Source | Target | Għalhekk, l-awtoritajiet Norveġiżi jsostnu li l-offerta ta’ OB ta’ NOK 3.1 miljun għandha titqies bħala ġejja minn parti b’interess partikolari peress li OB għandha pożizzjoni dominanti fis-suq lokali tas-servizzi għall-iskijjar u hi għalhekk disposta li tħallas prezz għoli b’mod eċċessiv biex telimina l-kompetituri mis-suq. | Po mnenju norveških organov je zato treba ponudbo podjetja OB v višini 3,1 milijona NOK razumeti kot ponudbo stranke s posebnim interesom, saj ima podjetje OB prevladujoč položaj na lokalnem trgu smučarskih storitev, zaradi česar je pripravljeno plačati pretirano visoko ceno, da bi tako tekmece izločilo s trga. |
Għalhekk, l-awtoritajiet Norveġiżi jsostnu li l-valur indikat mill-istimaturi esperti jirrifletti l-valur attwali tas-suq tal-proprjetà. | Zato trdijo, da vrednost, ki sta jo navedla strokovnjaka, ustreza dejanski tržni ceni zemljišča. |
6 Kummenti minn Strand Drift Oppdal AS [29] | 6 Pripombe podjetja Strand Drift Oppdal AS [29] |
SDO tissottometti li l-każ preżenti u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C35/2006 ma jistgħux jitqabblu. | Podjetje SDO trdi, da obravnavana zadeva in Odločba Komisije C35/2006 nista primerljivi. |
Fid-deċiżjoni C35/2006, il-valutazzjonijiet indipendenti tal-proprjetà twettqet kważi sentejn u nofs qabel sar il-bejgħ u li matul perjodu ta’ żmien daqshekk twil, il-valur tal-art seta’ nbidel b’mod sinifikanti. | V zadevi C35/2006 je bila neodvisna ocena zemljišča izvedena skoraj dve leti in pol pred prodajo, v tako dolgem obdobju pa bi se lahko vrednost zemljišča občutno spremenila. |
It-tieni, SDO targumenta li l-fatti tal-każ C35/2006 juru li mhux ċar jekk il-valutazzjoni indipendenti ntużatx biex jiġi ddeterminat il-valur tal-kuntratt. | Drugič, po mnenju podjetja SDO ni jasno, ali je bila neodvisna ocena v zadevi C35/2006 uporabljena za določitev prodajne cene. |
Fil-każ preżenti, min-naħa l-oħra, SDO tissottometti li l-bejgħ tal-art sar skont il-Linji Gwida tal-Awtorità, Taqsima 2.2. | V obravnavani zadevi pa je bila v skladu s trditvami podjetja SDO prodaja zemljišča sklenjena v skladu z oddelkom 2.2 Smernic Nadzornega organa. |
SDO issostni wkoll li l-offerta ta’ OB tidher li hija parti minn strateġija biex issir l-uniku fornitur ta’ servizzi għall-iskijjar fis-suq lokali, li, skont SDO, jispjega għaliex OB għamlet offerta li tiżboq sewwa l-valur tas-suq tal-proprjetà. | Podjetje SDO poleg tega trdi, da je ponudba podjetja OB očitno del njegove strategije, da postane edini ponudnik smučarskih storitev na lokalnem trgu, kar po mnenju podjetja SDO pojasnjuje, zakaj njegova ponudba močno presega tržno vrednost zemljišča. |
SDO tirreferi wkoll għall-informazzjoni mogħtija mill-Muniċipalità ta’ Oppdal f’ħarsa ġenerali bid-data tad-29 ta’Awwissu 2008 [30]li turi li l-prezz tal-bejgħ għall-proprjetà huwa l-ogħla prezz għal kull metru kwadru magħruf għal Muniċipalità. | Podjetje SDO se sklicuje tudi na podatke iz pregleda, ki ga je 29. avgusta 2008 predložila občina Oppdal [30]in iz katerega je razvidno, da je prodajna cena zemljišča glede na njene informacije najvišja cena za kvadratni meter zemljišča na zadevnem območju. |
Barra minna dan, SDO tissottometti li l-kwerelant xtara proprjetajiet fiż-żona għal prezzijiet konsiderevolment aktar baxxi mill-prezz tal-bejgħ fil-każ preżenti. | Poleg tega podjetje SDO trdi, da je pritožnik kupil zemljišča na zadevnem območju po cenah, ki so bile precej nižje od prodajne cene v obravnavani zadevi. |
