Source | Target | F’din l-investigazzjoni, il-kooperazzjoni mir-RPĊ ġiet ikkunsidrata bħala għolja għal industrija frammentata billi l-produtturi esportaturi li ppreżentaw ruħhom jirrappreżentaw iktar minn 60 % tal-esportazzjonijiet totali fir-RPĊ lejn l-Unjoni tal-prodott ikkonċernat. | V tej preiskavi se je sodelovanje LRK štelo za visoko glede na razdrobljeno industrijo, saj proizvajalci izvozniki, ki so se javili, predstavljajo več kot 60 % celotnega izvoza zadevnega izdelka iz LRK v Unijo. |
Għalhekk, il-marġini mal-pajjiż kollu applikabbli għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha ġie stabbilit bl-użu tal-medja peżata tal-ogħla marġini tad-dumping stabbiliti għat-tipi u l-volum tal-prodott rappreżentattiv tal-produtturi esportaturi magħżula fil-kampjun. | Zato je bila stopnja dampinga na ravni države za druge proizvajalce izvoznike določena na podlagi tehtanega povprečja najvišjih stopenj dampinga, ki so bile določene za reprezentativne vrste in količine izdelka vzorčenih proizvajalcev izvoznikov. |
Fuq din il-bażi, il-livell ta’ dumping mal-pajjiż kollu ġie stabbilit b’mod provviżorju f’perċentwal ta’ 58.8 % tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas. | Na podlagi tega je bila stopnja dampinga na ravni države začasno določena na 58,8 % cene CIF meja unije brez plačane dajatve. |
Fuq din il-bażi, il-marġini provviżorji tad-dumping espressi bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma: | Na podlagi tega so začasne stopnje dampinga, izražene kot odstotek cene CIF meja Unije brez plačane dajatve, naslednje: |
Marġini provviżorju tad-dumping | Začasna stopnja dampinga |
Hunan Hualian China Industry Co., Ltd; Hunan Hualian Ebillion Industry Co., Ltd; Hunan Liling Hongguanyao China Industry Co., Ltd u Hunan Hualian Yuxiang China Industry Co., Ltd | Hunan Hualian China Industry Co., Ltd; Hunan Hualian Ebillion Industry Co., Ltd; Hunan Liling Hongguanyao China Industry Co., Ltd in Hunan Hualian Yuxiang China Industry Co., Ltd |
Produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun | Sodelujoči proizvajalci izvozniki, ki niso bili zajeti v vzorec |
Marġini tad-dumping mal-pajjiż kollu | Stopnja dampinga na ravni države |
D. ĦSARA | D. ŠKODA |
Il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni | Proizvodnja Unije in industrija Unije |
L-informazzjoni kollha disponibbli dwar il-produtturi tal-Unjoni, inkluża d-dejta rrapportata fl-ilment u s-sottomissjonijiet sussegwenti fir-rigward tal-produtturi li ma ppreżentawx ruħhom f’din l-investigazzjoni, intużat biex tistabbilixxi l-produzzjoni totali tal-Unjoni. | Za določitev celotne proizvodnje Unije so se uporabile vse razpoložljive informacije o proizvajalcih Unije, vključno s podatki iz pritožbe in naknadnih pripomb glede proizvajalcev, ki se niso javili v tej preiskavi. |
Il-produzzjoni totali tal-prodott simili mill-Unjoni ġiet ikkalkolata billi ġiet estrapolata d-dejta pprovduta mill-assoċjazzjonijiet nazzjonali u Ewropej, kontravverifikata mad-dejta pprovduta minn produtturi individwali kif ukoll ma’ sorsi ta’ statistika u riċerka. | Celotna proizvodnja podobnega izdelka v Uniji je bila ocenjena z ekstrapoliranjem podatkov, ki so jih predložila evropska in nacionalna združenja in ki so bili navzkrižno preverjeni s podatki, ki so jih predložili posamezni proizvajalci, ter raziskovalnimi in statističnimi viri. |
Matul il-PI, il-prodott simili kien immanifatturat fl-Unjoni minn aktar minn 200 produttur tal-Unjoni. | V OP je podobni izdelek v Uniji proizvajalo več kot 200 proizvajalcev Unije. |
Fuq il-bażi msemmija fil-premessa preċedenti, il-produzzjoni totali tal-Unjoni ġiet stmata li kienet ta’ madwar 240200 tunnellata matul il-PI. | Na podlagi navedenega v prejšnji uvodni izjavi je bilo ocenjeno, da celotna proizvodnja Unije v OP znaša približno 240200 ton. |
L-SMEs kienu responsabbli għal madwar 42 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni f’dak il-perjodu. | Mala in srednje velika podjetja so predstavljala 42 % celotne proizvodnje Unije v navedenem obdobju. |
