Source | Target | L-IRKUPRU | IZTERJAVA |
Minħabba li l-għajnuna ta’ NOK 4863713 ngħatat lil Haslemoen AS mingħajr ma ġiet innotifikata lill-Awtorità, tikkostitwixxi għajnuna mhux skont ir-regoli skont it-tifsira tal-Artikolu 1(f) tal-Parti II tal-Protokoll 3 ta’ mal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti. | Ker je bila podjetju Haslemoen AS dodeljena pomoč v višini 4863713 NOK in Nadzorni organ o tem ni bil obveščen, ta pomoč pomeni nezakonito pomoč v smislu člena 1(f) dela II Protokola 3 k Sporazumu o Nadzornem organu in Sodišču. |
Jirriżulta, mill-Artikolu 14 tal-Parti II tal-Protokoll 3 ta’ mal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, li l-Awtorità tiddeċiedi li għajnuna mhux skont ir-regoli li ma tkunx kompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li jaqgħu taħt il-Ftehim dwar iż-ŻEE trid tinġabar lura mingħand il-benefiċjarji. | Iz člena 14 dela II Protokola 3 k Sporazumu o Nadzornem organu in Sodišču izhaja, da Nadzorni organ odloči, da morajo upravičenci vrniti nezakonito pomoč, ki je nezdružljiva s pravili o državni pomoči iz Sporazuma EGP. |
L-Awtorità hi tal-fehma li, f’dan il-każ, ma hemm l-ebda prinċipju ġenerali li jipprekludi l-ħlas lura. | Nadzorni organ meni, da ni splošnih načel, ki bi v obravnavanem primeru preprečevala povračilo. |
Skont il-każistika stabbilita, it-tneħħija ta' għajnuna mhux skont il-ligi permezz tal-irkupru hija l-konsegwenza loġika meta jinstab li l-għajnuna ma tkunx skont ir-regoli. | V skladu z uveljavljeno sodno prakso je odprava nezakonite pomoči s povračilom logična posledica ugotovitve, da je pomoč nezakonita. |
Għaldaqstant, l-irkupru ta' għajnuna mill-Istat mogħtija mhux skont ir-regoli, sabiex tinġieb lura s-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel ma ngħatat l-għajnuna, fil-prinċipju ma jistax jitqies bħala sproporzjonat meta mqabbel mal-objettivi tal-Ftehim dwar iż-ŻEE fejn tidħol l-għajnuna mill-Istat. | Zato povračila nezakonito dodeljene državne pomoči zaradi vrnitve v prejšnje stanje načeloma ni mogoče obravnavati kot nesorazmernega s cilji Sporazuma EGP v zvezi z državno pomočjo. |
Bil-ħlas lura tal-għajnuna, min irċeviha jitlef il-vantaġġ li jkun gawda minnu għad-detriment tal-kompetituri tiegħu fis-suq, u tinġieb lura s-sitwazzjoni kif kienet qabel tkun ngħatat l-għajnuna [30]. Minn dik il-funzjoni tal-ħlas lura tal-għajnuna jirriżulta wkoll li, bħala regola ġenerali, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali, l-Awtorità ma tmurx lil hinn mil-limiti tad-diskrezzjoni tagħha jekk titlob lill-Istat tal-EFTA kkonċernat jirkupra l-ammonti mogħtija permezz ta’ għajnuna mhux skont ir-regoli. | S povračilom pomoči se upravičenec odpove prednosti, ki jo je imel pred konkurenti na trgu, ter se ponovno vzpostavi stanje, ki je obstajalo pred dodelitvijo pomoči [30]. |
Dan peress li tkun sempliċiment qed iġġib lura s-sitwazzjoni għal kif kienet qabel [31]. | Iz te funkcije povračila pomoči tudi izhaja, da Nadzorni organ, razen v izrednih okoliščinah, načeloma ne bo presegel meja svojih pooblastil, če bo od zadevne države Efte zahteval, naj izterja zneske, dodeljene z nezakonito pomočjo, ker s tem samo ponovno vzpostavlja prejšnje stanje [31]. |