SDO tipproponi wkoll li skont il-liġi kuntrattwali Norveġiża, kuntratt jiġi konkluż u jsir vinkolanti jekk il-partijiet ikun qablu mal-kundizzjonijiet, irrispettivament minn jekk il-kuntratt attwali jkunx ġie ffirmat. | Podjetje SDO tudi poudarja, da v skladu z norveškim pogodbenim pravom pogodba velja za sklenjeno in zavezujočo, če sta se pogodbenici dogovorili o pogojih, tudi če ni dejansko podpisana. |
Għalhekk, SDO hija tal-opinjoni li l-muniċipalità ta’ Oppdal kienet obbligata bil-liġi li tbiegħ il-proprjetà lil SDO fiż-żmien li OB ssottomettiet l-offerta tagħha. | Zato podjetje SDO meni, da je bila občina Oppdal pravno zavezana, da zemljišče proda njemu, kljub ponudbi podjetja OB. |
SDO tqis li l-bejgħ tal-proprjetà sar bil-valur tas-suq, meta wieħed iqis li l-prezz tal-bejgħ huwa bbażat fuq il-valutazzjoni ta’ żewġ esperti indipendenti skont il-Linji Gwida tal-Awtorità. | Po mnenju podjetja SDO je bila prodajna cena zemljišča tržna, saj v skladu s Smernicami Nadzornega organa temelji na oceni dveh neodvisnih strokovnjakov. |
Għalhekk, SDO targumenta li l-ebda għajnuna mill-Istat ma hija involuta. | Zato podjetje SDO trdi, da ne gre za državno pomoč. |
Il-preżenza tal-għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE | Prisotnost državne pomoči v smislu člena 61(1) Sporazuma EGP |
L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE huwa kif ġej: | Člen 61(1) Sporazuma EGP določa: |
Il-Linji Gwida dwar Elementi ta’ Għajnuna mill-Istat fil-Bejgħ ta’ Art u Bini minn Awtoritajiet Pubbliċi [31]. | Smernice o državni pomoči glede elementov državne pomoči pri prodaji zemljišč in objektov s strani javnih oblasti [31] |
Il-Linji gwida għall-Għajnuna mill-Istat dwar l-elementi ta’ għajnuna mill-Istat f’bejgħ ta’ artijiet u bini minn awtoritajiet pubbliċi (“il-Linji Gwida”) jagħtu aktar gwida dwar kif l-Awtorità tinterpreta u tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE li jirregolaw l-għajnuna mill-Istat meta din tkun tikkonċerna l-valutazzjoni tal-bejgħ ta’ art u bini pubbliku. | Smernice o državni pomoči glede elementov državne pomoči pri prodaji zemljišč in objektov s strani javnih oblasti (v nadaljevanju: Smernice) zagotavljajo dodatna navodila o tem, kako Nadzorni organ pri ocenjevanju prodaje javnih zemljišč in objektov razlaga in uporablja določbe o državni pomoči sporazuma EGP. |
It-Taqsima 2.1 tiddeskrivi bejgħ permezz ta’ proċedura ta’ irkant mhux ikkundizzjonata, filwaqt li t-Taqsima 2.2 tiddeskrivi bejgħ permezz ta’ valutazzjoni indipendenti ta’ espert. | Oddelek 2.1 opredeljuje prodajo prek brezpogojnega ponudbenega postopka, oddelek 2.2 pa prodajo na podlagi neodvisne strokovne ocene. |
Il-bejgħ ta’ artijiet u bini pubbliċi taħt il-valur tas-suq jimplika li huma involuti riżorsi tal-Istat. | Prodaja zemljišč in objektov v javni lasti pod tržno vrednostjo pomeni, da so vključena državna sredstva. |
Madankollu, il-Linji Gwida jipprovdu għal żewġ sitwazzjonijiet fejn, jekk jiġu rispettati l-kundizzjonijiet applikabbli, il-prezz li jitħallas għall-proprjetà jitqies bħala li jkun jikkorrispondi għall-valur tas-suq u għaldaqstant tiġi eskluża l-preżenza ta’ riżorsi tal-Istat. | Vendar pa Smernice predvidevajo dva primera, ko ob izpolnjenih veljavnih pogojih cena, plačana za zemljišče, velja za tržno, s čimer je izključena prisotnost državnih sredstev. |