Fil-fatt, il-produzzjoni tal-Unjoni hija frammentata ħafna, għalkemm hija kkonċentrata fir-Repubblika Ċeka, fir-Repubblika Franċiża (Franza), fil-Ġermanja, fl-Italja, fir-Repubblika tal-Polonja (il-Polonja), fir-Repubblika Portugiża (il-Portugall), fir-Rumanija, fir-Renju ta’ Spanja (Spanja) u fir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (ir-Renju Unit). | Proizvodnja Unije je dejansko zelo razdrobljena, vendar zgoščena v Češki republiki, Francoski republiki (Franciji), Nemčiji, Italiji, Republiki Poljski (na Poljskem), Portugalski republiki (na Portugalskem), Romuniji, Kraljevini Španiji (Španiji) ter Združenem kraljestvu Velike Britanije in Severne Irske (Združenem kraljestvu). |
Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-istatistika dwar l-importazzjonijiet tal-Eurostat għall-prodott taħt investigazzjoni u s-sottomissjonijiet rigward il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. | Potrošnja Unije je bila določena na podlagi statističnih podatkov Eurostata o uvozu izdelka v preiskavi in pripomb glede prodaje industrije Unije na domačem trgu. |
Fuq din il-bażi, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: | Na podlagi tega je bila potrošnja Unije naslednja: |
Tabella 1 | Preglednica 1 |
Volum (tunnellati) | Obseg (v tonah) |
Indiċi (2008 = 100) | Indeks (2008 = 100) |
Il-konsum ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina fl-Unjoni naqas globalment bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat. | Potrošnja keramične namizne in kuhinjske posode v Uniji se je v obravnavanem obdobju skupno zmanjšala za 12 %. |
It-tnaqqis prinċipali bi 17 % sar bejn l-2008 u l-2009. | Najbolj se je zmanjšala med letoma 2008 in 2009, in sicer za 17 %. |
Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat | Uvoz iz zadevne države |
Il-volum, il-prezz u s-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat | Obseg, cena in tržni delež dampinškega uvoza iz zadevne države |
Fuq il-bażi tad-dejta tal-Eurostat, il-volum, is-sehem tas-suq u l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat żviluppaw kif stabbilit fit-Tabella ta’ hawn taħt: | Na podlagi Eurostatovih podatkov so obseg, tržni delež in povprečne cene uvoza zadevnega izdelka naslednje: |
Importazzjonijiet fir-RPĊ | Uvoz iz LRK |
Volum ta’ importazzjonijiet (tunnellati) | Obseg uvoza (v tonah) |
Sehem mis-suq | Tržni delež |
Il-prezz medju tal-importazzjoni (EUR/tunnellata) | Povprečna uvozna cena (EUR/tona) |
Il-volum tal-importazzjonijiet totali miċ-Ċina naqas b’9 % matul il-perjodu kkunsidrat u kien jammonta għal 485814 tunnellata matul il-PI. | Obseg celotnega uvoza iz Kitajske se je v obravnavanem obdobju zmanjšal za 9 % in je v OP obsegal 485814 ton. |
Madankollu, f’termini ta’ perċentwali, ta’ min jinnota li l-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu għal inqas mill-konsum globali tal-UE. | Vendar je treba opozoriti, da se je uvoz iz Kitajske v smislu deleža zmanjšal za manj kot skupna potrošnja v EU. |
Tabilħaqq, meta analizzat mill-perspettiva tal-perjodu kollu kkunsidrat, is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied minn 64.8 % fl-2008 għal 66.9 % fil-PI. | Tržni delež kitajskega uvoza, analiziran z vidika celotnega obravnavanega obdobja, se je dejansko povečal s 64,8 % leta 2008 na 66,9 % v OP. |
Il-prezz tal-importazzjoni żdied bi 17.7 % matul il-perjodu kkunsidrat, minn 1274 EUR kull tunnellata għal 1499 EUR kull tunnellata. | V obravnavanem obdobju se je uvozna cena povečala za 17,7 %, tj. s 1274 EUR/tono na 1499 EUR/tono. |
Dan huwa l-prezz medju tal-importazzjoni għal kull tunnellata tal-importazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat u għalhekk, ix-xejra tista’ tiġi affettwata mill-bidliet fit-taħlita tal-prodott. | To je povprečna uvozna cena na tono celotnega uvoza zadevnega izdelka, zato bi lahko spremembe v ponudbi vplivale na gibanje. |
Twaqqigħ tal-prezzijiet | Nelojalno nižanje prodajnih cen |