Barra minn hekk, minħabba n-natura mandatarja tas-superviżjoni tal-għajnuna Statali mill-Awtorità skont il-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, fil-prinċipju l-impriżi li ngħatatilhom l-għajnuna ma jistax ikollhom aspettattiva leġittima li l-għajnuna hija skont ir-regoli dment li ma tkunx ingħatat skont il-proċedura stabbilita fid-dispożizzjonijiet ta’ dak il-Protokoll [32]. | Poleg tega podjetja, ki jim je bila dodeljena pomoč, ob upoštevanju obveznosti nadzora nad državno pomočjo, ki ga Nadzorni organ izvaja na podlagi Protokola 3 k Sporazumu o Nadzornem organu in Sodišču, načeloma ne morejo upravičeno pričakovati, da je pomoč zakonita, razen če je bila dodeljena v skladu s postopkom iz določb navedenega protokola [32]. |
F’dan il-każ, ma jidher li hemm l-ebda ċirkostanza eċċezzjonali, li kienet twassal għal aspettattivi leġittimi min-naħa tal-benefiċjarji tal-għajnuna. | V tem primeru ni razvidnih nobenih izjemnih okoliščin, ki bi povzročile legitimna pričakovanja upravičencev do pomoči. |
L-irkupru tal-għajnuna ta’ NOK 4863713 li ngħatat mill-Istat meta ma kinitx meħtieġa għandu jinkludi l-imgħax kompost, skont l-Artikolu 14 (2) fil-Parti II tal-Protokoll 3 ta’ mal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti u skont l-Artikoli 9 u 11 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004. | V skladu s členom 14(2) dela II Protokola 3 k Sporazumu o Nadzornem organu in Sodišču ter členoma 9 in 11 Odločbe Nadzornega organa št. 195/04/COL z dne 14. julija 2004 bi moralo povračilo neupravičeno dodeljene državne pomoči v višini 4863713 NOK vključevati obrestne obresti. |
L-Awtorità tikkonkludi li l-awtoritajiet Norveġiżi implimentaw l-għajnuna kkonċernata mhux skont ir-regoli, bi ksur tal-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3. | Nadzorni organ ugotavlja, da so norveški organi nezakonito dodelili zadevno pomoč in tako kršili člen 1(3) dela I Protokola 3. |
L-għajnuna mill-Istat involuta fil-bejgħ ta’ 29 binja fil-Kamp ta’ Ġewwa ta’ Haslemoen Leir mhix kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għar-raġunijiet stabbiliti hawn fuq u għandha tiġi rkuprata b'effett minn meta ġie konkluż il-kuntratt tal-bejgħ, jiġifieri mit-22 ta' Mejju 2006. | Državna pomoč, ki jo je vključevala prodaja 29 zgradb v ograjenem notranjem delu oporišča Haslemoen Leir, iz zgoraj navedenih razlogov ni združljiva z delovanjem Sporazuma EGP in bi morala biti izterjana z učinkom od sklenitve prodajne pogodbe 22. maja 2006 – |
Il-bejgħ tad-29 binja fil-Kamp ta’ Ġewwa ta’ Haslemoen Leir lil Haslemoen AS jinvolvi għajnuna ta’ NOK 4863713 mill-Istat li hijainkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. | Prodaja 29 zgradb v ograjenem notranjem delu oporišča Haslemoen Leir podjetju Haslemoen AS pomeni državno pomoč v višini 4863713 NOK, ki je nezdružljiva z delovanjem Sporazuma EGP v smislu člena 61(1) Sporazuma EGP. |
L-awtoritajiet Norveġiżi se jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jirkupraw l-għajnuna li tissemma fl-Artikolu 1 mingħand il-benefiċjarju. | Norveški organi sprejmejo vse potrebne ukrepe, da od upravičenca izterjajo pomoč iz člena 1. |
L-irkupru jsir mingħajr dewmien, u jiġri x’jiġri fi żmien erba’ xhur mid-data ta' din id-deċiżjoni u skont il-proċeduri tal-liġi nazzjonali, dment li dawn jippermettu l-eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni. | Izterjava se izvede nemudoma in v vsakem primeru v štirih mesecih od datuma te odločbe ter v skladu s postopki nacionalne zakonodaje, če omogočajo takojšnjo in učinkovito izvršitev te odločbe. |
