Source | Target | L-investigazzjoni wriet li l-oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina manifatturati u mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni, l-oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda manifatturati u mibjugħa fis-suq domestiku tar-RPĊ u l-oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina importati fl-Unjoni mir-RPĊ, kif ukoll dawk manifatturati u mibjugħa fil-Brażil, li jservi bħala pajjiż analogu, għandhom l-istess karatteristiċi kimiċi u fiżiċi bażiċi u l-istess użu finali bażiku. | Preiskava je pokazala, da imajo keramična namizna in kuhinjska posoda, ki jo industrija Unije proizvaja in prodaja v Uniji, keramična namizna posoda, ki se proizvaja in prodaja na domačem trgu LRK, ter keramična namizna in kuhinjska posoda, kise uvaža v Unijo iz LRK, vključno z izdelki, ki se proizvajajo in prodajajo v Braziliji, ki se šteje kot primerljiva država, enake osnovne fizikalne in kemijske značilnosti ter enake osnovne končne uporabe. |
Talbiet | Zahtevki |
Matul l-investigazzjoni, ċerti partijiet interessati sostnew li l-oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina manifatturati mill-industrija tal-Unjoni u mibjugħa fis-suq tal-Unjoni ma kienux simili għall-prodott ikkonċernat. | Med preiskavo so nekatere zainteresirane strani navedle, da keramična namizna in kuhinjska posoda, ki jo proizvaja industrija Unije in ki se prodaja na trgu Unije, ni podobna zadevnemu izdelku. |
Huma sostnew li dan huwa muri b’mod partikolari minn differenzi bejn il-prodotti f’termini ta’ proprjetajiet, kwalità, perċezzjonijiet tal-konsumaturi, mezzi ta’ bejgħ u segmentazzjoni. | Trdile so, da to dokazujejo zlasti razlike med izdelki v zvezi z lastnostmi, kakovostjo, dojemanjem potrošnikov, prodajnimi potmi in segmentacijo. |
Ġie sostnut ukoll li l-konsumaturi fl-Unjoni ġeneralment jipperċepixxu lill-prodott ikkonċernat bħala li huwa prodott irħas u li dawk il-prodotti ma jibbenifikaw minn ebda primjum ta’ ditta. | Poleg tega so navedle, da potrošniki v Uniji zadevni izdelek običajno obravnavajo kot cenejši izdelek in da navedeni izdelki nimajo prednosti blagovnih znamk. |
L-investigazzjoni żvelat dikjarazzjonijiet kontradittorji minn importaturi f’dak ir-rigward. | Preiskava je pokazala, da si navedbe uvoznikov v zvezi s tem nasprotujejo. |
Filwaqt li xi wħud sostnew li l-prodott ikkonċernat ġeneralment ikun ta’ kwalità inferjuri u jibqa’ f’kategorija ta’ prezz differenti meta mqabbel ma’ prodotti magħmula fl-Unjoni, oħrajn sostnew li l-oġġetti taċ-ċeramika tad-ditta ta’ fuq il-mejda u tal-kċina li jiġu manifatturati fil-pajjiż ikkonċernat jiġu importati bi prezzijiet ogħla miċ-Ċina. | Medtem ko so nekateri trdili, da je zadevni izdelek običajno slabše kakovosti in ostaja v drugačnem cenovnem razredu kot izdelki, izdelani v Uniji, so drugi trdili, da se keramična namizna in kuhinjska posoda blagovnih znamk, izdelana v zadevni državi, uvaža iz Kitajske po višjih cenah. |
Minn naħa waħda, importatur mhux inkluż fil-kampjun sostna li l-produtturi Ġermaniżi jagħmlu enfasi partikolari fuq il-profil tal-kwalità ‘magħmul fil-Ġermanja’. | Na eni strani je en nevzorčeni uvoznik navedel, da nemški proizvajalci zlasti izpostavljajo pomen, ki ga ima oznaka „izdelano v Nemčiji“ za kakovost. |
Din il-parti ddikjarat li l-kwalità tal-oġġetti ta’ fuq il-mejda fornuti minn ċerti ditti Ġermaniżi hija konsiderevolment aħjar minħabba l-metodu tal-manifattura, filwaqt li importaturi oħrajn iddikjaraw li huma akkwistaw il-prodotti miċ-Ċina minħabba l-kwalitajiet tajbin, il-kapaċitajiet tal-ikkastjar u l-ħaddiema tas-sengħa. | Zadevna stran je navedla, da je kakovost jedilnega pribora nekaterih nemških blagovnih znamk zaradi proizvodne metode bistveno boljša, drugi uvozniki pa so navedli, da kupujejo na Kitajskem zaradi dobre kakovosti, livarskih zmogljivosti in izurjenih delavcev. |
