Source | Target | Madankollu, l-investigazzjoni wriet li, minn naħa waħda, ma teżisti ebda definizzjoni oġġettiva/aċċettata b’mod universali ta’ din il-kategorija u li, min-naħa l-oħra, hemm bosta produtturi mill-Unjoni li jimmanifatturaw porċellana maħduma bl-idejn. | Vendar je bilo na podlagi preiskave ugotovljeno, da na eni strani za to kategorijo ni nobene splošno sprejete/objektivne opredelitve in da na drugi strani več proizvajalcev Unije izdeluje ročno izdelan porcelan. |
L-investigazzjoni wriet li la kien hemm karatteristiċi fiżiċi fundamentalment differenti minn għamliet oħrajn ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina u lanqas perċezzjoni differenti tal-konsumaturi meta mqabbla ma’ porċellana maħduma bl-idejn manifatturata fl-Unjoni. | Pri preiskavi niso bile ugotovljene bistveno drugačne fizikalne značilnosti kot pri drugih vrstah keramične namizne in kuhinjske posode niti drugačno dojemanje potrošnikov v primerjavi z ročno izdelanim porcelanom iz Unije. |
Għalhekk, it-talba għall-esklużjoni tal-porċellana maħduma bl-idejn mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni hija miċħuda b’mod provviżorju. | Zato se zahtevek za izključitev ročno izdelanega porcelana iz obsega izdelka v preiskavi začasno zavrne. |
Oġġetti ta’ fuq il-mejda mpinġija bl-idejn | Ročno poslikana namizna posoda |
Diversi importaturi għamlu rappreżentazzjonijiet għall-esklużjoni ta’ oġġetti ta’ fuq il-mejda mpinġija bl-idejn mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni. | Različni uvozniki so predlagali izključitev ročno poslikane namizne posode iz obsega izdelka v preiskavi. |
L-argumenti mressqa kienu jikkonċernaw il-fatt li l-oġġetti ta’ fuq il-mejda mpinġija bl-idejn huma mmirati għal ċertu tip ta’ konsumaturi, li jistgħu jintużaw għal għanijiet differenti minn oġġetti ta’ fuq il-mejda tradizzjonali (eż. bħala dekorazzjoni), li ma jiġux manifatturati fi kwantitajiet kummerċjali fl-Unjoni, li mhumiex direttament kompetittivi u lanqas interkambjabbli ma’ oġġetti oħrajn ta’ fuq il-mejda jew tal-kċina, il-perċezzjoni differenti mill-konsumaturi, il-lussu u n-natura aktar fraġli tagħhom, flimkien mal-proċess tal-produzzjoni speċifiku tagħhom, jinvolvu xogħol aktar intensiv u ħaddiema b’ħiliet kbar. | Predloženi razlogi so se nanašali na dejstvo, da je ročno poslikana namizna posoda namenjena določeni vrsti potrošnikov, da se lahko uporablja za drugačne namene kot tradicionalna namizna posoda (npr. za okras), da se v Uniji ne proizvaja v komercialnih količinah, da ni neposredno konkurenčna niti zamenljiva z drugo kuhinjsko/namizno posodo, na drugačno dojemanje potrošnikov, njeno razkošnost in večjo krhkost, skupaj z njenim posebnim proizvodnim postopkom, večjo delovno intenzivnostjo in sodelovanjem zelo izkušenih delavcev. |
L-investigazzjoni wriet li l-prodott huwa assolutament identiku għal oġġetti ta’ fuq il-mejda mhux impinġija bl-idejn sakemm issir it-tpinġija bl-idejn. | Na podlagi preiskave je bilo ugotovljeno, da je izdelek do ročne poslikave popolnoma enak namizni posodi, ki ni ročno poslikana. |
Hija ċċarat ukoll li l-fatt li l-proċess tal-manifattura jinvolvi aktar trattament manwali ma jrendix il-prodott f’wieħed differenti; fil-fatt, ħafna mill-utenti finali jsibuha diffiċli biex jagħmlu distinzjoni, jekk ikun hemm, bejn porċellana mpinġija bl-idejn u porċellana mhux impinġija bl-idejn. | Prav tako je bilo pojasnjeno, da dejstvo, da postopek izdelave vključuje več ročnega dela, ne pomeni, da je izdelek drugačen; večina končnih uporabnikov dejansko težko razlikuje (če sploh) med ročno poslikanim porcelanom in porcelanom, ki ni ročno poslikan. |
