Source | Target | Is-suq Nordiku huwa maqsum f'għadd ta’ oqsma ta’ offerti li huma pariġġati minn interkonnetturi. | Nordijski trg je razdeljen na več območij ponudnikov, ki so povezana s povezovalnimi vodi. |
Il-prezz tan-negozju fl-Elspot huwa bbażat fuq l-offerti mingħand il-parteċipanti kollha tas-suq u jiġi ffissat biex jibbilanċja l-forniment u d-domanda fis-suq għal kull siegħa mill-24 ta’ kull jum. | Trgovalna cena na trgu Elspot temelji na ponujenih nakupnih in prodajnih cenah vseh udeležencev na trgu in je določena tako, da sta ponudba in povpraševanje na trgu vsako uro v 24-urnem obdobju uravnotežena. |
Il-mekkaniżmu tal-ipprezzar fl-Elspot jaġġusta l-fluss tal-enerġija permezz tal-interkonnetturi fis-suq għall-kapaċità disponibbli tan-negozjar mogħti mill-operaturi tas-sistema tat-trasmissjoni Nordika. | Mehanizem določanja cen na trgu Elspot prilagaja pretok električne energije prek povezovalnih vodov na trgu glede na razpoložljivo zmogljivost trgovanja, ki jo sporočijo operaterji nordijskega prenosnega sistema. |
Il-limiti tal-kapaċità tat-trasmissjoni fir-reġjun Nordiku jistgħu jwasslu għal konġestjoni temporanja li taqsam iż-żona Nordika b'mod ġeografiku fi swieq iżgħar. | Omejitve prenosnih zmogljivosti znotraj nordijske regije lahko povzročijo začasno prezasedenost, zaradi česar se nordijsko območje geografsko razdeli na manjše trge. |
Fl-interkonnetturi bejn il-pajjiżi Nordiċi u fin-Norveġja stess, jintużaw il-mekkaniżmi tal-ipprezzar biex itaffu l-konġestjoni fix-xibka tal-enerġija bl-introduzzjoni ta’ prezzijiet differenti tal-Elspot skont iż-żona. | Na povezovalnih vodih med nordijskimi državami in znotraj Norveške se za zmanjšanje prezasedenosti omrežja z uporabo mehanizmov določanja cen uvedejo različne cene za posamezna območja trga Elspot. |
Għaldaqstant jista' jkun hemm prezzijiet differenti fiż-żoni tal-prezz li jibbilanċjaw il-forniment u d-domanda fiż-żona. | Zato so cene po cenovnih območjih lahko različne, kar omogoča uravnoteženost ponudbe in povpraševanja na zadevnem območju. |
U b'konsegwenza ta’ dan, is-suq ġeografiku rilevanti jista' jvarja minn siegħa għall-oħra. | Posledično se upoštevni geografski trg lahko iz ure v uro spreminja. |
Meta jkun hemm konġestjoni, is-suq ġeografiku rilevanti jkun aktar limitat miż-żona Nordika u jista' jikkoinċidi ma’ żoni domestiċi tal-offerti. | V primeru prezasedenosti je upoštevni geografski trg manjši od nordijskega območja in lahko ustreza domačim območjem ponudnikov. |
Fil-preżent hemm ħames żoni tal-offerta fin-Norveġja [5]. | Trenutno je na Norveškem pet območij ponudnikov [5]. |
Iżda l-perċentwal tas-siegħat fejn ikun hemm differenzi fil-prezzijiet fost iż-żoni fir-reġjun Nordiku huwa limitat: | Vendar je delež ur, v katerih prihaja do cenovnih razlik med območji v nordijski regiji, nizek: |
Żona tal-prezz | Cenovno območje |
NO 2 – Kristiansand | št. 2 – Kristiansand |
NO 3 – Trondheim | št. 3 – Trondheim |
NO 4 – Tromsø | št. 4 – Tromsø |
NO 5 – Bergen | št. 5 – Bergen |
Ħafna miż-żmien, iż-żoni tal-prezzijiet ikunu konnessi: | Večino časa so cenovna območja povezana: |
Sett ta’ żoni tal-prezz | Niz cenovnih območij |