L-investigazzjoni kkonfermat li fl-Unjoni, l-oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina ta’ kwalità baxxa u dawk ta’ kwalità għolja jiġu manifatturati u mibjugħa permezz tal-istess mezzi ta’ distribuzzjoni bħall-prodott ikkonċernat, jiġifieri permezz ta’ bejjiegħa bl-imnut indipendenti, supermarkets mhux speċjalizzati, kumplessi kummerċjali, eċċ. Għalhekk, huma qegħdin jikkompetu fl-istess suq. | Preiskava je potrdila, da se v Uniji izdeluje keramična namizna in kuhinjska posoda visoke in nizke kakovosti in da se prodaja prek enakih distribucijskih poti, tj. neodvisnih prodajalcev na drobno, nespecializiranih supermarketov, veleblagovnic itd., kot zadevni izdelek. Ti izdelki torej konkurirajo na istem trgu. |
Barra minn hekk, l-oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina mhux bilfors jindikaw il-pajjiż tal-oriġini tagħhom. | Poleg tega na keramični namizni in kuhinjski posodi ni nujno navedena država porekla. |
Għalhekk, sikwit ikun diffiċli ħafna għall-konsumatur biex jagħmel id-distinzjoni bejn oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina manifatturati fil-pajjiż ikkonċernat u prodotti magħmula fl-Unjoni. | Zato potrošnikpogosto zelo težko razlikuje med keramično namizno in kuhinjsko posodo, proizvedeno v zadevni državi, ter izdelki, proizvedenimi v Uniji. |
Konklużjoni | Sklep |
Għal dawk ir-raġunijiet, huwa konkluż li, filwaqt li jista’ jkun hemm xi differenzi żgħar, l-oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina manifatturati fil-pajjiż ikkonċernat u esportati minnu, l-oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina manifatturati u mibjugħa fis-suq Brażiljan u l-oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina manifatturati u mibjugħa fl-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi u użu finali u għalhekk jitqiesu bħala simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. | Zato se sklene, da ima keramična namizna in kuhinjska posoda, ki se proizvaja v zadevni državi in iz nje izvaža, keramična namizna in kuhinjska posoda, ki se proizvaja in prodaja na brazilskem trgu, ter keramična namizna in kuhinjska posoda, ki se proizvaja in prodaja v Uniji, kljub nekaterim manjšim razlikam enake osnovne fizikalne značilnosti in končno uporabo in se zato šteje za enak izdelek v smislu člena 1(4) osnovne uredbe. |
DUMPING | C. DAMPING |
Trattament tal-Ekonomija tas-Suq (‘TES’) | Tržnogospodarska obravnava (TGO) |
Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet ta’ antidumping li jikkonċernaw importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafi 1 sa 6 tal-Artikolu msemmi għal dawk il-produtturi li nstabu li ssodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku. | V skladu s členom 2(7)(b) osnovne uredbe se v protidampinških preiskavah v zvezi z uvozom s poreklom iz LRK normalna vrednost določi v skladu z odstavki 1 do 6 navedenega člena za proizvajalce, za katere je bilo ugotovljeno, da izpolnjujejo merila iz člena 2(7)(c) osnovne uredbe. |
Fil-qosor, u gћall-finijiet ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma stipulati hawn taћt f’forma mqassra: | Ta merila so zgolj zaradi lažjega sklicevanja na kratko povzeta spodaj: |
Id-deċiżjonijiet kummerċjali jsiru b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq, mingħajr interferenza sinjifikanti mill-Istat, u l-ispejjeż jirriflettu l-valuri fis-suq; | poslovne odločitve se sprejemajo glede na tržne pogoje in brez večjega vmešavanja države, pri čemer stroški odražajo tržne vrednosti; |
L-intrapriżi jkollhom sett wieћed ċar ta’ reġistri ta’ kontabilità bażika li jiġu vverifikati b’mod indipendenti skont standards internazzjonali ta’ kontabilità u li huma applikati gћall-gћanijiet kollha; | podjetja imajo jasno določeno zbirko osnovnih računovodskih evidenc, ki se pregledujejo neodvisno v skladu z mednarodnimi računovodskimi standardi in se uporabljajo za vse namene; |