L-investigazzjoni wriet ukoll li l-oġġetti ta’ fuq il-mejda mpinġija bl-idejn normalment ikollhom l-istess użu finali bħal tipi oħrajn ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u mhux neċessarjament ikunu aktar fraġli. | Na podlagi preiskave je bilo tudi ugotovljeno, da je končna uporaba ročno poslikane namizne posode običajno enaka kot pri drugih vrstah keramične namizne posode in da ta posoda ni nujno bolj krhka. |
L-investigazzjoni sabet ukoll li bosta produtturi mill-Unjoni jimmanifatturaw porċellana mpinġija bl-idejn u li l-prodotti importati u dawk magħmula fl-Unjoni huma f’kompetizzjoni diretta. | Poleg tega več proizvajalcev Unije proizvaja ročno poslikan porcelan, izdelki, proizvedeni v Uniji, pa so neposredno konkurenčni uvoženim izdelkom. |
Għalhekk, it-talbiet għall-esklużjoni tal-oġġetti ta’ fuq il-mejda mpinġija bl-idejn mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni ġew miċħuda b’mod provviżorju. | Zato so zahtevki za izključitev ročno poslikane namizne posode iz obsega izdelka v preiskavi začasno zavrnjeni. |
Oġġetti figurattivi ta’ fuq il-mejda mpinġija bl-idejn qabel jingħata l-verniċ | Namizna posoda z ročno figurativno podglazurno poslikavo |
Importatur għamel rappreżentazzjonijiet għall-esklużjoni ta’ oġġetti figurattivi ta’ fuq il-mejda mpinġija bl-idejn qabel jingħata l-verniċ mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni. | Uvoznik je predlagal izključitev namizne posode z ročno figurativno podglazurno poslikavo iz obsega izdelka v preiskavi. |
L-argumenti mressqa kienu jikkonċernaw il-fatt li l-oġġetti figurattivi ta’ fuq il-mejda mpinġija bl-idejn qabel jingħata l-verniċ jinvolvu proċess ta’ produzzjoni differenti, użu differenti (billi jintużaw għall-ikel u x-xorb, filwaqt li, allegatament, il-prodotti mpinġija fuq il-verniċ normalment ma jistgħux jintużaw għal dan il-għan) u għandhom karatteristiċi fiżiċi u ta’ kwalità differenti, jiġifieri ma jagħmlux ħsara lill-ikel u assolutament ma ssir ebda ħsara lilhom mill-użu f’dishwasher jew f’microwave. | Navedeni razlogi so se nanašali na dejstvo, da so za namizno posodo z ročno podglazurno poslikavo značilni drugačen proizvodni postopek, drugačna uporaba (uporablja se lahko za hrano in pijačo,medtem ko se izdelki z nadglazurno poslikavo običajno ne morejo) ter drugačna kakovost in fizikalne značilnosti, pri čemer je primerna za shranjevanje in serviranje hrane, pomivanje v pomivalnem stroju in uporabo v mikrovalovni pečici. |
Il-parti kkonċernata qalet ukoll li ma hemm ebda produttur mill-Unjoni li huwa kapaċi jew lest li jagħmel volumi kummerċjali ta’ oġġetti figurattivi ta’ fuq il-mejda mpinġija bl-idejn qabel jingħata l-verniċ u ssuġġeriet li ma jkun hemm ebda riskju ta’ ċirkomvenzjoni li kieku l-oġġetti figurattivi ta’ fuq il-mejda mpinġija bl-idejn qabel jingħata l-verniċ jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni. | Zadevna stran je tudi navedla, da noben proizvajalec Unije ni zmožen in pripravljen proizvajati komercialnih količin namizne posode z ročno figurativno podglazurno poslikavo, pri čemer je opozorila, da izključitev namizne posode z ročno figurativno podglazurno poslikavo iz obsega izdelka v preiskavi ne bi pomenila nevarnosti za izogibanje. |
Hija sostniet ukoll li l-konsumaturi iħarsu lejn dan il-prodott b’mod differenti, minħabba li, aktar milli bħala parti minn ditta, il-prodott jitqies bħala collector/lifestyle item u ma jinbiegħx f’settijiet kompleti. | Prav tako je trdila, da jo potrošnik dojema drugače, saj se bolj kot za del tovrstne posode šteje za zbirateljski porcelan/način življenjskega sloga in se ne prodaja v kompletih. |