% ta’ siegħat konnessi | % povezanih ur |
NO 1 – NO 2 | št. 1 – št. 2 |
NO 1 – NO 2 – NO 5 | št. 1 – št. 2 – št. 5 |
NO 3 – NO 4 – l-Isvezja | št. 3 – št. 4 – Švedska |
Iż-żoni tal-prezz Norveġiżi ġeneralment ikunu integrati mal-Isvezja. | Norveška cenovna območja so večinoma integrirana s Švedsko. |
Il-possibbiltà li jkun hemm il-konġestjonijiet tista' tqajjem tħassib dwar l-utilizzazzjoni ta’ imblukkar temporanju li jista' jżid is-saħħa tas-suq lokali. | Možnost nastanka prezasedenosti lahko vzbuja zaskrbljenost zaradi morebitnega izkoriščanja začasnih ozkih grl, kar bi lahko povečalo lokalno tržno moč. |
Abbażi ta’ dan, l-awtoritajiet Norveġiżi tal-kompetizzjoni ddefinixxew is-suq ġeografiku rilevanti bħala wieħed Nordiku fis-siegħat meta ma jkunx hemm konġestjoni u wieħed iżgħar waqt is-siegħat ta’ konġestjoni [6]. | Na tej osnovi so norveški organi za konkurenco opredelili upoštevni geografski trg kot nordijsko območje v urah brez prezasedenostiter kot manjše območje od nordijskega v urah prezasedenosti [6]. |
Il-kwistjoni dwar jekk is-suq jiġi definit bħala wieħed li jkopri r-reġjun Nordiku jew jekk huwiex wieħed iżgħar se titħalla miftuħa billi r-riżultat tal-analiżi jibqa' l-istess sew jekk huwa bbażat fuq definizzjoni dejqa kif ukoll fuq waħda usa'. | Vprašanje, ali trg zajema nordijsko regijo ali manjše območje, bo ostalo odprto, saj rezultat analize ostaja enak ne glede na to, ali temelji na ožji ali širši opredelitvi trga. |
L-aċċess għas-suq | Dostop do trga |
Fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli, u għall-għanijiet attwali, jidher li n-Norveġja implimentat u applikat b'mod sħiħ id-Direttiva 2003/54/KE. | Ob upoštevanju trenutno razpoložljivih informacij in za potrebe te odločbe se zdi, da je Norveška v celoti prenesla Direktivo 2003/54/ES v svojo zakonodajo in jo v celoti izvaja. |
Konsegwentement, u skont l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 30(3), l-aċċess għas-suq għandu jitqies li mhuwiex ristrett fit-territorju tan-Norveġja. | Na podlagi te ugotovitve in v skladu s prvim pododstavkom člena 30(3) se šteje, da dostop do trga na celotnem ozemlju Norveške ni omejen. |
Esponiment għall-kompetizzjoni | Izpostavljenost konkurenci |
Bi qbil mal-Kummissjoni Ewropea [7], l-Awtorità se tanalizza s-sehem fis-suq tat-tliet produtturi ewlenin, il-grad ta’ konċentrazzjoni fis-suq u l-grad ta’ likwidità tas-suq. | Nadzorni organ bo v soglasju z Evropsko komisijo [7]analiziral tržni delež treh glavnih proizvajalcev, stopnjo koncentracije na trgu in stopnjo likvidnosti trga. |
Il-Kummissjoni Ewropea hija tal-opinjoni li, fir-rigward tal-produzzjoni tal-elettriku, “indikatur wieħed għall-grad ta’ kompetizzjoni fis-swieq nazzjonali huwa s-sehem totali tas-suq tal-ikbar tliet produtturi” [8]. | (20) Evropska komisija meni, da je v zvezi s proizvodnjo električne energije „eden od pokazateljev stopnje konkurence na nacionalnih trgih […]skupni tržni delež treh največjih proizvajalcev“ [8]. |