Ma hemm l-ebda distorsjoni sinjifikanti trasferita mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq; | ni pomembnega izkrivljanja, prenesenega iz prejšnjega sistema netržnega gospodarstva; |
Il-liġijiet dwar il-Falliment u l-Proprjetà jiggarantixxu stabbiltà u ċertezza ġuridika; u | stečajno pravo in pravo lastninskih razmerij zagotavljata stabilnost in pravno varnost ter |
Il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jsiru skont ir-rati tas-suq. | pretvorbe valut se izvajajo po tržnem tečaju. |
Kif stabbilit fil-premessa (12) aktar ‘il fuq, ħdax-il produttur esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi mir-RPĊ talbu trattament ta’ ekonomija tas-suq (‘TES’) u mlew u bagħtu l-formola tat-talba għal TES sad-data tal-għeluq mogħtija. | Kot je navedeno v uvodni izjavi (12), je enajst proizvajalcev izvoznikov ali skupin proizvajalcev izvoznikov iz LRK zahtevalo tržnogospodarsko obravnavo (v nadaljnjem besedilu: TGO) ter v predpisanem roku izpolnilo obrazec zahtevka za TGO. |
Madankollu, kien hemm produttur esportatur wieħed li sussegwentement irtira t-talba tiegħu għal TES. | Vendar je en proizvajalec izvoznik nato umaknil svoj zahtevek za TGO. |
Fis-sentenza tagħha fil-kawża C-249/10 P – Brosmann u oħrajn vs il-Kunsill, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li t-teknika tat-teħid tal-kampjuni preskritta fl-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku ma tistax tiġi applikata għall-iskop li jiġu ddeterminati t-talbiet ta’ trattament ta’ ekonomija tas-suq individwali magħmula skont l-Artikolu 2(7)(ċ) ta’ dak ir-Regolament. | Sodišče je v zadevi C-249/10 P, Brosmann in drugi proti Svetu, razsodilo, da se tehnika vzorčenja iz člena 17 osnovne uredbe ne sme uporabiti za namene odločanja o zahtevkih za individualno tržnogospodarsko obravnavo na podlagi člena 2(7)(c) navedene uredbe. |
Il-Qorti sabet li, skont l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku, il-produtturi li kkooperaw, li mhumiex parti mill-kampjun, huma intitolati li jkollhom it-talbiet tagħhom għal trattament ta’ ekonomija tas-suq eżaminati, irrispettivament minn jekk kellux jiġi kkalkolat marġini ta’ dumping individwali għal dawk il-kumpaniji barra mill-kampjun. | Sodišče je ugotovilo, da so sodelujoči proizvajalci, ki niso vključeni v vzorec, v skladu s členom 2(7)(c) osnovne uredbe upravičeni do proučitve svojih zahtevkov za tržnogospodarsko obravnavo, ne glede na to, ali je bilo treba za družbe, ki niso vključene v vzorec, izračunati individualno stopnjo dampinga [3]. |
Fid-dawl ta’ din is-sentenza, ġie deċiż li għandhom jiġu eżaminati mhux biss it-talbiet għal TES tat-tliet produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi li huma inklużi fil-kampjun, iżda wkoll dawk tas-seba’ produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi li ma kienux inklużi fil-kampjun. | V skladu s to sodbo je bilo odločeno, da se proučijo zahtevki za TGO, ki so jih predložili trije proizvajalci izvozniki ali skupine proizvajalcev izvoznikov, vključene v vzorec, in zahtevki sedmih proizvajalcev izvoznikov ali skupin proizvajalcev izvoznikov, ki niso bile vključene v vzorec. |
Il-Kummissjoni fittxet l-informazzjoni kollha li kienet meqjusa bħala neċessarja u vverifikat l-informazzjoni sottomessa fit-talba għal TES fil-bini tal-kumpaniji inkwistjoni. | Komisija je pridobila vse potrebne informacije in preverila informacije, navedene v zahtevku za TGO, v prostorih zadevnih družb. |
Hija l-prattika stabbilita u konsistenti tal-Unjoni li teżamina jekk grupp ta’ kumpaniji relatati flimkien jissodisfawx b’mod ġenerali l-kondizzjonijiet għal TES. | Ustaljena in usklajena praksa Unije je, da se prouči, ali skupina povezanih družb kot celota izpolnjuje pogoje za TGO. |