Madankollu, l-investigazzjoni wriet li, minn naħa waħda, ma teżisti ebda definizzjoni oġġettiva u aċċettata b’mod universali ta’ din il-kategorija u li, min-naħa l-oħra, hemm bosta produtturi mill-Unjoni li jistgħu jimmanifatturawha. | Vendar je bilo na podlagi preiskave ugotovljeno, da na eni strani za to kategorijo ni nobene splošno sprejete/objektivne opredelitve in da jo na drugi strani lahko izdeluje več proizvajalcev Unije. |
Barra minn hekk, ġie innotat li l-prodotti importati u dawk magħmula fl-Unjoni huma f’kompetizzjoni diretta. | Poleg tega je bilo ugotovljeno, da so izdelki, proizvedeni v Uniji, neposredno konkurenčni uvoženim izdelkom. |
L-investigazzjoni żvelat li, fiżikament, il-prodott huwa assolutament identiku għall-oġġetti ta’ fuq il-mejda mhux impinġija bl-idejn u li l-konsumatur medju ma jagħmel ebda differenza bejn l-oġġetti figurattivi ta’ fuq il-mejda mpinġija bl-idejn qabel jingħata l-verniċ u tipi oħrajn ta’ oġġetti dekorattivi ta’ fuq il-mejda. | Rezultati preiskave so pokazali, da je izdelek fizično popolnoma enak namizni posodi, ki ni ročno poslikana, in da povprečni potrošnik ne razlikuje med namizno posodo z ročno figurativno podglazurno poslikavo in drugimi vrstami okrašene namizne posode. |
Hija għamlitha ċara wkoll li l-fatt li l-proċess tal-manifattura jinvolvi aktar ħaddiema tas-sengħa ma jrendix il-prodott f’wieħed differenti u li l-oġġetti ta’ fuq il-mejda mpinġija bl-idejn qabel jingħata l-verniċ bażikament għandhom l-istess użu finali bħal tipi oħrajn ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda. | Prav tako je bilo pojasnjeno, da dejstvo, da postopek izdelave zahteva bolj izkušene delavce, ne pomeni, da je izdelek drugačen, in da je končna uporaba namizne posode z ročno figurativno podglazurno poslikavo v osnovi enaka kot pri drugih vrstah keramične namizne posode. |
Għalhekk, it-talbiet għall-esklużjoni tal-oġġetti ta’ fuq il-mejda mpinġija bl-idejn qabel jingħata l-verniċ mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni ġew miċħuda b’mod provviżorju. | Zato so zahtevki za izključitev namizne posode z ročno podglazurno poslikavo iz obsega izdelka v preiskavi začasno zavrnjeni. |
Oġġetti ta’ fuq il-mejda mhux manifatturati fl-UE | Namizna posoda, ki ni proizvedena v EU |
Ir-rappreżentazzjonijiet ta’ ċerti importaturi jsostnu li l-investigazzjoni għandha tkun limitata għal dawk is-swieq li bħalissa qegħdin jiġu servuti mill-produtturi kwerelanti mill-Unjoni. | Nekateri uvozniki v svojih pripombah navajajo, da je treba preiskavo omejiti na trge, ki jih trenutno oskrbujejo proizvajalci Unije, ki so se pritožili. |
Altrimenti, id-dazji jkunu ta’ dannu għal ċerti importaturi “speċjalizzati” fejn lanqas ikunu jistgħu jakkwistaw prodotti mingħand produtturi tal-Unjoni. | V nasprotnem primeru bi dajatve škodile nekaterim „specializiranim“ uvoznikom, pri čemer ti ne bi mogli kupovati od proizvajalcev Unije. |
Intqal ukoll li produtturi tal-Unjoni li jkollhom ditti ma jipproduċux prodotti għal kumpaniji oħrajn u li l-produtturi tal-Unjoni la jagħmlu ordnijiet żgħar u lanqas jaħdmu bil-forom għal ċerti għamliet. | Navedli so tudi, da proizvajalci Unije z blagovnimi znamkami ne proizvajajo za druge družbe in da ne zagotavljajo majhnih naročil niti ne delajo z odlitki, ki so potrebni za nekatere oblike. |
Barra minn hekk, il-produtturi tal-Unjoni mhumiex flessibbli u ma joffrux preżentazzjonijiet li jistgħu jingħataw bħala rigal. | Prav tako proizvajalci Unije ne bi bili prilagodljivi in ne bi zagotavljali izdelkov, namenjenih za darila. |
Din it-talba ġiet miċħuda b’mod provviżorju minħabba li hija wisq estensiva u mhux definita u ma hemm ebda bażi oġġettiva għal din l-esklużjoni. | Ta zahtevek je začasno zavrnjen, ker je presplošen in nejasen ter ne vključuje objektivne podlage za takšno izključitev. |