L-għajnuna li għandha tiġi rkuprata tinkludi l-imgħax u l-imgħax kompost mid-data li fiha l-għajnuna tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sad-data ta’ meta tiġi rkuprata. | Za zneske, ki jih je treba izterjati, se od datuma, ko so bili dani na razpolago upravičencu, do datuma dejanske izterjave zaračunajo obresti in obrestne obresti. |
L-imgħax ikun ikkalkulat fuq il-bażi tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 195/04/COL tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. | Obresti se izračunajo na podlagi člena 9 Odločbe nadzornega organa Efte št. 195/04/COL. |
Sal-15 ta’ Mejju 2012, in-Norveġja tinforma lill-Awtorità dwar l-ammont totali (is-somma oriġinali u l-imgħaxijiet tal-irkupru) li għandhom jiġu rkuprati mingħand il-benefiċjarju kif ukoll dwar il-miżuri ppjanati jew meħudin biex tiġi rkuprata l-għajnuna. | Norveška do 15. maja 2012 sporoči Nadzornemu organu skupni znesek (glavnica in obresti na terjatev), ki ga je treba izterjati od upravičenca, ter ukrepe, ki jih načrtuje ali jih je sprejela za izterjavo pomoči. |
Sal-15 ta’ Lulju 2012, in-Norveġja trid tkun wettqet id-Deċiżjoni tal-Awtorità u rkuprat l-għajnuna kompletament. | Norveška mora do 15. julija 2012 izvršiti odločbo Nadzornega organa in v celoti izterjati pomoč. |
Il-verżjoni bl-Ingliż biss ta’ din id-deċiżjoni hi awtentika. | Besedilo te odločbe v angleškem jeziku je edino verodostojno. |
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2012. | V Bruslju, 15. marca 2012 |
Id-Deċiżjoni Nru 96/10/COL rigward il-bejgħ ta’ ċerti binjiet fil-Kamp ta’ Ġewwa f’Haslemoen Leir, ippubblikata fil-ĠU C 325 tat-2.12.2010, paġna 12, u fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 66 tat-2.12.2010, paġna 1. | Odločba 96/10/COL v zvezi s prodajo nekaterih zgradb na ograjenem notranjem delu oporišča Haslemoen Leir, objavljena v UL C 325 z dne 2.12.2010, str. 12, in Dopolnilu EGP št. 66 z dne 2.12.2010, str 1. |
Ara n-nota 1 ta’ qiegħ il-paġna. | Glej opombo 1. |
Ara wkoll ir-riżoluzzjoni Rjali tad-19.12.1997 (“Avhendigsinstruksen”). | Glej tudi kraljevi sklep z dne 19.12.1997 („Avhendigsinstruksen“). |
Dokumenti bin-numri 428521 u 557187. | Dogodek. št. 428521 in 557187. |
Dokumenti bin-numri 458897, 458902 u 458903 (l-ewwel rapport Agdestein). | Dogodek. št. 458897, 458902 in 458903 (prvo Agdesteinovo poročilo). |
Skont ir-Rapport, il-“valur għall-investitur” huwa l-valur tas-suq li wieħed jistenna li jkollhom il-binjiet għal investitur li jkollu l-ħsieb li jikrihom għal rimunerazzjoni. | Glede na poročilo je „vrednost vlagatelja“ pričakovana tržna vrednost za vlagatelja, ki namerava oddajati zgradbe za plačilo. |
Il- “valur għall-investitur” huwa wkoll aktar baxx mill- “valur tal-utent”, li jirrappreżenta l-valur tas-suq għal xerrej li jkollu l-ħsieb li juża l-binjiet għalih stess. | Prav tako je „vrednost vlagatelja“ nižja od „vrednosti uporabnika“, ki predstavlja tržno vrednost za kupca, ki namerava zgradbe uporabljati za lastne potrebe. |
Fir-rapport jingħataw iż-żewġ tipi ta’ valuri. | V poročilu sta navedeni obe vrednosti. |
Dokument bin-numru 428521, Dokument mehmuż numru 16 (ir-rapport Alhaug/Bakke). | Dogodek št. 428521, Priloga 16 (Alhaug/Bakkovo poročilo). |
Il-valur għall-parti tal-iStorskjæret kien stmat bħala NOK 12-il miljun. | Vrednost območja Storskjæret je bila ocenjena na 12 milijonov NOK. |
Dokument bin-numru 428521, Dokument mehmuż numru 3 (it-tieni rapport Agdestein). | Dogodek št. 428521, Priloga 3 (drugo Agdesteinovo poročilo). |
Skont ta’ 20%. | dstotni popust. |