Kif innutat hawn fuq, dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet huma: (a) il-bejgħ ikun sar permezz ta’ proċess ta’ irkant mhux ikkundizzjonat; u (b) il-bejgħ ikun sar wara valutazzjoni indipendenti ta’ espert. | Kot že povedano, sta ta dva primera naslednja: (a) prodaja je potekala prek brezpogojnega ponudbenega postopka ter (b) prodaja je bila izvedena po neodvisni strokovni oceni. |
Fil-każ preżenti, il-muniċipalità ma organizzatax proċess ta’ irkant mhux ikkundizzjonat iżda użat żewġ valutazzjonijiet esperti indipendenti bħala l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezz tal-bejgħ. | V obravnavani zadevi občina ni uporabila brezpogojnega ponudbenega postopka, pač pa je prodajno ceno določila na podlagi dveh neodvisnih strokovnih ocen. |
Ir-Taqsima 2.2 tal-Linji Gwida tal-Awtorità jipprovdu li “jekk l-awtoritajiet pubbliċi ma jkollhomx l-intenzjoni li jużaw il-proċedura deskritta fit-Taqsima 2.1, għandu jkun hemm stima indipendenti magħmula minn stimatur indipendenti wieħed jew aktar. Din issir qabel in-negozjati tal-bejgħ sabiex jkun stabbilit il-valur tas-suq fuq il-bażi ta’ indikaturi tas-suq ġeneralment aċċettati u tal-istandards tal-istimar. II-prezz tas-suq li jkun stabbilit huwa l-prezz tax-xiri minimu li jista’ jkun maqbul mingħajr ma tkun ingħatat għajnuna mill-Istat.” | Oddelek 2.2 Smernic Nadzornega organa določa: „če javne oblasti ne nameravajo uporabiti postopka, opisanega v oddelku 2.1, mora pred dogovori o prodaji en cenilec ali več opraviti neodvisno oceno, da se določi tržna vrednost na podlagi splošno sprejetih tržnih kazalcev in cenilskih standardov. Tako določena tržna cena je najnižja nakupna cena, ki se lahko določi brez dodelitve državne pomoči.“ |
L-awtoritajiet Norveġiżi indikaw li l-muniċipalità ta’ Oppdal ordnat żewġ valutazzjonijiet, mill-istimaturi indipendenti s-Sur Geir Husebø u s-Sur Ragnar Lian. | Norveški organi so navedli, da je občina Oppdal naročila dve oceni vrednosti zemljišča, ki sta jih opravila neodvisna strokovnjaka g. Geir Husebø in g. Ragnar Lian. |
Iż-żewġ rapporti stmaw valur simili tas-suq tal-proprjetà simili, NOK 800000 u NOK 850000 rispettivament. | Poročili sta določili podobni tržni vrednosti zemljišča, in sicer 800000 oziroma 850000 NOK. |
Il-bejgħ tal-proprjetà | Prodaja zemljišča |
Kif indikat l-Awtorità fid-deċiżjoni ta’ ftuħ, il-Linji Gwida ma jindirizzawx b’mod espliċitu sitwazzjoni fejn tidħol offerta ogħla konfliġġenti wara li jkun wasal ir-riżultat tal-evalwazzjoni tal-espert iżda qabel il-konklużjoni tal-kuntratt. | Kot je Nadzorni organ poudaril v odločitvi o začetku postopka, Smernice ne obravnavajo izrecno primerov, ko je po opravljeni strokovni oceni vrednosti, vendar še pred sklenitvijo kupoprodajne pogodbe, dana konkurenčna višja ponudba. |
L-Awtorità tikkunsidra li f’tali sitwazzjoni, is-sottomissjoni ta’ offerta ogħla konfliġġenti tista’ tqajjem dubji dwar jekk l-evalwazzjonijiet tal-esperti jkunux jirriflettu l-valur attwali fis-suq tal-proprjetà. | Nadzorni organ meni, da v takem primeru oddaja konkurenčne višje ponudbe lahko zbuja pomisleke glede tega, ali strokovna ocena izraža tržno ceno zemljišča. |
