezi z vrsto zadevnega zemljišča, tj. nekdanjim vojaškim oporiščem na oddaljeni lokaciji. |
Skont il-muniċipalità, għandu jkun korrett li wieħed jikkunsidra l-prezz totali tax-xiri ta’ NOK 46 miljun, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tal-valur pont (inkluż l-iskont), bħala l-valur tas-suq tal-kamp militari u li l-valur pont ta’ NOK 12,4 miljun tal-Kamp ta’ Ġewwa kien il-valur tas-suq tal-44 binja li hemm. | Po navedbah občine je pravilno, da se skupna nakupna cena v višini 46 milijonov NOK, ki temelji na oceni premostitvene vrednosti, vključno z znižanjem, upošteva kot tržna vrednost za vojaško oporišče in da je bila premostitvena vrednost ograjenega notranjega dela oporišča v višini 12,4 milijona NOK tržna vrednost za 44 zgradb, ki se tam nahajajo. |
Il-muniċipalità hija tal-fehma li, biex tiġi stabbilita l-ispiża primarja għall-muniċipalità għad-29 binja inkwistjoni, għamlet sew li naqqset il-valur tal-proprjetajiet l-oħrajn li hemm fil-Kamp ta' Ġewwa li ma kinux parti mill-ftehim dwar il-bejgħ. | Občina meni, da je bilo za določitev njenih osnovnih stroškov v zvezi z zadevnimi 29 zgradbami pravilno, da se je odštela vrednost drugih nepremičnin v ograjenem notranjem delu oporišča, ki ni bila predmet prodajne pogodbe. |
Għalhekk, jekk nibdew bit-NOK 12,4 miljun li l-muniċipalità ħallset għall-44 binja sena qabel, u jekk innaqqsu l-valur tal-proprjetajiet li mhumiex parti mill-ftehim tal-bejgħ, fl-opinjoni tal-muniċipalità huwa possibbli li wieħed jikkonkludi li l-prezz tas-suq tad-29 binja inkwistjoni kien NOK 4 miljun. | Zato je glede na 12,4 milijona NOK, ki jih je občina predhodno leto plačala za 44 zgradb, in odbitek vrednosti nepremičnin, ki niso predmet prodajne pogodbe, po mnenju občine mogoče skleniti, da so bili 4 milijoni NOK tržna cena za zadevnih 29 zgradb. |
Sabiex issostni din il-konklużjoni, il-muniċipalità rreferiet għall-kalkoli tas-Sur Bakke tat-2 ta’ Mejju 2006, li huma deskritti aktar ’il fuq. | V podporo temu sklepu se je občina sklicevala na zgoraj opisane izračune cenilca Bakka z dne 2. maja 2006. |
Fil-korrispondenza mal-Awtorità, il-muniċipalità għamlet l-osservazzjoni li l-valur pont tal-Kamp ta’ Ġewwa għandu jiġi stabbilit bħala NOK 12,4 miljun u li “l-valur tal-proprjetajiet li mhumiex koperti mill-kuntratt jirrappreżenta valur ogħla mill-valur tal-Kamp ta’ Ġewwa kollu kemm hu.” L-Awtorità tassumi li b’din l-istqarrija l-muniċipalità riedet tagħmel l-osservazzjoni li l-valuri tal-bejgħ tal-binjiet differenti kollha fil-Kamp ta’ Ġewwa, kif ikkalkulati mis-Sur Bakke, qabżu l-ispiża primarja allegata ta’ NOK 12,4 miljun tal-muniċipalità. | V korespondenci z Nadzornim organom je občina navedla, da bi bilo treba premostitveno vrednost ograjenega notranjega dela oporišča določiti na 12,4 milijona NOK in da „vrednost nepremičnin, ki niso vključene v pogodbo, predstavlja vrednost, ki je večja od vrednosti celotnega ograjenega notranjega dela oporišča.“. Nadzorni organ predvideva, da je hotela občina s to izjavo povedati, da prodajne vrednosti vseh različnih zgradb v ograjenem notranjem delu oporišča, kot jih je izračunal cenilec Bakke, presegajo domnevne osnovne stroške občine v višini 12,4 milijona NOK. |
Fir-rigward tal-valur tal-binjiet l-oħrajn fil-Kamp ta’ Ġewwa li ma nbigħux lil Haslemoen AS, il-muniċipalità ressqet ukoll rapport ta’ valutazzjoni datat il-15 ta’ Marzu 2006, magħmul mis-Sur Erik Alhaug, li kien jikkonċerna l-aktar l-istess binjiet li tefa’ offerta għalihom Norsk Trafikksenter (Nri 28, 35, 36, 37, 38, 39, 46, 47, 50 u 94). | Kar zadeva vrednost drugih zgradb v ograjenem notranjem delu oporišča, ki niso bile prodane podjetju Haslemoen AS, je občina predložila tudi poročilo o oceni z dne 15. marca 2006, ki ga je pripravil cenilec Erik Alhaug in ki se je nanašalo večinoma na iste zgradbe, za katere je podjetje Norsk Trafikksenter predložilo ponudbo (št. 28, 35, 36, 37, 38, 39, 46, 47, 50 in 94). |
Ir-rapport ivvaluta l-valur totali ta’ dawn l-10 binjiet bħala NOK 5,5 miljun jekk jinbiegħu bħala unità waħda, u bħala NOK 6,65 miljun jekk jinbiegħu separatament. | V poročilu je bila skupna vrednost teh 10 zgradb ocenjena na 5,5 milijona NOK, če bi se prodale kot ena enota, in 6,65 milijona NOK, če bi se prodale ločeno. |