NOK 29 miljun kien il-valur tal-Kamp ta’ Ġewwa skont l-ewwel rapport Agdestein u kien jinkludi skont ta' NOK 10 miljun dment li l-Kamp ta’ Ġewwa jinbiegħ bħala unità waħda. | Vrednost ograjenega notranjega dela oporišča glede na prvo Agdesteinovo poročilo je bila 29 milijonov NOK in je vključevala popust v višini 10 milijonov NOK, če bi se ograjeni notranji del oporišča prodal kot ena enota. |
Minbarra l-valutazzjoni tal-valur pont tal-Kamp ta’ Ġewwa bħala NOK 14,5 miljun, il-valur pont tal-iStorskjæret kien ivvalutat bħala NOK 13,5 miljun, tal-parti li tinħadem bħala NOK 8,3 miljun, u tal-parti msaġġra bħala NOK 25,2 miljun. | Poleg tega, da je bila premostitvena vrednost ograjenega notranjega dela oporišča ocenjena na 14,5 milijona NOK, je bila premostitvena vrednost območja Storskjæret ocenjena na 13,5 milijona NOK, obdelovalne površine na 8,3 milijona NOK in gozdnega območja na 25,2 milijona NOK. |
Minħabba żbalji fil-valutazzjonijiet preċedenti, is-somma totali ta’ NOK 61,5 miljun għal Haslemoen Leir ġiet aġġustata ’l isfel għal NOK 58 miljun, inkluż l-iskont għal min jakkwista l-Kamp ta’ Ġewwa bħala unità waħda. | Ob upoštevanju napak iz prejšnjih ocen se je skupna vrednost oporišča Haslemoen Leir v višini 61,5 milijona NOK znižala na 58 milijonov NOK, pri čemer ta znesek vključuje znižanje za nakup ograjenega notranjega dela oporišča kot ene enote. |
Ara l-paragrafu 8 aktar ’il fuq. | Glej odstavek 8. |
L-azzjonisti tal-kumpanija kienu International Training Centre (48%), Haslemoen Kultur og Aktivitetssenter (48%) u Norsk Trafikksenter (4%). | Delničarji podjetja so bili Mednarodni center za usposabljanje (48 %), podjetje Haslemoen Kultur og Aktivitetssenter (48 %) in podjetje Norsk Trafikksenter (4 %). |
Għandu jivvaluta b'mod partikolari jekk ir-riskju kienx “moderat”. | Zlasti bi moral oceniti, ali je tveganje „zmerno“. |
Il-binjiet Nru 3, 32, 34, 44 u 45. | Zgradbe št. 3, 32, 34, 44 in 45. |
Fl-ewwel rapport Agdestein il-NOK 1,9 miljun kienu jinkludu wkoll żewġ garaxxijiet, u l-binjiet nru 6 u 8. | V prvem Agdesteinovem poročilu je znesek 1,9 milijona NOK vključeval tudi dve garaži ter zgradbi št. 6 in št. 8. |
L-Awtorità ma ġietx ipprovduta b’dokumentazzjoni dwar dik l-offerta. | Nadzornemu organu ni bila predložena dokumentacija v zvezi s to ponudbo. |
Madankollu, il-muniċipalità spjegat li din kienet offerta verbali ta’ NOK 5 miljun għal 11 mill-binjiet fil-Kamp ta’ Ġewwa (Nru 28, 35, 36, 37, 38, 39, 41, 46, 47, 50 u 93). | Vendar je občina pojasnila, da je bila ponudba v znesku 5 milijonov NOK za 11 zgradb v ograjenem notranjem delu oporišča (št. 28, 35, 36, 37, 38, 39, 41, 46, 47, 50 in 93) ustna. |
Skont il-valutazzjoni tal-valur pont, dawn l-istess binjiet ikollhom valur ta’ NOK 3,7 miljun. | Vrednost istih zgradb bi bila glede na oceno premostitvene vrednosti 3,7 milijona NOK. |
Ma waslu l-ebda kummenti mingħand partijiet terzi. | Prejete niso bile nobene pripombe tretjih oseb. |
Dokument bin-numru 581797. | Dogodek št. 581797. |
L-Awtorità tosserva li l-awtoritajiet Norveġiżi ma tawx spjegazzjoni tal-fatt li n-numru tal-binjiet elenkati fil-kuntratt huwa 30 u mhux 29, kif issemma b’mod konsistenti mill-awtoritajiet Norveġiżi. | Nadzorni organ opominja, da norveški organi niso pojasnili, da je število zgradb, navedenih v pogodbi, 30 in ne 29, kot so norveški organi dosledno navajali. |