Fid-deċiżjoni ta’ ftuħ, l-Awtorità rreferiet għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C35/2006, li ttrattat sitwazzjoni fejn saret offerta wara li ġiet riċevuta l-valutazzjoni esperta. | Nadzorni organ se v odločitvi o začetku postopka sklicuje na odločitev Komisije v zadevi 35/2006, ki obravnava primer, ko je bila ponudba dana po opravljeni strokovni oceni vrednosti. |
Fid-deċiżjoni tagħha l-Kummissjoni ddikjarat: | V tej odločitvi je Komisija navedla: |
“Anke li kieku l-evalwazzjoni minn espert saret skont din il-Komunikazzjoni [32], jiġifieri evalwazzjoni tal-biċċa art li attwalmenti kienet se tinbiegħ magħmula ftit qabel ma sar il-bejgħ tagħha u fuq il-bażi ta’ l-istandards ta’ evalwazzjoni ġeneralment aċċettati, din l-evalwazzjoni kienet se tkun strument inferjuri biex tiddetermina l-prezz fis-suq tal-art, fin-nuqqas ta’ offerti bi prezzijiet reali. Mill-mument li offerta kredibbli u li torbot tkun sottomessa u sakemm l-offerta tkun direttament kumparabbli ma’ u ogħla mill-istima tal-prezz skont l-evalwazzjoni, din ta’ qabel għandha tieħu preferenza. l-offerta tistabilixxi prezz fis-suq reali u għandha tiġi kkunsidrata bħala prokura aħjar għar-riżorsi tal-Istat mitlufin minn evalwazzjoni minn espert” [33].Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ġiet appellata quddiem il-Qorti Ġenerali. | „Tudi če bi bila strokovna ocena opravljena v skladu s Sporočilom [32], tj. bi bila ocena dejanskega zemljišča, ki se prodaja, opravljena tik pred prodajo in na podlagi splošno sprejetih cenilskih standardov, bi bila ta ocena v odsotnosti dejanskih cenovnih ponudb samo drugi najboljši instrument za ugotavljanje tržne cene zemljišča. Od trenutka oddaje verodostojne in zavezujoče ponudbe in pod pogojem, da je ta ponudba neposredno primerljiva s ceno iz ocene in višja od nje, je treba dati prednost tej ponudbi. V ponudbi je določena dejanska tržna cena, zato je razlika med ceno iz ponudbe in prodajno ceno najboljši približek državnih sredstev, ki se jim je država odrekla“ [33].Zoper odločitev Komisije je bila vložena pritožba pri Splošnem sodišču. |
Il-Qorti Ġenerali [34]ma qablitx mal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni u sabet li ma kienx hemm għajnuna mill-Istat fit-transazzjoni tal-bejgħ ta’ artijiet. | Splošno sodišče [34]se ni strinjalo z oceno Komisije in je odločilo, da pri prodaji zemljišča ni šlo za državno pomoč. |
Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-offerta ogħla konfliġġenti la kienet kredibbli u lanqas komparabbli mal-offerta aċċettata mill-muniċipalità [35]. | Splošno sodišče je ugotovilo, da konkurenčna višja ponudba ni bila niti verodostojna niti primerljiva s ponudbo, ki jo je občina sprejela [35]. |
Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali indikat ukoll li huwa importanti li wieħed iqis iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ meta jiġi determinat jekk offerta konfliġġenti tkunx tista’ titqies bħala komparabbli [36]. Fil-każ preżenti, l-awtoritajiet Norveġiżi ssottomettew li OB kienet xerrejja b’interess speċjali fil-proprjetà u bħala konsegwenza ta’ dan l-interess speċjali, OB kienet lesta tħallas prezz għoli b’mod abnormali għall-proprjetà biex ma tħallis lil SDO tistabbilixxi negozju li jikkompeti ma’ tagħha. | Poleg tega je poudarilo, da je treba pri odločitvi, ali je konkurenčna ponudba primerljiva, upoštevati posebne okoliščine zadeve [36].V obravnavani zadevi so norveški organi trdili, da je bilo podjetje OB kupec s posebnim interesom za zemljišče, zaradi česar je bilo zanj pripravljeno plačati nenormalno visoko ceno, da bi tako podjetju SDO preprečilo postati konkurenčno podjetje. |