Barra minn hekk, il-produtturi tal-Unjoni għandhom firxa wiesgħa ta’ prodotti u joffru prodotti ġodda regolarment, biex b’hekk il-kollezzjonijiet u l-firxiet ta’ prodotti jvarjaw kontinwament. | Poleg tega imajo proizvajalci Unije velik razpon izdelkov in redno ponujajo nove izdelke, zato se razpon zbirk in izdelkov stalno spreminja. |
It-tipi ta’ prodotti u kwalitajiet manifatturati mill-industrija tal-Unjoni jinstabu regolarment ukoll għand l-esportaturi. | Vrste izdelkov, ki jih proizvaja industrija Unije, in njihova kakovost so pogosti tudi pri izvoznikih. |
Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li hemm produtturi tal-Unjoni li jimmanifatturaw oġġetti taħt id-ditti ta’ partijiet oħrajn. | Na podlagi preiskave je bilo tudi ugotovljeno, da nekateri proizvajalci Unije proizvajajo izdelke pod blagovnimi znamkami drugih strank. |
Instab ukoll li l-prodotti manifatturati fl-Unjoni u dawk importati miċ-Ċina jinsabu f’kompetizzjoni diretta, jistgħu jiġu sostitwiti faċilment, għandhom l-istess użu finali, kif ukoll għandhom proċessi ta’ produzzjoni u perċezzjoni tal-klijenti simili. | Prav tako se je izkazalo, da so izdelki, proizvedeni v Uniji, neposredno konkurenčni uvoženim izdelkom iz Kitajske, da je obe vrsti izdelkov mogoče enostavno nadomestiti ter da so zanje značilni enaka končna uporaba, podobni proizvodni postopki in enako dojemanje potrošnikov. |
Il-kwistjoni tal-flessibbiltà hija indirizzata fit-taqsima dwar l-interess tal-Unjoni. | Vprašanje glede prilagodljivosti je obravnavano v oddelku o interesu Unije. |
Oġġetti tal-ġebel | Kamenina |
Importatur bi produzzjoni fiċ-Ċina sostna li l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-ġebel, li jikkonsistu primarjament minn oġġetti tal-kċina, għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott. | Uvoznik s proizvodnjo na Kitajskem je navedel, da je treba uvoz izdelkov iz kamenine, ki vključujejo predvsem kuhinjsko posodo, izključiti iz obsega izdelka. |
Skont din il-parti, ser ikun hemm biss produzzjoni marġinali ta’ prodotti tal-ġebel fl-Unjoni u probabbiltà kbira li l-kwerelanti jinkludu prodotti tal-ġebel għal ċirkomvenzjoni antiċipata. | Po navedbah te zainteresirane strani bi bil obseg proizvodnje izdelkov iz kamenine v Uniji majhen, pri čemer je zelo verjetno, da so pritožniki vključili izdelke iz kamenine zaradi izogibanja. |
L-importatur allega wkoll li l-prezzijiet mitluba għal prodotti importati kienu ferm ogħla minn dawk mitluba minn kwalunkwe produttur ieħor fl-Unjoni u li dawn l-importazzjonijiet ma kkawżaw ebda dannu jew tnaqqis fil-prezzijiet. | Uvoznik je tudi trdil, da so cene, ki jih zaračunava za uvožene izdelke, veliko višje od cen, ki jih zaračunava kateri koli drug proizvajalec v Uniji, in da ta uvoz ne povzroča padanja cen ali škode. |
Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-produzzjoni ta’ oġġetti tal-ġebel fl-Unjoni hija sinjifikanti. | Vendar so rezultati preiskave pokazali,da je obseg proizvodnje kamenine v Uniji znaten. |
Din l-investigazzjoni kkonkludiet ukoll li l-prodotti tal-ġebel manifatturati fl-Unjoni u dawk importati miċ-Ċina jinsabu f’kompetizzjoni diretta, jistgħu jiġu sostitwiti faċilment, għandhom l-istess użu finali, kif ukoll għandhom proċessi ta’ produzzjoni, perċezzjoni tal-klijenti u karatteristiċi fiżiċi simili. | Prav tako je bilo sklenjeno, da so izdelki iz kamenine, proizvedeni v Uniji, neposredno konkurenčni enakim izdelkom, uvoženim iz Kitajske, da je obe vrsti izdelkov mogoče enostavno nadomestiti ter da so zanje značilni enaka končna uporaba, podobni proizvodni postopki, enako dojemanje potrošnikov in enake fizikalne značilnosti. |