Is-sehem fis-suq aggregat f'terminu tal-kapaċità ta’ produzzjoni tal-ikbar tliet produtturi fir-reġjun Nordiku fl-2010 kien ta’ 45,1 % (Vattenfall: 18,8 %, Statkraft: 13,3 % u Fortum: 13 %) li huwa livell aċċettabbli. | Skupni tržni delež v smislu proizvodne zmogljivosti treh največjih proizvajalcev v nordijski regiji je v letu 2010 znašal 45,1 % (Vattenfall: 18,8 %, Statkraft: 13,3 % in Fortum: 13 %), kar je sprejemljiva raven. |
Il-grad tal-konċentrament fin-Norveġja meqjus mill-Indiċi Hirschman-Herfindahl (HHI) skont il-kapaċità kien 1826 fl-2008 [9]. | Stopnja koncentracije na Norveškem, izmerjena s Hirschmann-Herfindahlov indeksom (HHI) glede na zmogljivost, je v letu 2008 znašala 1826 [9]. |
Is-suq bl-ingrossa tal-enerġija elettrika Nordiku għandu jitqies bħala wieħed kompetittiv. | Nordijski veleprodajni trg električne energije je treba obravnavati kot konkurenčnega. |
It-transizzjoni għal suq miftuħ fir-reġjun Nordiku kienet suċċess kbir. | Prehod na odprt trg je bil v nordijski regiji zelo uspešen. |
Hemm iżjed minn 300 kummerċjant irreġistrati mal-borża. | Na borzi je registriranih več kot 300 trgovcev. |
Kif inhu deskritt hawn fuq, l-imblukkar minħabba l-konġestjoni huwa rari u ta’ natura temporanja. | Kot je bilo pojasnjeno prej, so ozka grla zaradi prezasedenosti redka in začasna. |
Għalhekk teżisti pressjoni kompetittiva kostanti minħabba l-potenzjal li wieħed jakkwista l-elettriku minn barra t-territorju Norveġiż. | Torej obstaja nenehen konkurenčni pritisk zaradi možnosti pridobivanja električne energije iz območij zunaj norveškega ozemlja. |
Bejn il-pajjiżi Nordiċi ma jintalabx ħlas għat-trasmissjoni. | Med nordijskimi državami se ne zaračunavajo pristojbine za prenos. |
Il-kollegamenti bejn in-Norveġja u żoni tariffarji oħra li sikwit ma jkunux konġestjonati jiggarantixxu li l-investiment fis-settur tal-elettriku fit-territorju Norveġiż ma jistax isir mingħajr ma jitqiesu produtturi oħra fis-suq Nordiku. | Povezave med Norveško in drugimi cenovnimi območji so redko prezasedene, zato naložbe v sektor električne energije znotraj norveškega ozemlja niso možne brez upoštevanja drugih proizvajalcev na nordijskem trgu. |
Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-elettriku bl-ingrossa jiġu ffissati minn Nord Pool, li topera pjattaforma tan-negozju fluwida ħafna. | Poleg tega veleprodajne cene električne energije določa Nord Pool, ki upravlja visoko likvidno trgovalno platformo. |
Barra minn dan, il-funzjonament tas-swieq ta’ bilanċ għandu wkoll jitqies bħala indikatur, mhux biss fir-rigward tal-produzzjoni iżda wkoll għas-suq bl-ingrossa. | Poleg tega je kot enega od kazalnikov treba upoštevati tudi delovanje izravnalnih trgov, ne samo v zvezi s proizvodnjo, ampak tudi za veleprodajni trg. |
Fil-fatt, kull parteċipant tas-suq li ma jsibhiex faċli li jqabbel il-portafoll tal-produzzjoni tiegħu mal-karatteristiċi tal-klijenti tiegħu jista' jsib ruħu espost għad-differenza bejn il-prezz li bih l-operatur tas-sistemi ta’ trasmissjoni [TSO - transmission system operator]ibigħ l-enerġija minħabba żbilanċ, u l-prezz li bih jixtri lura l-produzzjoni żejda. | Dejansko je lahko vsak udeleženec na trgu, ki svoj proizvodni portfelj težko prilagodi lastnostim svojih strank, izpostavljen razliki med ceno, po kateri bo upravljavec prenosnega sistema prodajal izravnalno električno energijo, in ceno, po kateri bo odkupil presežno proizvodnjo. |