Għall-finijiet tat-twaqqigħ tal-prezzijiet, il-prezzijiet tal-bejgħ medji peżati tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ex-works, jiġifieri esklużi l-ispejjeż tal-merkanzija fl-Unjoni u wara t-tnaqqis ta’ skontijiet u roħs, tqabblu mal-prezzijiet medji peżati korrispondenti tal-esportaturi li kkooperaw mir-RPĊ lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, jiġifieri l-iskontijiet imnaqqsin u aġġustati fejn meħtieġ għall-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, kif ukoll debitament aġġustati għad-dazji doganali eżistenti, l-ispejjeż tar-rilaxx mid-dwana u l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni. | Za ugotovitev nelojalnega nižanja prodajnih cen se je tehtano povprečje prodajnih cen vzorčenih proizvajalcev Unije, zaračunanih nepovezanim strankam na trgu Unije in prilagojenih na raven franko tovarna, tj. brez stroškov prevoza v Uniji ter po odbitku popustov in rabatov, primerjalo z ustreznim tehtanim povprečjem cen sodelujočih izvoznikov iz LRK, zaračunanih prvi neodvisni stranki na trgu Unije, tj. brez popustov in po potrebi prilagojenih cenam CIF meja Unije ter tudi ustrezno prilagojenih zaradi obstoječih carinskih dajatev, stroškov carinjenja in stroškov po uvozu. |
Il-prezzijiet ta’ prodotti ta’ gradi aktar baxxi ġew aġġustati għall-prezzijiet ta’ prodotti fil-livell ta’ grad A minħabba li, minn perspettiva tal-konsumaturi, il-prodotti ta’ grad aktar baxx instabu li kienu qegħdin jikkompetu mal-prodotti fil-livell ta’ grad A, kif ġie konkluż ukoll fil-premessa (61) aktar ‘il fuq. | Cene izdelkov iz nižjih skupin so bile prilagojene cenam skupine A, saj so bili izdelki iz nižje skupine z vidika potrošnika konkurenčni izdelkom iz skupine A, kot je ugotovljeno tudi v uvodni izjavi (61). |
Il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni ġew aġġustati wkoll għad-differenzi fil-livell tal-kummerċ u sabiex jiġi newtralizzat l-element tal-prezz relatat mal-immarkar (branding), jekk ikun applikabbli. | Tudi cene industrije Unije so bile prilagojene zaradi razlik v stopnji trgovine in izravnave cenovnega elementa, povezanega s trženjem blagovne znamke, če je bilo to ustrezno. |
It-tqabbil wera li matul il-PI, il-prodotti li huma l-oġġett ta’ dumping ikkonċernati li joriġinaw mir-RPĊ u li jinbiegħu fl-Unjoni waqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, metaespressi bħala perċentwal tal-aħħar, b’26.3 % għal 47.6 %. | Primerjava je pokazala, da se je v OP zadevni dampinški izdelek iz LRK v Uniji prodajal po cenah, ki so nelojalno znižale prodajne cene industrije Unije za 26,3 % do 47,6 %. |
Ġenerali | Splošno |
Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċijiet rilevanti kollha li kellhom impatt fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni. | Komisija je v skladu s členom 3(5) osnovne uredbe proučila vse pomembne gospodarske dejavnike in kazalce, ki vplivajo na stanje industrije Unije. |
L-indikaturi makro-ekonomiċi (il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, l-impjiegi, il-produttività u d-daqs tal-marġini tad-dumping) ġew analizzati fil-livell tal-produzzjoni sħiħa tal-Unjoni. | Makroekonomski kazalci (proizvodnja, proizvodna zmogljivost, izkoriščenost zmogljivosti, obseg prodaje, tržni delež, zaposlenost, produktivnost in višina stopenj dampinga) so bili ocenjeni na ravni celotne industrije Unije. |
Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-assoċjazzjonijiet nazzjonali u Ewropej, iċċekkjata mad-dejta pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni u mal-istatistika uffiċjali disponibbli. | Ocena je temeljila na informacijah, ki so jih predložila evropska in nacionalna združenja ter so bile navzkrižno preverjene s podatki, ki so jih predložili proizvajalci Unije, in uradnimi javnimi statističnimi podatki. |