Għalhekk, f’każijiet fejn kumpanija sussidjarja jew kwalunkwe kumpanija oħra relatata mal-applikant fir-RPĊ tkun involuta, direttament jew indirettament, fil-produzzjoni jew il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat, l-eżaminazzjoni tat-TES issir fir-rigward ta’ kull kumpanija b’mod individwali, kif ukoll fir-rigward tal-grupp ta’ kumpaniji b’mod ġenerali. | Zato se preiskava v zvezi s TGO, kadar je v proizvodnjo ali prodajo zadevnega izdelka neposredno ali posredno vključena podrejena družba ali katera koli druga družba, povezana z vlagateljem iz LRK, izvede posamezno za vsako družbo in za skupino družb kot celoto. |
Għaldaqstant, ġew ivverifikati t-talbiet għal TES tal-għaxar produtturi esportaturi, komposti minn sittax-il entità legali. | Glede na navedeno so bili preverjeni zahtevki za TGO desetih proizvajalcev izvoznikov, ki zajemajo šestnajst pravnih oseb. |
Ħadd mill-għaxar produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ ma nstab li kien jissodisfa l-kriterji sabiex jingħata TES. | Ugotovljeno je bilo, da nobeden od desetih sodelujočih proizvajalcev izvoznikov ali skupin proizvajalcev izvoznikov iz LRK ne izpolnjuje meril za odobritev TGO. |
L-investigazzjoni tat-TES żvelat, b’mod partikolari, li ħadd mill-produtturi esportaturi, la individwalment u lanqas bħala grupp, ma għandu sett ċar ta’ reġistri ta’ kontabilità bażika, li jiġu vverifikati b’mod indipendenti skont l-istandards tal-kontabilità internazzjonali. | Preiskava v zvezi s TGO je razkrila zlasti, da nobeden od proizvajalcev izvoznikov, in sicer posameznih ali kot skupina, nima jasno določene zbirke osnovnih računovodskih evidenc, ki se pregledujejo neodvisno v skladu z mednarodnimi računovodskimi standardi. |
L-investigazzjoni sabet ukoll li seba’ kumpaniji, jew grupp ta’ kumpaniji, ma setgħux juru lill-Kummissjoni li ma kien hemm ebda distorsjoni sinjifikanti trasferita mis-sistema preċedenti tal-ekonomija mhux tas-suq. | Preiskava je pokazala tudi, da sedem družb ali skupina družb Komisiji ni mogla dokazati, da ni bilo pomembnega izkrivljanja, prenesenega iz prejšnjega sistema netržnega gospodarstva. |
Barra minn hekk, tlieta mill-għaxar kumpaniji naqsu milli juru li d-deċiżjonijiet kummerċjali kienu ttieħdu b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq, mingħajr interferenza mill-Istat, u li l-ispejjeż jirriflettu l-valuri tas-suq. | Tri od desetih družb tudi niso dokazale, da so bile poslovne odločitve sprejete glede na tržne pogoje in brez vmešavanja države, pri čemer stroški odražajo tržne vrednosti. |
Barra minn hekk, matul iż-żjara ta’ verifika ta’ waħda mill-kumpaniji msemmija fuq, ġie stabbilit li hija kienet ipprovdiet informazzjoni qarrieqa u defiċjenti fil-formola tat-talba tagħha għal TES, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kumpanija relatata. | Poleg tega je bilo med preveritvenim obiskom ene od navedenih družb ugotovljeno, da je zadevna družba v svojem obrazcu zahtevka za TGO navedla zavajajoče in pomanjkljive informacije, zlasti glede povezane družbe. |
Il-kooperazzjoni globali tagħha kienet severament defiċjenti u l-kumpanija għalhekk ġiet informata li jista’ jiġi applikat l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku u ntalbet tissottometti l-kummenti tagħha. | Njeno sodelovanje je bilo na splošno zelo pomanjkljivo, zato je bila obveščena, da se lahko uporabi člen 18(1) osnovne uredbe, pri čemer je bila pozvana, naj predloži svoje pripombe. |
Il-kummenti li daħlu kkonfermaw li kien hemm nuqqas ta’kooperazzjoni, partikolarment fir-rigward tal-kumpanija relatata. | Predložene pripombe so potrdile pomanjkanje sodelovanja, zlasti s povezano družbo. |