Madankollu, 29 biss mill-binjiet imniżżlin fil-kuntratt huma koperti fil-valutazzjoni magħmula minn Agdestein, filwaqt li l-binja nru 31 (barrakka għall-ħażna) hija nieqsa. | Vendar Agdesteinova ocena zajema le 29 zgradb iz pogodbe, medtem ko zgradba št. 31 (lopa) ni vključena. |
Din il-binja tiġi injorata f’li ġej. | Ta zgradba se v nadaljevanju ne upošteva. |
Ara e.g. l-kawża 730/79 Phillip Morris Holland BV v Il-Kummissjoni tal-KE [1980]Ġabra KE 2671, punt 11. | Glej npr. zadevo 730/79, Philip Morris Holland BV proti Komisiji, Recueil 1980, str. 2671, točka 11. |
Kawża C-350/93 Il-Kummissjoni vs l-Italja [1995]Ġabra I-699, punt 22. | Zadeva C-350/93, Komisija proti Italiji, Recueil 1995, str. I-699, točka 22. |
Kawża C-75/97 Il-Belġju vs Il-Kummissjoni [1999]Ġabra I3671, punt 66, u Kawża C-310/99 L-Italja vs Il-Kummissjoni [2002]Ġabra I-2289, punt 99. | Zadeva C-75/97, Belgija proti Komisiji, Recueil 1999, str. I-3671, točka 66, in zadeva C-310/99, Italija proti Komisiji, Recueil 2002, str. I-2289, točka 99. |
Kawża C-169/95 Spanja v Il-Kummissjoni [1997]Ġabra CR I-135, punt 51. | Zadeva C-169/95, Španija proti Komisiji, Recueil 1997, str. I-135, točka 51. |
Waħda mill-proprjetajiet għall-bejgħ kienet il-kamp militari Haslemoen Leir, li jinsab fil-muniċipalità ta’ Våler fil-kontea ta’ Hedmark, u li wara t-30 ta’ Ġunju 2003 ma baqgħux isiru attivitajiet militari fih. | Ena od nepremičnin, ki so bile naprodaj, je bilo vojaško oporišče Haslemoen Leir v občini Våler v okrožju Hedmark, v katerem so se vojaške dejavnosti prenehale izvajati 30. junija 2003. |
F’Ottubru 2004 l-Istat Norveġiż ta bidu għal proċess ta’ bejgħ, li wassal għall-akkwist tal-kamp militari kollu kemm hu mill-muniċipalità ta’ Våler għall-prezz ta’ NOK 46 miljun b’kuntratt datat is-16 ta’April 2005. | Norveška je oktobra 2004 začela prodajni postopek, v okviru katerega je občina Våler pozneje pridobila celotno vojaško oporišče po ceni 46 milijonov NOK s pogodbo z dne 16. aprila 2005. |
Madankollu, il-muniċipalità spjegat li l-istimatur tal-proprjetà, is-Sur Bakke, li għamel stima tal-valur għan-nom tal-muniċipalità meta l-proprjetà nxtrat mingħand l-Istat Norveġiż fl-2005, assista wkoll lill-muniċipalità fil-proċess tal-bejgħ lil Haslemoen AS fl-2006. | Bakke, ki je v imenu občine izvedel oceno vrednosti, ko je bila nepremičnina leta 2005 kupljena od Norveške države, občini pomagal tudi pri prodajnem postopku s podjetjem Haslemoen AS leta 2006. |
Għalkemm ma twettqet l-ebda valutazzjoni speċifika dwar id-29 binja, il-muniċipalità ppreżentat żewġ valutazzjonijiet li għamel is-Sur Bakke tal-prezz tal-bejgħ, it-tnejn li huma ddatati t-2 ta’ Mejju 2006. | Čeprav ni bila v zvezi z 29 zgradbami izvedena nobena posebna ocena, je občina predložila dve oceni prodajne cene cenilca Bakka, obe z dne 2. maja 2006. |
Madankollu, meta x-xerrej, bħal f’dan il-każ, qatt ma kellu l-ħsieb li jżomm il-proprjetajiet, iżda pjuttost antiċipa l-bejgħ mill-ġdid lil entitajiet privati eżatt wara, il-kwistjoni tal-valur tas-suq issir aktar imminenti. | Vendar ker kupec v tem primeru nikoli ni nameraval obdržati nepremičnin, temveč je predvideval, da jih bo kmalu zatem ponovno prodal zasebnim subjektom, postane vprašanje tržne vrednosti bolj neizbežno. |
Dan partikolarment meta x-xerrej ma jkunx se jwettaq valutazzjoni ġdida tal-valur iżda pjuttost ikun se jbigħ il-proprjetà bl-istess prezz jew saħansitra bi prezz aktar baxx lil xerrej magħżul minn qabel. | Zlasti ker kupec ni izvedel nove ocene vrednosti, ampak je nepremičnino prodal naprej po isti ali celo nižji ceni vnaprej izbranemu kupcu. |