L-analiżi tal-indikaturi mikro-ekonomiċi (il-ħażniet, il-prezzijiet tal-bejgħ, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, il-possibbiltà li jiżdied il-kapital, il-pagi u l-ispiża tal-produzzjoni) twettqet fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. | Analiza mikroekonomskih kazalcev (zaloge, prodajne cene, dobičkonosnost, denarni tok, naložbe, donosnost naložb, zmožnost zbiranja kapitala, plače in proizvodni stroški) je bila izvedena na ravnivzorčenih proizvajalcev Unije. |
Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni tagħhom, ivverifikata kif xieraq. | Ocena je temeljila na njihovih informacijah, ki so bile ustrezno preverjene. |
Għal ċerti indikaturi mikro-ekonomiċi (il-prezzijiet tal-bejgħ, il-profittabbiltà, ir-redditu fuq l-investimenti u l-ispiża tal-produzzjoni) ir-riżultati tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun fis-segment speċifiku ġew peżati skont is-sehem ta’ dak is-segment fil-produzzjoni totali tal-Unjoni (bl-użu tal-piż speċifiku f’termini tal-volumi tal-produzzjoni ta’ kull segment fis-settur totali tal-oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda – 42 % għall-SMEs, 58 % għal intrapriżi mhux SMEs). | Za nekatere mikroekonomske kazalce (prodajne cene, dobičkonosnost, donosnost naložb in proizvodni stroški) so se rezultati vzorčenih družb v posebnem segmentu tehtali v skladu z deležem tega segmenta v celotni proizvodnji Unije (s specifično težo v smislu obsega proizvodnje posameznega segmenta v celotnem sektorju keramične namizne posode, tj. 42 % za mala in srednje velika podjetja ter 58 % za druge družbe). |
Bħala konsegwenza, ġie żgurat li r-riżultati tal-kumpaniji kbar ma ħolqu ebda distorsjoni fl-analiżi tal-ħsara, iżda li s-sitwazzjoni tal-kumpaniji iżgħar, li b’mod kollettiv jammontaw għal sehem kbir tal-produzzjoni tal-Unjoni, ġiet riflessa sewwa fejn possibbli. | Tako je bilo zagotovljeno, da rezultati velikih družb niso izkrivljali analize škode, ampak da se je primerno upoštevalo stanje manjših družb, ki skupaj predstavljajo velik delež proizvodnje Unije, kadar je bilo to mogoče. |
Indikaturi makro-ekonomiċi | Makroekonomski kazalci |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif stabbilit hawn taħt. | V obravnavanem obdobju so bile proizvodnja, proizvodna zmogljivost in izkoriščenost zmogljivosti industrije Unije naslednje: |
Volum tal-produzzjoni (tunnellati) | Obseg proizvodnje (v tonah) |
Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati) | Proizvodna zmogljivost (v tonah) |
Utilizzazzjoni tal-kapaċità | Izkoriščenost zmogljivosti |
Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset bi 15 % matul il-perjodu kkunsidrat. | Proizvodnja industrije Unije se je v obravnavanem obdobju zmanjšala za 15 %. |
F’termini ġenerali, it-tnaqqis huwa aktar pronunzjat mit-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni matul l-istess perjodu. | Na splošno je bilo zmanjšanje proizvodnje v istem obdobju večje kot zmanjšanje potrošnje Unije. |
Il-produzzjoni ma rkupratx bl-istess mod kif għamel il-konsum fl-2010. | Proizvodnja se leta 2010 ni okrepila v enakem obsegu kot potrošnja. |
Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset bi 13 % matul il-perjodu kkunsidrat. | Proizvodna zmogljivost industrije Unije se je v obravnavanem obdobju zmanjšala za 13 %. |
Minkejja dan, ir-rata tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-industrija kompliet tonqos matul il-perjodu kkunsidrat, globalment bi 2 % għal 74.1 %. | Kljub temu se je stopnja izkoriščenosti zmogljivosti v zadevnem obdobju dodatno znižala, tj. skupno za 2 % do 74,1 %. |
Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati naqas b’rata ogħla (8 % aktar) mit-tnaqqis fil-konsum matul il-perjodu kkunsidrat. | Obseg prodaje industrije Unije nepovezanim strankam na domačem trgu se je v obravnavanem obdobju zmanjšal za več (za 8 % več), kot se je zmanjšala potrošnja. |
Huwa innotat li bejn l-2009 u l-2010, il-volum tal-bejgħ kompla jonqos, filwaqt li l-konsum tal-Unjoni żdied bi 8 %. | Ugotavlja se, da se je obseg prodaje med letoma 2009 in 2010 še naprej zmanjševal, medtem ko se je potrošnja povečala za 8 %. |