Għalhekk ġie deċiż b’mod provviżorju li tali kumpanija ma tistax tibqa’ titqies bħala produttur esportatur li jikkoopera u li kwalunkwe sejba provviżorja jew finali għandha ssir fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. | Zato se začasno odloči, da je ni mogoče več šteti za sodelujočega proizvajalca izvoznika in da bodo vse začasne ali dokončne ugotovitve temeljile na podatkih, ki so na voljo v skladu s členom 18 osnovne uredbe. |
Il-Kummissjoni żvelat uffiċjalment ir-riżultati tas-sejbiet tat-TES lill-kumpaniji kkonċernati fir-RPĊ, lill-awtoritajiet tar-RPĊ u lill-kwerelant. | Komisija je ugotovitve o TGO uradno razkrila zadevnim družbam iz LRK, organom LRK in pritožniku. |
Huma ngħataw opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ jekk ikun hemm raġunijiet partikolari biex jinstemgħu. | Ti so imeli možnost, da svoja stališča predložijo v pisni obliki in zahtevajo zaslišanje, če zanj obstajajo posebni razlogi. |
Bosta kumpaniji sostnew li l-Kummissjoni naqset milli twieġeb għat-talba tagħhom għal TES fi żmien tliet xhur, kif meħtieġ mill-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku. | Nekatere družbe so trdile, da Komisija ni odgovorila na njihov zahtevek za TGO v treh mesecih, kot določa člen 2(7)(c) osnovne Uredbe. |
Għalhekk, l-investigazzjoni ser tkun imħassra minn żball proċedurali u l-Kummissjoni għandha, skont is-sentenza mogħtija fil-kawża ta’ Brosmann, [4]ittemm l-investigazzjoni. | Preiskava zato ne bi bila veljavna zaradi postopkovne napake, pri čemer bi jo morala Komisija v skladu s sodbo v zadevi Brosmann [4]zaključiti. |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li minħabba n-numru kbir ta’ talbiet għal TES li ġew eżaminati u vverifikati fuq il-post fiċ-Ċina, f’dan il-każ partikolari, ma kienx possibbli li jiġu ddeterminati t-talbiet għal TES fi ħdan il-perjodu stipulat. | Komisija priznava, da zaradi velikega števila zahtevkov za TGO, ki so bili proučeni in preverjeni na kraju samem na Kitajskem, v tem primeru ni bilo mogoče sprejeti odločitve o zahtevkih za TGO v predpisanem obdobju. |
Madankollu, huwa mfakkar li l-Qorti Ġenerali riċentament sabet li determinazzjoni ta’ TES magħmula barra l-iskadenza ta’ tliet xhur preskritta fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku fiha nnifisha mhijiex biżżejjed biex twassal għal annullament ta’ regolament li jimponi miżuri antidumping. | Vendar se opozarja, da je Splošno sodišče nedavno odločilo, da odločitev o TGO, ki ni sprejeta v trimesečnem roku, predpisanem v členu 2(7)(c) osnovne uredbe, sama posebi še ni zadosten razlog za razveljavitev predpisa o uvedbi protidampinških ukrepov [5]. |
Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda. | Zahtevek se zato zavrne. |
Barra minn hekk, sitt kumpaniji kkontestaw il-valutazzjoni tal-Kummissjoni li huma ma għandhomx sett ċar ta’ reġistri tal-kontabilità, li jiġu vverifikati b’mod indipendenti skont standards ta’ kontabilità internazzjonali. | Poleg tega je šest družb izpodbijalo oceno Komisije, da nimajo jasno določene zbirke računovodskih evidenc, ki se pregledujejo neodvisno v skladu z mednarodnimi računovodskimi standardi. |
Il-Kummissjoni eżaminat dawn it-talbiet bir-reqqa u sabet li l-ispjegazzjonijiet ipprovduti ma kienux tali li jinvalidaw is-sejbiet ġenerali li saru wara l-verifiki fuq il-post. | Komisija je natančno proučila te zahtevke in ugotovila, da predložene obrazložitve niso bile dovolj utemeljene, da bi ovrgle splošne ugotovitve, oblikovane na podlagi preverjanj na kraju samem. |