L-allegazzjonijiet relatati mal-prezzijiet huma indirizzati fil-premessa (240). | Navedbe v zvezi s ceno so obravnavane v uvodni izjavi (240). |
Għalhekk, it-talba għall-esklużjoni tal-oġġetti tal-ġebel mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni ġiet miċħuda b’mod provviżorju. | Zato se zahtevek za izključitev kamenine iz obsega izdelka v preiskavi začasno zavrne. |
B’mod alternattiv, il-parti sostniet li prodotti tal-ġebel mogħtija l-verniċ u/jew prodotti miksija bl-enemel jew prodotti tal-ġebel mogħtija l-verniċ u/jew prodotti miksija bl-enemel mhux bojod u/jew iggradati għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni. | Poleg tega je zainteresirana stran navedla, da je treba glazirane in/ali emajlirane izdelke iz kamenine ali nebele in/ali sortirane glazirane in/ali emajlirane izdelke iz kamenine izključiti iz obsega preiskave. |
Madankollu, f’dan l-istadju tal-proċedura ma setgħet tintlaħaq ebda konklużjoni fuq dan il-punt. | Vendar sklepa v zvezi s tem v tej fazi postopka ni bilo mogoče sprejeti. |
Talbiet oħrajn | Drugi zahtevki |
Importatur sostna li l-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni kien wiesa’ wisq biex jippermetti li jsir tqabbil raġonevoli fost it-tipi ta’ prodotti. | Uvoznik je navedel, da je obseg izdelka v preiskavi preširok, zato ni mogoče razumno primerjati različnih vrst izdelkov. |
Importatur b’interessi ta’ produzzjoni fiċ-Ċina esprima opinjoni simili. | Uvoznik s proizvodnimi interesi na Kitajskem je izrazil podobno stališče. |
F’dan ir-rigward, xi partijiet irreferew ukoll għal oġġetti purament dekorattivi. | Nekatere strani so se v zvezi s tem sklicevale tudi na izključno okrasne predmete. |
F’dan ir-rigward, huwa innotat li l-kriterji rilevanti applikati sabiex jiġi stabbilit jekk il-prodott, soġġett għal investigazzjoni, jistax jitqies bħala prodott wieħed jew le, jiġifieri, il-karatteristiċi tekniċi u fiżiċi bażiċi tiegħu, huma stipulati fid-dettall hawn taħt. | V zvezi s tem je treba opozoriti, da so zadevna merila, ki se uporabljajo za določanje, ali se lahko izdelek, ki je predmet preiskave, obravnava kot en sam izdelek, tj. njegove osnovne fizikalne in tehnične značilnosti, podrobno določena v nadaljevanju. |
Għalhekk, oġġetti li huma purament dekorattivi mhumiex koperti. | Izključno okrasni predmeti torej niso zajeti. |
Barra minn hekk, anki jekk id-diversi tipi ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina jista’ fil-fatt ikollhom ċerti karatteristiċi speċifiċi differenti, l-investigazzjoni wriet li, bl-eċċezzjoni tas-skieken taċ-ċeramika, il-karatteristiċi bażiċi tagħhom jibqgħu identiċi. | Kljub temu, da se različne vrste keramične namizne in kuhinjske posode dejansko lahko razlikujejo v nekaterih posebnih lastnostih, je bilo na podlagi preiskave prav tako ugotovljeno, da so z izjemo keramičnih nožev njihove osnovne lastnosti enake. |
Barra minn hekk, il-fatt li l-prodott ikkonċernat jista’ jiġi manifatturat b’xi varjazzjonijiet fil-proċess tal-manifattura fih innifsu mhuwiex kriterju li jista’ jirriżulta f’sejba ta’ żewġ prodotti distinti jew aktar. | Poleg tega dejstvo, da je lahko proizvodni postopek zadevnega izdelka nekoliko drugačen, ni samo po sebi merilo, na podlagi katerega bi bilo mogoče opredeliti dva ali več različnih izdelkov. |
Fl-aħħar nett, l-investigazzjoni żvelat ukoll li d-diversi tipi tal-prodott ikkonċernat ġeneralment inbiegħu permezz tal-istess mezzi ta’ bejgħ. | Nenazadnje je bilo na podlagi preiskave tudi ugotovljeno, da se različne vrste zadevnega izdelka na splošno prodajajo prek istih prodajnih poti. |