OB hija l-fornitur dominanti tas-servizzi tal-iskijja fil-faċilità tal-iskijjar. | Podjetje OB ima prevladujoč položaj na področju smučarskih storitev v zadevnem smučarskem središču. |
In-negozju ta’ SDO ikun f’kompetizzjoni diretta mas-servizzi pprovduti minn OB u jkun ta' theddida għall-pożizzjoni dominanti ta’ OB fis-suq. | Dejavnosti podjetja SDO bi neposredno konkurirale njegovim dejavnostim in tako ogrožale njegov tržni položaj. |
OB oġġezzjonat għar-riklassifikazzjoni tal-proprjetà u meta l-ilment tagħha ġie rifjutat, OB riedet tixtri l-proprjetà. | Podjetje OB je najprej nasprotovalo spremembi namembnosti zemljišča, ko je bila njegova pritožba zavrnjena, pa ga je hotelo kupiti. |
Dan juri l-intenzjonijiet ta’ OB. | Iz tega so razvidni nameni podjetja OB. |
OB tista’ għalhekk titqies bħala li għandha interess speċjali fil-proprjetà. | Zato je mogoče trditi, da ima podjetje OB poseben interes za zemljišče. |
L-interess speċjali ta’ OB huwa rifless fl-offerta għolja; l-offerta mressqa minn OB kienet iktar minn tliet darbiet ogħla (NOK 3100000) mill-prezz stabbilit mill-esperti indipendenti u l-Awtorità ma għandhiex indikazzjonijiet li l-valutazzjonijiet tal-valur imwettqa mill-esperti indipendenti kellhom xi nuqqasijiet. | Poseben interes podjetja OB je razviden iz visoke ponudbe; njegova ponudba je bila trikrat višja (3100000 NOK) od cene, ki sta jo določila neodvisna strokovnjaka. Nadzorni organ nima razloga za domnevo, da sta bili oceni vrednosti, ki sta jih opravila neodvisna strokovnjaka, pomanjkljivi. |
Fil-każ preżenti, l-Awtorità tikkunsidra li l-offerti magħmula minn SDO u minn OB mhumiex komparabbli minħabba l-interess speċjali ta’ OB fil-proprjetà. | V obravnavani zadevi Nadzorni organ meni, da ponudbi podjetij SDO in OB nista primerljivi, ker je imelo podjetje OB poseben interes za zemljišče. |
Bħala konsegwenza ta’ dan l-interess speċjali, OB hija lesta li tagħmel offerta għolja b’mod eċċessiv fuq il-proprjetà. | Zaradi tega posebnega interesa je bilo podjetje OB pripravljeno dati pretirano visoko ponudbo za nakup zemljišča. |
Din l-offerta għalhekk ma tistax titqies bħala komparabbli mal-offerta magħmula minn SDO, li tirrifletti l-valur tal-proprjetà stabbilit mill-esperti indipendenti. | Te ponudbe torej ni mogočešteti za primerljivo s ponudbo podjetja SDO, ki ustreza vrednosti zemljišča, ki sta jo določila neodvisna strokovnjaka. |
Għalhekk, fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ, l-Awtorità tikkonkludi li l-proprjetà nbiegħet bil-prezz tas-suq skont il-proċedura stipulata fit-taqsima 2.2 tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar bejgħ ta’ artijiet u bini minn awtoritajiet pubbliċi. | Glede na okoliščine zadeve Nadzorni organ tako zaključuje, da je bilo zemljišče prodano po tržni ceni v skladu s postopkom iz oddelka 2.2 njegovih smernic o prodaji zemljišč in objektov s strani javnih oblasti. |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, l-Awtorità tqis li ma kienet involuta l-ebda għajnuna mill-Istat fil-bejgħ tal-proprjeta mill-muniċipalità ta’ Oppdal lil SDO peress li l-offerta konfliġġenti magħmula minn OB għandha titqies bħala waħda li ġejja minn xerrej b’interess speċjali fil-proprjetà. | Ob upoštevanju navedenega Nadzorni organ meni, da pri prodaji zemljišča občine Oppdal podjetju SDO ni šlo za državno pomoč, saj je bila konkurenčna ponudba podjetja OB ponudba kupca s posebnim interesom za zemljišče. |