B’mod aktar partikolari, f’xi każijiet, l-informazzjoni ġdida li ġiet ipprovduta kienet tikkontradixxi l-informazzjoni mogħtija qabel, filwaqt li f’xi każijiet, il-kumpaniji ppreżentaw evidenza ta’ sostenn ġdida li kienet ġiet ipprovduta jew magħmula disponibbli matul il-verifiki fuq il-post. | V nekaterih primerih so bile namreč nove predložene informacije v nasprotju s predhodno predloženimi informacijami, v nekaterih drugih primerih pa so družbe predložile nove dokaze, ki niso bili predloženi ali niso bili na voljo med preverjanji na kraju samem. |
Ħames kumpaniji kkontestaw ukoll is-sejbiet tal-Kummissjoni li huma naqsu milli juru li ma kien hemm ebda distorsjoni sinjifikanti trasferita mis-sistema preċedenti tal-ekonomija mhux tas-suq. | Pet družb je izpodbijalo tudi ugotovitve Komisije, da niso dokazale, da ni bilo pomembnega izkrivljanja, prenesenega iz prejšnjega sistema netržnega gospodarstva. |
Madankollu, il-kummenti li waslu mhumiex ta’ tali karattru li jistgħu jbiddlu s-sejbiet tal-Kummissjoni wara ż-żjarat ta’ verifika. | Vendar prejete pripombe ne morejo povzročiti spremembe ugotovitev, ki jih je Komisija sprejela na podlagi preveritvenih obiskov. |
B’mod partikolari, il-kumpaniji ma pprovdew ebda evidenza li setgħet twarrab is-sejbiet oriġinali tal-Kummissjoni li kienu ġew trasferiti distorsjonijiet mis-sistema tal-ekonomija mhux tas-suq fir-rigward ta’, pereżempju, l-assi u d-drittijiet tal-użu tal-art. | Družbe zlasti niso predložile dokazov, na podlagi katerih bi bilo mogoče zavrniti prvotne ugotovitve Komisije, da so bila iz netržnega gospodarstva prenesena izkrivljanja, na primer glede sredstev in pravic do uporabe zemljišč. |
Fl-aħħar nett, żewġ kumpaniji kkontestaw is-sejbiet li huma naqsu milli juru li d-deċiżjonijiet kummerċjali kienu ttieħdu b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq, mingħajr interferenza mill-Istat u li l-ispejjeż jirriflettu l-valuri tas-suq. | Dve družbi sta izpodbijali ugotovitve, da nista dokazali, da so bile poslovne odločitve sprejete glede na tržne pogoje in brez vmešavanja države, pri čemer stroški odražajo tržne vrednosti. |
B’mod partikolari, il-kummenti li waslu minn kumpanija waħda ma kienux tali li jinvalidaw is-sejba tal-Kummissjoni li l-Istat interferixxa fil-politika tar-reklutaġġ tagħha, filwaqt li l-kumpanija l-oħra pprovdiet informazzjoni ġdida u kontradittorja rigward ix-xiri ta’ materja prima. | Zlasti pripombe ene družbe niso bile dovolj utemeljene, da bi ovrgle ugotovitev Komisije, da je država posegla v njeno politiko zaposlovanja, druga družba pa je predložila nove in nasprotujoče si informacije glede nakupa surovin. |
Minn dak li ntqal qabel jirriżulta li l-ebda wieħed mill-argumenti mressqa ma kien tali li jista’ jbiddel is-sejbiet fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ TES. | Iz navedenega sledi, da nobena razlaga ni dovolj utemeljena, da bi lahko spremenila ugotovitve glede odločitve o TGO. |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, l-ebda wieħed mill-għaxar produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ li kienu talbu għal TES ma seta’ juri li kien issodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku. | Na podlagi navedenega nobeden od desetih sodelujočih proizvajalcev izvoznikov ali skupin proizvajalcev izvoznikov iz LRK, ki so zahtevale TGO, ni mogel dokazati, da izpolnjuje vsa merila iz člena 2(7)(c) osnovne uredbe. |
Trattament Individwali (‘TI’) | Individualna obravnava (IO) |
Fil-każ ta’ intrapriżi li huma kompletament jew parzjalment proprjetà ta’ sidien barranin jew intrapriżi konġunti, l-esportaturi huma liberi li jibagħtu lura lejn pajjiżhom il-kapital u l-profitti; | v primeru družb ali skupin družb, ki so v celoti ali delno v tuji lasti, lahko izvozniki svobodno vrnejo kapital in dobičke v domovino; |
Il-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-esportazzjoni u l-kondizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ jiġu ddeterminati b’mod ħieles; | izvozne cene in količine ter prodajni pogoji se svobodno določajo; |