Filwaqt li ċerti ħwienet speċjalizzati jistgħu jiffokaw fuq ċerti tipi speċifiċi, parti kbira mid-distributuri (bejjiegħa bl-imnut, kumplessi kummerċjali, supermarkets) ibiegħu diversi tipi ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina, sabiex joffru firxa wiesgħa ta’ għażliet lill-klijenti tagħhom. | Medtem ko se nekatere specializirane trgovine morda osredotočajo na nekatere določene vrste, velik del distributerjev (prodajalci na drobno, veleblagovnice, supermarketi) prodaja različne vrste keramične namizne in kuhinjske posode, da bi potrošnikom ponudili široko izbiro. |
Għalhekk, il-pretensjonijiet li l-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni kien wiesa’ wisq ġew miċħuda b’mod provviżorju. | Zato se zahtevki glede preširokega obsega izdelka v preiskavi začasno zavrnejo. |
Parti interessata sostniet li ċerti oġġetti taċ-ċeramika li jitħnu l-ħwawar għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott. | Ena od zadevnih strani je navedla, da je treba nek keramičen mlinček za začimbe izključiti iz obsega izdelka. |
Madankollu, l-investigazzjoni ma setgħetx tasal għal konklużjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, biex b’hekk it-talba li saret ġiet miċħudab’mod provviżorju. | Vendar na podlagi preiskave ni bilo mogoče sprejeti sklepa o njihovih posebnih značilnostih, zato je bil zahtevek začasno zavrnjen. |
Konklużjoni dwar il-prodott ikkonċernat | Sklep o zadevnem izdelku |
L-investigazzjoni wriet li t-tipi kollha ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina, minkejja d-differenzi f’dak li għandu x’jaqsam mal-proprjetajiet u l-istil, għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi u fiżiċi bażiċi, jiġifieri l-prodotti taċ-ċeramika kienu mmirati primarjament sabiex ikunu f’kuntatt mal-ikel, bażikament jintużaw għall-istess għanijiet u jistgħu jitqiesu bħala tipi differenti tal-istess prodott. | Rezultati preiskave so pokazali, da imajo vse vrste keramične namizne in kuhinjske posode, kljub razlikam v lastnostih in obliki, enake osnovne fizične in tehnične značilnosti, tj. keramična posoda, namenjena predvsem za stik z živili, ter se v osnovi uporabljajo za iste namene, pri čemer se lahko obravnavajo kot različne vrste istega izdelka. |
Minbarra l-fatt li għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi u fiżiċi bażiċi, dawk id-diversi stili u tipi kollha huma f’kompetizzjoni diretta u huma fil-biċċa l-kbira tagħhom interkambjabbli. | Poleg dejstva, da imajo enake osnovne fizikalne in tehnične značilnosti, so vse te različne oblike in vrste medsebojno neposredno konkurenčne ter v veliki meri zamenljive. |
Dan jidher b’mod ċar mill-fatt li ma hemmx linji diviżorji ċari bejniethom, jiġifieri hemm ċerta sovrapożizzjoni u kompetizzjoni bejn it-tipi ta’ prodotti differenti, filwaqt li l-bejjiegħa standard mhux sikwit jagħmlu distinzjoni, pereżempju, bejn prodotti tal-porċellana u prodotti mhux magħmula mill-porċellana. | To jasno kaže dejstvo, da med njimi ni jasnih ločnic, tj. da prihaja do prekrivanja in konkurence med različnimi vrstami izdelkov, pri čemer običajni kupci zelo redko razlikujejo med izdelki iz porcelana in izdelki, ki niso iz porcelana. |
Fl-aħħar nett, għall-finijiet ta’ din il-proċedura u skont il-prattika konsistenti tal-Unjoni, huwa għalhekk ikkunsidrat li t-tipi kollha tal-prodott imsemmija fuq, bl-eċċezzjoni tas-skieken taċ-ċeramika, għandhom jitqiesu bħala li jifformaw prodott wieħed. | V okviru tega postopka in v skladu s stalno prakso Unije se torej šteje, da je treba vse zgoraj opisane vrste izdelka, razen keramičnih nožev, obravnavati kot en sam izdelek. |