Dawn il-prezzijiet jistgħu jkunu imposti direttament mir-regolatur tat-TSO; jew inkella jintuża mekkaniżmu abbażi tas-suq, li fih il-prezz jiġi ddeterminat minn offerti li jkunu għamlu produtturi oħra biex jirregolaw il-produzzjoni tagħhom 'il fuq jew 'l isfel. | Te cene lahko upravljavcem prenosnih omrežij neposredno predpiše regulatorni organ ali pa se kot druga rešitev uporabi tržni mehanizem, po katerem se cena določi na podlagi ponudb drugih proizvajalcev, ki lahko tako svojo proizvodnjo popravijo navzgor ali navzdol. |
Jeżisti suq ta’ bilanċ kważi kompletament integrat fir-reġjun Nordiku għall-forniment ta’ enerġija li tibbilanċja u l-karatteristiċi ewlenin tiegħu – l-ipprezzar ibbażat fuq is-suq u distakk żgħir bejn il-prezz tax-xiri mingħand it-TSO u l-prezz tal-bejgħ – huma tali li għandu jitqies bħala indikatur tal-esponiment dirett għall-kompetizzjoni. | V nordijski regiji obstaja skoraj popolnoma integriran izravnalni trg za dobavo izravnalne energije, njegove glavne značilnosti (tržno določanje cen ter majhne razlike med nakupno ceno upravljavca prenosnega omrežja in prodajno ceno) pa kažejo na neposredno izpostavljenost konkurenci. |
Għalhekk dawn il-fatturi għandhom jitqiesu bħala indikazzjoni ta’ esponiment dirett għall-kompetizzjoni għas-suq rilevanti li qed jiġi rivedut mingħajr ma jitqies jekk l-ambitu ġeografiku tas-suq iwassalx sar-reġjun Nordiku ġenerali jew għandux ambitu idjeq. | Zato je treba te dejavnike upoštevati kot pokazatelje neposredne izpostavljenosti konkurenci na upoštevnem trgu, ki je predmet pregleda, ne glede na to, ali geografski obseg trga zajema celotno nordijsko regijo ali manjše območje. |
IL-KONKLUŻJONI | SKLEPNE UGOTOVITVE |
Fid-dawl tal-indikaturi fin-Norveġja msemmijin hawn fuq, il-kundizzjoni ta’ esponiment dirett għall-kompetizzjoni stabbilita fl-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE għandha titqies li ntlaħqet fir-rigward tal-produzzjoni u tal-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fin-Norveġja. | Na podlagi zgoraj navedenih pokazateljev je mogoče ugotoviti, da je pri proizvodnji in veleprodaji električne energije na Norveškem pogoj glede neposredne izpostavljenosti konkurenci iz člena 30(1) Direktive 2004/17/ES izpolnjen. |
Barra minn hekk, kif inhu osservat fil-premessa 18, il-kundizzjoni għall-aċċess ħieles għall-attività jrid jitqies li hu milħuq. | Kot je navedeno v uvodni izjavi 18, se šteje, da je izpolnjen tudi pogoj glede prostega dostopa do dejavnosti. |
B'riżultat ta’ dan, id-Direttiva 2004/17/KE ma għandhiex tapplika meta l-entitajiet kuntrattwali joffru kuntratti bl-għan li jippermettu l-ġenerazzjoni tal-elettriku jew il-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku f'dawn iż-żoni ġeografiċi u lanqas meta huma jorganizzaw fil-post kompetizzjonijiet ta’ disinn bl-iskop li hemm titkompla attività ta’ din ix-xorta. | Zato se Direktiva 2004/17/ES ne bi smela uporabljati, kadar naročniki oddajo naročila za omogočanje proizvodnje ali veleprodaje električne energije na teh geografskih območjih, niti kadar organizirajo natečaje za izvajanje takšne dejavnosti na teh območjih. |
Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq is-sitwazzjoni ġuridika u fattwali mill-24 ta’ Jannar 2012 kif jidher mill-informazzjoni mressqa mill-applikant. | Ta odločba temelji na pravni podlagi in dejanskem stanju na dan 24. januarja 2012, razvidnih iz informacij, ki so jih predložili vložniki. |
Tista' tiġi riveduta, jekk tibdiliet sinifikanti fis-sitwazzjoni legali u fattwali jfissru li l-kundizzjonijiet għall-applikabbiltà tal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE ma għadhomx sodisfatti. | Odločba se lahko spremeni, če bi pomembne spremembe pravne podlage ali dejanskega stanja pomenile, da pogoji za uporabo člena 30(1) Direktive 2004/17/ES niso več izpolnjeni. |
Din id-Deċiżjoni ttieħdet biss bil-għan li tingħata eżenzjoni skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE u hija mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni. | Ta odločba se izdaja samo za namen odobritve izvzetja v skladu s členom 30 Direktive 2004/17/ES in ne vpliva na uporabo pravil o konkurenci. |
Din id-Deċiżjoni tapplika għall-produzzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fin-Norveġja u ma tikkonċernax l-attivitajiet tat-trasmissjoni, tad-distribuzzjoni u tal-forniment bl-imnut tal-elettriku fin-Norveġja. | Ta odločba se uporablja za proizvodnjo in veleprodajo električne energije na Norveškem in ne zadeva dejavnosti prenosa, distribucije in maloprodaje električne energije na Norveškem. |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Akkwisti Pubbliċi tal-EFTA li jassisti lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. | Ukrepi, določeni v tej odločbi, so v skladu z mnenjem Odbora Efte za javna naročila, ki pomaga Nadzornemu organu Efte – |
L-Att imsemmi fil-punt 4 tal-Anness XVI tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea li jistabbilixxi l-proċeduri għall-għotja ta’ kuntratti pubbliċi fis-settur tas-servizzi pubbliċi (Id-Direttiva 2004/17/KE) ma għandux japplika għall-kuntratti mogħtija minn entitajiet kontraenti li jkollhom l-għan li jippermettu l-attivitajiet ta’ produzzjoni u bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fin-Norveġja. | Akt iz točke 4 Priloge XVI k Sporazumu o Evropskem gospodarskem prostoru, ki določa postopke za oddajo javnih naročil v sektorju gospodarskih javnih služb (Direktiva 2004/17/ES), se za naročila naročnikov, ki so namenjena omogočanju dejavnosti proizvodnje in veleprodaje električne energije na Norveškem, ne uporablja. |
Magħmula fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2012. | V Bruslju, 22. maja 2012 |
ĠU L 27, 30.1.1997, p. 20. | UL L 27, 30.1.1997, str. 20. |
ĠU L 176, 15.7.2003, p. 37. | UL L 176, 15.7.2003, str. 37. |
Id-Direttiva 2003/54/KE ddaħħlet fil-Ftehim dwar iż-ŻEE bid-Deċiżjoni Nru 146/2005 tat-2 ta’ Diċembru 2005 (ĠU L 53, 23.2.2006, p. 43), tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, u daħlet fis-seħħ għall-Istati tal-EFTA fl-1 ta’ Ġunj 2007. | Direktiva 2003/54/EC je bila vključena v Sporazum EGP s Sklepom Skupnega odbora EGP št. 146/2005 z dne 2. decembra 2005 (UL L 53, 23.2.2006, str. 43) in je za države Efte začela veljati 1. junija 2007. |