L-Awtorità b’hekk tqis li l-bejgħ sar bil-valur tas-suq skont il-proċedura stipulata fit-taqsima 2.2 tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar bejgħ ta’ artijiet u bini minn awtoritajiet pubbliċi. | Nadzorni organ zato meni, da je bilo zemljišče prodano po tržni ceni v skladu s postopkom iz oddelka 2.2 njegovih smernic o prodaji zemljišč in objektov s strani javnih oblasti. |
7 Konklużjoni | 7 Zaključek |
Fuq il-bażi tal-evalwazzjoni ta’ hawn fuq, l-Awtorità tqis li l-bejgħ tal-proprjetà gnr 271/8 mill-muniċipalità ta’ Oppdal lil Strand Drift Oppdal AS ma kkostitwietx għajnuna mill-Istat fi ħdan it-tifsira tad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat fil-Ftehim taż-ŻEE. | Na podlagi zgornje ocene Nadzorni organ meni, da prodaja zemljišča gnr 271/8 podjetju Strand Drift Oppdal AS s strani občine Oppdal ni vključevala državne pomoči v smislu določb o državni pomoči Sporazuma EGP – |
L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tikkunsidra li l-bejgħ mill-muniċipalità ta’ Oppdal tal-proprjetà gnr 271/8 lil Strand Drift Oppdal AS ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE. | Nadzorni organ Efte meni, da prodaja zemljišča gnr 271/8 podjetju Strand Drift Oppdal AS s strani občine Oppdal ni vključevala državne pomoči v smislu člena 61 Sporazuma EGP. |
Il-proċedura inizjalata skont l-Artikolu 4(4), moqrija flimkien mal-Artikolu 13, tal-Parti II tal-Protokoll 3 dwar il-bejgħtal-propjetà gnr 271/8 mill-muniċipalità ta’ Oppdal hija b’dan magħluqa. | Postopek, začet v skladu s členom 4(4) v povezavi s členom 13 dela II Protokola 3 v zvezi s prodajo zemljišča gnr 271/8 s strani občine Oppdal, se zaključi. |
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Mejju 2012. | V Bruslju, 9. maja 2012 |
Disponibbli fuq: http://www.eftasurv.int/media/decisions/195-04-COL.pdf | Na voljo na naslovu: http://www.eftasurv.int/media/decisions/195-04-COL.pdf |
Ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ĠU C 34, 3.2.2011, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali Nru 6, 3.2.2011. | Objavljeno v Uradnem listu Evropske unije, UL C 34 z dne 3.2.2011, in v Dopolnilu EGP k Uradnemu listu Evropske unije št. 6 z dne 3.2.2011. |
Dawn id-dokumenti ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ĠU C 34, 3.2.2011, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali Nru 6, 3.2.2011 | Ti dokumenti so bili objavljeni v Uradnem listu Evropske unije, UL C 34 z dne 3.2.2011, in v Dopolnilu EGP k Uradnemu listu Evropske unije št. 6 z dne 3.2.2011. |
Avveniment Nru 491369. | Ev. št. 491369. |
Ara l-minuti mil-laqgħa 31.03.2008 fil-muniċipalità ta’ Oppdal (l-awtorità tal-kostruzzjoni) (Avveniment Nru 490914). | Glej zapisnik sestanka z dne 31. marca 2008 v občini Oppdal (gradbena uprava) (ev. št. 490914). |
Ara l-minuti mil-laqgħa 26.05.2008 fil-muniċipalità ta’ Oppdal (l-awtorità tal-kostruzzjoni) (Avveniment Nru 490914). | Glej zapisnik sestanka z dne 26. maja 2008 v občini Oppdal (gradbena uprava) (ev. št. 490914). |
Ara l-minuti mil-laqgħa 30.6.2008 fil-muniċipalità ta’ Oppdal (l-awtorità tal-kostruzzjoni) (Avveniment Nru 493593). | Glej zapisnik sestanka z dne 30. junija 2008 v občini Oppdal (lokalni izvršilni odbor) (ev. št. 493593). |
Avveniment Nru 484869. | Ev. št. 484869. |