Għalhekk, fuq il-bażi ta’ dawn il-kalkoli u valutazzjonijiet, il-muniċipalità argumentat li l-prezz ta’ NOK 4 miljun għad-29 binja li nbiegħu lil Haslemoen AS kien jikkorrispondi għall-valur tas-suq. | Občina je tako na podlagi teh izračunov in ocen navedla, da je cena v višini 4 milijone NOK za 29 zgradb, prodanih podjetju Haslemoen AS, ustrezala tržni vrednosti. |
Għalhekk, il-valur totali tal-Kamp ta' Ġewwa kien: NOK 3,67 miljun (il-valur tal-binjiet li l-muniċipalità kellha l-ħsieb li żżomm) + NOK 5 miljun (l-offerta mingħand Norsk Trafikksenter jew alternattivament NOK 5,5 miljun kif stmat mill-istima tal-valur li saret wara) + NOK 4 miljun (il-prezz għall-bejgħ tad-29 binja lil Haslemoen AS) = NOK 12,67 miljun, li jaqbeż l-ispiża primarja ta’ NOK 12,4 miljun tal-muniċipalità. | Skupna vrednost ograjenega notranjega dela oporišča je torej znašala: 3,67 milijona NOK (vrednost zgradb, ki jih je občina nameravala obdržati) plus 5 milijonov NOK (ponudba podjetja Norsk Trafikksenter ali pa 5,5 milijona NOK, kot je bilo ocenjeno v poznejši oceni vrednosti) plus 4 milijone NOK (cena za 29 zgradb, prodanih podjetju Haslemoen AS), kar znaša 12,67 milijona NOK in presega osnovne stroške občine v višini 12,4 milijona NOK. |
Il-muniċipalità tfakkar ukoll li l-kuntratt tal-bejgħ bejn il-muniċipalità ta’ Våler u Haslemoen AS fih elementi li għandhom effett li jbaxxu l-prezz. | Občina tudi opozarja, da prodajna pogodba med občino Våler in podjetjem Haslemoen AS vsebuje elemente, ki znižujejo ceno. |
Il-muniċipalità tirreferi għall-obbligu impost fuq ix-xerrej li jikri l-binja mixtrija li tintuża bħala skola mingħajr ħlas għal perjodu ta’ sena u għall-fatt li l-ebda waħda mill-valutazzjonijiet ma tqis it-tniġġis li jista’ jkun hemm fl-art. | Občina se sklicuje na obveznost, naloženo kupcu, da kupljeno šolsko zgradbo eno leto brezplačno oddaja, in na dejstvo, da nobena ocena ne upošteva morebitne onesnaženosti tal. |
Fl-aħħar nett, il-muniċipalità targumenta li għamlet sew li ttrasferixxiet lil Haslemoen iż-żewġ skontijiet li l-muniċipalità kienet ngħatat meta akkwistat il-kamp militari mingħand l-Istat. | Nenazadnje občina navaja, da je bilo pravilno na podjetje Haslemoen AS prenesti obe znižanji, ki sta bili občini odobreni, ko je vojaško oporišče kupila od države. |
Filwaqt li f’dan ir-rigward il-muniċipalità tifhem id-dubju li esprimiet l-Awtorità fid-deċiżjoni tagħha tal-ftuħ, hija spjegat li għalkemm inbiegħu biss uħud mill-44 binja fil-Kamp ta’ Ġewwa, il-kuntratt tal-bejgħ bejn il-muniċipalità ta’ Våler u Haslemoen AS huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li x-xerrej se jiżviluppa u jopera l-Kamp ta’ Ġewwa kollu kemm hu kif ukoll l-inħawi ta’ barra bħala unità waħda flimkien mal-muniċipalità ta’ Våler. | Medtem ko občina v zvezi s tem razume dvom, ki ga je Nadzorni organ izrazil v sklepu o začetku postopka, je pojasnila, da čeprav je bil prodan le del 44 zgradb ograjenega notranjega dela oporišča, prodajna pogodba med občino Våler in podjetjem Haslemoen AS temelji na predpostavki, da bo kupec skupaj z občino Våler razvijal in upravljal celoten ograjeni notranji del oporišča ter tudi območja zunaj njega kot eno enoto. |
Il-prezz ta’ NOK 4 miljun li bih sar il-bejgħ lil Haslemoen AS jirrifletti din is-suppożizzjoni. | Ta predpostavka je izražena v prodajni ceni za podjetje Haslemoen AS, ki znaša 4 milijone NOK. |
Din hi wkoll ir-raġuni għaliex l-iskont ta’ 30% li ngħata għall-bejgħ tal-Kamp ta’ Ġewwa bħala unità waħda flimkien ma’ skont ieħor għal Haslemoen Leir kollu kemm hu għandhom jiġu applikati meta jintlaħaq il-prezz finali. | To je tudi razlog, zakaj bi bilo treba pri določanju končne cene uporabiti 30-odstotno znižanje za ograjeni notranji del oporišča, ki se proda kot ena enota, ter dodatno 20-odstotno znižanje za celotno oporišče Haslemoen Leir. |
L-aħħar skont ma jistax jitqies bħala skont en bloc li ma jkunx applikabbli kieku x-xerrej ma ħax il-kamp kollu. | Slednjega znižanja ni mogoče razumeti kot količinskega znižanja, ki se ne uporabi, če kupec ne kupi celotnega oporišča. |
Il-muniċipalità saħqet li hi ħabirket biex timmaniġġja l-bejgħ b'mod li ma joħloqx problemi fir-rigward tar-regoli taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat. | Občina poudarja, da si je prizadevala izvesti prodajo na način, ki ne bi povzročil težav v zvezi s pravili o državni pomoči EGP. |
L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE: | Člen 61(1) Sporazuma EGP |
L-Artikolu 61(1) ŻEE jgħid dan li ġej: | Člen 61(1) Sporazuma EGP se glasi: |